EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42020X1223

Regolament tan-NU Nru 44 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ apparat tat-trażżin għall-okkupanti tfal f’vetturi motorizzati (“Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal”) [2020/1223]

PUB/2020/600

OJ L 285, 1.9.2020, p. 1–144 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/06/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1223/oj

1.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 285/1


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Regolament tan-NU Nru 44 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ apparat tat-trażżin għall-okkupanti tfal f’vetturi motorizzati (“Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal”) [2020/1223]

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

 

Is-Suppliment 17 tas-serje ta’ emendi 04 – Data tad-dħul fis-seħħ: 29 ta’ Mejju 2020

KONTENUT

REGOLAMENT

1.

Kamp ta’ applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Immarkar

5.

Approvazzjoni

6.

Speċifikazzjonijiet ġenerali

7.

Speċifikazzjonijiet partikolari

8.

Deskrizzjoni tat-testijiet

9.

Rapporti tat-test tal-approvazzjoni tat-tip u tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni

10.

Modifiki u estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip ta’ sistema tat-trażżin għat-tfal

11.

Kwalifikazzjoni tal-produzzjoni

12.

Konformità tal-produzzjoni u t-testijiet ta’ rutina

13.

Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

14.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

15.

Struzzjonijiet

16.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

17.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESSI

1

Komunikazzjoni

2

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

3

L-arranġament tal-apparat għat-test tar-reżistenza għat-trab

4

Test tal-korrużjoni

5

It-test tal-brix u tal-microslip

6

Deskrizzjoni tat-trolley

7

Kurva tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċellerazzjoni tat-trolley, bħala funzjoni tal-ħin

8

Deskrizzjoni tat-manikini

9

Test tal-impatt frontali ma’ ostakolu

10

Proċedura tat-test tal-impatt minn wara

11

Ankraġġi addizzjonali meħtieġa biex it-trażżin għat-tfal tal-kategorija semiuniversali jintrabat ma’ vetturi motorizzati

12

Siġġu

13

Ċinturin tas-sikurezza standard

14

Skema tal-approvazzjoni tat-tip (flow chart ISO 9002:2000)

15

Noti ta’ spjegazzjoni

16

Kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

17

Test tal-materjal li jassorbi l-enerġija

18

Il-metodu li bih tiġi stabbilita l-erja tal-impatt tar-ras tal-apparati b’appoġġ għad-dahar, u għad-definizzjoni tad-daqs minimu tal-ġwienaħ tal-ġnub għal apparat li jħares lura

19

Deskrizzjoni tal-ikkundizzjonar tal-aġġustaturi armati direttament fuq it-trażżin għat-tfal

20

Apparat tipiku tat-test tar-reżistenza tal-bokkla

21

Installazzjoni tat-test dinamiku tal-ħbit

22

Test tal-blokka tal-parti ta’ isfel tat-torso

23

Apparati għall-applikazzjoni tat-tagħbija

24

Il-fjammabbiltà tal-materjali maħsuba biex jintużaw f’sistemi tat-trażżin għat-tfal inkorporati

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

1.1.

Dan ir-Regolament japplika għas-sistemi tat-trażżin għat-tfal li huma adatti biex jiġu installati f’vetturi motorizzati li għandhom tliet roti jew aktar, u li mhumiex maħsuba biex jintużaw ma’ sits li jintlewew (li jintrefgħu) jew li jħarsu lejn il-ġnub.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

2.1.

Sistema tat-trażżin għat-tfal (“trażżin”) tfisser arranġament ta’ komponenti li jistgħu jinkludu t-taħlita ta’ ċineg jew komponenti flessibbli b’bokkla li torbot, apparat għall-aġġustament, partijiet ta’ twaħħil u f’ċerti każijiet b’apparat supplimentari bħal carrycot, benniena għat-trabi li tinġarr, siġġu supplimentari u/jew ilqugħ mill-impatt, li jistgħu jintrabtu ma’ vettura motorizzata. Din tkun iddisinjata b’tali mod li jitnaqqas ir-riskju ta’ feriment għal min jilbisha, fil-każ ta’ kolliżjoni jew ta’ deċellerazzjoni f’daqqa tal-vettura, billi tillimita l-mobbiltà tal-ġisem ta’ min jilbisha.

ISOFIX” hija sistema għall-konnessjoni ta’ sistemi tat-trażżin għat-tfal mal-vetturi, li għandha ankraġġi riġidi fil-vettura, żewġ konnessjonijiet riġidi korrispondenti fuq is-sistema tat-trażżin għat-tfal, u mezz biex jiġi limitat ix-xengil ta’ rotazzjoni (pitch rotation) tas-sistema tat-trażżin għat-tfal.

2.1.1.

It-trażżin għat-tfal jaqa’ f’ħames “gruppi tal-massa”:

2.1.1.1.

Il-grupp 0 għal tfal li jiżnu inqas minn 10 kg;

2.1.1.2.

Il-grupp 0+ għal tfal li jiżnu inqas minn 13-il kg;

2.1.1.3.

Il-grupp I għal tfal li jiżnu bejn 9 kg u 18-il kg;

2.1.1.4.

Il-grupp II għal tfal li jiżnu bejn 15-il kg u 25 kg;

2.1.1.5.

Il-grupp III għal tfal li jiżnu bejn 22 kg u 36 kg.

2.1.1.6.

ISOFIX child restraint systems fall into 7 ISOFIX size classes described in UN Regulation No. 16, Annex 17, Appendix 2:

A

-

ISO/F3:

CRS (sistema tat-trażżin għat-tfal) għal tfal li għadhom kemm telqu jimxu, għall-għoli kollu, li tħares ’il quddiem

B

-

ISO/F2:

CRS għal tfal li għadhom kemm telqu jimxu, għal għoli mnaqqas, li tħares ’il quddiem

B1

-

ISO/F2X:

CRS għal tfal li għadhom kemm telqu jimxu, għal għoli mnaqqas, li tħares ’il quddiem

C

-

ISO/R3:

CRS għal tfal li għadhom kemm telqu jimxu, ta’ daqs sħiħ, li tħares lura

D

-

ISO/R2:

CRS għal tfal li għadhom kemm telqu jimxu, ta’ daqs imnaqqas, li tħares lura

E

-

ISO/R1:

CRS għat-trabi, li tħares lura

F

-

ISO/L1:

CRS f’pożizzjoni li tħares lateralment lejn ix-xellug (carrycot)

G

-

ISO/L2:

CRS f’pożizzjoni li tħares lateralment lejn il-lemin (carrycot)

Grupp tal-massa

 

Kategorija tad-daqs ISOFIX

0 - sa 10 kg

F

ISO/L1

G

ISO/L2

E

ISO/R1

0+ - sa 13-il kg

C

ISO/R3

D

ISO/R2

E

ISO/R1

I - minn 9 sa 18-il kg

A

ISO/F3

B

ISO/F2

B1

ISO/F2X

C

ISO/R3

D

ISO/R2

2.1.2.

It-trażżin għat-tfal jaqa’ f’erba’ “kategoriji”:

2.1.2.1.

A "universal" category for use as specified in paragraphs 6.1.1., 6.1.3.1., and 6.1.3.2. on most vehicle seat positions, and in particular those which have been assessed according to UN Regulation No. 16, - as being compatible with such a category of child restraint;

2.1.2.2.

Kategorija “ristrett” għall-użu kif speċifikat fil-paragrafi 6.1.1. u 6.1.3.1. għall-pożizzjonijiet tas-sits indikati għal tipi ta’ vetturi partikolari kif indikat jew mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal jew mill-manifattur tal-vettura:

2.1.2.3.

Kategorija “semiuniversali” għall-użu kif speċifikat fil-paragrafi 6.1.1. u 6.1.3.2.;

2.1.2.4.

Kategorija “vettura speċifika” għall-użu jew:

2.1.2.4.1.

Fuq tipi speċifiċi ta’ vettura, f’konformità mal-paragrafi 6.1.2. u 6.1.3.3.; jew

2.1.2.4.2.

Bħala trażżin għat-tfal “inkorporat” (built in).

2.1.3.

Is-sistema taż-żamma tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal tista’ tkun ta’ żewġ klassijiet:

 

Klassi integrali jekk iż-żamma tat-tifel/tifla fis-sistema tat-trażżin tkun indipendenti minn kwalunkwe mezz konness direttament mal-vettura;

 

Klassi mhux integrali jekk iż-żamma tat-tifel/tifla fis-sistema tat-trażżin tkun tiddependi fuq kwalunkwe mezz li jkun konness direttament mal-vettura.

2.1.3.1.

Trażżin parzjali” tfisser apparat, bħal booster cushion (kuxin li jippermetti lit-tfal iħarsu barra mit-tieqa u li huwa maħsub biex jidħol eżatt fis-sit tal-karozza), li, meta jintuża flimkien ma’ ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, li jgħaddi madwar il-ġisem tat-tifel/tifla jew irażżan l-apparat li fih jitpoġġa t-tifel/tifla, jifforma sistema kompleta ta’ trażżin għat-tfal.

2.1.3.2.

Booster cushion” tfisser kuxin sod, li jista’ jintuża ma’ ċinturin tas-sikurezza għall-adulti.

2.2.

Siġġu għas-sikurezza tat-tfal” tfisser trażżin għat-tfal li jinkorpora siġġu li fih jitpoġġew it-tfal.

2.3.

Ċinturin” tfisser trażżin għat-tfal li jinkludi taħlita ta’ ċineg b’bokkla li torbot, apparat għall-aġġustament u partijiet ta’ twaħħil.

2.4.

Siġġu” tfisser struttura li hija parti kostitwenti mit-trażżin għat-tfal u hija maħsuba biex takkomoda tifel/tifla f’pożizzjoni bilqiegħda.

2.4.1.

Carrycot” tfisser sistema tat-trażżin maħsuba biex takkomoda u trażżan it-tfal meta jkunu mimdudin fuq daharhom jew fuq żaqqhom bis-sinsla ta’ daharhom perpendikulari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura. Din tkun iddisinjata b’tali mod li, fil-każ ta’ kolliżjoni, il-forzi tat-trażżin jitqassmu tul ir-ras u l-ġisem tat-tifel/tifla iżda mhux fuq id-dirgħajn u r-riġlejn.

2.4.2.

Trażżin għall-carrycots” tfisser apparat użat biex irażżan carrycot mal-istruttura tal-vettura.

2.4.3.

Benniena għat-trabi li tinġarr” tfisser sistema ta’ trażżin maħsuba biex takkomoda t-tfal f’pożizzjoni semimimduda li tħares lura. Din tkun iddisinjata b’tali mod li, fil-każ ta’ kolliżjoni frontali, il-forzi tat-trażżin jitqassmu tul ir-ras u l-ġisem tat-tifel/tifla iżda mhux fuq id-dirgħajn u r-riġlejn.

2.5.

Appoġġ għas-siġġu” tfisser dik il-parti tat-trażżin għat-tfal li biha s-siġġu jista’ jittella’ ’l fuq.

2.6.

Appoġġ għat-tfal” tfisser dik il-parti tat-trażżin għat-tfal li biha t-tifel/tifla jista’ jittella’ ’l fuq fi ħdan it-trażżin għat-tfal.

2.7.

Ilqugħ mill-impatt” tfisser apparat imwaħħal quddiem it-tifel/tifla u maħsub biex iqassam il-forzi tat-trażżin tul il-parti l-kbira tat-tul tat-tifel/tifla fil-każ ta’ impatt frontali.

B’referenza għall-paragrafu 2.1.3., dawn jiġu maqsuma f’żewġ klassijiet:

 

Klassi A: Integrali

 

Klassi B: Mhux integrali.

2.8.

Ċinga” tfisser komponent flessibbli ddisinjat biex jittrażmetti l-forzi.

2.8.1.

Ċinga ta’ fuq il-ħoġor” tfisser ċinga li, jew fil-forma ta’ ċinturin sħiħ jew fil-forma ta’ komponent ta’ tali ċinturin, tgħaddi tul il-parti ta’ quddiem, u trażżan, b’mod dirett jew le, il-pelvi tat-tifel/tifla.

2.8.2.

Trażżin ta’ fuq l-ispalla” tfisser dik il-parti ta’ ċinturin li trażżan il-parti ta’ fuq tat-torso tat-tifel/tifla.

2.8.3.

Ċinga ta’ bejn il-koxox” tfisser ċinga (jew ċineg diviżi, meta tkun magħmula minn żewġ strixxi jew aktar) imwaħħla mat-trażżin għat-tfal u maċ-ċinga ta’ fuq il-ħoġor u mqiegħda b’mod li tgħaddi bejn il-koxox tat-tifel/tifla; din tkun iddisinjata biex ma tħallix lit-tfal jiżżerżqu minn taħt iċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor waqt l-użu normali u biex ma tħallix liċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor jiċċaqlaq minn fuq il-pelvi waqt impatt.

2.8.4.

Ċinga għat-trażżin għat-tfal” tfisser ċinga li hija parti kostitwenti miċ-ċinturin u trażżan biss il-ġisem tat-tifel/tifla.

2.8.5.

Ċinga li twaħħal it-trażżin għat-tfal” tfisser ċinga li twaħħal it-trażżin għat-tfal mal-istruttura tal-vettura u tista’ tkun parti mill-apparat għat-trażżin tas-sit tal-vettura.

2.8.6.

Ċinturin f’għamla ta’ harness” tfisser l-assemblaġġ ta’ ċinturin li jinkludi ċinturin ta’ fuq il-ħoġor, trażżin ta’ fuq l-ispalla u, fejn tkun installata, ċinga ta’ bejn il-koxox.

2.8.7.

Ċinturin f’forma ta’ Y” tfisser ċinturin fejn il-kombinazzjoni taċ-ċineg hija fformata minn ċinga li għandha tiġi ggwidata bejn il-koxox tat-tifel/tifla u minn ċinga għal kull spalla.

2.8.8.

Ċinga gwida” tfisser ċinga jew apparat li jżomm iċ-ċinga ta’ fuq l-ispalla taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti magħfusa f’pożizzjoni adattata għat-tifel/tifla u fejn il-pożizzjoni effettiva li fiha ċ-ċinga ta’ fuq l-ispalla tbiddel id-direzzjoni tista’ tiġi aġġustata permezz ta’ apparat li jista’ jiġi mċaqlaq ’il fuq u ’l isfel mat-tul taċ-ċinga biex tinstab l-ispalla ta’ min jilbisha, u mbagħad jiġi llokkjat f’dik il-pożizzjoni. Din iċ-ċinga gwida mhix maħsuba biex iġġorr parti sinifikanti mit-tagħbija dinamika. Iċ-ċinga gwida titqies bħala parti minn sistema tat-trażżin għat-tfal u ma tistax tiġi approvata separatament bħala sistema tat-trażżin għat-tfal skont dan ir-Regolament.

2.9.

Bokkla” tfisser apparat b’rilaxx rapidu li jippermetti li t-tfal jinżammu mit-trażżin jew li t-trażżin jinżamm mill-istruttura tal-karozza u li jista’ jinfetaħ malajr. Il-bokkla tista’ tinkorpora l-apparat għall-aġġustament.

2.9.1.

Buttuna integrata għar-rilaxx tal-bokkla”, buttuna għar-rilaxx tal-bokkla tali li ma jkunx possibbli li l-bokkla tinfetaħ bl-użu ta’ sfera b’dijametru ta’ 40 mm.

2.9.2.

Buttuna mhux integrata għar-rilaxx tal-bokkla”, buttuna għar-rilaxx tal-bokkla tali li jkun possibbli li l-bokkla tinfetaħ bl-użu ta’ sfera b’dijametru ta’ 40 mm.

2.10.

Apparat għall-aġġustament” tfisser apparat li jippermetti li t-trażżin jew il-partijiet ta’ twaħħil tiegħu jiġu aġġustati skont l-istatura fiżika ta’ min jilbsu, skont il-konfigurazzjoni tal-vettura, jew skont it-tnejn. L-apparat għall-aġġustament jista’ jew ikun parti mill-bokkla jew ikun ritrattur (retractor) jew kwalunkwe parti oħra taċ-ċinturin tas-sikurezza.

2.10.1.

Aġġustatur rapidu” tfisser apparat għall-aġġustament li jista’ jitħaddem b’id waħda b’moviment faċli wieħed.

2.10.2.

Aġġustatur armat direttament fuq it-trażżin għat-tfal” tfisser aġġustatur għall-harness integrali li jkun armat direttament fuq it-trażżin għat-tfal, minflok ma jkun sostnut direttament mill-istrixxi li huwa maħsub biex jaġġusta.

2.11.

Partijiet ta’ twaħħil” tfisser il-partijiet tat-trażżin għat-tfal, li jinkludu l-komponenti li jorbtuhom, li jippermettu li t-trażżin għat-tfal jitwaħħal sew mal-istruttura tal-vettura jew b’mod dirett jew billi jgħaddi mis-sit tal-vettura.

2.11.1.

Riġel ta’ appoġġ” tfisser parti ta’ twaħħil permanenti ma’ trażżin għat-tfal li toħloq forza tat-tagħbija kompressiva bejn it-trażżin għat-tfal u l-istruttura tal-vettura sabiex jiġu evitati l-effetti tal-kuxin tas-sit waqt id-deċellerazzjoni; ir-riġel ta’ appoġġ jista’ jkun aġġustabbli.

2.12.

Assorbitur tal-enerġija” tfisser apparat li huwa ddisinjat biex jiddissipa l-enerġija b’mod indipendenti minn jew flimkien maċ-ċinga, u jifforma parti mit-trażżin għat-tfal.

2.13.

Ritrattur” tfisser apparat iddisinjat biex jakkomoda parti jew iċ-ċinga kollha tat-trażżin għat-tfal. Dan it-terminu jkopri dawn l-apparati:

2.13.1.

Ritrattur li jillokkja awtomatikament”, ritrattur li jippermetti l-ħruġ tat-tul mixtieq ta’ ċinga u, meta tingħalaq il-bokkla, jaġġusta awtomatikament iċ-ċinga skont l-istatura fiżika ta’ min jilbisha, filwaqt li ċ-ċinga ma tkunx tista’ tiġi estratta aktar mingħajr l-intervent volontarju ta’ min jilbisha;

2.13.2.

Ritrattur li jillokkja f’emerġenza”, ritrattur li ma jirristrinġix lil min jilbes iċ-ċinturin milli jiċċaqlaq liberament f’kundizzjonijiet ta’ sewqan normali. Apparat bħal dan ikollu apparat li jaġġusta awtomatikament it-tul taċ-ċinga skont l-istatura fiżika ta’ min jilbisha, u mekkaniżmu tal-illokkjar li jiġi attivat f’emerġenza permezz ta’:

2.13.2.1.

Deċellerazzjoni tal-vettura, estrazzjoni taċ-ċinga mir-ritrattur, jew kwalunkwe mezz awtomatiku ieħor (sensittività unika); jew

2.13.2.2.

Kombinazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn il-mezzi (sensittività multipla).

2.14.

Ankraġġi tat-trażżin” tfisser dawk il-partijiet tal-istruttura tal-vettura jew tal-istruttura tas-sit li magħhom jitwaħħal it-trażżin għat-tfal.

2.14.1.

Ankraġġ addizzjonali” tfisser parti mill-istruttura tal-vettura jew mill-istruttura tas-sit tal-vettura, jew kwalunkwe parti oħra tal-vettura, li magħha huwa maħsub li jitwaħħal it-trażżin għat-tfal u li huwa addizzjonali għall-ankraġġ approvat skont ir-Regolament tan-NU Nru 14 jew ir-Regolament tan-NU Nru 145. Dan jinkludi l-pjanċa tal-qiegħ tat-trolley kif deskritt fl-Anness 6 jew karatteristiċi strutturali oħrajn ta’ vettura/i speċifika/speċifiċi meta dawn ikunu mgħobbija b’riġel ta’ appoġġ.

2.14.2.

Ankraġġ ta’ isfel ISOFIX” tfisser żbarra orizzontali tonda u riġida b’dijametru ta’ 6 mm, li testendi mill-istruttura tal-vettura jew tas-sit sabiex taċċetta u żżomm sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX b’partijiet ta’ twaħħil ISOFIX.

2.14.3.

Sistema ta’ ankraġġi ISOFIX” tfisser sistema magħmula minn żewġ ankraġġi ta’ isfel ISOFIX, li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 14 jew tar-Regolament tan-NU Nru 145, u li hija ddisinjata għat-twaħħil ta’ sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX flimkien ma’ apparat antirotazzjoni.

2.14.4.

Apparat antirotazzjoni

(a)

L-apparat antirotazzjoni għal sistema universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX huwa magħmul mill-irbit ta’ fuq ISOFIX.

(b)

L-apparat antirotazzjoni għal sistema semiuniversali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX huwa magħmul jew minn irbit ta’ fuq, id-dashboard tal-vettura jew riġel ta’ appoġġ maħsub biex jillimita r-rotazzjoni tat-trażżin waqt impatt frontali.

(c)

Għas-sistemi tat-trażżin għat-tfal ISOFIX, universali u semiuniversali, is-sit tal-vettura nnifsu ma jikkostitwixxix apparat antirotazzjoni.

2.14.5.

Ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser element li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 14 jew tar-Regolament tan-NU Nru 145, pereżempju żbarra, li tkun f’żona definita u ddisinjata biex taċċetta l-konnettur għaċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX u biex tittrasferixxi l-forza tat-trażżin tagħha fuq l-istruttura tal-vettura.

2.15.

Li jħares ’il quddiem” tfisser li jħares fid-direzzjoni normali li fiha tivvjaġġa l-vettura.

2.16.

Li jħares lura” tfisser li jħares fid-direzzjoni opposta għad-direzzjoni normali li fiha tivvjaġġa l-vettura.

2.17.

Pożizzjoni inklinata” tfisser pożizzjoni speċjali tas-siġġu li tippermetti lit-tfal imilu lura.

2.18.

Pożizzjoni mimduda/fuq id-dahar/fuq iż-żaqq” tfisser pożizzjoni li fiha tal-anqas ir-ras u l-ġisem, għajr għad-dirgħajn u r-riġlejn tat-tfal ikunu fuq superfiċje orizzontali meta jkunu mistrieħa fit-trażżin.

2.19.

Tip ta’ trażżin għat-tfal” tfisser trażżin għat-tfal li ma jvarjax f’aspetti essenzjali bħal:

2.19.1.

Il-kategorija, u l-grupp(i) tal-massa li għalihom, u l-pożizzjoni u l-orjentament (kif iddefiniti fil-paragrafi 2.15. u 2.16.) li fihom, huwa maħsub biex jintuża t-trażżin;

2.19.2.

Il-ġeometrija tat-trażżin għat-tfal;

2.19.3.

Id-dimensjonijiet, il-massa, il-materjal u l-kulur ta’:

(a)

Is-sit;

(b)

Il-padding; u

(c)

L-ilqugħ mill-impatt;

2.19.4.

Il-materjal, in-nisġa, id-dimensjonijiet u l-kulur taċ-ċineg;

2.19.5.

Il-komponenti riġidi (il-bokkla, il-partijiet ta’ twaħħil, eċċ.).

2.20.

Sit tal-vettura” tfisser struttura, li tista’ tkun jew ma tkunx integrali mal-istruttura tal-vettura, kompluta bit-tapizzerija u maħsuba biex takkomoda persuna adulta waħda. F’dan ir-rigward:

2.20.1.

Grupp ta’ sits tal-vettura” tfisser jew sit f’forma ta’ bank jew numru ta’ sits li jkunu separati iżda jinsabu wieħed ħdejn l-ieħor (jiġifieri mwaħħlin b’tali mod li l-ankraġġ ta’ quddiem ta’ sit wieħed ikun f’linja mal-ankraġġ ta’ quddiem jew ta’ wara ta’ sit ieħor jew fuq linja li tgħaddi bejn dawk l-ankraġġi), b’kull sit jakkomoda persuna adulta waħda jew aktar bilqiegħda;

2.20.2.

Sit tal-vettura f’forma ta’ bank” tfisser struttura kompluta bit-tapizzerija u maħsuba biex takkomoda aktar minn persuna adulta waħda;

2.20.3.

Sits ta’ quddiem tal-vettura” tfisser il-grupp ta’ sits li jinstabu fl-aktar parti ta’ quddiem fil-kompartiment tal-passiġġieri, jiġifieri li ma għandhom ebda sit ieħor direttament quddiemhom;

2.20.4.

Sits ta’ wara tal-vettura” huma sits fissi, li jħarsu ’l quddiem li jinsabu wara grupp ieħor ta’ sits tal-vettura;

2.20.5.

Pożizzjoni ISOFIX” tfisser sistema li tippermetti li tiġi installata:

(a)

Jew sistema universali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li tħares ’il quddiem kif iddefinita f’dan ir-Regolament;

(b)

Jew sistema semiuniversali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li tħares ’il quddiem kif iddefinita f’dan ir-Regolament;

(c)

Jew sistema semiuniversali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li tħares lura kif iddefinita f’dan ir-Regolament;

(d)

Jew sistema semiuniversali tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li tħares lateralment kif iddefinita f’dan ir-Regolament;

(e)

Jew sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX għal vettura speċifika kif iddefinita f’dan ir-Regolament.

2.21.

Sistema għall-aġġustament” tfisser apparat sħiħ li bih is-sit tal-vettura jew il-partijiet tiegħu jistgħu jiġu aġġustati biex jakkomodaw l-istatura fiżika tal-okkupant adult li jkun bilqiegħda fis-sit; dan l-apparat jista’, b’mod partikolari, jippermetti:

2.21.1.

Spostament lonġitudinali, u/jew

2.21.2.

Spostament vertikali, u/jew

2.21.3.

Spostament angolari.

2.22.

Ankraġġ għas-sit tal-vettura” tfisser is-sistema, inklużi l-partijiet affettwati tal-istruttura tal-vettura, li permezz tagħha s-sit għall-adult kollu kemm hu jitwaħħal mal-istruttura tal-vettura.

2.23.

Tip ta’ sit” tfisser kategorija ta’ sits għall-adulti li ma jvarjawx f’aspetti essenzjali bħal:

2.23.1.

Il-forma, id-dimensjonijiet u l-materjali tal-istruttura tas-sit;

2.23.2.

It-tipi u dimensjonijiet tas-sistemi tal-aġġustament u tal-illokkjar tas-sit; u

2.23.3.

It-tip u d-dimensjonijiet tal-ankraġġ taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti fuq is-sit, tal-ankraġġ tas-sit, u tal-partijiet affettwati tal-istruttura tal-vettura.

2.24.

Sistema ta’ spostament” tfisser apparat li jippermetti li s-sit għall-adult jew waħda mill-partijiet tiegħu jiġu spostati b’mod angolari jew lonġitudinali, mingħajr pożizzjoni intermedja fissa, sabiex jiġu ffaċilitati d-dħul u l-ħruġ tal-passiġġieri u sabiex jitgħabbew u jitneħħew oġġetti minn fuq il-vettura.

2.25.

Sistema tal-illokkjar” tfisser apparat li jiżgura li s-sit għall-adult u l-partijiet tiegħu jinżammu fil-pożizzjoni tal-użu.

2.26.

Apparat tal-qfil” huwa apparat li jillokkja u jipprevjeni l-moviment ta’ sezzjoni waħda tal-istrixxi ta’ ċinturin tas-sikurezza għall-adulti fir-rigward ta’ xi sezzjoni oħra tal-istrixxi tal-istess ċinturin. Apparat bħal dan jista’ jaġixxi jew fuq is-sezzjoni dijagonali jew fuq is-sezzjoni ta’ fuq il-ћoġor jew jorbot flimkien kemm is-sezzjoni ta’ fuq il-ћoġor kif ukoll is-sezzjoni dijagonali taċ-ċinturin għall-adulti. It-terminu jkopri l-klassijiet li ġejjin:

2.26.1.

Apparat tal-klassi A”, apparat li jipprevjeni lit-tfal milli jiġbdu l-istrixxi mir-ritrattur minn ġol-parti taċ-ċinturin li tiġi fuq il-ħoġor, meta ċ-ċinturin għall-adulti jintuża biex irażżan lit-tfal direttament;

2.26.2.

Apparat tal-klassi B”, apparat li jippermetti li tinżamm tensjoni applikata fuq il-parti taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti li tiġi fuq il-ħoġor, meta ċ-ċinturin għall-adulti jintuża biex irażżan it-trażżin għat-tfal. L-apparat huwa maħsub biex ma jħallix li l-istrixxi jiżolqu mir-ritrattur minn ġol-apparat, li allura jerħi t-tensjoni u jqiegħed it-trażżin f’pożizzjoni mhux ottimali.

2.27.

Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” hija sistema ta’ trażżin għat-tfal iddisinjata għal tfal bi bżonnijiet speċjali minħabba diżabbiltà fiżika jew mentali; b’mod partikolari, dan l-apparat jista’ jippermetti apparati tat-trażżin addizzjonali għal kwalunkwe parti tat-tfal, iżda jrid ikollu mill-inqas mezz primarju ta’ trażżin li jkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

2.28.

Parti ta’ twaħħil ISOFIX” tfisser waħda miż-żewġ konnessjonijiet, li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.3.2. ta’ dan ir-Regolament, li testendi mill-istruttura tas-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX, u li tkun kompatibbli mal-ankraġġ ta’ isfel ISOFIX.

2.29.

Sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX” tfisser sistema tat-trażżin għat-tfal li trid tiġi mqabbda ma’ sistema ta’ ankraġġ ISOFIX li tissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 14 jew tar-Regolament tan-NU Nru 145.

2.30.

Koljatura tas-sit” tfisser iż-żona qrib l-intersezzjoni tas-superfiċji tal-kuxin tas-sit tal-vettura u tad-dahar tas-sit.

2.31.

"Vehicle seat fixture (VSF)" means a fixture, according to ISOFIX size classes defined in paragraph 2.1.1.6. and whose dimension are given in Figures 1 to 6 of Annex 17, Appendix 2 to UN Regulation No. 16, used by a child restraint manufacturer to determine the appropriate dimensions of an ISOFIX child restraint system and the location of its ISOFIX attachments.

2.32.

Konnettur tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser apparat maħsub biex jitwaħħal mal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX.

2.33.

Ganċ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser konnettur tal-irbit ta’ fuq ISOFIX li tipikament jintuża sabiex ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX titwaħħal ma’ ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX kif iddefinit fil-Figura 3 tar-Regolament tan-NU Nru 14 jew fil-Figura 3 tar-Regolament tan-NU Nru 145.

2.34.

Ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” tfisser ċinturin (jew ekwivalenti) li testendi minn fuq nett ta’ sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX sal-ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX, u li tkun mgħammra b’apparat ta’ aġġustament, b’apparat li jnaqqas it-tensjoni, u b’konnettur tal-irbit ta’ fuq ISOFIX.

2.35.

Parti ta’ twaħħil tal-irbit ta’ fuq ISOFIX” hija apparat li jorbot sewwa ċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX mas-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX.

2.36.

Apparat li jnaqqas it-tensjoni” tfisser sistema li tippermetti r-rilaxx tal-apparat li jaġġusta u li jżomm it-tensjoni fiċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX.

2.37.

Gwida tal-istrixxi taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti” tfisser apparat li minnu jgħaddi ċ-ċinturin għall-adulti biex jinżamm fil-pożizzjoni korretta tiegħu, li tippermetti l-moviment liberu tal-istrixxi.

2.38.

Test tal-approvazzjoni tat-tip”, tfisser test biex jiġi ddeterminat sa liema punt tip ta’ sistema tat-trażżin għat-tfal imressqa għall-approvazzjoni tkun kapaċi tissodisfa r-rekwiżiti.

2.39.

Test tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni”, tfisser test biex jiġi ddeterminat jekk il-manifattur huwiex kapaċi jipproduċi sistema ta’ trażżin għat-tfal f’konformità mas-sistemi tat-trażżin għat-tfal mressqa għall-approvazzjoni tat-tip.

2.40.

Ittestjar ta’ rutina”, tfisser l-ittestjar ta’ għadd ta’ sistemi tat-trażżin magħżula minn lott wieħed sabiex jiġi vverifikat sa liema punt dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti.

2.41.

Sistema ta’ spostament ta’ sistema tat-trażżin għat-tfal” tfisser apparat li jippermetti li s-CRS jew waħda mill-partijiet tagħha jiġu spostjati b’mod angolari jew lonġitudinali.

2.42.

Sistema tal-illokkjar ta’ sistema tat-trażżin għat-tfal” tfisser apparat li jiżgura li s-CRS u l-partijiet tagħha jinżammu fil-pożizzjoni tal-użu.

2.43.

Apparat ta’ limitazzjoni tat-tagħbija” tfisser apparat li jista’ jinkiser jew jiġġammja f’kundizzjonijiet ta’ tagħbija speċifiċi. L-apparat għandu jkun iddisinjat speċifikament għal dawn il-kundizzjonijiet u l-imġiba tiegħu għandha tkun riproduċibbli u tiġi dokumentata oġġettivament fid-dokumentazzjoni teknika.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ trażżin għat-tfal għandha titressaq mid-detentur tal-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu, u għandha ssegwi l-iskema tal-approvazzjoni tat-tip deskritta fl-Anness 14.

3.2.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni, relatata ma’ kull tip ta’ trażżin għat-tfal, għandu jkollha magħha:

3.2.1.

Deskrizzjoni teknika tat-trażżin għat-tfal, li tispeċifika ċ-ċineg u l-materjali l-oħra użati flimkien mal-imġiba prevista u riproduċibbli tal-apparati ta’ limitazzjoni tat-tagħbija. Dan għandha tkun akkompanjata b’disinni tal-partijiet li jikkostitwixxu t-trażżin għat-tfal u fil-każ ta’ ritratturi, l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni għal dawn ir-ritratturi u l-apparat ta’ detezzjoni tagħhom, dikjarazzjoni dwar it-tossiċità (il-paragrafu 6.1.5.) u l-fjammabbiltà (il-paragrafu 6.1.6.), id-disinni għandhom juru l-pożizzjoni maħsuba għan-numru tal-approvazzjoni u għas-simbolu/i addizzjonali fir-rigward taċ-ċirku tal-marka tal-approvazzjoni. Id-deskrizzjoni għandha tindika l-kulur tal-mudell imressaq għall-approvazzjoni;

3.2.2.

Erba’ kampjuni tat-trażżin għat-tfal;

3.2.3.

Ċinga twila 10 metri ta’ kull kategorija użata fit-trażżin għat-tfal; u

3.2.4.

Kampjuni addizzjonali għandhom jitressqu fuq it-talba tas-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-test;

3.2.5.

Struzzjonijiet u dettalji tal-ippakkjar f’konformità mal-paragrafu 15. ta’ hawn taħt;

3.2.6.

Fil-każ tal-carrycots, jekk it-trażżin għall-carrycot jista’ jintuża flimkien ma’ għadd ta’ tipi ta’ carrycots, il-manifattur tat-trażżin għandu jipprovdi lista ta’ dawn tal-aħħar.

3.3.

Fil-każ li jintuża ċinturin tas-sikurezza għall-adulti biex jitwaħħal it-trażżin għat-tfal, l-applikazzjoni għandha tistipula l-kategorija taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti li għandha tintuża, eż ċinturini statiċi ta’ fuq il-ħoġor.

3.4.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip ta’ Parti Kontraenti għandha tivverifika, qabel ma tagħti l-approvazzjoni tat-tip, l-eżistenza ta’ arranġamenti u ta’ proċeduri sodisfaċenti sabiex jiġi żgurat kontroll effettiv ħalli s-sistemi tat-trażżin għat-tfal, it-tagħmir jew il-partijiet tagħhom, meta jiġu prodotti, ikunu konformi mat-tip approvat.

4.   IMMARKAR

4.1.

Il-kampjuni tat-trażżin għat-tfal imressqa għall-approvazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3.2.2. u 3.2.3. ta’ hawn fuq għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar u indelibbli bl-isem, bl-inizjali jew bil-marka kummerċjali tal-manifattur.

4.2.

Waħda mill-partijiet tal-apparat għat-trażżin għat-tfal magħmula mill-plastik (bħall-qafas, l-ilqugħ mill-impatt, il-booster cushion, eċċ.), minbarra ċ-ċinturin(i) jew il-harness, għandha tiġi mmarkata b’mod ċar (u indelibbli) bis-sena tal-produzzjoni.

4.3.

Jekk it-trażżin ser jintuża flimkien ma’ ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, il-perkors korrett tal-istrixxi għandu jkun indikat b’mod ċar permezz ta’ disinn imwaħħal mat-trażżin b’mod permanenti. Jekk it-trażżin jinżamm f’postu biċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, il-perkorsi tal-istrixxi għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar fuq il-prodott permezz ta’ kodiċi bil-kuluri. Il-kulur għall-perkors taċ-ċinturin tas-sikurezza li għandu jintuża meta l-apparat jiġi installat iħares ’il quddiem għandu jkun aħmar u meta jiġi installat iħares lura għandu jkun blu. L-apparati li jistgħu jiġu installati jħarsu lura u ’l quddiem mingħajr ma jinbidel il-perkors taċ-ċinturin (eż sistema li tista’ ddur) għandhom jużaw iż-żewġ kuluri. L-istess kuluri għandhom jintużaw ukoll fuq it-tikketti ta’ fuq l-apparat li juru l-metodi kif jintuża.

Għandu jkun hemm differenza ċara bejn il-perkorsi maħsuba għas-sezzjoni ta’ fuq il-ћoġor u dawk għas-sezzjoni dijagonali taċ-ċinturin tas-sikurezza. Indikazzjonijiet bħal kodiċi bil-kuluri, kliem, forom, eċċ, għandhom jiddistingwu kull sezzjoni taċ-ċinturin tas-sikurezza.

Fi kwalunkwe disinn tal-perkors taċ-ċinturin fuq il-prodott, l-orjentazzjoni tat-trażżin għat-tfal fir-rigward tal-vettura għandha tkun indikata b’mod ċar. Dijagrammi tal-perkors taċ-ċinturin li ma jurux is-sit tal-vettura mhumiex aċċettabbli.

L-immarkar iddefinit f’dan il-paragrafu għandu jkun viżibbli fuq it-trażżin installat fil-vettura. Għal trażżin tal-grupp 0, dan l-immarkar għandu jkun viżibbli wkoll bit-tifel/tifla fit-trażżin.

4.4.

Fuq is-superfiċje intern viżibbli (inkluż is-superfiċje ta’ ġewwa ta’ ġewnaħ tal-ġenb biswit ir-ras tat-tifel/tifla) fl-erja fejn bejn wieħed u ieħor tistrieħ ras it-tifel/tifla fis-sistema tat-trażżin għat-tfal, it-trażżin li jħares lura għandu jkollu t-tikketta indikata b’mod permanenti.

Id-dimensjonijiet kumplessivi tat-tikketta għandhom ikunu tal-inqas 120 × 60 mm jew ta’ erja ekwivalenti.

It-tikketta tista’ tiġi adattata b’tali mod li t-tqassim tal-informazzjoni jkun differenti mill-eżempju indikat hawn; madankollu, il-kontenut għandu jissodisfa l-preskrizzjonijiet preċiżi. Barra minn hekk, l-ebda tip ieħor ta’ informazzjoni ma għandu jiġi inkluż fuq it-tikketta sakemm ma jitpoġġiex barra minn rettangolu mmarkat b’mod ċar li mill-inqas ikollu d-dimensjonijiet kumplessivi kif meħtieġ hawn fuq. B’deroga minn dak imsemmi hawn fuq, numru tal-part, bar code jew marka ta’ identifikazzjoni simili li ma tkunx akbar minn 8 mm x 35 mm jew l-erja ekwivalenti tista’ titqiegħed fuq it-tikketta.

Għandu jiġi żgurat ukoll li mhi permessa l-ebda devjazzjoni fil-forma u l-orjentazzjoni tal-pittogrammi preskritti, u b’mod partikolari li għandu jkun ipprojbit kwalunkwe adattament personalizzat tal-immaġini tal-pittogramma preskritta, bl-eċċezzjoni tal-id bis-saba’ werrej ippuntat u l-ktejjeb miftuħ b’ittra “i” fuq il-paġna tal-lemin tiegħu diment li dawn ikunu jintgħarfu b’mod ċar bħala tali.

Għandhom jiġu aċċettati irregolaritajiet żgħar li jikkonċernaw il-ħxuna tal-linja, l-istampar tat-tikketta u tolleranzi tal-produzzjoni rilevanti oħra.

It-tikketta għandha tiġi meħjuta fuq il-kisi madwar il-perimetru kollu tiegħu u/jew titwaħħal b’mod permanenti fuq il-kisi fuq is-superfiċje ta’ wara tiegħu kollu. Kwalunkwe forma oħra ta’ twaħħil li jkun permanenti u li ma hemmx ċans li jitneħħa minn fuq il-prodott jew li jiġi oskurat hija aċċettabbli. Tikketti jperpru huma speċifikament ipprojbiti.

Fil-każ li sezzjonijiet mit-trażżin jew kwalunkwe aċċessorji fornuti mill-manifattur tas-sistema tat-trażżin għat-tfal jistgħu joskuraw it-tikketta, tkun meħtieġa tikketta addizzjonali. Tikketta ta’ twissija waħda għandha tkun viżibbli b’mod permanenti fis-sitwazzjonijiet kollha meta t-trażżin jitħejja għall-użu fi kwalunkwe konfigurazzjoni.

Image 1

Image 2

Image 3

4.5.

Fil-każ tat-trażżin għat-tfal li jista’ jintuża kemm f’pożizzjoni li jħares ’il quddiem kif ukoll f’pożizzjoni li jħares lura, inkludi l-kliem:

“IMPORTANTI - TUŻAX FIL-POŻIZZJONI LI JĦARES ’IL QUDDIEM JEKK IL-PIŻ TAT-TIFEL/TIFLA HUWA AKTAR MINN .......... (Irreferi għall-istruzzjonijiet)”

4.6.

Fil-każ tat-trażżin għat-tfal b’perkorsi alternattivi għaċ-ċinturin, il-punti tal-kuntatt alternattivi li jerfgħu t-tagħbija bejn it-trażżin għat-tfal u ċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti għandhom ikunu mmarkati b’mod permanenti. Dan l-immarkar għandu jindika li dan huwa l-perkors alternattiv għaċ-ċinturin, u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti għall-kodiċi msemmija hawn fuq għal sits li jħarsu ’l quddiem u lura.

4.7.

Jekk it-trażżin għat-tfal joffri punti ta’ kuntatt alternattivi li jerfgħu t-tagħbija, l-immarkar meħtieġ fil-paragrafu 4.3. għandu jinkludi indikazzjoni li l-perkors alternattiv għaċ-ċinturin huwa deskritta fl-istruzzjonijiet.

4.8.

Immarkar ISOFIX

Jekk il-prodott ikun jinkludi partijiet ta’ twaħħil ISOFIX, l-informazzjoni li ġejja għandha tkun viżibbli b’mod permanenti għal min ikun qed jinstalla t-trażżin fil-vettura:

Il-logo ISO ISOFIX segwit mill-ittra/i li tkun/ikunu xierqa għall-klassi(jiet) tad-daqs ISOFIX li fiha/fihom joqgħod il-prodott. Mill-inqas, simbolu li jkun magħmul minn ċirku b’dijametru ta’ mill-inqas 13-il mm u li fih pittogramma; il-pittogramma għandha tikkuntrasta mal-isfond taċ-ċirku. Il-pittogramma għandha tkun viżibbli b’mod ċar jew permezz ta’ kuluri kuntrastanti jew permezz ta’ riljiev adegwat jekk din tkun ifformata jew ibbuzzata ’l barra.

Image 4

L-informazzjoni li ġejja tista’ tingħata permezz ta’ pittogrammi u/jew kitba. L-immarkar għandu jindika:

(a)

Il-passi rilevanti essenzjali meħtieġa sabiex is-sit ikun lest għall-installazzjoni. Pereżempju, għandu jiġi spjegat il-metodu ta’ kif tiġi estiża s-sistema ta’ latch ISOFIX;

(b)

Għandhom jiġu spjegati l-pożizzjoni, il-funzjoni, u l-interpretazzjoni ta’ kwalunkwe indikatur;

(c)

Il-pożizzjoni u, jekk ikun meħtieġ, il-perkors tal-irbit ta’ fuq, jew ta’ mezzi oħra li jillimitaw ir-rotazzjoni tas-sit li jkunu jeħtieġu azzjoni mill-utent, għandhom jiġu indikati bl-użu ta’ wieħed mis-simboli li ġejjin, skont kif ikun xieraq;

Image 5

(d)

Għandu jiġi indikat l-aġġustament tal-latches ISOFIX u tal-irbit ta’ fuq, jew ta’ mezzi oħra li jillimitaw ir-rotazzjoni tas-sit, li jkunu jeħtieġu azzjoni mill-utent;

(e)

L-immarkar għandu jkun imwaħħal b’mod permanenti u jkun viżibbli għall-utent li jinstalla s-sit;

(f)

Meta jkun neċessarju, għandha ssir referenza għall-istruzzjonijiet dwar l-użu tat-trażżin għat-tfal u għall-post ta’ dak id-dokument billi jintuża s-simbolu ta’ hawn taħt.

Image 6

4.9.

Immarkar ta’ booster cushion mingħajr appoġġ għad-dahar.

Jekk il-prodott ikun booster cushion mingħajr appoġġ għad-dahar, it-tikketta li ġejja għandha tkun viżibbli b’mod permanenti għal xi ħadd li jkun qed jinstalla t-trażżin fil-vettura u għandha tkun mgħottija meta jintuża l-booster cushion bl-appoġġ għad-dahar tiegħu li jista’ jitneħħa:

Image 7

5.   APPROVAZZJONI

5.1.

Kull kampjun imressaq b’konformità mal-paragrafi 3.2.2. u 3.2.3. ta’ hawn fuq għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 6. sa 8. ta’ dan ir-Regolament f’kull rigward qabel ma tkun tista’ tingħata l-approvazzjoni.

5.2.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 04 li jikkorrispondi għas-serje ta’ emendi 04 li daħlu fis-seħħ fit-12 ta’ Settembru 1995) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi ewlenin l-aktar reċenti li saru lir-Regolament fi żmien il-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ trażżin għat-tfal kopert minn dan ir-Regolament.

5.3.

In-notifika tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut tal-approvazzjoni tat-trażżin għat-tfal skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

5.4.

Barra mill-marki preskritti fil-paragrafu 4. ta’ hawn fuq, id-dettalji li ġejjin għandhom jitwaħħlu fi spazju adatt ma’ kull trażżin għat-tfal li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament:

5.4.1.

Marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tkun magħmula minn:

5.4.1.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (1);

5.4.1.2.

Numru tal-approvazzjoni;

5.4.2.

Is-simboli addizzjonali li ġejjin:

5.4.2.1.

Il-kelma/kliem “universali”, “ristrett”, “semiuniversali” jew “vettura speċifika” skont il-kategorija tat-trażżin;

5.4.2.2.

Il-medda tal-massa li għaliha ġie ddisinjat it-trażżin għat-tfal, jiġifieri,

0-10 kg; 0-13 kg; 9-18 kg; 15-25 kg; 22-36 kg; 0-18 kg; 9-25 kg; 15-36 kg; 0-25 kg; 9-36 kg; 0-36 kg;

5.4.2.3.

Is-simbolu “S” fil-każ ta’ “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali”.

5.5.

Il-marka tal-approvazzjoni preskritta fil-paragrafu 5.4. ta’ hawn fuq ma tistax tiġi sostitwita b’Identifikatur Uniku (UI) kif imsemmi fl-Iskeda 5 tal-Ftehim tal-1958.

5.6.

L-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-arranġament tal-marka tal-approvazzjoni.

5.7.

Id-dettalji msemmija fil-paragrafu 5.4. ta’ hawn fuq għandhom ikunu jistgħu jinqraw b’mod ċar u jkunu miktuba b’mod li ma jistax jitħassar, u jistgħu jitwaħħlu jew permezz ta’ tikketta jew billi jiġu mmarkati direttament. It-tikketta jew l-immarkar għandhom ikunu reżistenti għall-użu.

5.8.

It-tabelli msemmija fil-paragrafu 5.6. ta’ hawn fuq jistgħu jinħarġu jew mill-awtorità li tat l-approvazzjoni jew, soġġett għall-awtorizzazzjoni ta’ dik l-awtorità, mill-manifattur.

6.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI

6.1.

Il-pożizzjonament u t-twaħħil fuq il-vettura

6.1.1.

L-użu tat-trażżin għat-tfal fil-kategoriji “universali”, “semiuniversali” u “ristrett” huwa permess għall-pożizzjonijiet tas-sits ta’ quddiem u ta’ wara jekk it-trażżin ikun installat f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur.

6.1.2.

L-użu tat-trażżin għat-tfal fil-kategorija “vettura speċifika” huwa permess fil-pożizzjonijiet tas-sits kollha kif ukoll fiż-żona tal-bagalji jekk it-trażżin ikun installat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Fil-każ tat-trażżin li jħares lura, id-disinn irid jiżgura li jiġi pprovdut appoġġ għar-ras tat-tifel/tifla kull meta t-trażżin ikun se jintuża. Dan għandu jiġi ddeterminat bħala linja perpendikulari mad-dahar tas-sit li tgħaddi minn linja fil-livell tal-għajnejn, fejn il-punt tal-intersezzjoni għandu jkun tal-inqas 40 mm ’l isfel mill-bidu tar-raġġ ta’ dan l-appoġġ għar-ras.

6.1.3.

Skont il-kategorija li jappartjeni għaliha, it-trażżin għat-tfal għandu jitwaħħal mal-istruttura tal-vettura jew mal-istruttura tas-sit.

Konfigurazzjonijiet possibbli għall-approvazzjoni

Tabella tal-gruppi / kategoriji

Kategorija tal-grupp

Universali  (2)

Semiuniversali  (3)

Ristrett

Vettura speċifika

CRS

ISOFIXCRS

CRS

ISOFIXCRS

CRS

ISOFIXCRS

CRS

ISOFIXCRS

0

Carrycot

A (4)

MA

A (4)

A (4)

A (4)

MA

A (4)

A (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Iħares lura

A (4)

MA

A (4)

A (4)

A (4)

MA

A (4)

A (4)

0+

Iħares lura

A (4)

MA

A (4)

A (4)

A (4)

MA

A (4)

A (4)

I

Iħares lura

A (4)

MA

A (4)

A (4)

A (4)

MA

A (4)

A (4)

Iħares ’il quddiem

(integrali)

A (4)

A (4)

A (4)

A (4)

A (4)

MA

A (4)

A (4)

Iħares ’il quddiem

(mhux integrali)

MA

MA

MA

MA

MA

MA

MA

MA

Iħares ’il quddiem

(mhux integrali – ara l-paragrafu 6.1.12.)

A (4)

MA

A (4)

MA

A (4)

MA

A (4)

A (4)

II

Iħares lura

A (4)

MA

A (4)

MA

A (4)

MA

A (4)

A (4)

Iħares ’il quddiem

(integrali)

A (4)

MA

A (4)

MA

A (4)

MA

A (4)

A (4)

Iħares ’il quddiem

(mhux integrali)

A (4)

MA

A (4)

MA

A (4)

MA

A (4)

A (4)

III

Iħares lura

A (4)

MA

A (4)

MA

A (4)

MA

A (4)

A (4)

Iħares ’il quddiem

(integrali)

A (4)

MA

A (4)

MA

A (4)

MA

A (4)

A (4)

Iħares ’il quddiem

(mhux integrali)

A

MA

A

MA

A

MA

A

A

Fejn:

CRS

:

Sistema tat-trażżin għat-tfal

A

:

Applikabbli

MA

:

Mhux Applikabbli

6.1.3.1.

For the "universal" and "restricted" categories, by means of an adult safety-belt (with or without a retractor) meeting the requirements of UN Regulation No. 16 (or equivalent) fitted to anchorages meeting the requirements of UN Regulation No. 14 (or equivalent).

6.1.3.2.

Għal sistemi ta’ trażżin għat-tfal ISOFIX “universali” permezz ta’ partijiet ta’ twaħħil ISOFIX u ta’ ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament installati ma’ sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u ma’ ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 14 jew tar-Regolament tan-NU Nru 145.

6.1.3.3.

Għall-kategorija “semiuniversali”: permezz tal-ankraġġi ta’ isfel preskritti fir-Regolament tan-NU Nru 14 jew fir-Regolament tan-NU Nru 145 u ankraġġi addizzjonali li jissodisfaw ir-rakkomandazzjoni tal-Anness 11 ta’ dan ir-Regolament.

6.1.3.4.

Għas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal ISOFIX “semiuniversali” permezz ta’ partijiet ta’ twaħħil ISOFIX u ta’ ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX jew ta’ riġel ta’ appoġġ jew ta’ dashboard tal-vettura, li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament installati ma’ ankraġġi ISOFIX u/jew ankraġġ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX li jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 14 jew tar-Regolament tan-NU Nru 145.

6.1.3.5.

Għall-kategorija “vettura speċifika”: permezz tal-ankraġġ iddisinjat mill-manifattur tal-vettura jew mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal.

6.1.3.6.

Fil-każ taċ-ċineg tat-trażżin għat-tfal jew taċ-ċinga li twaħħal it-trażżin għat-tfal li jużaw l-ankraġġi taċ-ċinturin li magħhom diġà hemm installat(i) ċinturin(i) għall-adulti, is-Servizz Tekniku għandu jivverifika li:

 

The effective adult belt anchorage position is as approved under UN Regulation No. 14 or equivalent;

 

Iż-żewġ apparati ma jfixklux it-tħaddim effettiv ta’ xulxin;

 

Il-bokkli tas-sistema tal-adulti u ta’ dik addizzjonali ma għandhomx jintużaw minflok xulxin.

In the case of child restraining devices utilizing bars, or extra devices attached to the anchorages approved under UN Regulation No. 14, which move the effective anchorage position outside the field of Regulation No. 14, the following points shall apply:

 

Apparat bħal dan jiġi approvat biss bħala apparat semiuniversali jew għal vettura speċifika;

 

Is-Servizz Tekniku għandu japplika r-rekwiżiti tal-Anness 11 ta’ dan ir-Regolament għall-iżbarra u għall-qfil;

 

L-iżbarra tiġi inkluża fit-test dinamiku, bit-tagħbija tiġi applikata fuq il-pożizzjoni tan-nofs u fuq l-iżbarra u l-akbar estensjoni tagħha, jekk tkun aġġustabbli;

 

Ma għandhomx jiġu mxekkla l-pożizzjoni effettiva u t-tħaddim ta’ kwalunkwe ankraġġ taċ-ċinturin għall-adulti li permezz tiegħu tiġi ffissata l-iżbarra.

6.1.3.7.

It-trażżin għat-tfal li juża riġel ta’ appoġġ għandu jiġi approvat biss taħt il-kategorija “semiuniversali” jew “vettura speċifika” u għandhom jiġu applikati r-rekwiżiti tal-Anness 11 ta’ dan ir-Regolament. Il-manifattur tas-sistema tat-trażżin għat-tfal għandu il-ħtieġa tar ir-riġel ta’ appoġġ għall-funzjonament korrett tagħha f’kull vettura u għandu jipprovdi din l-informazzjoni.

6.1.4.

Il-booster cushion għandu jitrażżan jew permezz ta’ ċinturin għall-adulti, fejn jintuża t-test kif speċifikat fil-paragrafu 8.1.4., jew permezz ta’ mezzi separati.

6.1.5.

Il-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal għandu jiddikjara bil-miktub li t-tossiċità tal-materjali użati fil-manifattura tas-sistemi tat-trażżin u li jkunu aċċessibbli għat-tfal imrażżna hija konformi mal-partijiet rilevanti ta’ EN 71-3:2013+A1:2014 (il-paragrafu 4.2., Tabella 2, Kategorija III għar-rekwiżiti speċifiċi u l-paragrafu 7.3.3. għall-metodoloġija tat-test). It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu fid-diskrezzjoni tas-Servizz Tekniku. Dan il-paragrafu ma japplikax għall-apparati tat-trażżin tal-gruppi II u III.

6.1.6.

Il-fjammabbiltà tas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal imressqa għall-approvazzjoni għandha tiġi vvalutata permezz ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin:

Il-Metodu 1 huwa applikabbli biss għas-Sistemi ta’ Trażżin għat-Tfal mhux inkorporati u l-Metodu 2 huwa applikabbli biss għas-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal inkorporati fil-vettura.

Metodu 1

Il-manifattur tas-Sistema ta’ Trażżin għat-Tfal għandu jiddikjara bil-miktub li l-fjammabbiltà tal-materjali użati għall-manifattura tas-Sistema ta’ Trażżin għat-Tfal hija konformi mat-taqsima 5.4 tal-EN 71-2:2011+A1:2014 b’rata massima tat-tifrix tal-fjamma ta’ 30 mm/s. It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu fid-diskrezzjoni tas-Servizz Tekniku. Jekk jintuża assemblaġġ ta’ drappijiet, dawn għandhom jiġu ttestjati bħala materjal kompost.

Materjal kompost” tfisser materjal magħmul minn diversi saffi ta’ materjali simili jew differenti bis-superfiċji mwaħħla flimkien permezz ta’ simentar, kolla, cladding, iwweldjar, eċċ. F’tali każ, il-materjal għandu jiġi ttestjat bħala materjal kompost. Meta materjali differenti jitwaħħlu flimkien b’mod intermittenti, dawn il-materjali ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala materjali komposti u għalhekk għandhom jiġu ttestjati separatament.

It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu fid-diskrezzjoni tas-Servizz Tekniku.

Metodu 2

L-applikant għandu jiddikjara bil-miktub li meta l-materjali jiġu ttestjati f’konformità mal-Anness 24 ta’ dan ir-Regolament, il-materjali użati la għandhom jinħarqu, u lanqas jittrażmettu xi flame front fuq is-superfiċje, b’rata ta’ aktar minn 100 mm fil-minuta. Kull materjal użat f’sistema tat-trażżin għat-tfal għandu jikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti. Madankollu, ir-rekwiżit dwar it-trażmissjoni ta’ flame front ma għandux japplika għal superfiċje li jirriżulta mill-qtugħ ta’ kampjun tat-test għal skopijiet ta’ ttestjar skont l-Anness 24.

Ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati kemm fil-pożizzjoni “waqt l-użu” kif ukoll fil-pożizzjoni “stivat” tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal inkorporata.

Jekk materjal jieqaf jinħaraq qabel ma jgħaddu 60 sekonda, u ma jkunx inħaraq aktar minn 51 mm mill-punt minn fejn ikun beda jingħadd il-ħin, dan għandu jiġi kkunsidrat li jissodisfa r-rekwiżit tar-rata tal-ħruq speċifikat hawn fuq.

It-testijiet li jikkonfermaw il-validità tad-dikjarazzjoni jistgħu jitwettqu fid-diskrezzjoni tas-Servizz Tekniku.

6.1.7.

Fil-każ tat-trażżin għat-tfal li jħares lura appoġġat fuq id-dashboard tal-vettura, għall-fini tal-approvazzjoni skont dan ir-Regolament id-dashboard għandu jiġi meqjus bħala riġidu biżżejjed.

6.1.8.

Is-sistemi tat-trażżin għat-tfal integrali tal-kategorija “universali”, għajr għas-sistemi tat-trażżin għat-tfal ISOFIX universali, għandu jkollhom punt tal-kuntatt prinċipali li jerfa’ t-tagħbija bejn it-trażżin għat-tfal u l-istrixxi taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti. Dan il-punt ma għandux ikun inqas minn raġġ ta’ 150 mm mill-assi Cr meta mkejjel bit-trażżin għat-tfal kif indikat fil-figuri ta’ hawn taħt, fuq il-bank tat-test dinamiku installat f’konformità mal-Anness 21 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr manikin.

Is-sistemi ta’ trażżin għat-tfal mhux integrali tal-kategorija “universali”, għandu jkollhom punt tal-kuntatt prinċipali li jerfa’ t-tagħbija bejn it-trażżin għat-tfal u l-istrixxi taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti. Dan il-punt ma għandux ikun inqas minn 65 mm vertikalment ’il fuq mill-kuxin tal-bank tat-test u ma għandux ikun inqas minn raġġ ta’ 150 mm mill-assi Cr meta mkejjel bit-trażżin għat-tfal kif indikat fil-figuri ta’ hawn taħt, fuq il-bank tat-test dinamiku installat f’konformità mal-Anness 21 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr manikin.

Image 8

(id-dimensjonijiet huma kollha f’millimetri)

Image 9

Il-verifika għandha ssir fuq iż-żewġ naħat tas-CRS u tul il-pjan lonġitudinali parallel mal-pjan medjan tas-CRS.

Perkorsi alternattivi taċ-ċinturini huma permessi. Meta jkun hemm perkors alternattiv taċ-ċinturin, il-manifattur għandu jagħmel referenza speċifika għall-perkors alternattiv fl-istruzzjonijiet dwar l-użu, kif meħtieġ mill-paragrafu 15. Meta jiġi ttestjat, bl-użu ta’ tali perkors(i) alternattiv(i), it-trażżin għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta’ dan ir-Regolament.

6.1.9.

Jekk iċ-ċinturin għall-adulti jkun meħtieġ sabiex jorbot trażżin għat-tfal tal-kategorija “universali”, it-tul massimu tiegħu li għandu jintuża fuq il-bank tat-test dinamiku huwa definit fl-Anness 13 ta’ dan ir-Regolament.

Sabiex tiġi verifikata l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit, is-sistema tat-trażżin għat-tfal għandha tiġi marbuta fuq il-bank tat-test permezz taċ-ċinturin tas-sikurezza standard xieraq deskritt fl-Anness 13. Il-manikin ma għandux jiġi installat jekk it-trażżin ma jkunx iddisinjat b’tali mod li l-installazzjoni tal-manikin iżżid l-ammont ta’ ċinturin użat. Bis-sistema tat-trażżin għat-tfal fil-pożizzjoni installata ma għandux ikun hemm tensjoni fuq iċ-ċinturin apparti minn dik magħmula mir-ritrattur standard, meta dan ikun installat. Meta jintuża ċ-ċinturin tar-ritrattur, din il-kundizzjoni għandha tiġi ssodisfata u għandu jibqa’ mill-inqas 150 mm taċ-ċinturin miġbur fir-rukkell.

6.1.10.

It-trażżin għat-tfal tal-gruppi 0 u 0 + ma għandux jintuża jħares ’il quddiem.

6.1.11.

Is-sistemi tat-trażżin għat-tfal tal-gruppi 0 u 0 +, bl-eċċezzjoni tal-carrycots kif definiti fil-paragrafu 2.4.1., għandhom jappartjenu għall-klassi integrali.

6.1.12.

Is-sistemi tat-trażżin għat-tfal tal-grupp I għandhom jappartjenu għall-klassi integrali, sakemm ma jkunux mgħammra b’ilqugħ mill-impatt tal-Klassi B, kif definit fil-paragrafu 2.7. ta’ dan ir-Regolament.

6.1.13.

Il-booster cushion mingħajr appoġġ għad-dahar għandu jiġi approvat biss bħala Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal tal-Grupp III kif definit fil-paragrafu 2.1.1.5. ta’ dan ir-Regolament. (Il-medda tal-massa minn 22 kg sa 36 kg).

6.2.

Konfigurazzjoni

6.2.1.

Il-konfigurazzjoni tat-trażżin għandha tkun tali, li:

6.2.1.1.

It-trażżin jagħti l-protezzjoni meħtieġa fi kwalunkwe pożizzjoni maħsuba għas-sistema tat-trażżin; għat-“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” il-mezz primarju ta’ trażżin għandu jagħti l-protezzjoni meħtieġa fi kwalunkwe pożizzjoni maħsuba għas-sistema tat-trażżin mingħajr ma jintuża l-apparat għat-trażżin addizzjonali li jista’ jkun preżenti.

6.2.1.2.

It-tfal jistgħu jitpoġġew fit-trażżin u jitneħħew minnu faċilment u malajr; fil-każ ta’ sistema tat-trażżin għat-tfal li fiha t-tfal jiġu mrażżna permezz ta’ ċinturin f’għamla ta’ harness jew ta’ ċinturin f’forma ta’ Y mingħajr ritrattur, kull trażżin ta’ fuq l-ispalla u kull ċinga ta’ fuq il-ħoġor għandhom ikunu jistgħu jiċċaqalqu fir-rigward ta’ xulxin waqt il-proċedura preskritta fil-paragrafu 7.2.1.4.

F’dawn il-każijiet l-assemblaġġ taċ-ċinturin tas-sistema tat-trażżin għat-tfal jista’ jkun iddisinjat b’żewġ partijiet jew aktar ta’ konnessjoni. Għat-“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” huwa rikonoxxut li l-apparat addizzjonali tat-trażżin jnaqqas il-veloċità li biha t-tfal jistgħu jitpoġġew u jitneħħew. Madankollu, l-apparat addizzjonali għandu jkun iddisinjat biex jinfetaħ malajr kemm jista’ jkun.

6.2.1.3.

Jekk ikun possibbli li tinbidel l-inklinazzjoni tat-trażżin, din il-bidla fl-inklinazzjoni ma għandhiex teħtieġ l-aġġustament mill-ġdid manwali taċ-ċineg. Biex titbiddel l-inklinazzjoni tat-trażżin, tkun meħtieġa azzjoni manwali deliberata.

6.2.1.4.

Is-sistemi tat-trażżin tal-gruppi 0, 0 + u I għandhom iżommu t-tfal f’pożizzjoni tali li jagħtu l-protezzjoni meħtieġa anki meta t-tfal ikunu reqdin.

6.2.1.5.

Is-sistemi tat-trażżin kollha li jħarsu ’l quddiem tal-grupp I li jinkorporaw sistema integrali ta’ harness għandu jkollhom ċinga ta’ bejn il-koxox li tipprevjeni li t-tifel/tifla jiżżerżaq ’l isfel, jew minħabba impatt jew minħabba li ma joqogħdux bi kwiethom.

6.2.2.

L-apparat kollu tat-trażżin li juża “ċinga ta’ fuq il-ħoġor” għandu jiggwida ċ-“ċinga ta’ fuq il-ħoġor”, b’mod ekwilaterali fuq iż-żewġ naħat, biex ikun żgurat li t-tagħbija trażmessa miċ-“ċinga ta’ fuq il-ħoġor” tiġi trażmessa minn ġol-pelvi. L-assemblaġġ ma għandux jissoġġetta lill-partijiet dgħajfa tal-ġisem tat-tfal (l-addome, il-parti ta’ bejn il-koxox, eċċ.) għal forzi eċċessivi.

Fil-każ ta’ booster cushions u booster seats, il-parti ta’ fuq il-ħoġor taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti għandha tiġi ggwidata b’mod ekwilaterali fuq iż-żewġ naħat biex jiġi żgurat li t-tagħbijiet trażmessi miċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor għall-adulti jiġu trażmessi minn ġol-pelvi. Il-gwida pożittiva tat-tagħbijiet fuq il-pelvi għandha tiġi rrealizzata mill-mument li fih it-tifel/tifla jitqiegħed/titqiegħed fit-trażżin; iċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor għandu jgħaddi minn fuq il-parti ta’ fuq tal-koxxa, bit-tinja tmiss ħafif mal-pelvi. L-angoli α u β bejn il-linja tanġenti fejn iċ-ċinturin imiss mal-koxox u l-orizzontali għandhom ikunu akbar minn 10°.

Image 10

6.2.2.1.

Biċ-ċinga ta’ bejn il-koxox mehmuża u fl-aktar pożizzjoni twila tagħha jekk tkun aġġustabbli, ma għandux ikun possibbli li wieħed jaġġusta ċ-ċinga ta’ fuq il-ħoġor b’mod li din titqiegħed ’il fuq mill-pelvi kemm tal-iċken kif ukoll tal-akbar manikin fil-gruppi tal-massa koperti mill-approvazzjoni. Għat-trażżin kollu li jħares ’il quddiem ma għandux ikun possibbli li wieħed jaġġusta iċ-ċinga ta’ fuq il-ħoġor b’mod li din titqiegħed ’il fuq mill-pelvi kemm għall-iċken kif ukoll għall-akbar manikin fil-gruppi tal-massa koperti mill-approvazzjoni.

6.2.2.2.

Waqt it-test dinamiku, kif preskritt fil-paragrafu 8.1.3., iċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor ma għandux jgħaddi kompletament ’il hinn mill-istruttura pelvika tal-manikin, fil-perjodu ta’ qabel id-devjazzjoni massima orizzontali tar-ras. Għandha ssir valutazzjoni bl-użu ta’ filmati b’veloċità qawwija.

6.2.3.

Iċ-ċineg kollha tat-trażżin għandhom jitpoġġew b’tali mod li ma jdejqux lil min jilbishom waqt l-użu normali u li ma jadottawx konfigurazzjoni perikoluża. Id-distanza bejn iċ-ċineg għall-ispalla li jinstabu viċin tal-għonq għandha tkun tal-inqas daqs il-wisa’ tal-għonq tal-manikin xieraq.

6.2.4.

Id-disinn għandu jkun tali li t-tagħbijiet kompressivi ma jiġux imposti fuq il-qurriegħa tal-ras tat-tifel/tifla, fil-każ ta’ kolliżjoni.

6.2.4.1.

Iċ-ċinturini f’forma ta’ Y jistgħu jintużaw biss fis-sistemi tat-trażżin għat-tfal li jħarsu lura u lateralment (carrycots).

6.2.5.

It-trażżin għat-tfal għandu jkun iddisinjat u installat b’tali mod li:

6.2.5.1.

To minimize the danger of injury to the child or to other occupants of the vehicle through sharp edges or protrusions (as defined in UN Regulation No. 21, for example);

6.2.5.2.

Ma jkollux truf jew partijiet li jisporġu ’l barra li jaqtgħu li jistgħu jikkawżaw ħsara lill-kisi tas-sits tal-vettura jew lill-ħwejjeġ tal-okkupanti;

6.2.5.3.

Ma jissoġġettax lill-partijiet dgħajfa tal-ġisem tat-tifel/tifla (l-addome, il-parti ta’ bejn il-koxox, eċċ) għal forzi ta’ inerzja supplimentari li joħloq huwa stess;

6.2.5.4.

Jiżgura li l-partijiet riġidi tiegħu, fil-punti fejn ikunu f’kuntatt maċ-ċineg, ma jkollomx truf li jaqtgħu li jistgħu joborxu ċ-ċineg.

6.2.6.

Kwalunkwe parti magħmula b’mod li tista’ tiġi separata biex tippermetti li l-komponenti jitwaħħlu u jinqalgħu għandha tkun iddisinjata b’tali mod li tevita kemm jista’ jkun kwalunkwe riskju ta’ assemblaġġ u użu mhux korrett. It-“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” jista’ jkollu apparati addizzjonali tat-trażżin; dawn għandhom jiġu ddisinjati biex jevitaw kwalunkwe riskju ta’ assemblaġġ mhux korrett u li l-mezz ta’ rilaxx tagħhom u l-mod li bih jitħaddmu għandhom ikunu immedjatament ovvji għal xi ħadd li jwettaq salvataġġ f’każ ta’ emerġenza.

6.2.7.

Meta t-trażżin għat-tfal maħsub għall-grupp I, għall-grupp II u għall-gruppi I u II flimkien jinkludi dahar għas-siġġu, l-għoli intern ta’ dan id-dahar, iddeterminat skont id-disinn fl-Anness 12, ma għandux ikun inqas minn 500 mm.

6.2.8.

Jistgħu jintużaw biss ritratturi li jillokkjaw awtomatikament jew ritratturi li jillokkjaw f’emerġenza.

6.2.9.

Għall-apparat maħsub biex jintuża fil-Grupp I ma jridx ikun possibbli għat-tfal li jillaxkaw faċilment dik il-parti tas-sistema li trażżan il-pelvi wara li huma jitpoġġew fiha; għal dan il-għan ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.2.5. (apparati tal-qfil) għandhom jiġu ssodisfati; kwalunkwe apparat li huwa maħsub biex jikseb dan għandu jitwaħħal b’mod permanenti mas-sistema tat-trażżin għat-tfal.

6.2.10.

It-trażżin għat-tfal jista’ jkun iddisinjat biex jintuża f’aktar minn grupp tal-massa wieħed u/jew minn aktar minn tifel/tifla wieħed/waħda, sakemm ikun kapaċi jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti għal kull wieħed mill-gruppi kkonċernati. It-trażżin għat-tfal fil-kategorija “universali” għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dik il-kategorija għall-gruppi tal-massa kollha li għalihom ġie approvat.

6.2.11.

Trażżin għat-tfal b’ritrattur

Fil-każ ta’ trażżin għat-tfal li jinkorpora ritrattur, ir-ritrattur għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.2.3. ta’ hawn taħt.

6.2.12.

Fil-każ tal-booster cushions, għandha tiġi eżaminata l-faċilità li biha ċ-ċineg u l-ilsien taċ-ċinturin għall-adulti jgħaddu mill-punti tal-fissaġġ. Dan għandu jsir b’mod partikolari għall-booster cushions li huma maħsuba għas-sits ta’ quddiem tal-karozzi, li jista’ jkollhom irfid twil semiriġidu. Il-bokkla fissa ma għandhiex titħalla tgħaddi mill-punti tal-fissaġġ tal-booster seats, jew li tippermetti qagħda ta’ ċinturin kompletament differenti minn dik tat-trolley tat-test.

6.2.13.

Jekk it-trażżin għat-tfal huwa maħsub għal aktar minn tifel/tifla wieħed/waħda, kull sistema tat-trażżin għandha tkun totalment indipendenti fir-rigward tat-trasferiment tat-tagħbija u tal-aġġustamenti.

6.2.14.

It-trażżin għat-tfal li jinkorpora elementi li jintefħu għandu jiġi ddisinjat b’tali mod li l-kundizzjonijiet għall-użu (pressjoni, temperatura, umdità) ma jkollhom l-ebda effett fuq il-kapaċità tiegħu li jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

6.3.

Speċifikazzjonijiet tat-trażżin ISOFIX

6.3.1.

Karatteristiċi ġenerali

6.3.1.1.

Dimensjonijiet

Id-dimensjonijiet massimi laterali, ’l isfel, u lura tas-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX u l-pożizzjonament tas-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX li magħha għandhom jitqabbdu l-partijiet ta’ twaħħil tagħha, għandhom jiġu ddefiniti għall-manifattur tas-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX permezz tal-Fissaġġ tas-Sit tal-Vettura (VSF) iddefinit mill-paragrafu 2.31. ta’ dan ir-Regolament.

6.3.1.2.

Massa

Il-massa ta’ sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX tal-kategoriji universali u semiuniversali u tal-grupp tal-massa 0, 0+, I ma għandhiex tkun aktar minn15-il kg.

6.3.2.

Partijiet ta’ twaħħil ISOFIX

6.3.2.1.

Tip

Il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX jistgħu jkunu skont l-eżempji murija fil-Figura 0 (a) ta’ hawn taħt, jew skont disinji xierqa oħra li jkunu parti minn mekkaniżmu riġidu li jista’ jiġi aġġustat, li n-natura tiegħu tiġi ddeterminata mill-manifattur tas-Sistema tat-Trażżin għat-Tfal ISOFIX.

Image 11

Dimensjonijiet f’mm

Didiskalija

1

Parti ta’ twaħħil ta’ sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX – eżempju 1

2

Parti ta’ twaħħil ta’ sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX – eżempju 2

6.3.2.2.

Dimensjonijiet

Id-dimensjonijiet tal-porzjon tal-parti ta’ twaħħil tas-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX li tiddaħħal fis-sistema ta’ ankraġġ ISOFIX ma għandhomx ikunu akbar mid-dimensjonijiet massimi mogħtija mill-limiti indikati fil-Figura 0(b)

Image 12

Dimensjonijiet f’mm

6.3.2.3.

Indikazzjoni ta’ latching parzjali

Is-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX għandha tinkorpora mezzi li permezz tagħhom ikun hemm indikazzjoni ċara li ż-żewġ partijiet ta’ twaħħil ISOFIX inqaflu kompletament mal-ankraġġi ta’ isfel ISOFIX li jikkorrispondu magħhom. Il-mezzi ta’ indikazzjoni jistgħu ikunu awdibbli, tattili jew viżwali jew kombinazzjoni ta’ tnejn minn dawn jew aktar. F’każ ta’ indikazzjoni viżibbli, din għandha tkun viżibbli fil-kundizzjonijiet tat-tidwil normali kollha.

6.3.3.

Speċifikazzjonijiet taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq tat-trażżin għat-tfal ISOFIX

6.3.3.1.

Konnettur tal-irbit ta’ fuq

Il-konnettur tal-irbit ta’ fuq għandu jkun ganċ tal-irbit ta’ fuq ISOFIX kif indikat fil-Figura 0(c), jew apparati simili li joqgħodu fil-limiti indikati fil-Figura 0(c).

6.3.3.2.

Karatteristiċi taċ-ċineg tal-irbit ta’ fuq ISOFIX

Iċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX għandha tkun appoġġata minn strixxi (jew l-ekwivalenti tagħhom), u jkollha mezz għall-aġġustament u għat-tnaqqis tat-tensjoni.

6.3.3.2.1.

Karatteristiċi taċ-ċineg tal-irbit ta’ fuq ISOFIX

It-tul taċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq tat-trażżin għat-tfal ISOFIX għandu jkun mill-inqas 2 000 mm.

6.3.3.2.2.

Indikatur ta’ nuqqas ta’ laxkezza (no-slack indicator)

Iċ-ċinga tal-irbit ta’ fuq ISOFIX jew is-sit tat-tfal ISOFIX għandhom ikunu mgħammra b’apparat li jindika li tneħħiet kull laxkezza miċ-ċinga. L-apparat jista’ jkun parti minn apparat ta’ aġġustament u li jnaqqas it-tensjoni.

6.3.3.2.3.

Dimensjonijiet

Id-dimensjonijiet tad-dħul għall-ganċijiet tal-irbit ta’ fuq ISOFIX huma indikati fil-Figura 0(c).

Image 13

Dimensjonijiet f’millimetri

Didaskalija:

Image 14

Struttura ċirkondanti (jekk preżenti)

Image 15

Żona li fiha għandu joqgħod il-profil kollu tal-interfaċċa tal-ganċ taċ-ċinga tal-irbit

6.3.4.

Dispożizzjonijiet dwar l-aġġustament

Il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX, jew is-sistema tat-trażżin gћat-tfal ISOFIX stess, għandhom ikunu aġġustabbli sabiex jakkomodaw il-medda ta’ postijiet ta’ ankraġġ ISOFIX deskritti fir-Regolament tan-NU Nru 14 jew fir-Regolament tan-NU Nru 145.

6.4.

Kontroll tal-immarkar

6.4.1.

Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni gћandu jivverifika li l-immarkar ikun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4.

6.5.

Kontroll tal-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-użu

6.5.1.

Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni gћandu jivverifika li l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-istruzzjonijiet gћall-użu jkunu konformi mal-paragrafu 15.

7.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET PARTIKOLARI

7.1.

Dispożizzjonijiet applikabbli għat-trażżin assemblat

7.1.1.

Reżistenza għall-korrużjoni

7.1.1.1.

It-trażżin għat-tfal komplet, jew il-partijiet tiegħu li huma suxxettibbli għall-korrużjoni, għandhom jiġu soġġetti għat-test tal-korrużjoni speċifikat fil-paragrafu 8.1.1. ta’ hawn taħt.

7.1.1.2.

Wara t-test tal-korrużjoni kif preskritt fil-paragrafi 8.1.1.1. u 8.1.1.2., ma għandu jkun viżibbli għal għajnejn osservatur kwalifikat l-ebda sinjal ta’ deterjorament li jista’ jtellef il-funzjonament tajjeb tat-trażżin għat-tfal u l-ebda korrużjoni sinifikanti.

7.1.2.

Assorbiment tal-enerġija

7.1.2.1.

Għall-apparat kollu b’appoġġi għad-dahar, iż-żoni definiti fl-Anness 18 ta’ dan ir-Regolament, meta jiġu ttestjati skont l-Anness 17, għandhom jagħtu aċċellerazzjoni massima ta’ inqas minn 60 g. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll għaż-żoni tal-ilqugħ mill-impatt li qegħdin fiż-żona fejn tista’ tintlaqat ir-ras.

7.1.2.2.

Fil-każ ta’ sistemi tat-trażżin għat-tfal b’apparat ta’ appoġġ gћar-ras aġġustabbli u permanenti mwaћћal b’mod mekkaniku, fejn l-gћoli taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti jew tal-harness għat-tfal ikun ikkontrollat direttament mill-appoġġ gћar-ras aġġustabbli, mhuwiex meћtieġ l-assorbiment tal-enerġija fiż-żoni ddefiniti fl-Anness 18, fejn ir-ras tal-manikin ma tistax tagħmel kuntatt magћhom, jiġifieri wara l-appoġġ gћar-ras.

7.1.3.

Qlib ta’ taħt fuq

7.1.3.1.

It-trażżin għat-tfal għandu jiġi ttestjat kif preskritt fil-paragrafu 8.1.2.; il-manikin ma għandu jintefa’ ’l barra mill-apparat f’ebda ħin waqt it-test, u barra minn hekk meta l-bank tat-test ikun fil-pożizzjoni ta’ taħt fuq, ir-ras tal-manikin ma għandhiex tiċċaqlaq b’aktar minn 300 mm mill-pożizzjoni oriġinali tagħha f’direzzjoni vertikali fir-rigward tal-bank tat-test, ladarba titneħħa t-tagħbija applikata.

7.1.4.

Test dinamiku

7.1.4.1.

Ġenerali. It-trażżin għat-tfal għandu jiġi soġġett għal test dinamiku f’konformità mal-paragrafu 8.1.3. ta’ hawn taħt.

7.1.4.1.1.

It-trażżin għat-tfal tal-kategoriji “universali”, “ristrett” u “semiuniversali” għandu jiġi ttestjat fuq it-trolley tat-test permezz tas-sit tat-test preskritt fil-paragrafu 6., u f’konformità mal-paragrafu 8.1.3.1.

7.1.4.1.2.

It-trażżin għat-tfal tal-kategorija “vettura speċifika” għandu jiġi ttestjat b’kull mudell tal-vettura li għalih huwa maħsub it-trażżin għat-tfal. Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-test jista’ jnaqqas l-għadd tal-mudelli ta’ vetturi ttestjati jekk dawn ma jvarjawx ħafna fl-aspetti elenkati fil-paragrafu 7.1.4.1.2.3. It-trażżin għat-tfal jista’ jiġi ttestjat b’wieħed mill-metodi li ġejjin:

7.1.4.1.2.1.

Fuq vettura kompluta, kif preskritt fil-paragrafu 8.1.3.3.;

7.1.4.1.2.2.

F’qafas tal-bodi tal-vettura fuq it-trolley tat-test, kif preskritt fil-paragrafu 8.1.3.2.; jew,

7.1.4.1.2.3.

F’partijiet suffiċjenti tal-qafas tal-bodi tal-vettura tant li jirrappreżentaw l-istruttura tal-vettura u s-superfiċji tal-impatt. Jekk it-trażżin għat-tfal huwa maħsub biex jintuża fis-sit ta’ wara, il-partijiet għandhom jinkludu d-dahar tas-sit ta’ quddiem, is-sit ta’ wara, il-pjanċa tal-qiegħ, il-montanti B u C u s-saqaf. Jekk it-trażżin huwa maħsub biex jintuża fis-sit ta’ quddiem, il-partijiet għandhom jinkludu d-dashboard, il-montant A, il-windskrin, kwalunkwe lieva jew pum installat fil-qiegħ jew fuq panil tal-kontrolli, is-sit ta’ quddiem, il-pjanċa tal-qiegħ u s-saqaf. Barra minn hekk, jekk it-trażżin għat-tfal huwa maħsub biex jintuża flimkien maċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, il-partijiet għandhom jinkludu ċ-ċinturin(i) għall-adulti xieraq/xierqa. Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-test jista’ jippermetti li jiġu esklużi ċerti oġġetti jekk jinstab li dawn huma żejda. L-ittestjar għandu jsir kif preskritt fil-paragrafu 8.1.3.2.

7.1.4.1.3.

It-test dinamiku għandu jitwettaq fuq it-trażżin għat-tfal li preċedentement ma jkunx ġie soġġett għal tagħbija.

7.1.4.1.4.

Matul it-testijiet dinamiċi, l-ebda parti mit-trażżin għat-tfal li tkun fil-fatt qed tgħin biex iżżomm it-tfal fil-pożizzjoni xierqa ma għandha tinkiser, u l-ebda bokkla jew sistema tal-illokkjar jew sistema ta’ spostament jew riġel ta’ appoġġ ma għandhom jinkisru jew jinħallu jew jaqgħu, għajr meta jkunu identifikati bħala apparat ta’ limitazzjoni tat-tagħbija. Kwalunkwe apparat ta’ limitazzjoni tat-tagħbija għandu jkun identifikat b’mod ċar fid-deskrizzjonijiet tekniċi tal-manifattur kif definit fil-paragrafu 3.2.1. ta’ dan ir-Regolament.

7.1.4.1.5.

Fil-każ ta’ “tip mhux integrali” iċ-ċinturin tas-sikurezza użat għandu jkun iċ-ċinturin standard u l-brackets tal-ankraġġ tiegħu kif preskritti fl-Anness 13 ta’ dan ir-Regolament. Dan ma japplikax għall-approvazzjonijiet ta’ “vettura speċifika” fejn għandu jintuża ċ-ċinturin reali tal-vettura.

7.1.4.1.6.

Jekk sistema tat-trażżin għat-tfal ta’ “vettura speċifika” tiġi installata fiż-żona ta’ wara l-pożizzjonijiet tas-sits għall-adulti l-aktar lura u li jħarsu ’l quddiem (pereżempju, iż-żona tal-bagalji), għandu jitwettaq test wieħed bl-akbar manikin(i) fuq vettura kompluta kif preskritt fil-paragrafu 8.1.3.3.3. It-testijiet l-oħra, inkluż dak tal-konformità tal-produzzjoni, jistgħu jitwettqu kif preskritt fil-paragrafu 8.1.3.2., jekk il-manifattur jixtieq hekk.

7.1.4.1.7.

Fil-każ ta’ “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” kull test dinamiku speċifikat minn dan ir-Regolament għal kull grupp tal-massa għandu jitwettaq darbtejn: l-ewwel billi jintużaw il-mezzi primarji tat-trażżin u wara bl-apparati kollha tat-trażżin li qed jintużaw. F’dawn it-testijiet, għandha tingħata attenzjoni speċjali għar-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.3. u 6.2.4.

7.1.4.1.8.

Waqt it-testijiet dinamiċi, iċ-ċinturin tas-sikurezza standard użat biex jiġi installat trażżin għat-tfal integrali ma għandux jinħall minn kwalunkwe gwida jew apparat tal-illokkjar utilizzat għat-test imwettaq.

Waqt it-testijiet dinamiċi, iċ-ċinturin tas-sikurezza standard użat biex jiġi installat trażżin għat-tfal mhux integrali ma għandux jinħall minn kwalunkwe gwida jew apparat tal-illokkjar utilizzat għat-test imwettaq; madankollu, għall-porzjon tal-ispalla dan għandu jiġi evalwat sal-mument li fih tintlaħaq id-devjazzjoni orizzontali massima tar-ras tal-manikin. Barra minn hekk, waqt it-test dinamiku tat-trażżin għat-tfal mhux integrali, il-limitu ta’ spostament aċċettabbli taċ-ċinturin tal-ispalla huwa li t-tarf ta’ isfel tal-parti tal-ispalla taċ-ċinturin tas-sikurezza standard ma għandux ikun aktar baxx mill-minkeb tal-manikin fil-punt tad-devjazzjoni orizzontali massima tar-ras tal-manikin.

7.1.4.1.9.

It-trażżin gћat-tfal b’riġel ta’ appoġġ gћandu jiġi ttestjat kif ġej:

(a)

Fil-każ tal-kategorija semiuniversali, it-testijiet gћall-impatt frontali gћandhom jitwettqu bir-riġel ta’ appoġġ aġġustat, kemm gћall-aġġustament massimu kif ukoll gћal dak minimu tiegħu, li jkunu kompatibbli mal-pożizzjoni tal-pjanċa tal-qiegħ tat-trolley. It-testijiet għall-impatt minn wara għandhom isiru bl-agħar pożizzjoni possibbli magħżula mis-Servizz Tekniku. Waqt it-testijiet ir-riġel ta’ appoġġ gћandu jkun appoġġat mill-pjanċa tal-qiegħ tat-trolley kif deskritt fil-Figura 2 tal-Appendiċi 3 tal-Anness 6. Jekk ikun hemm spazju bejn l-iqsar tul tar-riġel u l-ogћla livell tal-pjanċa tal-qiegħ, ir-riġel jiġi aġġustat gћal-livell tal-pjanċa tal-qiegħ ta’ 140 mm taћt l-assi Cr. Jekk it-tul massimu tar-riġel ikun akbar minn dak li l-iktar livell baxx tal-pjanċa tal-qiegħ jippermetti li jintuża, ir-riġel jiġi aġġustat gћal dak l-aktar livell baxx tal-pjanċa tal-qiegħ ta’ 280 mm taћt l-assi Cr. Fil-każ ta’ riġel ta’ appoġġ b’passi aġġustabbli, it-tul tar-riġel ta’ appoġġ gћandu jiġi aġġustat gћall-pożizzjoni tal-aġġustament li jmiss, sabiex jiġi żgurat li r-riġel ta’ appoġġ ikun f’kuntatt mal-qiegħ.

(b)

Fil-każ ta’ riġlejn ta’ appoġġ barra mill-pjan tas-simetrija, is-Servizz Tekniku gћandu jagћżel l-agћar każ gћat-test.

(c)

Fil-każ ta’ kategorija ta’ vettura speċifika, ir-riġel ta’ appoġġ gћandu jiġi aġġustat kif speċifikat mill-manifattur tat-trażżin gћat-tfal.

7.1.4.1.10.

Fil-każ ta’ trażżin gћat-tfal li juża sistema ta’ ankraġġ ISOFIX u apparat antirotazzjoni, jekk ikun hemm, it-test dinamiku għandu jitwettaq:

7.1.4.1.10.1.

Gћal CRS ISOFIX tal-Klassijiet tad-daqs A, B u B1:

7.1.4.1.10.1.1.

Bl-apparat antirotazzjoni użat, u

7.1.4.1.10.1.2.

Mingħajr l-apparat antirotazzjoni użat. Jekk l-apparat antirotazzjoni jkun riġel ta’ appoġġ u jkun jista’ jiġi moħbi għalkollox fil-bażi jew fil-qafas tas-CRS, it-test jitwettaq bl-apparat fil-pożizzjoni tiegħu stivat jew jitneħħa r-riġel rispettivament. Jekk ma jkunx jista’ jiġi moħbi għalkollox fil-bażi, it-test jitwettaq bl-apparat użat fl-iqsar tul tiegħu u bil-pjanċa tal-qiegħ tat-trolley fl-iktar pożizzjoni baxxa tagħha.

Dan ir-rekwiżit ma japplikax meta riġel ta’ appoġġ permanenti u mhux aġġustabbli jintuża bћala apparat antirotazzjoni.

7.1.4.1.10.2.

Gћal sistemi ta’ trażżin gћat-tfal ISOFIX ta’ klassijiet tad-daqs oћrajn, bl-apparat antirotazzjoni użat.

7.1.4.2.

Aċċellerazzjoni tas-sider (5)

7.1.4.2.1.

L-aċċellerazzjoni tas-sider li tirriżulta ma għandhiex tkun aktar minn 55 g ħlief matul il-perjodi li s-somma tagħhom ma tkunx aktar minn 3 ms.

7.1.4.2.2.

Il-komponent vertikali tal-aċċellerazzjoni mill-addome lejn ir-ras, “-z”, meta jiġu segwiti l-proċeduri tal-kejl definiti fil-paragrafu 8.5 ta’ dan id-dokument, ma għandux ikun aktar minn 30 g ħlief matul il-perjodi li s-somma tagħhom ma tkunx aktar minn 3 ms. Il-proċeduri tal-kejl definiti fil-paragrafu 8.5 ta’ dan id-dokument isegwu dawk tal-istandard ISO 6487 u l-konvenzjoni tas-sinjali tal-istandard SAE J211, kif indikat fil-Figura A.

Image 16

7.1.4.3.

Penetrazzjoni addominali (6)

7.1.4.3.1.

Waqt il-verifika deskritta fil-paragrafu 5.3. tal-Appendiċi 1 tal-Anness 8, ma għandu jkun hemm l-ebda sinjal viżibbli ta’ penetrazzjoni fit-tafal artab tal-addome kkawżat minn xi parti tal-apparat tat-trażżin.

7.1.4.4.

Spostament tal-manikin

7.1.4.4.1.

It-trażżin għat-tfal tal-kategoriji “universali”, “ristrett” u “semiuniversali”:

7.1.4.4.1.1.

Trażżin għat-tfal li jħares ’il quddiem: ir-ras tal-manikin ma għandhiex tgħaddi lil hinn mill-pjani BA u DA kif iddefiniti fil-Figura 1 ta’ hawn taħt, bl-eċċezzjoni tal-booster seats meta jintuża l-ikbar manikin P10, fejn il-valur fir-rigward tal-pjan DA huwa ta’ 840 mm.

Image 17

Dimensjonijiet f’mm

*

Għall-finijiet tat-test speċifikat fil-paragrafu 7.1.4.1.10.1.1., din id-dimensjoni għandha tkun 500 mm.

7.1.4.4.1.2.

Trażżin għat-tfal li jħares lura

7.1.4.4.1.2.1.

Trażżin għat-tfal appoġġat fuq id-dashboard: ir-ras tal-manikin ma għandhiex tgħaddi lil hinn mill-pjani AB, AD u DCr, kif iddefiniti fil-Figura 2 ta’ hawn taћt. Dan gћandu jiġi evalwat sa 300 ms jew il-mument li fih il-manikin jieqaf għalkollox, liema minnhom iseħħ l-ewwel.

Image 18

Dimensjonijiet f’mm

7.1.4.4.1.2.2.

Trażżin għat-tfal fil-grupp 0 mhux appoġġat fuq id-dashboard, u carrycots: ir-ras tal-manikin ma għandhiex tgħaddi lil hinn mill-pjani AB, AD u DE, kif indikati fil-Figura 3 ta’ hawn taħt. Dan gћandu jiġi evalwat sa 300 ms jew il-mument li fih il-manikin jieqaf għalkollox, liema minnhom iseħħ l-ewwel.

Image 19

Dimensjonijiet f’mm

7.1.4.4.1.2.3.

Trażżin għat-tfal li mhux tal-grupp 0 u li mhux appoġġat fuq id-dashboard:

 

ir-ras tal-manikin ma għandhiex tgħaddi lil hinn mill-pjani FD, FG u DE, kif indikati fil-Figura 4 ta’ hawn taħt u ma għandu jkun hemm ebda kuntatt dirett bejn ir-ras tal-manikin u l-iżbarra. Dan gћandu jiġi evalwat sa 300 ms jew il-mument li fih il-manikin jieqaf għalkollox, liema minnhom iseħħ l-ewwel.

Fil-każ li jkun hemm kuntatt bejn dan it-trażżin għat-tfal u l-iżbarra b’dijametru ta’ 100 mm u jiġu ssodisfati l-kriterji tal-prestazzjoni kollha, għandu jitwettaq test dinamiku ieħor (impatt frontali) bl-aktar manikin tqil maħsub għal dan it-trażżin għat-tfal u mingħajr l-iżbarra b’dijametru ta' 100 mm; ir-rekwiżiti għal dan it-test huma li jiġu ssodisfati l-kriterji kollha minbarra dak tal-ispostament ’il quddiem.

Image 20

Dimensjonijiet f’mm

7.1.4.4.2.

Trażżin għat-tfal tal-kategorija “vettura speċifika”: meta jiġi ttestjat f’vettura kompluta jew f’qafas tal-bodi tal-vettura, ir-ras ma għandha tiġi f’kuntatt ma’ ebda parti tal-vettura. However, if there is contact, the speed of impact of the head shall be less than 24 km/h and the part contacted shall meet the requirements of the energy absorption test laid down in UN Regulation No. 21, Annex 4. F’testijiet b’vetturi kompluti għandu jkun possibbli li wara t-test il-manikini jitneħħew mit-trażżin għat-tfal mingħajr ma jintużaw għodod.

7.1.5.

Reżistenza għat-temperatura

7.1.5.1.

L-assemblaġġi tal-bokkla, ir-ritratturi, l-aġġustaturi u l-apparat tal-qfil li jistgħu jiġu affetwati mit-temperatura, għandhom jiġu soġġetti għat-test tat-temperatura speċifikat fil-paragrafu 8.2.8. ta’ hawn taħt.

7.1.5.2.

Wara t-test tat-temperatura kif preskritt fil-paragrafu 8.2.8.1., ma għandu jkun viżibbli għal għajnejn osservatur kwalifikat l-ebda sinjal ta’ deterjorament, li jista’ jtellef mill-funzjonament xieraq tat-trażżin għat-tfal.

7.2.

Dispożizzjonijiet applikabbli għall-komponenti individwali tat-trażżin

7.2.1.

Bokkla

7.2.1.1.

Il-bokkla għandha tkun iddisinjata b’tali mod li tkun prekluża kwalunkwe possibbiltà ta’ manipulazzjoni mhux korretta. Dan ifisser, inter alia, li ma għandux ikun possibbli li l-bokkla titħalla magħluqa parzjalment; ma għandux ikun possibbli li partijiet mill-bokkla jiġu skambjati b’mod involontarju meta l-bokkla tkun qed tiġi llokkjata; il-bokkla għandha tillokkja biss meta l-partijiet kollha jkunu mdaħħla f’posthom. Kull fejn il-bokkla u/jew l-ilsien taċ-ċinturin tkun/ikun f’kuntatt mat-tifel/tifla, din ma għandhiex tkun idjaq mill-wisa’ minima taċ-ċinga kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.4.1.1 ta’ hawn taħt. This paragraph is not applicable to belt assemblies already approved according to UN Regulation No. 16 or any equivalent standard in force. Fil-każ ta’ “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” hija biss il-bokkla fuq il-mezz primarju tat-trażżin li jeħtieġ li tkun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 7.2.1.1. sa 7.2.1.9. biż-żewġ paragrafi msemmija inklużi.

7.2.1.2.

Il-bokkla, anki meta mhix taħt tensjoni, għandha tibqa’ magħluqa tkun xi tkun il-pożizzjoni tagħha. Għandha tkun tista’ titħaddem u tinqabad bl-idejn faċilment. Għandu jkun possibbli li tinfetaħ billi tiġi eżerċitata pressjoni fuq buttuna jew fuq xi apparat simili. Is-superfiċje li fuqu trid tiġi eżerċitata din il-pressjoni jrid ikollu fil-pożizzjoni tal-ftuħ reali u meta jiġi projettat fi pjan perpendikolari mad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna: fil-każ ta’ apparat integrat, erja ta’ mhux inqas minn 4,5 cm2 b’wisa’ ta’ mhux inqas minn 15-il mm; għal apparat mhux magħluq, erja ta’ 2,5 cm2 u wisa’ ta’ mhux inqas minn 10 mm. Il-wisa’ għandha tkun l-iżgħar waħda miż-żewġ dimensjonijiet li jifformaw l-erja preskritta u għandha titkejjel b’mod rettangolari għad-direzzjoni tal-moviment tal-buttuna għar-rilaxx tal-bokkla.

7.2.1.3.

L-erja tar-rilaxx tal-bokkla għandha tkun ta’ kulur aħmar. L-ebda parti oħra mill-bokkla ma għandu jkollha dan il-kulur.

7.2.1.4.

Għandu jkun possibbli li t-tifel/tifla jiġi/tiġi rilaxxat(a) mit-trażżin b’azzjoni waħda fuq bokkla waħda. Għall-gruppi 0 u 0+ huwa permess lit-tfal jitneħħew flimkien mal-apparati bħal benniena għat-trabi li tinġarr/carrycot/trażżin għall-carrycot jekk is-sistema tat-trażżin għat-tfal tista’ tiġi rilaxxata billi jintużaw mhux aktar minn żewġ bokkli.

7.2.1.4.1.

Konnessjoni b’molla bejn iċ-ċineg ta’ fuq l-ispalla ta’ ċinturin f’għamla ta’ harness titqies bħala li mhix konformi mar-rekwiżit ta’ azzjoni waħda msemmi fil-paragrafu 7.2.1.4. ta’ hawn fuq.

7.2.1.5.

Għall-gruppi II u III il-bokkla għandha titqiegħed f’pożizzjoni li t-tifel/tifla jkun jista’ jilħaqha. Barra minn hekk, għandha titqiegħed f’pożizzjoni, għall-gruppi kollha, b’tali mod li l-għan u l-mod tat-tħaddim tagħha jkunu immedjatament ovvji għal xi ħadd li qed iwettaq salvataġġ f’każ ta’ emerġenza.

7.2.1.6.

Il-ftuħ tal-bokkla għandu jippermetti li t-tifel/tifla jkun jista’ jitneħħa b’mod indipendenti mis-“siġġu”, mill-“appoġġ tas-siġġu” jew mill-“ilqugħ mill-impatt”, jekk installat, u jekk l-apparat jinkludi ċinga ta’ bejn il-koxox, din iċ-ċinga għandha tiġi rilaxxata bl-użu tal-istess bokkla.

7.2.1.7.

Il-bokkla għandha tkun kapaċi tirreżisti għar-rekwiżiti tat-tħaddim tat-test tat-temperatura indikati fil-paragrafu 8.2.8.1. u għal tħaddim ripetut, u qabel it-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 8.1.3. għandha tgħaddi minn test li jinkludi 5 000 ± 5 ċiklu ta’ ftuħ u għeluq fil-kundizzjonijiet normali għall-użu.

7.2.1.8.

Il-bokkla għandha tiġi soġġetta għat-testijiet tal-ftuħ li ġejjin:

7.2.1.8.1.

Test taħt tagħbija

7.2.1.8.1.1.

Għal dan it-test għandu jintuża trażżin għat-tfal li jkun diġà għadda mit-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 8.1.3. ta’ hawn taħt.

7.2.1.8.1.2.

Il-forza meħtieġa biex tinfetaħ il-bokkla fit-test preskritt fil-paragrafu 8.2.1.1. ta’ hawn taħt ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 80 N.

7.2.1.8.2.

Test mingħajr tagħbija

7.2.1.8.2.1.

Għal dan it-test għandha tintuża bokkla li preċedentement ma tkunx ġiet soġġetta għal tagħbija. Il-forza meħtieġa biex tinfetaħ il-buttuna meta mhix mgħobbija għandha tkun fil-medda ta’ 40-80 N fit-testijiet preskritti fil-paragrafu 8.2.1.2. ta’ hawn taħt.

7.2.1.9.

Saħħa

7.2.1.9.1.

Waqt it-test f’konformità mal-paragrafu 8.2.1.3.2. l-ebda parti mill-bokkla jew miċ-ċineg ta’ ħdejha jew mill-aġġustaturi ma għandha tinkiser jew tinqala’.

7.2.1.9.2.

Bokkla tal-harness tal-gruppi tal-massa 0 u 0 + għandha tkun tiflaħ għal 4 000 N.

7.2.1.9.3.

Bokkla tal-harness tal-grupp tal-massa I u ogħla għandha tkun tiflaħ għal 10 000 N.

7.2.1.9.4.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista’ ma twettaqx it-test tar-reżistenza tal-bokkla jekk diġà jkollha informazzjoni li tirrendi dan it-test bħala mhux meħtieġ.

7.2.2.

Apparat għall-aġġustament

7.2.2.1.

Il-medda tal-aġġustament għandha tkun suffiċjenti biex tippermetti l-aġġustament korrett tat-trażżin għat-tfal bil-manikini kollha tal-grupp tal-piż li l-apparat huwa maħsub għalih u biex tippermetti l-installazzjoni sodisfaċenti fil-mudelli kollha tal-vetturi speċifikati.

7.2.2.2.

L-apparat għall-aġġustament kollu għandu jkun tat-tip “aġġustatur rapidu”, minbarra l-apparat għall-aġġustament li jintuża biss għall-installazzjoni inizjali tat-trażżin fil-vettura, li jista’ jkun ta’ tip ieħor għajr dak tat-tip “aġġustatur rapidu”.

7.2.2.3.

L-apparat tat-tip “aġġustatur rapidu” għandu jintlaħaq faċilment meta t-trażżin għat-tfal ikun installat kif suppost u meta t-tifel/tifla jew il-manikin ikun f’postu.

7.2.2.4.

Apparat tat-tip “aġġustatur rapidu” għandu jiġi aġġustat faċilment skont l-istatura fiżika tat-tifel/tifla. B’mod partikolari, f’test imwettaq f’konformità mal-paragrafu 8.2.2.1., il-forza meħtieġa biex jitħaddem apparat għall-aġġustament manwali ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 50 N.

7.2.2.5.

Żewġ kampjuni tal-apparat għall-aġġustament tat-trażżin għat-tfal għandhom jiġu ttestjati kif preskritt mir-rekwiżiti tat-tħaddim tat-test tat-temperatura indikati fil-paragrafu 8.2.8.1. u fil-paragrafu 8.2.3. ta’ hawn taħt.

7.2.2.5.1.

L-ammont ta’ żlieq taċ-ċinga ma għandux ikun aktar minn 25 mm għal apparat għall-aġġustament wieħed jew 40 mm għall-apparat għall-aġġustament kollu.

7.2.2.6.

L-apparat ma għandux jinkiser jew jinqala’ meta jiġi ttestjat kif preskritt fil-paragrafu 8.2.2.1. ta’ hawn taħt.

7.2.2.7.

Aġġustatur armat direttament fuq it-trażżin għat-tfal għandu jkun kapaċi jirreżisti għal tħaddim ripetut u qabel it-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 8.1.3. għandu jgħaddi minn test li jinkludi 5 000 ± 5 ċiklu kif speċifikat fil-paragrafu 8.2.7.

7.2.3.

Ritratturi

7.2.3.1.

Ritratturi li jillokkjaw awtomatikament

7.2.3.1.1.

Iċ-ċinga ta’ ċinturin tas-sikurezza mgħammar b’ritrattur li jillokkja awtomatikament ma għandiex tinħall b’aktar minn 30 mm bejn il-pożizzjonijiet ta’ imblokk tar-ritrattur. Wara moviment lura ta’ min jilbsu, iċ-ċinturin għandu jew jibqa’ fil-pożizzjoni inizjali tiegħu jew jerġa’ lura awtomatikament għal dik il-pożizzjoni meta min jilbsu sussegwentement jagħmel moviment ’il quddiem.

7.2.3.1.2.

Jekk ir-ritrattur huwa parti minn ċinturin ta’ fuq il-ħoġor, il-forza ta’ ritrazzjoni taċ-ċinga ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 7 N kif imkejla fit-tul liberu bejn il-manikin u r-ritrattur kif preskritt fil-paragrafu 8.2.4.1. ta’ hawn taħt. Jekk ir-ritrattur huwa parti mit-trażżin tas-sider, il-forza ta’ ritrazzjoni ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 2 N jew ta’ aktar minn 7 N, imkejla b’mod simili. Jekk iċ-ċinga tgħaddi minn gwida jew taljola, il-forza ta’ ritrazzjoni għandha titkejjel fit-tul liberu bejn il-manikin u l-gwida jew taljola. Jekk l-assemblaġġ jinkorpora apparat, li jitħaddem b’mod manwali jew b’mod awtomatiku, li ma jħallix li ċ-ċinga tinġibed lura għalkollox, dak l-apparat ma għandux ikun qed jaħdem meta jittieħed dan il-kejl.

7.2.3.1.3.

Iċ-ċinga għandha tinġibed b’mod ripetut mir-ritrattur u titħalla tinġibed lura, fil-kundizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 8.2.4.2.ta’ hawn taħt, sakemm jiġu kompluti 5 000 ċiklu. Ir-ritrattur imbagħad għandu jiġi soġġett għall-kundizzjonijiet tat-tħaddim tat-test tat-temperatura indikati fil-paragrafu 8.2.8.1. u għat-test tal-korrużjoni deskritt fil-paragrafu 8.1.1. u għat-test tar-reżistenza għat-trab deskritt fil-paragrafu 8.2.4.5. Imbagħad għandu jerġa’ jikkompleta b’mod sodisfaċenti 5 000 ċiklu ieħor ta’ estrazzjoni u ritrazzjoni. Wara t-testijiet ta’ hawn fuq ir-ritrattur għandu jkompli jaħdem b’mod korrett u għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 7.2.3.1.1. u 7.2.3.1.2. ta’ hawn fuq.

7.2.3.2.

Ritratturi li jillokkjaw f’emerġenza

7.2.3.2.1.

Meta jiġi ttestjat kif preskritt fil-paragrafu 8.2.4.3., ritrattur li jillokkja f’emerġenza għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ hawn taħt:

7.2.3.2.1.1.

Għandu jillokkja meta d-deċellerazzjoni tal-vettura tilħaq 0,45 g.

7.2.3.2.1.2.

Ma għandux jillokkja f’aċċellerazzjonijiet taċ-ċinga ta’ inqas minn 0,8 g kif imkejla fl-assi tal-estrazzjoni taċ-ċinga.

7.2.3.2.1.3.

Ma għandux jillokkja meta l-apparat ta’ detezzjoni tiegħu jiġi inklinat b’mhux aktar minn 12° fi kwalunkwe direzzjoni mill-pożizzjoni tal-installazzjoni speċifikata mill-manifattur tiegħu.

7.2.3.2.1.4.

Għandu jillokkja meta l-apparat ta’ detezzjoni tiegħu jiġi inklinat b’aktar minn 27° fi kwalunkwe direzzjoni mill-pożizzjoni tal-installazzjoni speċifikata mill-manifattur tiegħu.

7.2.3.2.2.

Meta t-tħaddim tar-ritrattur ikun jiddependi minn sinjal jew sors ta’ enerġija estern, id-disinn għandu jiżgura li r-ritrattur jillokkja awtomatikament jekk dak is-sinjal jew sors ta’ enerġija jiġrilu xi ħsara jew jiġi interrott.

7.2.3.2.3.

Ritrattur li jillokkja f’emerġenza li jkollu sensittività multipla għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq. Barra minn hekk, jekk wieħed mill-fatturi tas-sensittività ikun relatat mal-estrazzjoni taċ-ċinga, l-apparat għandu jillokkja meta l-aċċellerazzjoni taċ-ċinga tilħaq 1,5 g kif imkejla fl-assi tal-estrazzjoni taċ-ċinga.

7.2.3.2.4.

Fit-testijiet imsemmija fil-paragrafi 7.2.3.2.1.1. u 7.2.3.2.3. ta’ hawn fuq, l-ammont ta’ estrazzjoni taċ-ċinga li jseħħ qabel ma r-ritrattur jillokkja ma għandux ikun ta’ aktar minn 50 mm, li jibdew mit-tul maħlul speċifikat fil-paragrafu 8.2.4.3.1. Fit-test imsemmi fil-paragrafu 7.2.3.2.1.2. ta’ hawn fuq, ir-ritrattur ma għandux jillokkja waqt il-50 mm ta’ estrazzjoni taċ-ċinga li jibdew mit-tul maħlul speċifikat fil-paragrafu 8.2.4.3.1. ta’ hawn taħt.

7.2.3.2.5.

Jekk ir-ritrattur huwa parti minn ċinturin ta’ fuq il-ħoġor, il-forza ta’ ritrazzjoni taċ-ċinga ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 7 N kif imkejla fit-tul liberu bejn il-manikin u r-ritrattur kif preskritt fil-paragrafu 8.2.4.1. Jekk ir-ritrattur huwa parti mit-trażżin tas-sider, il-forza ta’ ritrazzjoni ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 2 N jew ta’ aktar minn 7 N, imkejla b’mod simili. Jekk iċ-ċinga tgħaddi minn gwida jew taljola, il-forza ta’ ritrazzjoni għandha titkejjel fit-tul liberu bejn il-manikin u l-gwida jew taljola. Jekk l-assemblaġġ jinkorpora apparat, li jitħaddem b’mod manwali jew b’mod awtomatiku, li ma jħallix li ċ-ċinga tinġibed lura għalkollox, dak l-apparat ma għandux ikun qed jaħdem meta jittieħed dan il-kejl.

7.2.3.2.6.

Iċ-ċinga għandha tinġibed b’mod ripetut mir-ritrattur u titħalla tinġibed lura, fil-kundizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 8.2.4.2., sakemm jiġu kompluti 40 000 ċiklu. Ir-ritrattur imbagħad għandu jiġi soġġett għall-kundizzjonijiet tat-tħaddim tat-test tat-temperatura indikati fil-paragrafu 8.2.8.1. u għat-test tal-korrużjoni deskritt fil-paragrafu 8.1.1. u għat-test tar-reżistenza għat-trab deskritt fil-paragrafu 8.2.4.5. Imbagħad għandu jerġa’ jikkompleta b’mod sodisfaċenti 5 000 ċiklu ieħor ta’ estrazzjoni u ritrazzjoni (jiġifieri 45 000 ċiklu b’kollox). Wara t-testijiet ta’ hawn fuq ir-ritrattur għandu jkompli jaħdem b’mod korrett u għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 7.2.3.2.1. sa 7.2.3.2.5. ta’ hawn fuq.

7.2.4.

Ċineg

7.2.4.1.

Wisa’

7.2.4.1.1.

Il-wisa’ minima taċ-ċineg tat-trażżin għat-tfal li jiġu f’kuntatt mal-manikin għandha tkun ta’ 25 mm għall-gruppi 0, 0+ u I, u ta’ 38 mm għall-gruppi II u III. Dawn id-dimensjonijiet għandhom jitkejlu waqt it-test tas-saħħa taċ-ċinga preskritt fil-paragrafu 8.2.5.1., mingħajr ma titwaqqaf il-magna u b’tagħbija ugwali għal 75 fil-mija tar-rottura taċ-ċinga.

7.2.4.2.

Is-saħħa wara l-ikkundizzjonar ambjentali

7.2.4.2.1.

It-tagħbija tar-rottura taċ-ċinga għandha tiġi ddeterminata kif preskritt fil-paragrafu 8.2.5.1.2. ta’ hawn taħt, fuq żewġ kampjuni ta’ ċineg ikkundizzjonati kif preskritt fil-paragrafu 8.2.5.2.1.

7.2.4.2.2.

Id-differenza bejn it-tagħbijiet tar-rottura taċ-ċinga taż-żewġ kampjuni ma għandhiex tkun ta’ aktar minn 10 fil-mija tal-akbar tagħbija tar-rottura taċ-ċinga fost it-tnejn imkejla.

7.2.4.3.

Is-saħħa wara l-ikkundizzjonar speċjali

7.2.4.3.1.

Fuq żewġ ċineg ikkundizzjonati kif preskritt f’waħda mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8.2.5.2. (għajr il-paragrafu 8.2.5.2.1.), it-tagħbija tar-rottura taċ-ċinga għandha tkun ta’ mhux inqas minn 75 fil-mija tal-medja tat-tagħbijiet iddeterminati fit-test imsemmi fil-paragrafu 8.2.5.1. ta’ hawn taħt.

7.2.4.3.2.

Barra minn hekk, it-tagħbija tar-rottura ta-ċinga ma għandhiex tkun ta’ inqas minn 3,6 kN għat-trażżin tal-gruppi 0, 0+ u I, 5 kN għal dak tal-grupp II, u 7,2 kN għal dak tal-grupp III.

7.2.4.3.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tista’ ma twettaqx wieħed jew aktar minn dawn it-testijiet jekk il-kompożizzjoni tal-materjal użat, jew l-informazzjoni diġà disponibbli, tirrendi dawn it-testijiet bħala mhux meħtieġa.

7.2.4.3.4.

Il-proċedura tal-ikkundizzjonar għall-brix tat-tip 1 iddefinita fil-paragrafu 8.2.5.2.6. għandha titwettaq biss meta t-test tal-microslip definit fil-paragrafu 8.2.3. ta’ hawn taħt jagħti riżultat ta’ ogħla minn 50 fil-mija tal-limitu preskritt fil-paragrafu 7.2.2.5.1. ta’ hawn fuq.

7.2.4.4.

Ma għandux ikun possibbli li ċ-ċinga sħiħa tinġibed minn ġo kwalunkwe aġġustatur, bokkla jew punt ta’ ankraġġ.

7.2.5.

Apparat tal-qfil

7.2.5.1.

L-apparat tal-qfil għandu jkun imwaħħal b’mod permanenti mat-trażżin għat-tfal.

7.2.5.2.

L-apparat tal-qfil ma għandux inaqqas id-durabbiltà taċ-ċinturin għall-adulti u għandu jgħaddi mill-kundizzjonijiet tat-tħaddim tat-test tat-temperatura indikati fil-paragrafu 8.2.8.1.

7.2.5.3.

L-apparat tal-qfil ma għandux jipprevjeni l-liberazzjoni rapida tat-tifel/tifla.

7.2.5.4.

Apparati tal-Klassi A.

L-ammont ta’ żlieq tal-istrixxi ma għandux ikun ta’ aktar minn 25 mm wara t-test preskritt fil-paragrafu 8.2.6.1. ta’ hawn taħt.

7.2.5.5.

Apparati tal-Klassi B.

L-ammont ta’ żlieq tal-istrixxi ma għandux ikun ta’ aktar minn 25 mm wara t-test preskritt fil-paragrafu 8.2.6.2. ta’ hawn taħt.

7.2.6.

Speċifikazzjonijiet tal-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX

Il-“partijiet ta’ twaħħil ISOFIX” u l-indikaturi tal-latching għandhom ikunu kapaċi jifilħu għal operazzjonijiet ripetuti u għandhom, qabel it-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 8.1.3., jgħaddu minn test li jikkonsisti f’2 000 ±5 ċikli ta’ ftuћ u ta’ gћeluq f’kundizzjonijiet ta’ użu normali.

7.2.7.

Il-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX għandu jkollhom mekkaniżmu tal-illokkjar konformi mar-rekwiżiti speċifikati fil-punti (a) jew (b) li ġejjin:

(a)

Ir-rilaxx tal-mekkaniżmu tal-illokkjar tas-sit komplut, għandu jirrikjedi żewġ azzjonijiet konsekuttivi, li l-ewwel waħda minnhom trid tkun għadha tkompli filwaqt li qed isseħħ it-tieni waħda; jew

(b)

Il-forza biex tinfetaħ il-parti ta’ twaħħil ISOFIX għandha tkun ta’ mill-inqas 50 N meta tiġi ttestjata kif preskritt fil-paragrafu 8.2.9. ta’ hawn taħt.

8.   DESKRIZZJONI TAT-TESTIJIET (7)

8.1.

Testijiet tat-trażżin assemblat

8.1.1.

Korrużjoni

8.1.1.1.

Il-partijiet tal-metall tat-trażżin għat-tfal għandhom jitpoġġew f’kompartiment tat-test kif preskritt fl-Anness 4. Fil-każ ta’ trażżin għat-tfal li jinkorpora ritrattur, it-tul taċ-ċinga għandu jinħall kollu għajr għal 100 ± 3 mm. Għajr għal interruzzjonijiet qosra li jistgħu jkunu neċessarji, pereżempju għall-kontroll tas-soluzzjoni tal-melħ u biex din timtela’ mill-ġdid, it-test tal-esponiment għandu jipproċedi kontinwament għal perjodu ta’ 50 ±0,5 siegħa.

8.1.1.2.

Meta jitlesta t-test tal-esponiment, il-partijiet tal-metall tat-trażżin għat-tfal għandhom jiġu maħsula bil-mod, jew jiġu mgħaddsa f’ilma nadif b’temperatura ta’ mhux aktar minn 38 °C biex jitneħħa kwalunkwe depożitu tal-melħ li seta’ fforma u mbagħad jitħallew jinxfu b’temperatura ambjentali ta’ bejn 18 u 25 °C għal 24 ± 1 siegħa qabel l-ispezzjoni f’konformità mal-paragrafu 7.1.1.2. ta’ hawn fuq.

8.1.2.

Qlib ta’ taħt fuq

8.1.2.1.

Il-manikin għandu jiġi mgħammar b’wieħed mill-apparati tal-applikazzjoni tat-tagħbija kif xieraq, u kif deskritt fl-Anness 23. Il-manikin għandu jitqiegħed fit-trażżin installat f’konformità ma’ dan ir-Regolament fejn jitqiesu l-istruzzjonijiet tal-manifattur u bil-laxkezza standard kif speċifikat fil-paragrafu 8.1.3.6. ta’ hawn taħt, applikata għas-sistemi kollha b’mod identiku.

8.1.2.2.

It-trażżin għandu jintrabat mas-sit tat-test jew mas-sit tal-vettura. Is-sit kollu għandu jiddawwar madwar assi orizzontali li joqgħod fil-pjan medjan lonġitudinali tas-sit f’angolu ta’ 540° +/- 5° b’veloċità ta’ 2-5 grad/sekonda u mwaqqaf f’din il-pożizzjoni. Għall-finijiet ta’ dan it-test, l-apparat maħsub biex jintuża f’karrozzi speċifiċi jista’ jitwaħħal mas-sit tat-test deskritt fl-Anness 6.

8.1.2.3.

F’din il-pożizzjoni statika maqluba, massa ekwivalenti għal erba’ darbiet dik tal-manikin, b’tolleranza ta’ -0/+5% fir-rigward tal-mases nominali tal-manikini kif indikati fl-Anness 8, għandha tiġi applikata vertikalment ’l isfel fi pjan perpendikulari mal-assi tar-rotazzjoni flimkien mal-manikin bl-utilizzazzjoni tal-apparat għall-applikazzjoni tat-tagħbija deskritt fl-Anness 23. It-tagħbija għandha tiġi applikata b’mod ikkontrollat gradwalment b’rata li ma taqbiżx l-aċċellerazzjoni gravitazzjonali jew 400 mm/min. Żomm it-tagħbija massima preskritta għal durata ta’ 30 -0/+5 sekonda.

8.1.2.4.

Neħħi t-tagħbija b’rata ta’ mhux aktar minn 400 mm/min u kejjel l-ispostament.

8.1.2.5.

Dawwar is-sit kollu għal 180° biex tirritorna fil-pożizzjoni tal-bidu.

8.1.2.6.

Dan iċ-ċiklu tat-test għandu jerġa’ jitwettaq b’rotazzjoni fid-direzzjoni kuntrarja. Bl-assi tar-rotazzjoni fil-pjan orizzontali u f’angolu ta’ 90° ma’ dak taż-żewġ testijiet preċedenti, il-proċedura għandha terġa’ tiġi ripetuta fiż-żewġ direzzjonijiet tar-rotazzjoni.

8.1.2.7.

It-testijiet għandhom jitwettqu billi jintużaw kemm l-iżgħar kif ukoll l-akbar manikini xierqa għall-grupp jew għall-gruppi li għalih(om) huwa maħsub l-apparat tat-trażżin.

Mhu permess l-ebda aġġustament tal-manikin jew tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal waqt iċ-ċiklu tat-test komplut.

8.1.3.

Testijiet dinamiċi

8.1.3.1.

Testijiet fuq it-trolley u s-sit tat-test

8.1.3.1.1.

Li jħares ’il quddiem

8.1.3.1.1.1.

It-trolley u s-sit tat-test użati fit-test dinamiku għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament, u l-proċedura tal-installazzjoni għat-test dinamiku tal-ħbit għandha tkun f’konformità mal-Anness 21.

8.1.3.1.1.2.

It-trolley għandu jibqa’ orizzontali il-ħin kollu waqt id-deċellerazzjoni jew l-aċċellerazzjoni.

8.1.3.1.1.3.

Apparati tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċellerazzjoni

L-applikant għandu jagħżel li juża wieħed minn dawn iż-żewġ apparati:

8.1.3.1.1.3.1.

Apparat tat-test tad-deċellerazzjoni:

 

Id-deċellerazzjoni tat-trolley għandha tinkiseb billi jintuża l-apparat preskritt fl-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament jew kwalunkwe apparat ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti. Dan l-apparat għandu jkollu l-prestazzjoni speċifikata fil-paragrafu 8.1.3.4. u indikata hawn taħt:

 

Għall-impatt frontali, it-trolley għandu jiġi mbottat ’il quddiem b’tali mod li, fil-bidu tat-test, il-veloċità tiegħu tkun 50 + 0 - 2 km/h u l-kurva tal-aċċellerazzjoni tiegħu ma toħroġx ’il barra mill-erja skura tal-graff fl-Appendiċi 1 tal-Anness 7.

 

Għall-impatt minn wara, it-trolley għandu jiġi mbottat b’tali mod li, fil-bidu tat-test, il-veloċità tiegħu tkun 30 +2 -0 km/h u l-kurva tal-aċċellerazzjoni tiegħu ma toħroġx ’il barra mill-erja skura tal-graff fl-Appendiċi 2 tal-Anness 7.

It-testijiet li jsiru b’veloċità ogħla u/jew b’aċċellerazzjoni li taqbeż il-limitu ta’ fuq tal-erja skura għandhom jitqiesu bħala sodisfaċenti jekk is-sistema tat-trażżin għat-tfal tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni għat-test.

It-testijiet li jsiru b’aċċellerazzjoni aktar baxxa għandhom jitqiesu bħala sodisfaċenti biss jekk il-kurva tal-aċċellerazzjoni taqsam il-limitu inferjuri tal-erja skura għal perjodu kumulattiv ta’ mhux aktar minn 3 ms.

Sabiex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ hawn fuq, is-Servizz Tekniku għandu juża massa tat-trolley (mgħammar bis-sit tiegħu), kif speċifikat fil-paragrafu 1 tal-Anness 6, ikbar minn 380 kg.

8.1.3.1.1.3.2.

Apparat tat-test tal-aċċellerazzjoni:

 

Kundizzjonijiet għall-ittestjar dinamiku:

 

Għall-impatt frontali, it-trolley għandu jiġi mbottat ’il quddiem b’tali mod li, waqt it-test, il-bidla fil-veloċità totali tiegħu ΔV tkun 52 + 0 – 2 km/h u l-kurva tal-aċċellerazzjoni tiegħu ma toħroġx ’il barra mill-erja skura tal-graff fl-Appendiċi 1 tal-Anness 7 u tibqa’ ’l fuq mis-segment iddefinit mill-koordinati (5 g, 10 ms) u (9 g, 20 ms). Il-bidu tal-impatt (T0) huwa ddefinit, skont l-istandard ISO 17373 għal livell ta’ aċċellerazzjoni ta’ 0,5 g.

 

Għall-impatt minn wara, it-trolley għandu jiġi mbottat ’il quddiem b’tali mod li, waqt it-test, il-bidla fil-veloċità totali tiegħu ΔV tkun 32 +2 -0 km/h u l-kurva tal-aċċellerazzjoni tiegħu ma toħroġx ’il barra mill-erja skura tal-graff fl-Appendiċi 2 tal-Anness 7 u tibqa’ ’l fuq mis-segment iddefinit mill-koordinati (5 g, 5 ms) u (10 g, 10 ms). Il-bidu tal-impatt (T0) huwa ddefinit, skont l-istandard ISO 17373 għal livell ta’ aċċellerazzjoni ta’ 0,5 g.

Minkejja li jiġu ssodisfati dawn ir-rekwiżiti ta’ hawn fuq, is-Servizz Tekniku għandu juża massa tat-trolley (mgħammar bis-sit tiegħu), kif speċifikata fil-paragrafu 1. tal-Anness 6, b’valur ogħla minn 380 kg.

Madankollu, jekk dawn it-testijiet ta’ hawn fuq jitwettqu b’veloċità ogħla u/jew il-kurva tal-aċċellerazzjoni taqbeż il-livell superjuri tal-erja skura u t-trażżin għat-tfal jissodisfa r-rekwiżiti, it-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti.

8.1.3.1.1.4.

Għandhom jitkejlu dawn li ġejjin:

8.1.3.1.1.4.1.

Il-veloċità tat-trolley immedjatament qabel l-impatt (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss, meħtieġa għall-kalkolu tad-distanza tal-waqfien),

8.1.3.1.1.4.2.

Id-distanza tal-waqfien (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss), li tista’ tiġi kkalkulata bl-integrazzjoni doppja tad-deċellerazzjoni rreġistrata tal-islitta,

8.1.3.1.1.4.3.

L-ispostament tar-ras tal-manikin fil-pjani vertikali u orizzontali għall-gruppi I, II u III u għall-gruppi 0 u 0 + l-ispostament tal-manikin, mingħajr ma jitqiesu dirgħajh u riġlejh,

8.1.3.1.1.4.4.

Id-deċellerazzjoni tas-sider fi tliet direzzjonijiet reċiprokament perpendikolari; għajr għall-manikin tat-tarbija tat-twelid,

8.1.3.1.1.4.5.

Kwalunkwe sinjali viżibbli ta’ penetrazzjoni tat-tafal artab fl-addome (ara l-paragrafu 7.1.4.3.1.); għajr għall-manikin tat-tarbija tat-twelid,

8.1.3.1.1.4.6.

L-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni tat-trolley tal-anqas għall-ewwel 300 ms.

8.1.3.1.1.5.

Wara l-impatt, it-trażżin għat-tfal għandu jiġi spezzjonat viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm xi ħsara jew ksur.

8.1.3.1.2.

Li jħares lura

8.1.3.1.2.1.

Is-sit tat-test għandu jiddawwar 180° meta jkun qed jiġi ttestjat f’konformità mar-rekwiżiti tat-test tal-impatt minn wara.

8.1.3.1.2.2.

Meta jkun qed jiġi ttestjat trażżin għat-tfal li jħares lura maħsub biex jintuża għall-pożizzjonijiet bilqiegħda ta’ quddiem, id-dashboard tal-vettura għandu jiġi ssimulat permezz ta’ żbarra riġida mwaħħla mat-trolley b’tali mod li l-assorbiment kollu tal-enerġija jseħħ fit-trażżin għat-tfal.

8.1.3.1.2.3.

Il-kundizzjonijiet tad-deċellerazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1.3.1.1.3.1.

Il-kundizzjonijiet tal-aċċellerazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1.3.1.1.3.2.

8.1.3.1.2.4.

Il-kejl li jrid jittieħed għandu jkun simili għal dak elenkat fil-paragrafi 8.1.3.1.1.4. sa 8.1.3.1.1.4.6. ta’ hawn fuq.

8.1.3.2.

Test fuq it-trolley u l-qafas tal-bodi tal-vettura

8.1.3.2.1.

Li jħares ’il quddiem

8.1.3.2.1.1.

Il-metodu użat biex il-vettura tintrabat sew waqt it-test ma għandux ikun tali li jsaħħaħ l-ankraġġi tas-sits tal-vettura, iċ-ċinturini tas-sikurezza għall-adulti u kwalunkwe ankraġġ addizzjonali meħtieġ biex jintrabat sew it-trażżin għat-tfal jew li jnaqqas id-deformazzjoni normali tal-istruttura. Ma għandu jkun hemm ebda parti mill-vettura li, billi tillimita l-moviment tal-manikin, tista’ tnaqqas it-tagħbija imposta fuq it-trażżin għat-tfal waqt it-test. Il-partijiet tal-istruttura eliminati jistgħu jiġu sostitwiti minn partijiet ta’ saħħa ekwivalenti, sakemm dawn ma jfixklux il-moviment tal-manikin.

8.1.3.2.1.2.

L-apparat tal-ankraġġ għandu jitqies bħala sodisfaċenti jekk dan ma jipproduċi l-ebda effett fuq iż-żona li testendi tul il-wisa’ kollha tal-istruttura u jekk il-vettura jew l-istruttura jiġu bblokkati jew imwaħħla quddiem f’distanza ta’ mhux inqas minn 500 mm mill-ankraġġ tas-sistema tat-trażżin. Fuq in-naħa ta’ wara l-istruttura għandha tintrabat f’distanza suffiċjenti wara l-ankraġġ biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti kollha tal-paragrafu 8.1.3.2.1.1. ta’ hawn fuq jiġu ssodisfati.

8.1.3.2.1.3.

Is-sit tal-vettura u t-trażżin għat-tfal għandhom jiġu installati u jitqiegħdu f’pożizzjoni magħżula mis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni sabiex jinkisbu l-kundizzjonijiet l-aktar avversi fir-rigward tas-saħħa, u li jkunu kompatibbli mal-installazzjoni tal-manikin fil-vettura. Il-pożizzjoni tad-dahar tas-sit tal-vettura u tat-trażżin għat-tfal għandhom jiġu ddikjarati fir-rapport. Id-dahar tas-sit tal-vettura, jekk jista’ jiġi aġġustat għall-inklinazzjoni, għandu jiġi llokkjat kif speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni, f’angolu reali tad-dahar tas-sit kemm jista’ jkun viċin il-25°.

8.1.3.2.1.4.

Sakemm l-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u għall-użu ma jeħtiġux mod ieħor, is-sit ta’ quddiem għandu jitqiegħed fil-pożizzjoni l-aktar ’il quddiem li normalment tintuża għal trażżin għat-tfal maħsub biex jintuża fil-pożizzjoni bilqiegħda ta’ quddiem, u fil-pożizzjoni l-aktar lura li normalment tintuża għal trażżin għat-tfal fil-pożizzjoni bilqiegħda ta’ wara.

8.1.3.2.1.5.

Il-kundizzjonijiet tad-deċellerazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1.3.4. ta’ hawn taħt. Is-sit tat-test ikun is-sit tal-vettura reali.

8.1.3.2.1.6.

Għandhom jitkejlu dawn li ġejjin:

8.1.3.2.1.6.1.

Il-veloċità tat-trolley immedjatament qabel l-impatt (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss, meħtieġa għall-kalkolu tad-distanza tal-waqfien),

8.1.3.2.1.6.2.

Id-distanza tal-waqfien (għal slitti tad-deċellerazzjoni biss), li tista’ tiġi kkalkulata bl-integrazzjoni doppja tad-deċellerazzjoni rreġistrata tal-islitta,

8.1.3.2.1.6.3.

Kwalunkwe kuntatt tar-ras tal-manikin mal-intern tal-qafas tal-bodi tal-vettura;

8.1.3.2.1.6.4.

Id-deċellerazzjoni tas-sider fi tliet direzzjonijiet reċiprokament perpendikolari; għajr għall-manikin tat-tarbija tat-twelid,

8.1.3.2.1.6.5.

Kwalunkwe sinjal viżibbli ta’ penetrazzjoni tat-tafal artab fl-addome (ara l-paragrafu 7.1.4.3.1.) għajr għall-manikin tat-tarbija tat-twelid,

8.1.3.2.1.6.6.

L-aċċellerazzjoni jew id-deċellerazzjoni tat-trolley u l-qafas tal-bodi tal-vettura tal-anqas għall-ewwel 300 ms.

8.1.3.2.1.7.

Wara l-impatt, it-trażżin għat-tfal għandu jiġi spezzjonat viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi determinat jekk kienx hemm xi ħsara.

8.1.3.2.2.

Li jħares lura

8.1.3.2.2.1.

Għal testijiet tal-impatt minn wara, il-qafas tal-bodi tal-vettura għandu jiddawwar 180° fuq it-trolley tat-test.

8.1.3.2.2.2.

L-istess rekwiżiti bħal dawk għall-impatt frontali.

8.1.3.3.

Test bil-vettura kompluta

8.1.3.3.1.

Il-kundizzjonijiet tad-deċellerazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1.3.4. ta’ hawn taħt.

8.1.3.3.2.

Il-proċedura għat-testijiet tal-impatt frontali għandha tkun dik stabbilita fl-Anness 9 ta’ dan ir-Regolament.

8.1.3.3.3.

Il-proċedura għat-testijiet tal-impatt minn wara għandha tkun dik stabbilita fl-Anness 10 ta’ dan ir-Regolament.

8.1.3.3.4.

Għandhom jitkejlu dawn li ġejjin:

8.1.3.3.4.1.

Il-veloċità tal-vettura/tal-impattur immedjatament qabel l-impatt;

8.1.3.3.4.2.

Kwalunkwe kuntatt tar-ras tal-manikin (fil-każ tal-grupp 0, tal-manikin mingħajr ma jitqiesu dirgħajh u riġlejh) mal-intern tal-vettura;

8.1.3.3.4.3.

L-aċċellerazzjoni tas-sider fi tliet direzzjonijiet reċiprokament perpendikolari, għajr għall-manikin tat-tarbija tat-twelid;

8.1.3.3.4.4.

Kwalunkwe sinjal viżibbli ta’ penetrazzjoni tat-tafal artab fl-addome (ara l-paragrafu 7.1.4.3.1.) għajr għall-manikin tat-tarbija tat-twelid.

8.1.3.3.5.

Is-sits ta’ quddiem, jekk jistgħu jiġu aġġustati għall-inklinazzjoni, għandhom jiġu llokkjati kif speċifikat mill-manifattur jew, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe speċifikazzjoni, f’angolu reali tad-dahar tas-sit kemm jista’ jkun viċin il-25°.

8.1.3.3.6.

Wara l-impatt, it-trażżin għat-tfal għandu jiġi spezzjonat viżwalment, mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla, biex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm xi ħsara jew ksur.

8.1.3.4.

Il-kundizzjonijiet għat-test dinamiku huma miġbura fil-qosor fit-tabella ta’ hawn taħt:

 

 

IMPATT FRONTALI

IMPATT MINN WARA

Test

Trażżin

Veloċità

(km/h)

Impuls

tat-test

Distanza

tal-waqfien

waqt

it-test (mm)

Veloċità

(km/h)

Impuls

tat-test

Distanza

tal-waqfien

waqt

it-test (mm)

Trolley b’

sit tat-test

Li jħares ’il quddiem

għal sits ta’ quddiem u ta’ wara

tal-kategorija universali, semiuniversali jew ristrett  (*1)

50 + 0 - 2

1

650 ± 50

-

-

-

Li jħares lura

għal sits ta’ quddiem u ta’ wara

tal-kategorija universali, semiuniversali jew ristrett  (*2)

50 + 0 - 2

1

650 ± 50

30 + 2 - 0

2

275 ± 25

Bodi tal-vettura

fuq it-trolley

Li jħares ’il quddiem  (*1)

50 + 0 - 2

1 jew 3

650 ± 50

-

-

-

Li jħares lura  (*2)

50 + 0 - 2

1 jew 3

650 ± 50

30 + 2 - 0

2 jew 4

275 ± 25

Test kontra ostakolu

b’vettura sħiħa

Li jħares ’il quddiem

50 + 0 - 2

3

mhux

speċifikata

-

-

-

Li jħares lura

50 + 0 - 2

3

mhux

speċifikata

30 + 2 - 0

4

mhux

speċifikata

Nota:

Is-sistemi kollha tat-trażżin għall-gruppi 0 u 0+ għandhom jiġu ttestjati skont il-kundizzjonijiet ta’ “Li jħares lura” fl-impatti frontali u minn wara.

Didaskalija:

Impuls tat-Test Nru 1 - Kif preskritt fl-Anness 7 – impatt frontali.

Impuls tat-Test Nru 2 - Kif preskritt fl-Anness 7 – impatt minn wara.

Impuls tat-Test Nru 3 - Impuls tad-deċellerazzjoni tal-vettura soġġetta għal impatt frontali.

Impuls tat-Test Nru 4 - Impuls tad-deċellerazzjoni tal-vettura soġġetta għal impatt minn wara.

8.1.3.5.

Trażżin għat-tfal li jinkorpora l-użu ta’ ankraġġi addizzjonali

8.1.3.5.1.

Fil-każ tat-trażżin għat-tfal maħsub biex jintuża kif speċifikat fil-paragrafu 2.1.2.3. u li jinkorpora l-użu ta’ ankraġġi addizzjonali, it-test tal-impatt frontali, f’konformità mal-paragrafu 8.1.3.4., għandu jitwettaq kif ġej:

8.1.3.5.2.

Għall-apparat biċ-ċineg tal-irbit ta’ fuq qosra, pereżempju dawk li huma maħsuba biex jitwaħħlu mal-ixkaffa ta’ wara, il-konfigurazzjoni tal-ankraġġi ta’ fuq it-trolley tat-test għandha tkun kif preskritt fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6.

8.1.3.5.3.

Għall-apparat biċ-ċineg tal-irbit ta’ fuq twal, pereżempju dawk li huma maħsuba biex jintużaw fejn ma hemmx xkaffa ta’ wara riġida u fejn iċ-ċineg tal-irbit ta’ fuq huma mwaħħla mal-qiegħ tal-vettura, l-ankraġġi fuq it-trolley tat-test għandhom ikunu kif preskritt fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6.

8.1.3.5.4.

Għall-apparat maħsub biex jintuża fiż-żewġ konfigurazzjonijiet, għandhom jitwettqu t-testijiet preskritti fil-paragrafi 8.1.3.5.2. u 8.1.3.5.3. bl-eċċezzjoni li, fil-każ tat-test imwettaq f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1.3.5.3. ta’ hawn fuq, għandu jintuża biss il-manikin aktar tqil.

8.1.3.5.5.

Għall-apparat li jħares lura, l-ankraġġ ta’ isfel tal-konfigurazzjoni fuq it-trolley tat-test għandu jkun kif preskritt fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6.

8.1.3.5.6.

Gћal carrycots li jużaw ċineg addizzjonali li jintrabtu ma’ żewġ ċinturini tas-sikurezza gћall-adulti, fejn il-forza tat-tagћbija trid tiġi applikata direttament minn ġoċ-ċinturin tas-sikurezza gћall-adulti gћall-ankraġġ ta’ isfel taċ-ċinturin tas-sikurezza gћall-adulti, l-ankraġġ fuq it-trolley tat-test gћandu jkun kif preskritt fil-paragrafu 7 tal-Appendiċi 3 tal-Anness 6. (A1,B1). L-installazzjoni fuq il-bank tat-test gћandha ssir kif deskritt fin-nota 5 tal-Anness 21. Din is-sistema għandha taħdem b’mod korrett anki biċ-ċinturini tas-sikurezza gћall-adulti mhux illokkjati, u titqies bћala Universali meta tkun konformi mal-paragrafu 6.1.8.

8.1.3.6.

Il-manikini tat-test

8.1.3.6.1.

It-trażżin għat-tfal u l-manikini għandhom jiġu installati b’tali mod li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1.3.6.3.

8.1.3.6.2.

It-trażżin għat-tfal għandu jiġi ttestjat bl-użu tal-manikini preskritti fl-Anness 8 ta’ dan ir-Regolament.

8.1.3.6.3.

L-installazzjoni tal-manikin

8.1.3.6.3.1.

Il-manikin għandu jitqiegħed b’tali mod li l-ispazju jkun bejn il-parti ta’ wara tal-manikin u t-trażżin. Fil-każ tal-carrycots il-manikin jitqiegħed f’pożizzjoni orizzontali dritta viċin kemm jista’ jkun tal-linja taċ-ċentru tal-carrycot.

8.1.3.6.3.2.

Qiegħed is-siġġu tat-tifel/tifla fuq is-sit tat-test.

Qiegħed il-manikin fis-siġġu tat-tifel/tifla.

Għal trażżin jew ċineg li jaġixxu direttament fuq ritrattur jew fuq ċinturin tas-sikurezza bi tliet ankraġġi għall-adulti, fejn ma jintużaw ebda apparat tal-qfil jew sistema li ma tippermettix l-azzjoni tar-ritrattur:

(a)

Qiegħed iċ-ċinturin skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur.

(b)

Lesti l-installazzjoni tas-siġġu tat-tifel/tifla mas-sit tat-test f’konformità mal-Anness 21 ta’ dan ir-Regolament.

Għat-trażżin l-ieħor kollu:

(a)

Qiegħed bord biċ-ċappetti jew apparat flessibbli simili bi ħxuna ta’ 2,5 cm u b’wisa’ ta’ 6 cm u b’tul ugwali għall-għoli tal-ispalla (bilqiegħda, l-Anness 8) li minnu jitnaqqas l-għoli taċ-ċentru tal-ġenbejn (bilqiegħda, fl-Anness 8 l-għoli tal-fieragħ ta’ wara l-irkoppa (popliteus) miżjud ma’ nofs l-għoli tal-koxxa, bilqiegħda) rilevanti għad-daqs tal-manikin li qed jiġi ttestjat bejn il-manikin u d-dahar tas-sit tas-siġġu. Il-bord għandu jkun kemm jista’ jkun simili għall-kurvatura tas-siġġu u t-tarf ta’ isfel tiegħu għandu jkun fl-istess għoli bħal dak tal-ġog tal-ġenbejn tal-manikin.

(b)

Aġġusta ċ-ċinturin skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, imma għal tensjoni ta’ 250 ± 25 N aktar mill-forza tal-aġġustatur, b’angolu ta’ deflessjoni taċ-ċinga fl-aġġustatur ta’ 45 ± 5°, jew inkella bl-angolu preskritt mill-manifattur.

(c)

Lesti l-installazzjoni tas-siġġu tat-tifel/tifla mas-sit tat-test f’konformità mal-Anness 21 ta’ dan ir-Regolament.

(d)

Neħħi l-apparat flessibbli.

8.1.3.6.3.3.

Il-pjan lonġitudinali li jgħaddi mil-linja taċ-ċentru tal-manikin għandu jiġi stabbilit fin-nofs bejn iż-żewġ ankraġġi taċ-ċinturini ta’ isfel, madankollu għandu wkoll jitqies il-paragrafu 8.1.3.2.1.3. Fil-każ tat-trażżin għat-tfal li jrid jiġi ttestjat bil-manikin li jirrappreżenta tifel/tifla ta’ 10 snin, il-pjan lonġitudinali li jgħaddi mil-linja taċ-ċentru tal-manikin għandu jitqiegħed sa 80 mm lejn il-ġenb tal-punt tal-ankraġġ C fir-rigward tal-punt li jinstab fin-nofs bejn iż-żewġ ankraġġi taċ-ċinturini ta’ isfel. Is-Servizz Tekniku għandu jiddeċiedi dwar l-ammont ta’ spostament sabiex jintuża l-aħjar perkors taċ-ċinturin tal-ispalla fuq il-manikin.

8.1.3.6.3.4.

Fil-każ ta’ apparat li jeħtieġ l-użu ta’ ċinturin standard, il-perkors taċ-ċinga ta’ fuq l-ispalla jista’ jinżamm fuq il-manikin qabel it-test dinamiku billi jintuża masking tape ħafif ta’ tul massimu ta’ 250 mm u wisa’ massima ta’ 20 mm. Fil-każ ta’ apparat li jħares lura, ir-ras tista’ tinżamm mal-appoġġ għad-dahar tas-sistema tat-trażżin bl-użu ta’ masking tape ħafif li jkun twil biżżejjed u b’wisa’ massima ta’ 20 mm.

8.1.3.7.

Il-kategorija tal-manikin li għandu jintuża:

8.1.3.7.1.

Apparat tal-grupp 0: Testijiet bl-użu tal-manikin tat-“tarbija tat-twelid” u ta’ manikin ta’ 9 kg;

8.1.3.7.2.

Apparat tal-grupp 0+: Testijiet bl-użu tal-manikin tat-“tarbija tat-twelid” u manikin ta’ 11-il kg;

8.1.3.7.3.

Apparat tal-grupp I: Testijiet bl-użu ta’ manikin b’massa ta’ 9 kg u ta’ 15-il kg rispettivament;

8.1.3.7.4.

Apparat tal-grupp II: Testijiet bl-użu ta’ manikin b’massa ta’ 15-il kg u ta’ 22 kg rispettivament;

8.1.3.7.5.

Apparat tal-grupp III: Testijiet bl-użu ta’ manikin b’massa ta’ 22 kg u ta’ 32 kg rispettivament.

8.1.3.7.6.

Jekk is-sistema tat-trażżin għat-tfal tkun adatta għal żewġ gruppi tal-massa jew aktar, it-testijiet għandhom jitwettqu billi jintużaw l-eħfef u l-itqal manikini speċifikati hawn fuq għall-gruppi kollha kkonċernati.

8.1.3.7.7.

Jekk is-sistema tat-trażżin għat-tfal tkun maħsuba għal żewġt itfal jew aktar, għandu jitwettaq test wieħed bl-itqal manikini jokkupaw il-pożizzjonijiet tas-sits kollha. Għandu jitwettaq test ieħor bl-eħfef u bl-itqal manikini speċifikati hawn fuq. It-testijiet għandhom jitwettqu billi jintuża s-sit tat-test kif indikat fil-Figura 3 tal-Appendiċi 3 tal-Anness 6. Il-laboratorju li jwettaq it-testijiet jista’, jekk iqis li jkun għall-aħjar, iżid test ieħor bi kwalunkwe kombinazzjoni ta’ manikini jew pożizzjonijiet tas-sits vojta.

8.1.3.7.8.

Jekk sistema tat-trażżin gћat-tfal fil-grupp 0 jew 0+ toffri konfigurazzjonijiet differenti skont il-massa tat-tifel/tifla, kull konfigurazzjoni gћandha tiġi ttestjata biż-żewġ manikini tal-grupp tal-massa rispettiv.

8.1.3.7.9.

Jekk is-sistema tat-trażżin gћat-tfal ISOFIX għandha tuża rbit ta’ fuq, l-ewwel gћandu jitwettaq test bl-iżgћar manikin bl-iqsar distanza tal-irbit ta’ fuq (il-punt tal-ankraġġ G1). It-tieni test gћandu jitwettaq bl-itqal manikin bl-itwal distanza tal-irbit ta’ fuq (il-punt tal-ankraġġ G2). Aġġusta l-irbit ta’ fuq sabiex tikseb tagћbija ta’ tensjoni ta’ 50 ± 5 N.

8.1.3.7.10.

It-test speċifikat fil-paragrafu 7.1.4.1.10.1.2. ta’ hawn fuq għandu jitwettaq biss bl-ikbar manikin li gћalih ikun ġie ddisinjat it-trażżin gћat-tfal. Jekk ikunu possibbli konfigurazzjonijiet multipli tat-trażżin għat-tfal (eż f’pożizzjoni wieqfa/immejla), għal dan it-test għandha tintuża l-konfigurazzjoni li tiġġenera l-agħar każ ta’ devjazzjoni orizzontali tar-ras tal-manikin.

8.1.4.

Trażżin tal-booster cushions

Qiegħed biċċa drapp tal-qoton fuq is-superfiċje tas-sit tal-bank tat-test. Qiegħed il-booster cushion fuq il-bank tat-test, qiegħed il-blokka tal-parti ta’ isfel tat-torso kif deskritt fil-Figura 1 tal-Anness 22, fuq is-superfiċje tas-sit, u aġġusta u applika ċ-ċinturin tas-sikurezza bi tliet ankraġġi għall-adulti bit-tensjoni preskritta fl-Anness 21. B’biċċa strixxa wiesa’ 25 mm jew oġġett simili marbut madwar il-booster, applika tagħbija ta’ 250 ± 5 N fid-direzzjoni tal-vleġġa A, ara l-Figura 2 tal-Anness 22, f’linja mas-superfiċje tas-sit tal-bank tat-test.

8.2.

Testijiet tal-komponenti individwali

8.2.1.

Bokkla

8.2.1.1.

Test tal-ftuħ taħt tagħbija

8.2.1.1.1.

Għal dan it-test għandu jintuża trażżin għat-tfal li jkun diġà ġie soġġett għat-testijiet dinamiċi speċifikati fil-paragrafu 8.1.3.

8.2.1.1.2.

It-trażżin għat-tfal għandu jitneħħa mit-trolley tat-test jew mill-vettura mingħajr ma tinfetaħ il-bokkla. Għandha tiġi applikata tensjoni ta’ 200 ± 2 N fuq il-bokkla. Jekk il-bokkla tkun imwaħħla ma’ parti riġida, il-forza gћandha tiġi applikata fl-istess angolu fformat bejn il-bokkla u dik il-parti riġida waqt it-test dinamiku.

8.2.1.1.3.

Għandha tiġi applikata tagħbija b’veloċità ta’ 400 ± 20 mm/min fuq iċ-ċentru ġeometriku tal-buttuna għar-rilaxx tal-bokkla tul assi fiss parallel mad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna; iċ-ċentru ġeometriku japplika għal dik il-parti tas-superfiċje tal-bokkla li fuqha trid tiġi applikata l-pressjoni tar-rilaxx. Il-bokkla għandha tkun marbuta sew ma’ appoġġ riġidu waqt l-applikazzjoni tal-forza tal-ftuħ.

8.2.1.1.4.

Il-forza tal-ftuħ fuq il-bokkla għandha tiġi applikata, billi jintuża dinamometru jew apparat simili fil-mod u fid-direzzjoni tal-użu normali. It-tarf tal-kuntatt għandu jkun emisfera tal-metall illustrat, b’raġġ ta’ 2,5 ±0,1 mm.

8.2.1.1.5.

Il-forza tal-ftuħ fuq il-bokkla għandha titkejjel u kwalunkwe ħsara għandha tiġi nnotata.

8.2.1.2.

Test tal-ftuħ taħt tagħbija żero

8.2.1.2.1.

Assemblaġġ ta’ bokkla li preċedentement ma tkunx ġiet soġġetta għal tagħbija għandu jintrama u jitqiegħed fil-kundizzjoni ta’ “ebda tagħbija”.

8.2.1.2.2.

Il-metodu tal-kejl tal-forza tal-ftuħ tal-bokkla għandu jkun kif preskritt fil-paragrafi 8.2.1.1.3. u 8.2.1.1.4.

8.2.1.2.3.

Il-forza tal-ftuħ tal-bokkla għandha titkejjel.

8.2.1.3.

Test tas-saħħa

8.2.1.3.1

Għat-test tas-saħħa għandhom jintużaw żewġ kampjuni. L-aġġustaturi kollha, għajr għal aġġustaturi armati direttament fuq trażżin għat-tfal, huma inklużi fit-test.

8.2.1.3.2.

L-Anness 20 juri apparat tipiku għal test tar-reżistenza tal-bokkla. Il-bokkla titqiegħed fuq il-pjanċa tonda ta’ fuq (A) fi ħdan ir-riljiev. Iċ-ċineg kollha ta’ ħdejha għandhom tul ta’ mill-inqas 250 mm u jitqiegħdu mdendlin ’l isfel mill-pjanċa ta’ fuq fir-rigward tal-pożizzjoni tagħhom mal-bokkla. It-truf liberi taċ-ċineg imbagħad jiddawru mal-pjanċa tonda ta’ taħt (B) sakemm jisporġu mill-fetħa interna tal-pjanċa. Bejn A u B, iċ-ċineg kollha għandhom ikunu vertikali. Il-pjanċa tonda li torbot (C) imbagħad tiġi kklampjata ħafif mal-wiċċ ta’ taħt ta’ (B), iżda xorta tippermetti ċertu moviment taċ-ċineg bejniethom. Permezz ta’ forza żgħira fil-magna tat-tensjoni, iċ-ċineg jitqiegħdu taħt tensjoni u dawn jinġibdu bejn (B) u (C) sakemm iċ-ċineg kollha jitgħabbew skont l-arranġament rispettiv tagħhom. Il-bokkla għandha tibqa’ libera mill-pjanċa (A) jew minn kwalunkwe parti li qiegħda f’ (A) matul din l-operazzjoni u t-test innifsu. (B) u (C) imbagħad jiġu kklampjati sew flimkien u l-forza tensili tiġi miżjuda, b’veloċità trasversali ta’ 100 ± 20 mm/min, sakemm jintlaħqu l-valuri meħtieġa.

8.2.2.

Apparat għall-aġġustament

8.2.2.1.

Il-faċilità tal-aġġustament

8.2.2.1.1.

Meta jiġi ttestjat apparat għall-aġġustament manwali, filwaqt li tingħata attenzjoni għall-kundizzjonijiet ta’ użu normali, iċ-ċinga għandha tinġibed b’mod stabbli mill-apparat għall-aġġustament b’rata ta’ 100 ± 20 mm/min u l-forza massima għandha titkejjel sal-eqreb valur sħiħ ta’ N wara l-ewwel 25 ± 5 mm ta’ moviment taċ-ċinga.

8.2.2.1.2.

It-test għandu jitwettaq fiż-żewġ direzzjonijiet li fihom timxi ċ-ċinga minn ġol-apparat, biċ-ċinga twettaq iċ-ċiklu sħiħ għal 10 darbiet qabel il-kejl.

8.2.3.

Test tal-microslip (ara l-Figura 3 tal-Anness 5)

8.2.3.1.

Il-komponenti jew l-apparati li jridu jiġu soġġetti għat-test tal-microslip għandhom jinżammu għal minimu ta’ 24 siegħa qabel l-ittestjar f’atmosfera b’temperatura ta’ 20 ± 5 C u b’umdità relattiva ta’ 65 ± 5 fil-mija. It-test għandu jsir f’temperatura ta’ bejn 15 u 30 °C.

8.2.3.2.

It-tarf liberu taċ-ċinga għandu jiġi rranġat fl-istess konfigurazzjoni bħal meta l-apparat jintuża fil-vettura, u ma għandu jitwaħħal mal-ebda parti oħra.

8.2.3.3.

L-apparat għall-aġġustament għandu jitqiegħed fuq biċċa ċinga vertikali li tarf minnha tkun mgħobbija b’50 ±0,5 N (iggwidata b’mod li t-tagħbija ma tkunx tista’ titbandal u ċ-ċinga ma tinbaramx). It-tarf liberu taċ-ċinga mill-apparat għall-aġġustament għandu jintrama vertikalment ’il fuq jew ’l isfel kif inhu fil-vettura. It-tarf l-ieħor għandu jgħaddi minn fuq romblu diflettur bl-assi orizzontali tiegħu parallel għall-pjan tas-sezzjoni taċ-ċinga li ssostni t-tagħbija, u s-sezzjoni li tgħaddi minn fuq ir-romblu għandha tkun orizzontali.

8.2.3.4.

L-apparat li jiġi ttestjat għandu jiġi rranġat b’tali mod li ċ-ċentru tiegħu, fl-ogħla pożizzjoni li jista’ jittella’ fiha, ikun 300 ± 5 mm minn mejda tal-appoġġ, u t-tagħbija ta’ 50 N għandha tkun 100 ± 5 mm minn dik il-mejda tal-appoġġ.

8.2.3.5.

Imbagħad għandhom jitwettqu 20 ± 2 ċiklu ta’ qabel it-test u wara għandhom jitwettqu 1 000 ± 5 ċiklu bi frekwenza ta’ 30 ± 10 ċiklu fil-minuta, fejn l-amplitudni totali tkun ta’ 300 ± 20 mm jew kif speċifikat fil-paragrafu 8.2.5.2.6.2. It-tagħbija ta’ 50 N għandha tiġi applikata biss matul il-ħin li jikkorrispondi għal spostament ta’ 100 ± 20 mm għal kull nofs perjodu. Il-microslip għandha titkejjel mill-pożizzjoni li tkun fit-tmiem tal-20 ċiklu ta’ qabel it-test.

8.2.4.

Ritrattur

8.2.4.1.

Forza ta’ ritrazzjoni

8.2.4.1.1.

Il-forzi ta’ ritrazzjoni għandhom jitkejlu bl-assemblaġġ taċ-ċinturin tas-sikurezza imwaħħal mal-manikin bħal fit-test dinamiku preskritt fil-paragrafu 8.1.3. It-tensjoni taċ-ċinga għandha titkejjel fil-punt tal-kuntatt mal-manikin (iżda bla ma tmissu) waqt li ċ-ċinga tkun qed tinġibed lura bir-rata approssimattiva ta’ 0,6 m/min.

8.2.4.2.

Durabbiltà tal-mekkaniżmu tar-ritrattur

8.2.4.2.1.

Iċ-ċinga għandha tiġi rtirata u titħalla tinġibed lura għan-numru meħtieġ ta’ ċikli b’rata ta’ mhux aktar minn 30 ċiklu fil-minuta. Fil-każ ta’ ritratturi li jillokkjaw f’emerġenza, għandu jiġi introdott skoss f’kull ħames ċiklu, biex jillokkja r-ritrattur. L-iskossi jseħħu f’numri ugwali f’kull waħda mill-ħames estrazzjonijiet differenti, jiġifieri, 90, 80, 75, 70 u 65 fil-mija tat-tul totali taċ-ċinga fuq ir-ritrattur. Madankollu, meta t-tul taċ-ċinga jkun aktar minn 900 mm il-persentaġġ ta’ hawn fuq għandu jkun relatat mal-aħħar 900 mm taċ-ċinga li tista’ tiġi rtirata mir-ritrattur.

8.2.4.3.

L-illokkjar ta’ ritratturi li jillokkjaw f’emerġenza

8.2.4.3.1.

Ir-ritrattur għandu jiġi ttestjat darba għall-illokkjar, meta t-tul taċ-ċinga jkun ġie maħlul kollu għajr għal 300 ± 3 mm.

8.2.4.3.2.

Fil-każ ta’ ritrattur li jiġi attivat mill-moviment taċ-ċinga, l-estrazzjoni għandha sseħħ fid-direzzjoni normali tagħha daqslikieku r-ritrattur huwa installat f’vettura.

8.2.4.3.3.

Meta r-ritrattur ikun qed jiġi ttestjat għas-sensittività tiegħu għall-aċċellerazzjonijiet tal-vettura, dan għandu jiġi ttestjat għat-tul tal-estrazzjoni ta’ hawn fuq, fiż-żewġ direzzjonijiet, tul żewġ assi reċiprokament perpendikolari, li jkunu orizzontali jekk ir-ritratturi jkunu ser jiġu installati f’vettura kif speċifikat mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal. Meta din il-pożizzjoni ma tiġix speċifikata, l-awtorità tal-ittestjar għandha tikkonsulta lill-manifattur tat-trażżin tat-tfal. Għandha tintgħażel waħda minn dawn id-direzzjonijiet tat-test mis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni biex jinħolqu l-aktar kundizzjonijiet avversi fir-rigward tal-attivazzjoni tal-mekkaniżmu tal-illokkjar.

8.2.4.3.4.

Id-disinn tal-apparat użat għandu jkun tali li l-aċċellerazzjoni meħtieġa tingħata b’rata medja ta’ żieda fl-aċċellerazzjoni ta’ mill-inqas 25 g/s (8).

8.2.4.3.5.

Għall-ittestjar tal-konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 7.2.3.2.1.3. u 7.2.3.2.1.4. ir-ritrattur għandu jiġi armat fuq mejda orizzontali u l-mejda għandha tiġi mmejla b’veloċità ta’ mhux aktar minn 2° kull sekonda sakemm l-apparat jillokkja. It-test għandu jiġi ripetut bl-inklinazzjoni f’direzzjonijiet oħra sabiex ikun żgurat li r-rekwiżiti jiġu ssodisfati.

8.2.4.4.

Test tal-korrużjoni

8.2.4.4.1.

It-test tal-korrużjoni huwa deskritt fil-paragrafu 8.1.1. ta’ hawn fuq.

8.2.4.5.

Test tar-reżistenza għat-trab

8.2.4.5.1.

Ir-ritrattur għandu jitqiegħed f’kompartiment tat-test kif deskritt fl-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament. Għandu jiġi armat f’orjentazzjoni simili għal dik kif jiġi armat fil-vettura. Il-kompartiment tat-test għandu jkun fih it-trab kif speċifikat fil-paragrafu 8.2.4.5.2. ta’ hawn taħt. Tul ta’ 500 mm taċ-ċinga għandu jinħareġ mir-ritrattur u għandu jinżamm estratt, għajr għal 10 ċikli kompluti ta’ ritrazzjoni u ta’ estrazzjoni fejn għandu jiġi soġġett fil-perjodu ta’ minuta jew tnejn wara kull aġitazzjoni tat-trab. Għal perjodu ta’ ħames sigħat, it-trab għandu jiġi aġitat kull 20 minuta għal ħames sekondi permezz ta’ arja kompressata ħielsa miż-żejt u mill-umdità bi pressjoni mkejla ta’ 5,5 ±0,5 bars li tidħol minn fetħa b’dijametru ta’ 1,5 ±0,1 mm.

8.2.4.5.2.

It-trab użat fit-test deskritt fil-paragrafu 8.2.4.5.1. għandu jkun magħmul minn madwar 1 kg ta’ kwartz xott. Id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikuli għandha tkun kif ġej:

(a)

Jgħaddu minn fetħa ta’ 150 μm, b’dijametru tal-wajer ta’ 104 μm: 99 sa 100 fil-mija;

(b)

Jgħaddu minn fetħa ta’ 105 μm, b’dijametru tal-wajer ta’ 64 μm: 76 sa 86 fil-mija;

(c)

Jgħaddu minn fetħa ta’ 75 μm, b’dijametru tal-wajer ta’ 52 μm: 60 sa 70 fil-mija.

8.2.5.

Test statiku taċ-ċineg

8.2.5.1.

Test tas-saħħa taċ-ċineg

8.2.5.1.1.

Kull test għandu jitwettaq fuq żewġ kampjuni ġodda ta’ ċineg, ikkundizzjonati kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.4.

8.2.5.1.2.

Kull ċinga għandha tinqabad bejn il-klamps ta’ magna li tittestja s-saħħa tensili. Il-klamps għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li jiġi evitat li ċ-ċinga tinqata’ meta tkun fihom jew qribhom. Il-veloċità trasversali għandha tkun 100 ± 20 mm/min. It-tul liberu tal-kampjun bejn il-klamps tal-magna fil-bidu tat-test għandu jkun 200 mm ± 40 mm.

8.2.5.1.3.

It-tensjoni għandha tiġi miżjuda sakemm tinqata’ ċ-ċinga u tiġi nnotata t-tagħbija tar-rottura taċ-ċinga.

8.2.5.1.4.

Jekk iċ-ċinga tiżloq jew tinqata’ f’xi waħda mill-klamps jew sa 10 mm minn xi waħda minnhom, it-test ma għandux ikun validu u għandu jitwettaq test ġdid fuq kampjun ieħor.

8.2.5.2.

Il-kampjuni miċ-ċineg, kif imsemmija fil-paragrafu 3.2.3., għandhom jiġu kkundizzjonati kif ġej:

8.2.5.2.1.

L-ikkundizzjonar ambjentali

8.2.5.2.1.1.

Iċ-ċinga għandha tinżamm għal 24 ± 1 siegħa f’atmosfera b’temperatura ta’ 23 ± 5° u b’umdità relattiva ta’ 50 ± 10 fil-mija. Jekk it-test ma jitwettaqx immedjatament wara l-ikkundizzjonar, il-kampjun għandu jitqiegħed f’kontenitur magħluq ermetikament sakemm jinbeda t-test. It-tagħbija tar-rottura taċ-ċinga għandha tiġi ddeterminata fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-atmosfera tal-ikkundizzjonar jew mill-kontenitur.

8.2.5.2.2.

L-ikkundizzjonar tad-dawl

8.2.5.2.2.1.

Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni ISO/105-B02(1978). Iċ-ċinga għandha tiġi esposta għad-dawl għat-tul ta’ ħin meħtieġ biex jipproduċi dekolorazzjoni taż-Żebgħa Blù Standard Nru 7 sa kuntrast ugwali għall-Grad 4 fuq l-iskala tal-griż.

8.2.5.2.2.2.

Wara li tiġi esposta, iċ-ċinga għandha tinżamm għal minimu ta’ 24 siegħa f’atmosfera b’temperatura ta’ 23 ± 5 °C u b’umdità relattiva ta’ 50 ± 10 fil-mija. It-tagħbija tar-rottura taċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-installazzjoni tal-ikkundizzjonar.

8.2.5.2.3.

L-ikkundizzjonar fil-kesħa

8.2.5.2.3.1.

Iċ-ċinga għandha tinżamm għal minimu ta’ 24 siegħa f’atmosfera b’temperatura ta’ 23 ± 5 °C u b’umdità relattiva ta’ 50 ± 10 fil-mija.

8.2.5.2.3.2.

Iċ-ċinga mbagħad għandha tinżamm għal 90 ± 5 minuta fuq superfiċje ċatt f’kompartiment b’temperatura baxxa fejn it-temperatura tal-arja tkun -30 ± 5C. Din imbagħad għandha tintlewa u t-tinja għandha titgħabba b’piż ta’ 2 ±0,2 kg li qabel ikun tkessaħ għal -30 ± 5C. Meta ċ-ċinga tkun inżammet mgħobbija għal 30 ± 5 minuta fl-istess kompartiment b’temperatura baxxa, il-piż għandu jitneħħa u t-tagħbija tar-rottura taċ-ċinga għandha titkejjel fi żmien ħames minuti wara li titneħħa ċ-ċinga mill-kompartiment b’temperatura baxxa.

8.2.5.2.4.

L-ikkundizzjonar fis-sħana

8.2.5.2.4.1.

Iċ-ċinga għandha tinżamm għal 180 ± 10 minuta f’atmosfera ta’ kompartiment tat-tisħin b’temperatura ta’ 60 ± 5°C u b’umdità relattiva ta’ 65 ± 5 fil-mija.

8.2.5.2.4.2.

It-tagħbija tar-rottura taċ-ċinga għandha tiġi determinata sa ħames minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-kompartiment tat-tisħin.

8.2.5.2.5.

L-esponiment għall-ilma

8.2.5.2.5.1.

Iċ-ċinga għandha tinżamm mgħaddsa għalkollox għal 180 ± 10 minuta f’ilma distillat, b’temperatura ta’ 20 ± 5°C, li jkollu miżjuda traċċa ta’ aġent umidifikanti. Jista’ jintuża kwalunkwe aġent umidifikanti adatt għall-fibra li qed tiġi ttestjata.

8.2.5.2.5.2.

It-tagħbija tar-rottura taċ-ċinga għandha tiġi determinata fi żmien 10 minuti wara li ċ-ċinga titneħħa mill-ilma.

8.2.5.2.6.

L-ikkundizzjonar tal-brix

8.2.5.2.6.1.

Il-komponenti jew l-apparati soġġetti għat-test tal-brix għandhom jinżammu għal minimu ta’ 24 siegħa qabel l-ittestjar f’atmosfera b’temperatura ta’ 23 ± 5 °C u b’umdità relattiva ta’ 50 ± 10 fil-mija. It-temperatura ambjentali waqt l-ittestjar għandha tkun bejn 15° u 30 °C.

8.2.5.2.6.2.

It-tabella ta’ hawn taħt tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ġenerali għal kull test:

 

Tagħbija [N]

Ċikli fil-minuta

Ċikli (Nru)

Proċedura tat-tip 1

60 ±0,5

30 ± 10

1 000 ± 5

Proċedura tat-tip 2

10 ±0,1

30 ± 10

5 000 ± 5

8.2.5.2.6.3.

Kundizzjonijiet tat-test partikolari

8.2.5.2.6.3.1.

Proċedura tat-tip 1: għall-każijiet fejn iċ-ċinga tiżloq mill-apparat għall-aġġustament rapidu. Applika tagħbija ta’ 10 N, u jekk ikun meħtieġ it-tagħbija tista’ tiġi miżjuda b’10 N kull darba sabiex iseħħ żerżiq korrett, iżda sa mhux aktar minn 60 N. Din it-tagħbija għandha tiġi applikata fuq iċ-ċineg vertikalment u b’mod permanenti. Il-parti orizzontali taċ-ċinga għandha tgħaddi mill-aġġustatur rapidu li tkun installata fuqu u għandha tkun imwaħħla mal-apparat, hekk li l-istrixxi jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem u lura. L-apparat għall-aġġustament rapidu għandu jitqiegħed b’tali mod li ċ-ċinga orizzontali tal-istrixxi tibqa’ taħt tensjoni (ara l-Figura 1 tal-Anness 5). Attiva l-aġġustatur rapidu billi tiġbed iċ-ċineg fid-direzzjoni li tillaxka l-harness u ddiżattivah billi tiġbed iċ-ċineg fid-direzzjoni li tissikka l-harness.

8.2.5.2.6.3.2.

Proċedura tat-tip 2: għall-każijiet fejn iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni waqt li tgħaddi minn parti riġida. Waqt it-test, l-istrixxi għandhom jgħaddu mill-parti riġida li huma intiżi għaliha u l-armar tat-test għandu jissimula l-angoli tal-installazzjoni attwali (fi tliet dimensjonijiet); għal eżempji, ara l-Figura 2 tal-Anness 5. It-tagħbija ta’ 10 N għandha tiġi applikata b’mod permanenti. Għall-każijiet fejn iċ-ċinga tbiddel id-direzzjoni għal aktar minn darba waqt li tgħaddi minn parti riġida, it-tagħbija ta’ 10 N tista’ tiġi miżjuda b’10 N kull darba sabiex iseħħ żerżiq korrett u jinkiseb il-moviment preskritt ta’ 300 mm ta’ ċinga minn ġol-parti riġida.

8.2.6.

Apparati tal-qfil

8.2.6.1.

Apparati tal-Klassi A

It-trażżin għat-tfal u l-akbar manikin li t-trażżin għat-tfal huwa maħsub għalih għandhom jiġu installati kif indikat fil-Figura 5 ta’ hawn taħt. L-istrixxi użati għandhom ikunu kif speċifikat fl-Anness 13 ta’ dan ir-Regolament. L-apparat tal-qfil għandu jiġi applikat kompletament u għandha ssir marka fuq iċ-ċinturin fejn iċ-ċinturin jidħol fl-apparat tal-qfil. Il-gejġ tal-forza għandu jitwaħħal maċ-ċinturin permezz ta’ anell D (D ring), u għandha tiġi applikata, tal-inqas għal sekonda, forza daqs darbtejn (± 5 fil-mija) il-massa tal-itqal manikin tal-grupp I. Il-pożizzjoni ta’ taħt għandha tintuża għall-apparat tal-qfil fil-pożizzjoni A u l-pożizzjoni ta’ fuq għall-apparat tal-qfil fil-pożizzjoni B. Il-forza għandha tiġi applikata għal 9 darbiet oħra. Għandha ssir marka oħra fuq iċ-ċinturin fejn dan jidħol fl-apparat tal-qfil u għandha titkejjel id-distanza bejn iż-żewġ marki. Waqt dan it-test, ir-ritrattur ma għandux ikun illokkjat.

Image 21

8.2.6.2.

Apparati tal-Klassi B.

It-trażżin għat-tfal għandu jintrabat sew u l-istrixxi, kif speċifikat fl-Anness 13 ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu mgħoddija mill-qfil u mill-qafas skont il-perkors deskritt fl-istruzzjonijiet tal-manifattur. Iċ-ċinturin għandu jgħaddi mit-tagħmir tal-ittestjar kif deskritt fil-Figura 6 ta’ hawn taħt u jitwaħħal ma’ massa ta’ 5,25 ±0,05 kg. Għandu jkun hemm 650 ± 40 mm ta’ strixxi liberi bejn il-massa u l-punt fejn l-istrixxi jħallu l-qafas. L-apparat tal-qfil għandu jiġi applikat kompletament u għandha ssir marka fuq iċ-ċinturin fejn iċ-ċinturin jidħol fl-apparat tal-qfil. Il-massa għandha tiġi mgħollija u tiġi rilaxxata sabiex taqa’ liberament fuq distanza ta’ 25 ± 1 mm. Dan għandu jiġi ripetut għal 100 darba ± 2 bi frekwenza ta’ 60 ± 2 ċiklu fil-minuta, biex tiġi simulata l-azzjoni ta’ skossi fuq it-trażżin għat-tfal f’karozza. Għandha ssir marka oħra fuq iċ-ċinturin fejn dan jidħol fl-apparat tal-qfil u għandha titkejjel id-distanza bejn iż-żewġ marki.

L-apparat tal-qfil għandu jkopri l-wisa’ kollha tal-istrixxi meta installat b’manikin ta’ 15-il kg. Dan it-test għandu jitwettaq billi jintużaw l-istess angoli tal-istrixxi bħal dawk li jiġu fformati waqt l-użu normali. It-tarf liberu tal-parti taċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor għandu jkun imwaħħal. It-test għandu jitwettaq bis-sistema tat-trażżin għat-tfal imwaħħla sew mal-bank tat-test użat fit-test tal-qlib ta’ taħt fuq jew fit-test dinamiku. Iċ-ċinga tat-tagħbija tista’ titwaħħal mal-bokkla simulata.

Image 22

L-għoli tal-waqgħa tal-massa = 25 mm

Id-distanza mill-iżbarra tar-romblu sal-gwida tar-romblu = 300 mm

Tintuża ċ-ċinga tal-istrixxi speċifikata għaċ-ċinturin tas-sikurezza standard kif definit fl-Anness 13

8.2.7.

Test tal-ikkundizzjonar għal aġġustaturi armati direttament fuq it-trażżin għat-tfal

Installa l-akbar manikin li t-trażżin huwa maħsub għalih, bħallikieku għat-test dinamiku, bil-laxkezza standard kif speċifikat fil-paragrafu 8.1.3.6. Immarka linja ta’ referenza fuq l-istrixxi fejn it-tarf liberu tal-istrixxi jidħol fl-aġġustatur.

Neħħi l-manikin u qiegħed it-trażżin fit-tagħmir tal-ikkundizzjonar kif muri fil-Figura 1 tal-Anness 19.

L-istrixxi għandhom jgħaddu minn ċikli għal distanza totali ta’ mhux inqas minn 150 mm minn ġewwa l-aġġustatur. Dan il-moviment għandu jkun tali li tal-inqas 100 mm mill-istrixxi fuq in-naħa tal-linja tar-referenza lejn it-tarf liberu tal-istrixxi u l-bqija tad-distanza tal-movimenti (appross. 50 mm) fuq in-naħa tal-harness integrali tal-linja tar-referenza jgħaddi mill-aġġustatur.

Jekk it-tul tal-istrixxi mil-linja ta’ referenza sat-tarf liberu tal-istrixxi ma jkunx biżżejjed għall-moviment deskritt hawn fuq, il-150 mm ta’ moviment minn ġol-aġġustatur għandu jkun mill-pożizzjoni tal-harness estiża għalkollox.

Il-frekwenza taċ-ċikli għandha tkun ta’ 10 ± 1 cikli/minuta, b’veloċità fil-punt “B” ta’ 150 ± 10 mm/s.

8.2.8.

Test tat-temperatura

8.2.8.1.

Il-komponenti speċifikati fil-paragrafu 7.1.5.1. għandhom jiġu esposti għal ambjent fuq superfiċje tal-ilma fi spazju magħluq, fejn l-ambjent ikollu temperatura ta’ mhux inqas minn 80 °C, għal perjodu kontinwu ta’ mhux inqas minn 24 siegħa u mbagħad jitkessħu f’ambjent b’temperatura ta’ mhux aktar minn 23°C. Il-perjodu tat-tkessiħ għandu jiġi segwit minn tliet ċikli konsekuttivi ta’ 24 siegħa, fejn kull ċiklu jinkludi dawn is-sekwenzi konsekuttivi li ġejjin:

(a)

Ambjent b’temperatura ta’ mhux inqas minn 100°C għandu jinżamm għal perjodu kontinwu ta’ 6 sigħat u dan l-ambjent għandu jintlaħaq f’ħin ta’ 80 minuta mill-bidu taċ-ċiklu; imbagħad

(b)

Ambjent b’temperatura ta’ mhux aktar minn 0°C għandu jinżamm għal perjodu kontinwu ta’ 6 sigħat u dan l-ambjent għandu jintlaħaq f’ħin ta’ 90 minuta; imbagħad

(c)

Ambjent b’temperatura ta’ mhux aktar minn 23 °C għandu jinżamm matul il-bqija taċ-ċiklu ta’ 24 siegħa.

8.2.9.

Is-sit komplut, jew il-komponent mgħammar bil-partijiet ta’ twaħħil ISOFIX (eż bażi ISOFIX) jekk ikollu buttuna għar-rilaxx, jitwaħħal b’mod riġidu mal-bank tat-test b’tali mod li l-konnetturi ISOFIX ikunu allinjati vertikalment kif indikat fil-Figura 7. Żbarra b’dijametru ta’ 6 mm u tul ta’ 350 mm, għandha titwaħħal mal-konnetturi ISOFIX. Għandha tiġi applikata forza ta’ 50 ± 1 N fuq l-estremitajiet tal-iżbarra.

8.2.9.1.

Għandha tiġi applikata forza operattiva fuq il-buttuna/pum għar-rilaxx tul l-assi fiss parallel mad-direzzjoni inizjali tal-moviment tal-buttuna/pum; iċ-ċentru ġeometriku japplika għal dik il-parti tas-superfiċje tal-parti ta’ twaħħil ISOFIX li fuqu trid tiġi applikata l-pressjoni tar-rilaxx.

8.2.9.2.

Il-forza tal-ftuħ tal-parti ta’ twaħħil ISOFIX għandha tiġi applikata bl-użu ta’ dinamometru jew apparat simili b’mod normali u fid-direzzjoni indikata mill-manifattur fil-manwal għall-utent. It-tarf tal-kuntatt għandu jkun emisfera tal-metall illustrat b’raġġ ta’ 2,5 ±0,1 mm fil-każ ta’ buttuna għar-rilaxx jew ganċ tal-metall illustrat b’raġġ ta’ 25 mm.

8.2.9.3.

Jekk id-disinn tat-trażżin għat-tfal jipprevjeni l-applikazzjoni tal-proċedura deskritta fil-paragrafi 8.2.9.1. u 8.2.9.2., jista’ jiġi applikat metodu alternattiv bi qbil mas-Servizz Tekniku li jwettaq it-test.

8.2.9.4.

Il-forza tal-ftuħ tal-parti ta’ twaħħil ISOFIX li għandha titkejjel għandha tkun dik meħtieġa biex tirrilaxxa l-ewwel konnettur.

8.2.9.5.

It-test għandu jitwettaq fuq sit ġdid, u jiġi ripetut fuq sit li kien ġie soġġett għall-proċedura ta’ ċikli speċifikata fil-paragrafu 7.2.6.

Image 23

8.3

Ċertifikazzjoni tal-kuxin tal-bank tat-test

8.3.1.

Il-kuxin tal-bank tat-test għandu jiġi ċċertifikat meta jkun għadu ġdid sabiex jiġu stabbiliti l-valuri inizjali tad-deċellerazzjoni tal-impatt massima, u mbagħad wara kull 50 test dinamiku jew tal-inqas kull xahar, skont liema minnhom jiġi l-ewwel.

8.3.2.

Il-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni u tal-kejl għandhom jikkorrispondu ma’ dawk speċifikati fil-verżjoni l-aktar reċenti tal-istandard ISO 6487; it-tagħmir tal-kejl għandu jikkorrispondi mal-ispeċifikazzjoni ta’ kanal tad-data bi klassi tal-frekwenza tal-kanal (CFC) 60.

Wettaq tliet testijiet permezz tal-apparat tat-test iddefinit fl-Anness 17 ta’ dan ir-Regolament, fuq il-bażi tal-bank imħejji kif deskritt fl-Anness 6, bil-fowm miksi bid-drapp, f’distanza ta’ 150 ± 5 mm mit-tarf ta’ quddiem tal-kuxin fuq il-linja taċ-ċentru u f’distanza ta’ 150 ± 5 mm f’kull direzzjoni mil-linja taċ-ċentru.

Qiegħed il-kuxin tal-bank fuq superfiċje lixx u riġidu. Qiegħed l-apparat f’pożizzjoni vertikali ’l fuq mill-punt tat-test, f’għoli ta’ 500 ± 5 mm u ħallih jaqa’ liberament sabiex jagħmel impatt fuq is-superfiċje tas-sit. Irreġistra l-kurva tad-deċellerazzjoni.

8.3.3.

Il-valuri massimi inizjali rreġistrati tad-deċellerazzjoni tal-impatt għandhom ikunu ta’ 18 ± 3 g u l-valuri massimi sussegwenti rreġistrati ma għandhomx jiddevjaw b’aktar minn 15 fil-mija mill-valuri inizjali.

8.4.

Reġistrazzjoni tal-imġiba dinamika

8.4.1.

Sabiex jiġu ddeterminati l-imġiba tal-manikin u l-ispostamenti tiegћu, it-testijiet dinamiċi kollha għandhom jiġu rreġistrati skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

8.4.1.1.

Kundizzjonijiet tal-iffilmjar u tal-irrekordjar:

(a)

Il-frekwenza gћandha tkun ta’ mill-inqas 500 fotogramm kull sekonda;

(b)

It-test gћandu jiġi rrekordjat fuq pellikola, vidjo jew carrier tad-data diġitali;

8.4.1.2.

Stima tal-inċertezza:

 

Il-laboratorji tal-ittestjar gћandu jkollhom u gћandhom japplikaw proċeduri sabiex jistmaw l-inċertezza tal-kejl tal-ispostament tar-ras tal-manikin. Il-livell tal-inċertezza gћandu jkun fi ħdan ±25 mm.

Eżempji ta’ standards internazzjonali ta’ proċedura bħal din huma l-istandard EA-4/02 tal-Organizzazzjoni Ewropea gћall-Akkreditazzjoni jew l-istandard ISO 5725:1994 jew il-metodu tal-Kejl Ġenerali tal-Inċertezza (GUM).

8.5.

Il-proċeduri tal-kejl għandhom jikkorrispondu ma’ dawk definiti fl-istandard ISO 6487: 2002. Il-klassijiet tal-frekwenza tal-kanal għandhom ikunu:

Tip ta’ kejl

CFC(FH)

Frekwenza tal-qtugħ (FN)

Aċċellerazzjoni tat-trolley

60

ara l-istandard ISO 6487:2002, l-Anness A

Tagħbijiet taċ-ċinturin

60

ara l-istandard ISO 6487:2002, l-Anness A

Aċċellerazzjoni tas-sider

180

ara l-istandard ISO 6487:2002, l-Anness A

Aċċellerazzjoni tar-ras

1 000

1 650

Ir-rata tal-kampjunar għandha tkun mill-inqas 10 darbiet il-klassi tal-frekwenza tal-kanal (jiġifieri, f’installazzjonijiet bi klassi tal-frekwenza tal-kanal ta’ 1 000, dan jikkorrispondi għal rata minima tat-teħid tal-kampjuni ta’ 10 000 kampjun fis-sekonda għal kull kanal).

9.   RAPPORTI TAT-TEST TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP U TAL-KWALIFIKAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

9.1.

Fir-rapport tat-test għandhom jiġu rreġistrati r-riżultati tat-testijiet u tal-kejl kollha inkluża d-data tat-test li ġejja:

(a)

It-tip ta’ apparat użat għat-test (l-apparat tal-aċċellerazzjoni jew tad-deċellerazzjoni);

(b)

Il-bidla fil-veloċità totali;

(c)

Il-veloċità tat-trolley immedjatament qabel l-impatt għall-islitti tad-deċellerazzjoni biss;

(d)

Il-kurva tal-aċċellerazzjoni jew tad-deċellerazzjoni waqt il-bidla fil-veloċità tat-trolley, u tal-inqas, għal 300 ms;

(e)

Il-ħin (f’ms) li fih ras il-manikin tilħaq l-ispostament massimu tagħha waqt it-twettiq tat-test dinamiku;

(f)

Il-kriterji li ġejjin rigward il-manikin: L-aċċellerazzjoni riżultanti tas-sider, l-aċċellerazzjoni vertikali tas-sider, u d-durata tagħhom akkumulata aktar mil-limiti preskritti;

(g)

Il-post okkupat mill-bokkla waqt it-testijiet, jekk dan jista’ jkun varjabbli; u

(h)

L-isem u l-indirizz tal-laboratorju fejn twettqu t-testijiet;

(i)

Kwalunkwe ħsara jew ksur.

9.2.

Jekk ma ġewx irrispettati d-dispożizzjonijiet relatati mal-ankraġġi, li jinsabu fl-Appendiċi 3 tal-Anness 6 ta’ dan ir-Regolament, ir-rapport tat-test għandu jiddeskrivi kif huwa installat it-trażżin għat-tfal u għandu jispeċifika l-angoli u d-dimensjonijiet importanti.

9.3.

Meta t-trażżin għat-tfal jiġi ttestjat f’vettura jew fi struttura ta’ vettura, ir-rapport tat-test għandu jispeċifika kif twaħħlet l-istruttura tal-vettura mat-trolley, il-pożizzjoni tat-trażżin għat-tfal u s-sit tal-vettura u l-inklinazzjoni tad-dahar tas-sit tal-vettura.

9.4

Ir-rapporti tat-test tal-approvazzjoni tat-tip u tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni gћandhom jirreġistraw il-verifika tal-immarkar u tal-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-użu.

10.   MODIFIKI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ SISTEMA TAT-TRAŻŻIN GĦAT-TFAL

10.1.

Kull modifika ta’ trażżin għat-tfal għandha tiġi nnotifikata lid-dipartiment amministrattiv li approva t-trażżin għat-tfal. Din l-Awtorità mbagħad tista’ jew:

10.1.1.

Tqis li l-modifiki magħmula mhux probabbli li jkollhom effett avvers apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ it-trażżin għat-tfal għadu konformi mar-rekwiżiti; jew

10.1.2.

Titlob li jsir rapport tat-test ieħor mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

10.1.3.

Jekk ikun meħtieġ rapport tat-test ieħor, tqabbel ir-riżultat tad-devjazzjoni orizzontali tar-ras mal-agħar każ minn fost ir-riżultati kollha rreġistrati preċedentement:

(a)

Jekk id-devjazzjoni tkun akbar, għandu jitwettaq ittestjar ġdid tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni;

(b)

Jekk id-devjazzjoni tkun anqas, ma għandux għalfejn jitwettaq ittestjar ġdid tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni.

10.2.

Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-alterazzjonijiet, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 5.3. ta’ hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

10.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal din l-estensjoni u għandha tinforma b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

11.   KWALIFIKAZZJONI TAL-PRODUZZJONI

11.1.

Sabiex jiġi żgurat li s-sistema tal-produzzjoni tal-manifattur hija sodisfaċenti, is-Servizz Tekniku, li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip, għandu jagћmel testijiet sabiex jikkwalifika l-produzzjoni f’konformità mal-paragrafu 11.2.

11.2.

Il-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni tas-sistemi tat-trażżin gћat-tfal

Il-produzzjoni ta’ kull tip ġdid approvat ta’ sistema tat-trażżin gћat-tfal tal-kategoriji “universali”, “semiuniversali”, u “ristrett” għandha titressaq gћat-testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni. Jistgħu jiġu preskritti kwalifiki addizzjonali tal-produzzjoni skont il-paragrafu 10.1.3.

Gћal dan il-gћan, jittieћed kampjun aleatorju ta’ ħames sistemi tat-trażżin gћat-tfal mill-ewwel lott tal-produzzjoni, mis-Servizz Tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni maħtur mill-istess Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tagħti l-approvazzjoni, jew mill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip innifisha.

Jistgħu jiġu magħżula sitt unitajiet ta’ kampjuni b’mod aleatorju f’każ li l-kundizzjoni tal-paragrafu 7.1.4.4.1.2.3. ta’ hawn fuq tiġi magħżula bħala l-kundizzjoni tat-test għat-twettiq tat-test deskritt fil-paragrafu 11.2.1.1.).

L-ewwel lott tal-produzzjoni jitqies bћala l-produzzjoni tal-ewwel blokk li jkun fih minimu ta’ 50 sistema tat-trażżin gћat-tfal u massimu ta’ 5 000 sistema tat-trażżin gћat-tfal.

11.2.1.

Testijiet dinamiċi

11.2.1.1.

Ħames sistemi tat-trażżin gћat-tfal għandhom jiġu soġġetti għat-test dinamiku deskritt fil-paragrafu 8.1.3. Is-Servizz Tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip gћandu jagћżel il-kundizzjonijiet li pproduċew id-devjazzjoni orizzontali massima tar-ras matul it-testijiet dinamiċi tal-approvazzjoni tat-tip, għajr għall-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafu 7.1.4.4.1.2.3. ta’ hawn fuq, li jirreferi biss għat-test tal-konfigurazzjoni mingħajr żbarra ta’ 100 mm, u l-paragrafu 7.1.4.1.10.1.2. ta’ hawn fuq. Il-ћames sistemi tat-trażżin gћat-tfal gћandhom jiġu ttestjati kollha fl-istess kundizzjonijiet.

Jekk, waqt mill-inqas wieħed mill-ħames testijiet imwettqa, is-CRS tmiss mal-iżbarra, għandu jitwettaq test ieħor fil-kundizzjoni deskritta fil-paragrafu 7.1.4.4.1.2.3. ta’ hawn fuq li jirreferi għat-test mingħajr żbarra ta’ 100 mm. Dan it-test ulterjuri ma għandux jintuża għall-kalkolu deskritt fis-subparagrafu (a) tal-paragrafu 11.2.1.3. ta’ hawn taħt.

11.2.1.2.

Gћal kull test deskritt fil-paragrafu 11.2.1.1. gћandhom jitkejlu d-devjazzjoni orizzontali tar-ras u l-aċċellerazzjonijiet tas-sider.

11.2.1.3.

 

(a)

Id-devjazzjoni orizzontali massima tar-ras gћandha tkun konformi maż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

L-ebda valur ma gћandu jkun ogħla minn 1,05 L, u

il-valur ta’ X + S ma gћandux ikun ogħla minn L,

Fejn:

L = il-valur ta’ limitu preskritt

X = il-medja tal-valuri

S = id-devjazzjoni standard tal-valuri

(b)

Ir-riżultati tal-aċċellerazzjoni tas-sider gћandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1.4.2.1. u, barra minn hekk, il-kundizzjoni X + S tal-paragrafu 11.2.1.3 (a) gћandha tiġi applikata gћar-riżultati derivati tal-aċċellerazzjoni tas-sider waqt 3 ms (kif iddefinit fil-paragrafu 7.1.4.2.1.) u tiġi rreġistrata bħala informazzjoni biss.

11.2.2.

Kontroll tal-immarkar

11.2.2.1

Is-Servizz Tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni gћandu jivverifika li l-immarkar ikun konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafu 4.

11.2.3.

Kontroll tal-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-użu.

11.2.3.1.

Is-Servizz Tekniku li jkun wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni gћandu jivverifika li l-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni u l-istruzzjonijiet gћall-użu jkunu konformi mal-paragrafu 15.

12.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI U T-TESTIJIET TA’ RUTINA

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim (E/ECE/TRANS/505/Rev.6), bir-rekwiżiti li ġejjin:

12.1.

Kwalunkwe sistema tat-trażżin għat-tfal approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun immanifatturata b’tali mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6. sa 8. ta’ hawn fuq.

12.2.

Għandha tinżamm il-konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 16 ta’ dan ir-Regolament.

12.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darbtejn f’sena.

13.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

13.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tat-trażżin għat-tfal skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk trażżin għat-tfal li jkollu fuqu d-dettalji msemmija fil-paragrafu 5.4. ma jgħaddix mill-kontrolli aleatorji deskritti fil-paragrafu 11. jew ma jkunx konformi mat-tip approvat.

13.2.

Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, hi għandha tinnotifika dan minnufih lill-Partijiet l-oħra Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

14.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

14.1.

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox mill-manifattura ta’ tip speċifiku ta’ sistema tat-trażżin għat-tfal skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, l-awtorità għandha tinforma lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

15.   STRUZZJONIJIET

15.1.

Kull trażżin għat-tfal għandu jkollu miegħu struzzjonijiet bil-lingwa tal-pajjiż fejn l-apparat ikun ser jinbiegħ, bil-kontenut li ġej:

15.2.

L-istruzzjonijiet dwar l-installazzjoni għandhom jinkludu l-punti li ġejjin:

15.2.1.

Għal trażżin għat-tfal tal-kategorija “universali” it-tikketta li ġejja għandha tkun viżibbli b’mod ċar fil-punt tal-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-ippakkjar:

Avviż

Dan huwa trażżin għat-tfal “Universali”. It is approved to UN Regulation No. 44, 04 series of amendments, for general use in vehicles and it will fit most, but not all, car seats.

Probabbli jista’ jiġi installat tajjeb jekk il-manifattur tal-vettura ddikjara fil-manwal tal-vettura li l-vettura kapaċi takkomoda trażżin għat-tfal “Universali” għall-grupp ta’ din l-età.

It-trażżin għat-tfal ġie kklassifikat bħala “Universali” taħt kundizzjonijiet aktar stretti minn dawk li kienu applikati għal disinji preċedenti li ma għandhomx dan l-avviż.

F’każ ta’ dubju, ikkonsulta jew lill-manifattur tat-trażżin għat-tfal jew lill-bejjiegħ bl-imnut.

15.2.2.

Għal trażżin għat-tfal tal-kategoriji “ristrett” u “semiuniversali” l-informazzjoni li ġejja għandha tkun viżibbli b’mod ċar, tal-anqas f’verżjoni materjali, waqt il-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-ippakkjar:

Dan it-Trażżin għat-Tfal huwa kklassifikat għall-użu “(Ristrett/Semiuniversali)” u huwa adatt biex jiġi installat fil-pożizzjonijiet tas-sits tal-karozzi li ġejjin:

KAROZZA

 

QUDDIEM

 

WARA

 

 

Laterali

 

Ċentrali

(Mudell)

 

Iva

 

Iva Le

Il-pożizzjonijiet tas-sits f’karozzi oħra jistgħu wkoll ikunu adatti biex jakkomodaw dan it-trażżin għat-tfal. F’każ ta’ dubju, ikkonsulta jew lill-manifattur tat-trażżin għat-tfal jew lill-bejjiegħ bl-imnut.

15.2.3.

Għal trażżin għat-tfal tal-kategorija “Vettura speċifika” l-informazzjoni dwar il-vettura applikabbli għandha tkun viżibbli b’mod ċar fil-punt tal-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-ippakkjar.

15.2.4.

Jekk l-apparat jeħtieġ ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, il-kliem li ġej għandu wkoll ikun viżibbli b’mod ċar fil-punt tal-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-ippakkjar:

 

"Only suitable if the approved vehicles are fitted with lap/3 point/static/with retractor safety-belts, approved to UN Regulation No. 16 or other equivalent standards." (Ħassar dak li ma japplikax.)

Fil-każ tat-trażżin għall-carrycots għandha tkun inkluża lista tal-carrycots li l-apparat huwa adattat għalihom.

15.2.5.

Fuq il-kaxxa tal-ippakkjar, il-manifattur tat-trażżin għat-tfal għandu jipprovdi informazzjoni, f’verżjoni materjali jew diġitali, dwar l-indirizz fejn il-konsumatur jista’ jikteb biex jirċievi aktar informazzjoni dwar kif jiġi installat it-trażżin għat-tfal f’karozzi speċifiċi.

15.2.6.

Il-metodu tal-installazzjoni għandu jintwera permezz ta’ ritratti u/jew disinji ċari ħafna;

15.2.7.

L-utent għandu jiġi avżat li l-oġġetti riġidi u l-partijiet tal-plastik tat-trażżin għat-tfal għandhom jitqiegħdu u jiġu installati b’tali mod li ma jkunx possibbli li dawn jinqabdu minn xi sit li jista’ jiċċaqlaq jew f’xi bieba tal-vettura, waqt l-użu ta’ kuljum tal-vettura;

15.2.8.

L-utent għandu jiġi avżat biex juża l-carrycots f’pożizzjoni perpendikolari mal-assi lonġitudinali tal-vettura;

15.2.9.

Fil-każ ta’ sistemi li jħarsu lura, il-konsumatur għandu jiġi avżat biex ma jużahomx fil-pożizzjonijiet bilqiegħda meta jkun hemm installata airbag attiva. Din l-informazzjoni għandha tkun viżibbli b’mod ċar waqt il-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-imballaġġ;

15.2.10.

Għal “Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” l-informazzjoni li ġejja għandha tkun viżibbli b’mod ċar waqt il-bejgħ mingħajr ma jitneħħa l-ippakkjar:

Dan it-“Trażżin għal Bżonnijiet Speċjali” huwa maħsub biex jagħti aktar appoġġ lil tfal li għandhom diffikultà biex ipoġġu bilqiegħda sew f’sits konvenzjonali. Dejjem ikkonsulta lit-tabib tiegħek biex tiżgura li din is-sistema ta’ trażżin hija adatta għat-tifel/tifla tiegħek.

15.2.11.

Gћal sistema tat-trażżin gћat-tfal ISOFIX it-tikketta li ġejja gћandha tkun viżibbli b’mod ċar fil-punt tal-bejgћ mingћajr ma jitneћћa l-ippakkjar:

Avviż

1.

Din hija SISTEMA TAT-TRAŻŻIN GĦAT-TFAL ISOFIX. It is approved to UN Regulation No. 44, 04 series of amendments for general use in vehicles fitted with ISOFIX anchorages systems.

2.

Din taqbel ma’ vetturi b’pożizzjonijiet approvati bћala pożizzjonijiet ISOFIX (kif imfisser fid-dettall fil-manwal tal-vettura), skont il-kategorija tas-sit għat-tfal u tal-fissaġġ.

3.

Il-grupp tal-massa u l-klassi tad-daqs ISOFIX li gћalihom huwa maћsub dan l-apparat huma: ………

15.3.

L-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu l-punti li ġejjin:

15.3.1.

Il-grupp tal-massa u l-fissaġġ li gћalihom huwa maћsub l-apparat:

15.3.2.

Meta l-apparat jiġi użat flimkien ma’ ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, għandu jintuża dan il-kliem: Only suitable for use in the listed vehicles fitted with lap/3 point/static/with retractor safety-belts, approved to UN Regulation No. 16 or other equivalent standards. (Ħassar dak li ma japplikax.)

15.3.3.

Il-metodu tal-użu għandu jintwera permezz ta’ ritratti u/jew disinji ċari ħafna. Fil-każ ta’ sits li jistgħu jintużaw kemm iħarsu ’l quddiem kif ukoll iħarsu lura, għandha tingħata twissija ċara biex it-trażżin jinżamm iħares lura sakemm il-massa tat-tifel/tifla tkun akbar minn limitu ddikjarat, jew sakemm ma jinqabiżx xi kriterju dimensjonali ieħor.

15.3.4.

It-tħaddim tal-bokkla u tal-apparat għall-aġġustament għandu jiġi spjegat b’mod ċar;

15.3.5.

Għandu jiġi rakkomandat li kwalunkwe ċinga li żżomm it-trażżin mal-vettura għandha tkun issikkata, li kwalunkwe ċinga li trażżan it-tifel/tifla għandha tkun aġġustata skont il-ġisem tat-tifel/tifla, u li ċ-ċineg ma għandhomx jinbarmu.

15.3.6.

Għandha tiġi enfasizzata l-importanza li jiġi żgurat li kwalunkwe ċinga ta’ fuq il-ħoġor tintlibes isfel fil-baxx, biex il-pelvi jkun marbut sew.

15.3.7.

Għandu jiġi rakkomandat li l-apparat għandu jitbiddel meta dan ikun ġie soġġett għal tensjonijiet vjolenti f’xi aċċident.

15.3.8.

Għandhom jingħataw l-istruzzjonijiet għat-tindif tal-apparat.

15.3.9.

Għandha tingħata twissija ġenerali lill-utent rigward il-periklu jekk ssir kwalunkwe alterazzjoni jew żieda fuq l-apparat mingħajr l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, u l-periklu jekk ma jiġux segwiti mill-qrib l-istruzzjonijiet tal-installazzjoni pprovduti mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal.

15.3.10.

Meta s-siġġu ma jkunx provdut b’kisi tad-drapp, għandu jiġi rakkomandat li s-siġġu jinżamm ’il bogħod mid-dawl tax-xemx, inkella jista’ jsir jaħraq wisq għall-ġilda tat-tifel/tifla.

15.3.11.

Għandu jiġi rakkomandat li t-tfal ma jitħallewx fis-sistema tat-trażżin għat-tfal tagħhom mingħajr sorveljanza.

15.3.12.

Għandu jiġi rakkomandat li kwalunkwe bagalja jew oġġett ieħor li jista’ jweġġa’ lil xi ħadd fil-każ ta’ kolliżjoni għandu jkun marbut sew.

15.3.13.

Għandu jiġi rakkomandat li:

(a)

It-trażżin għat-tfal ma għandux jintuża mingħajr il-kisi;

(b)

Il-kisi tas-sit ma għandu jiġi sostitwit b’ebda kisi ieħor ħlief dak rakkomandat mill-manifattur, għax il-kisi huwa parti integrali mill-prestazzjoni tat-trażżin.

15.3.14.

Għandu jkun hemm test jew disinn li jindika kif l-utent jista’ jidentifika pożizzjoni mhux sodisfaċenti tal-bokkla taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti fir-rigward tal-punti tal-kuntatt prinċipali li jerfgħu t-tagħbija fis-sistema tat-trażżin. L-utent għandu jiġi avżat biex jikkuntattja lill-manifattur tat-trażżin għat-tfal jekk ikollu xi dubju dwar dan il-punt.

15.3.15.

Jekk it-trażżin għat-tfal joffri punt tal-kuntatt li jerfa’ t-tagħbija alternattiv, l-użu tiegħu għandu jiġi deskritt b’mod ċar. L-utent għandu jiġi informat dwar kif għandu jevalwa jekk l-użu ta’ dan il-perkors alternattiv huwiex sodisfaċenti. L-utent għandu jiġi avżat biex jikkuntattja lill-manifattur tat-trażżin għat-tfal jekk ikollu xi dubju dwar dan il-punt. L-utent għandu jiġi avżat b’mod ċar biex jibda l-installazzjoni tat-trażżin għat-tfal f’pożizzjonijiet bilqiegħda tal-vettura kklassifikati bħala “Universali” fil-manwal tal-utent tal-vettura, billi juża l-perkors primarju taċ-ċinturin.

15.3.16.

Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet biex l-istruzzjonijiet ikunu jistgħu jinżammu fuq it-trażżin għat-tfal matul il-perjodu li dan idum jintuża jew fil-manwal tal-vettura fil-każ ta’ trażżin inkorporat.

15.3.17.

Għandu jkun hemm twissija espliċita biex ma jintuża l-ebda punt ta’ kuntatt li jerfa’ t-tagħbija ħlief dawk deskritti fl-istruzzjonijiet u mmarkati fit-trażżin għat-tfal.

15.3.18.

Gћal sistema tat-trażżin gћat-tfal ISOFIX, fl-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jingħataw struzzjonijiet sabiex jinqara l-manwal tal-manifattur tal-vettura.

16.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

16.1.

Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew rifjut jew irtirar ta’ approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħrajn.

17.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

17.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje tal-emendi 03.

17.2.

Minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip tas-sistema tat-trażżin għat-tfal li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.

17.3.

Matul il-perjodu ta’ 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip għal dawk is-sistemi ta’ trażżin għat-tfal li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 02.

17.4.

Fl-istess perjodu ta’ 12-il xahar, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni għas-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament.

17.5.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03, id-dispożizzjonijiet tal-Anness 16 ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għal apparat tat-trażżin għat-tfal li diġà jkun ingħata approvazzjoni tat-tip skont is-serje ta’ emendi 02.

17.6.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 03, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw il-bejgħ ta’ tip ta’ trażżin għat-tfal li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.2. u 6.2.14. tas-serje ta’ emendi 03.

17.7.

Minn meta jgħaddu 36 xahar mid-dħul fis-seħħ tas-serje 03 ta’ emendi, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw il-bejgħ ta’ sistemi tat-trażżin għat-tfal li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi 03 ta’ dan ir-Regolament.

17.8.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-suppliment 2 tas-serje ta’ emendi 03, it-tikketta meħtieġa mill-paragrafu 4.5. ta’ dan ir-Regolament għandha titwaħħal mat-trażżin għat-tfal kollu manifatturat f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

17.9.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 04, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje tal-emendi 04.

17.10.

Minn 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 04, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta’ trażżin għat-tfal li għandu jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 04.

17.11.

Matul il-perjodu ta’ 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 04, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip għal dawk is-sistemi tat-trażżin għat-tfal li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 03.

17.12.

Matul il-perjodu ta’ 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 04, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni għas-serje ta’ emendi preċedenti ta’ dan ir-Regolament.

17.13.

Minn meta jgħaddu 48 xahar mid-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 04, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw il-bejgħ ta’ sistemi tat-trażżin għat-tfal li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi 04 ta’ dan ir-Regolament.

17.14.

Minn sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 04 tas-serje ta’ Emendi 04, l-approvazzjonijiet mogħtija f’konformità mas-serje ta’ emendi 03 jew 04 għal sistemi tat-trażżin għat-tfal li jaqgħu fil-gruppi 0, 0+ u I, li ma jikkonformawx mal-paragrafu 6.1.11. jew 6.1.12. ma għandhomx jibqgħu validi.

17.15.

Mid-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 04 tas-serje ta’ emendi 04 ta’ dan ir-Regolament, bħala deroga mill-obbligi tal-Partijiet Kontraenti waqt il-perjodu tranżizzjonali stipulat fil-paragrafu 17.14. u skont id-dikjarazzjoni li saret mill-Komunità Ewropea fi żmien l-adeżjoni tagħha għall-Ftehim tal-1958 (Notifika tad-Depożitarju C.N.60.1998.TRATTATI-28), l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea jistgħu jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ sistemi tat-trażżin għat-tfal li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tas-Suppliment 4 tas-serje ta’ emendi 04 ta’ dan ir-Regolament.

17.16.

Mill-1 ta’ Settembru 2017, ma għandha tingħata l-ebda approvazzjoni ġdida skont dan ir-Regolament għal sistemi tat-trażżin għat-tfal tal-klassi integrali tal-gruppi 0, 0+ u 1 li huma mgħammra b’“partijiet ta’ twaħħil ISOFIX” (kif speċifikat fil-paragrafu 6.3.2. ta’ dan ir-Regolament). Is-sistemi CRS li jifformaw parti minn sistemi tat-trażżin għat-tfal ta’ gruppi multipli li huma wkoll approvati għall-grupp 2 u gruppi superjuri huma eżentati sal-1 ta’ Settembru 2020.

17.17.

Mill-1 ta’ Settembru 2020, ma għandha tingħata l-ebda estensjoni skont dan ir-Regolament għal sistemi ta’ trażżin għat-tfal tal-klassi integrali tal-gruppi 0, 0+ u I li huma mgħammra b’“partijiet ta’ twaħħil ISOFIX” (kif speċifikat fil-paragrafu 6.3.2. ta’ dan ir-Regolament). Is-sistemi CRS li jifformaw parti minn sistemi tat-trażżin għat-tfal ta’ gruppi multipli li huma wkoll approvati għall-grupp 2 u gruppi superjuri huma eżentati sal-1 ta’ Settembru 2022.

17.18.

Mill-1 ta’ Settembru 2019, ma għandha tingħata l-ebda approvazzjoni ġdida skont dan ir-Regolament għal sistemi tat-trażżin għat-tfal tal-klassi mhux integrali li jħarsu ’l quddiem tal-grupp 2 jew tal-grupp 2/3. Is-sistemi CRS li jifformaw parti minn sistemi tat-trażżin għat-tfal ta’ gruppi multipli li huma wkoll approvati għall-grupp 1 u gruppi superjuri huma eżentati sal-1 ta’ Settembru 2020.

17.19.

Mill-1 ta’ Settembru 2023, ma għandha tingħata l-ebda estensjoni skont dan ir-Regolament għal sistemi tat-trażżin għat-tfal tal-klassi mhux integrali li jħarsu ’l quddiem tal-grupp 2 jew tal-grupp 2/3. Is-sistemi CRS li jifformaw parti minn sistemi tat-trażżin għat-tfal ta’ gruppi multipli li huma wkoll approvati għall-grupp 1 u gruppi superjuri huma eżentati sal-1 ta’ Settembru 2022.

17.20.

Mill-1 ta’ Settembru 2020, ma għandha tingħata l-ebda approvazzjoni ġdida skont dan ir-Regolament għal sistemi tat-trażżin għat-tfal, għajr dawk tal-Grupp 3.

17.21.

Mill-1 ta’ Settembru 2022, ma għandha tingħata l-ebda estensjoni skont dan ir-Regolament għal sistemi tat-trażżin għat-tfal għajr dawk tal-Grupp 3.

(1)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 6 - http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  CRS ISOFIX universali tfisser sistema ta’ trażżin li tħares ’il quddiem, li tintuża f’vetturi b’pożizzjonijiet mgħammra bis-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u ankraġġ tal-irbit ta’ fuq.

(3)  CRS ISOFIX semiuniversali tfisser:

Sistema ta’ trażżin li tħares ’il quddiem mgħammra b’riġel ta’ appoġġ jew

Sistema ta’ trażżin li tħares lura mgħammra b’riġel ta’ appoġġ jew ċinga tal-irbit ta’ fuq li tintuża f’vetturi b’pożizzjonijiet mgħammra b’sistema ta’ ankraġġi ISOFIX jew ankraġġ tal-irbit ta’ fuq jekk meħtieġ

Jew sistema ta’ trażżin li tħares lura, appoġġata fuq id-dashboard tal-vettura, li tintuża fis-sit tal-passiġġier ta’ quddiem mgħammar bis-sistema ta’ ankraġġi ISOFIX,

Jew sistema ta’ trażżin li tħares lateralment mgħammra jekk meħtieġ b’apparat antirotazzjoni li tintuża f’vetturi b’pożizzjonijiet mgħammra b’sistema ta’ ankraġġi ISOFIX u ankraġġ tal-irbit ta’ fuq jekk meħtieġ.

(4)  Approvazzjonijiet u estensjonijiet ġodda jingħataw f’konformità mal-paragrafi 17.16 sa 17.21.

(5)  Il-limiti għall-aċċellerazzjoni tas-sider ma japplikawx meta jintuża l-manikin “tat-tarbija tat-twelid” għax dan ma jkollu ebda strumentazzjoni.

(6)  Il-manikin tat-tarbija tat-twelid mhux mgħammar b’inserzjoni addominali. Għalhekk tista’ tintuża biss analiżi suġġettiva bħala gwida għall-penetrazzjoni addominali.

(7)  It-tolleranzi fuq id-dimensjonijiet, sakemm mhux iddikjarat mod ieħor, li mhumiex validi għal-limiti

Medda tad-dimensjonijiet (mm)

inqas minn 6

aktar minn 6 sa 30

aktar minn 30 sa 120

aktar minn 120 sa 315

aktar minn 315 sa 1 000

aktar minn 1 000

Tolleranza (mm)

±0,5

±1

±1,5

±2

±3

±4

Tolleranzi angolari sakemm mhux iddikjarat mod ieħor: ±1°

(*1)  Waqt il-kalibrazzjoni, id-distanza tal-waqfien għandha tkun ta’ 650 ± 30 mm.

(*2)  Waqt il-kalibrazzjoni, id-distanza tal-waqfien għandha tkun ta’ 275 ± 20 mm.

(8)  g = 9,81 m/s2.


ANNESS 1

Komunikazzjoni

(Format massimu: A4 (210 x 297 mm))

Image 24

 (1)

maħruġa minn:

Isem l-amministrazzjoni


Li tikkonċerna: (2)

Approvazzjoni mogħtija,

Approvazzjoni estiża,

Approvazzjoni rifjutata,

Approvazzjoni rtirata,

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox,

of restraining devices for child occupants of power-driven vehicles, pursuant to UN Regulation No. 44.

Nru tal-Approvazzjoni …

Nru tal-Estensjoni …

1.1.   

Trażżin għat-tfal li jħares ’il quddiem/trażżin għat-tfal li jħares lura/carrycot;

1.2.   

Integrali/mhux integrali/parzjali/booster cushion;

1.3.   

It-tip taċ-ċinturin:

 

(għall-adulti) ċinturin bi tliet ankraġġi

 

(għall-adulti) ċinturin ta’ fuq il-ħoġor/

 

ċinturin ta’ tip speċjali/ritrattur;

1.4.   

Karatteristiċi oħra: l-assemblaġġ tas-siġġu/l-ilqugħ mill-impatt …

2.   

L-isem jew il-marka kummerċjali …

3.   

Id-deżinjazzjoni tal-manifattur tat-trażżin għat-tfal …

4.   

Isem il-manifattur …

5.   

Jekk applikabbli, l-isem tar-rappreżentant tiegħu …

6.   

Indirizz …

7.   

Imressaq għall-approvazzjoni fi …

8.   

Is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni …

9.   

It-tip tal-apparat: deċellerazzjoni/aċċellerazzjoni (2)

10.   

Id-data tar-rapport tat-test maħruġ minn dak is-Servizz …

11.   

In-numru tar-rapport tat-test maħruġ minn dak is-Servizz …

12.   

Approvazzjoni mogħtija/estiża/irrifjutata/irtirata2 għall-użu fil-gruppi 0, 0+, I, II jew III u għall-użu universali/semiuniversali/ristrett jew għall-użu f’vettura speċifika jew għall-użu bħala “trażżin għal bżonnijiet speċjali”, il-pożizzjoni fil-vettura

13.   

Il-pożizzjoni u n-natura tal-immarkar …

14.   

Post …

15.   

Data …

16.   

Firma …

17.   

Id-dokumenti segwenti, bin-numru tal-approvazzjoni li jidher hawn fuq, huma mehmużin ma’ din il-komunikazzjoni:

(a)

Disinji, dijagrammi u pjanijiet tat-trażżin għat-tfal, inkluż kwalunkwe ritrattur, assemblaġġ tas-siġġu, ilqugħ mill-impatt installati;

(b)

Disinji, dijagrammi u pjanijiet tal-istruttura tal-vettura u tal-istruttura tas-sit, kif ukoll tas-sistema għall-aġġustament u l-partijiet ta’ twaħħil, inkluż kwalunkwe assorbitur tal-enerġija installat;

(c)

Ritratti tat-trażżin għat-tfal u/jew tal-istruttura tal-vettura u l-istruttura tas-sit;

(d)

L-istruzzjonijiet għall-installazzjoni u għall-użu;

(e)

Lista tal-mudelli tal-vetturi li t-trażżin huwa maħsub għalihom.


(1)  In-numru li jidentifika l-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni fir-Regolament).

(2)  Ħassar dak li ma japplikax


Anness 2

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

Image 25

Is-sistema tat-trażżin għat-tfal li għandha l-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq hija apparat li jista’ jiġi installat fi kwalunkwe vettura u li jista’ jintuża għall-medda tal-massa ta’ bejn 9 kg u 36 kg (il-Gruppi I sa III); hija approvata fin-Netherlands (E4) bin-numru 042439. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament li jikkonċerna l-approvazzjoni ta’ apparat tat-trażżin għall-okkupanti tfal ta’ vetturi motorizzati (“sistema tat-trażżin għat-tfal”) kif emendat mis-serje ta’ emendi 04.

Image 26

Is-sistema tat-trażżin għat-tfal li għandha l-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq hija apparat li ma jistax jiġi installat f’kull vettura u li ma jistax jintuża għall-medda tal-massa ta’ bejn 9 kg u 25 kg (il-Gruppi I u II); hija approvata fin-Netherlands (E4) bin-numru 042450. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament li jikkonċerna l-approvazzjoni ta’ apparat tat-trażżin għall-okkupanti tfal ta’ vetturi motorizzati (“sistema tat-trażżin għat-tfal”) kif emendat mis-serje ta’ emendi 04.

Nota:

In-numru tal-approvazzjoni u s-simbolu/i addizzjonali jridu jitqiegħdu qrib iċ-ċirku u jew ’il fuq jew ’l isfel mill-“E” jew fuq ix-xellug jew fuq il-lemin ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-“E” u għandhom ikunu orjentati fl-istess direzzjoni. Is-simbolu/i addizzjonali għandhom ikunu dijametrikament opposti għan-numru tal-approvazzjoni. L-użu tan-numri Rumani bħala numru tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma’ simboli oħra.

ANNESS 3

L-arranġament tal-apparat għat-test tar-reżistenza għat-trab

(dimensjonijiet f’millimetri)

Image 27

Image 28


ANNESS 4

Test tal-korrużjoni

1.   L-apparat tat-test

1.1.

L-apparat għandu jkun magħmul minn kompartiment ta’ raxx irqiq ta’ likwidu, minn kontenitur b’soluzzjoni tal-melħ, minn provvista ta’ arja kompressata kkundizzjonata b’mod adattat, minn żennuna atomizzanti waħda jew aktar, minn appoġġi għall-kampjuni, minn faċilità għat-tisħin tal-kompartiment, u mill-mezzi ta’ kontroll meħtieġa. Id-daqs u l-kostruzzjoni dettaljata tal-apparat għandhom ikunu opzjonali, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tat-test.

1.2.

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-qtar tas-soluzzjoni li jakkumulaw mas-saqaf jew mal-għatu tal-kompartiment ma jaqgħux fuq il-kampjuni tat-test.

1.3.

Il-qtar tas-soluzzjoni li jaqgħu mill-kampjuni tat-test ma għandhomx imorru lura fil-kontenitur biex ikunu sprejjati mill-ġdid.

1.4.

L-apparat ma għandux ikun mibni minn materjali li jaffettwaw il-korrużjoni mir-raxx irqiq.

2.   Il-post tal-kampjuni tat-test fil-kompartiment tar-raxx irqiq

2.1.

Il-kampjuni, minbarra r-ritrattur, għandhom jiġu appoġġati jew sospiżi bejn 15° u 30° mil-linja vertikali u preferibbilment ikunu paralleli għad-direzzjoni prinċipali tal-fluss orizzontali tar-raxx irqiq minn ġol-kompartiment, ddeterminata abbażi tas-superfiċje dominanti li jkun qed jiġi ttestjat.

2.2.

Ir-ritrattur għandu jiġi appoġġat jew sospiż b’mod li l-assi tar-rukkell fejn tintrefa’ ċ-ċinga għandhom ikunu perpendikolari mad-direzzjoni prinċipali tal-fluss orizzontali tar-raxx irqiq ta’ likwidu minn ġol-kompartiment. Il-fetħa taċ-ċinga fir-ritrattur għandha tkun qed tħares ukoll f’din id-direzzjoni prinċipali.

2.3.

Kull kampjun għandu jitqiegħed b’tali mod li jippermetti li r-raxx irqiq ta’ likwidu jaqa’ liberament fuq il-kampjuni kollha.

2.4.

Kull kampjun għandu jitqiegħed b’tali mod li ma jħallix li s-soluzzjoni tal-melħ minn kampjun wieħed tqattar fuq xi kampjun ieħor.

3.   Is-soluzzjoni tal-melħ

3.1.

Is-soluzzjoni tal-melħ għandha tiġi ppreparata billi jinħallu 5 ± 1 partijiet skont il-massa ta’ klorur tas-sodju f’95 parti ta’ ilma distillat. Il-melħ għandu jkun klorur tas-sodju sostanzjalment ħieles minn nikil u mir-ram u li ma fihx aktar minn 0,1 fil-mija ta’ jodur tas-sodju u mhux aktar minn 0,3 fil-mija ta’ impuritajiet totali meta jkun fl-istat xott.

3.2.

Is-soluzzjoni għandha tkun tali li, meta tiġi atomizzata f’temperatura ta’ 35°C, is-soluzzjoni li tinġabar tkun f’medda ta’ pH ta’ bejn 6,5 u 7,2.

4.   Arja kompressata

4.1.

Il-provvista tal-arja kompressata għaż-żennuna jew għaż-żennuni atomizzanti s-soluzzjoni tal-melħ għandha tkun ħielsa miż-żejt u mill-ħmieġ, u għandha tinżamm fi pressjoni ta’ bejn 70 kN/m2 u 170 kN/m2.

5.   Il-kundizzjonijiet fil-kompartiment tar-raxx irqiq

5.1.

Iż-żona tal-esponiment tal-kompartiment tar-raxx irqiq tal-likwidu għandha tinżamm f’temperatura ta’ 35 ± 5 °C. Tal-inqas żewġ reċipjenti nodfa li jiġbru r-raxx irqiq tal-likwidu għandhom jitqiegħdu fiż-żona tal-esponiment, biex ma tinġabar l-ebda qatra tas-soluzzjoni mill-kampjuni tat-test jew minn kwalunkwe sors ieħor. Dawn ir-reċipjenti għandhom jitqiegħdu viċin il-kampjuni tat-test, wieħed viċin kemm jista’ jkun ta’ kwalunkwe żennuna u wieħed ’il bogħod kemm jista’ jkun miż-żennuni kollha. Ir-raxx irqiq tal-likwidu għandu jkun tali li, għal kull 80 cm2 ta’ erja orizzontali tal-ġbir, jinġabru f’kull reċipjent għall-ġbir minn 1,0 sa 2,0 ml ta’ soluzzjoni kull siegħa, meta mkejla fuq medja ta’ mill-inqas 16-il siegħa.

5.2.

Iż-żennuna jew iż-żennuni għandhom ikunu diretti jew irregolati, biex l-isprej ma jaffetwax direttament il-kampjuni tat-test.

ANNESS 5

It-test tal-brix u tal-microslip

Image 29

Eżempju a

Image 30

Eżempju b

Rimarka: F = 10 ±0,1 N, tista’ tiġi miżjuda sa F = 60 ±0,5 N

Image 31

Image 32

Fejn α u β jissimulaw l-angoli fl-installazzjoni reali (fi tliet dimensjonijiet).

Image 33

It-tagħbija ta’ 50 N fuq l-apparat tal-ittestjar għandha tiġi ggwidata vertikalment b’tali mod li t-tagħbija ma tkunx tista’ titbandal u ċ-ċinga ma tinbaramx. L-apparat tal-fissaġġ għandu jiġi ffissat mat-tagħbija ta’ 50 N bl-istess mod bħal fil-vettura.


ANNESS 6

Deskrizzjoni tat-trolley

1.   Trolley

1.1.

Għal testijiet fuq sistemi tat-trażżin għat-tfal, it-trolley, li jġorr is-sit biss, għandu jkollu massa ta’ aktar minn 380 kg. Għal testijiet fuq sistemi tat-trażżin gћat-tfal fil-kategorija speċifika tal-vettura, it-trolley bl-istruttura tal-vettura mwaħħla miegħu għandu jkollu massa ta’ aktar minn 800 kg.

2.   Skrin tal-kalibrazzjoni

2.1.

L-iskrin tal-kalibrazzjoni għandu jitwaħħal sew mat-trolley b’linja tal-limitu tal-moviment immarkata fuqu b’mod ċar biex tkun tista’ tiġi ddeterminata l-konformità mal-kriterji tal-moviment ’il quddiem permezz tad-dokumentazzjoni fotografika.

3.   Sit

3.1.

Is-sit għandu jkun mibni kif ġej:

3.1.1.

Dahar riġidu, fiss, li d-dimensjonijiet tiegħu huma indikati fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness. Il-parti ta’ isfel u l-parti ta’ fuq huma magħmula minn tubu b’dijametru ta’ 20 mm;

3.1.2.

Sit riġidu, li d-dimensjonijiet tiegħu huma indikati fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness. Il-parti ta’ wara tas-sit hija magħmula minn pjanċa riġida tal-metall, li t-tarf ta’ fuq tagħha huwa tubu b’dijametru ta’ 20 mm. Il-parti ta’ quddiem tas-sit hija wkoll magħmula minn tubu b’dijametru ta’ 20 mm;

3.1.3.

Għall-aċċess għall-brackets tal-ankraġġ, għandhom isiru fetħiet fuq in-naħa ta’ wara tal-kuxin tas-sit, kif preskritt fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness;

3.1.4.

Il-wisa’ tas-sit għandha tkun ta’ 800 mm;

3.1.5.

Id-dahar u s-sit għandhom ikunu miksija b’fowm tal-poliuretan, li l-karatteristiċi tiegħu huma indikati fit-Tabella 1. Id-dimensjonijiet tal-kuxin huma indikati fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness;

Tabella 1

Densità skont l-istandard ISO 485 (kg/m3)

40 -0/+5

Reżistenza skont l-istandard ISO 2439B (N)

 

 

p - 25 fil-mija

p - 40 fil-mija

125

155

Fattur tar-reżistenza skont l-istandard ISO 3386 (kPa)

Elongazzjoni fil-punt tal-qsim skont l-istandard ISO 1798 (fil-mija)

4

180

 

 

Reżistenza fil-waqt tar-rottura skont l-istandard ISO 1798 (kPa)

100

Deformazzjoni permanenti mill-kompressjoni skont l-istandard ISO 1856 (fil-mija)

3

3.1.6.

Il-fowm tal-poliuretan għandu jkun miksi bi drapp ta’ protezzjoni mix-xemx, magħmul minn fibra tal-poliakrilat, li l-karatteristiċi tagħha huma indikati fit-Tabella 2.

Tabella 2

Massa speċifika (g/m2)

290

Reżistenza fil-waqt tar-rottura skont id-DIN 53587 fuq kampjun tat-test wiesa’ 50 mm:

 

mit-tul (kg):

 

mill-wisa’ (kg):

120

80

3.1.7.

Il-kisi tas-sit u tad-dahar tas-sit (1)

3.1.7.1.

Il-kuxin tal-fowm tas-sit huwa magħmul minn blokka kwadra tal-fowm (800 × 575 × 135 mm) b’tali mod (ara l-Figura 1 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness) li l-forma tiegħu tixbah il-forma tal-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju speċifikata fil-Figura 2 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness.

3.1.7.2.

Sitt toqbiet jittaqbu bit-trapan fil-pjanċa tal-qiegħ sabiex din tkun tista’ titwaħħal mat-trolley bil-boltijiet. It-toqob jittaqqbu bi trapan matul l-itwal naħa tal-pjanċa, tlieta fuq kull naħa, u l-pożizzjoni tagħhom tiddependi fuq il-kostruzzjoni tat-trolley. Jiddaħħlu sitt boltijiet mit-toqob. Huwa rakkomandat li l-boltijiet jiġu inkollati fuq il-pjanċa permezz ta’ sustanza adeżiva xierqa. Wara, l-boltijiet għandhom jintrabtu bl-iskorfini.

3.1.7.3.

Il-materjal tal-kisi (1 250 × 1 200 mm, ara l-Figura 3 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness) jinqata’ mill-wisa’ b’tali mod li ma jkunx possibbli għall-materjal li jitrikkeb wara l-kisi. Għandu jkun hemm spazju ta’ madwar 100 mm bejn it-truf tal-materjal tal-kisi. Għalhekk il-materjal għandu jiġi maqtugħ b’daqs ta’ madwar 1 200 mm.

3.1.7.4.

Il-materjal tal-kisi jiġi mmarkat b’żewġ linji min-naħa għall-oħra tal-wisa’ tal-materjal. Dawn jiġu mmarkati 375 mm mil-linja taċ-ċentru tal-materjal tal-kisi. (Ara l-Figura 3 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-anness)

3.1.7.5.

Il-kuxin tal-fowm tas-sit jitqiegħed ta’ taħt fuq, fuq il-materjal tal-kisi bil-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju fuqhom.

3.1.7.6.

Fuq iż-żewġ naħat il-materjal tal-kisi jiġi mġebbed sakemm il-linji mmarkati fuqu jiġu jaqblu mat-truf tal-pjanċa tal-qiegħ tal-aluminju. F’kull pożizzjoni tal-bolt, isiru inċiżjonijiet żgħar u l-materjal tal-kisi jiġi mġebbed fuq il-boltijiet.

3.1.7.7.

Fil-pożizzjoni tal-grooves fil-pjanċa tal-qiegħ u fil-fowm, il-materjal tal-kisi għandu jiġi inċiż.

3.1.7.8.

Il-kisi jiġi inkollat mal-pjanċa tal-aluminju b’kolla flessibbli. L-iskorfini jridu jitneħħew qabel ma tiġi applikata l-kolla.

3.1.7.9.

Il-biċċiet ta’ materjal ċatt li jiddendlu fuq il-ġenb jintlewew għal fuq il-pjanċa u jiġu inkollati wkoll.

3.1.7.10.

Il-biċċiet ta’ materjal ċatt li jiddendlu fil-grooves jintlewew ’il ġewwa u jitwaħħlu b’tejp b’saħħtu.

3.1.7.11.

Il-kolla flessibbli għandha tinxef tal-inqas għal 12-il siegħa.

3.1.7.12.

Il-kuxin tad-dahar tas-sit jinkesa eżattament bl-istess mod bħas-sit, biss il-linji fuq il-materjal tal-kisi (1 250 × 850 mm) jiġu mmarkati 320 mm ’il bogħod mil-linja taċ-ċentru tal-materjal.

3.1.8.

Il-linja Cr tikkoinċidi mal-linja tal-intersezzjoni bejn il-pjan ta’ fuq tas-sit u l-pjan ta’ quddiem tad-dahar tas-sit.

3.2.

Test tal-apparat li jħares lura

3.2.1.

Qafas speċjali għandu jitwaħħal fuq it-trolley sabiex jappoġġa t-trażżin għat-tfal kif indikat fil-Figura 1.

3.2.2.

Tubu tal-azzar għandu jitwaħħal b’mod sod mat-trolley b’tali mod li tagħbija ta’ 5 000 ± 50 N applikata orizzontalment fuq iċ-ċentru tat-tubu ma tikkawżax moviment ta’ aktar minn 2 mm.

3.2.3.

Id-dimensjonijiet tat-tubu għandhom ikunu: 500 x 100 x 90 mm.

Image 34

Dimensjonijiet f’mm

3.3.

Il-pjanċa tal-qiegħ tat-trolley

3.3.1.

Il-pjanċa tal-qiegħ tat-trolley gћandha tkun magћmula minn pjanċa ċatta tal-metall ta’ ћxuna u ta’ materjal uniformi, ara l-Figura 2 tal-Appendiċi 3 ta’ dan l-anness.

3.3.1.1.

Il-pjanċa tal-qiegħ gћandha tkun armata b’mod riġidu fuq it-trolley. L-gћoli tal-pjanċa tal-qiegħ fir-rigward tal-punt tal-projezzjoni tal-assi Cr, id-dimensjoni X (2) fil-Figura 2, gћandu jiġi aġġustat sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1.4.1.9.

3.3.1.2.

Il-pjanċa tal-qiegħ gћandha tkun iddisinjata b’tali mod li l-ebusija tas-superfiċje ma tkunx inqas minn 120 HB, skont l-istandard EN ISO 6506-1:1999.

3.3.1.3.

Il-pjanċa tal-qiegħ gћandha tkun tiflaћ gћal tagћbija vertikali kkonċentrata ta’ 5 kN mingћajr ma tikkawża moviment vertikali ta’ aktar minn 2 mm fir-rigward tal-assi Cr u mingћajr ma jkun hemm deformazzjoni permanenti.

3.3.1.4.

Il-pjanċa tal-qiegħ gћandu jkollha ħruxija tas-superfiċje ta’ mhux aktar minn Ra 6,3 skont l-istandard ISO 4287:1997.

3.3.1.5.

Il-bażi gћandha tkun iddisinjata b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda deformazzjoni permanenti wara test dinamiku fuq sistema tat-trażżin għat-tfal, skont dan ir-Regolament.

4.   Apparat tal-waqfien

4.1.

L-apparat huwa magħmul minn żewġ assorbituri identiċi armati b’mod parallel.

4.2.

Jekk ikun meħtieġ, għandu jintuża assorbitur addizzjonali għal kull żieda ta’ 200 kg fil-massa nominali. Kull assorbitur għandu jinkludi:

4.2.1.

Kisi estern ifformat minn tubu tal-azzar;

4.2.2.

Tubu tal-poliuretan li jassorbi l-enerġija;

4.2.3.

Pum forma ta’ żebbuġa tal-azzar illustrat li jippenetra ġol-assorbitur; u

4.2.4.

Xaft u pjanċa tal-impatt.

4.3.

Id-dimensjonijiet tal-partijiet differenti ta’ dan l-assorbitur huma indikati fid-disinn riprodott fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-anness.

4.4.

Il-karatteristiċi tal-materjal assorbenti huma indikati fit-Tabella 3 u fit-Tabella 4 ta’ dan l-anness.

4.5.

L-assemblaġġ tal-apparat tal-waqfien għandu jinżamm tal-inqas għal 12-il siegħa f’temperatura ta’ bejn 15 °C u 25 °C qabel ma jintuża għat-testijiet tal-kalibrazzjoni deskritti fl-Anness 7 ta’ dan ir-Regolament. L-apparat tal-waqfien għandu, għal kull tip ta’ test, jissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni stabbiliti fl-Appendiċi 1 u 2 tal-Anness 7. Għal testijiet dinamiċi ta’ trażżin għat-tfal, l-assemblaġġ tal-apparat tal-waqfien għandu jinżamm għal tal-inqas 12-il siegħa fl-istess temperatura, sa ±2 °C, bħal dik tat-test tal-kalibrazzjoni. Kwalunkwe apparat ieħor li jagħti riżultati ekwivalenti jista’ jiġi aċċettat.

Tabella 3

Il-karatteristiċi tal-materjal assorbenti “A”  (3)

(Metodu tal-ASTM D 735, sakemm mhux iddikjarat mod ieħor)

 

Ebusija Shore A:

95 ± 2 f’temperatura ta’ 20 ± 5 °C

Reżistenza fil-waqt tar-rottura:

Ro ≥ 350 kg/cm2

Elongazzjoni minima:

Ao ≥ 400 fil-mija

Modulu

b’elongazzjoni ta’ 100 fil-mija:

≥ 110 kg/cm2

b’elongazzjoni ta’ 300 fil-mija:

≥ 240 kg/cm2

Fraġilità f’temperatura baxxa (Metodu D 736 tal-ASTM):

5 sigħat f’temperatura ta’ -55 °C

Deformazzjoni permanenti mill-kompressjoni (Metodu B):

22 siegħa f’temperatura ta’ 70 °C ≤ 45 fil-mija

Densità f’temperatura ta’ 25 °C:

1,05 sa 1,10

Tiqdim fl-ajra (Metodu D 573 tal-ASTM):

 

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C:

ebusija Shore: varjazzjoni massima ta’ ± 3

 

reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 10 fil-mija ta’ Ro

 

elongazzjoni: tnaqqis ta’ < 10 fil-mija ta’ Ao

 

piż: tnaqqis ta’ < 1 fil-mija

Immersjoni fiż-żejt (Metodu tal-ASTM Nru 1., Żejt):

 

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C:

ebusija Shore: varjazzjoni massima ta’ ± 4

 

reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 15 fil-mija ta’ Ro

 

elongazzjoni: tnaqqis ta’ < 10 fil-mija ta’ Ao

 

volum: nefħa ta’ < 5 fil-mija

Immersjoni fiż-żejt (Metodu tal-ASTM Nru 3., Żejt):

 

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C:

reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 15 fil-mija ta’ Ro

 

elongazzjoni: tnaqqis ta’ < 15 fil-mija ta’ Ao

 

volum: nefħa ta’ < 20 fil-mija

Immersjoni fl-ilma distillat:

reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 35 fil-mija ta’ Ro

Ġimgħa waħda f’temperatura ta’ 70 °C:

elongazzjoni: żieda ta’ < 20 fil-mija ta’ Ao

 


Tabella 4

Il-Karatteristiċi tal-materjal assorbenti “B”

(Metodu 2000 tal-ASTM (1980) sakemm mhux iddikjarat mod ieħor)

 

Ebusija Shore A:

88 ± 2 f’temperatura ta’ 20 ± 5 °C

Reżistenza fil-waqt tar-rottura:

Ro ≥ 300 kg/cm2

Elongazzjoni minima:

Ao ≥ 400 fil-mija

Modulu

b’elongazzjoni ta’ 100 fil-mija:

≥ 70 kg/cm2

b’elongazzjoni ta’ 300 fil-mija:

≥ 130 kg/cm2

Fraġilità f’temperatura baxxa (Metodu D 736 tal-ASTM):

5 sigħat f’temperatura ta’ -55 °C

Deformazzjoni permanenti mill-kompressjoni (Metodu B):

22 siegħa f’temperatura ta’ 70 °C ≤ 45 fil-mija

Densità f’temperatura ta’ 25 °C:

1,08 sa 1,12

Tiqdim fl-arja (il-Metodu D 573 tal-ASTM (1981)):

 

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C:

ebusija Shore: varjazzjoni massima ta’ ± 3

 

reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 10 fil-mija ta’ Ro

 

elongazzjoni: tnaqqis ta’ < 10 fil-mija ta’ Ao

 

piż: tnaqqis ta’ < 1 fil-mija

Immersjoni fiż-żejt (Metodu D 471 tal-ASTM (1979) Nru 1., Żejt):

 

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C:

ebusija Shore: varjazzjoni massima ta’ ± 4

 

reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 15 fil-mija ta’ Ro

 

elongazzjoni: tnaqqis ta’ < 10 fil-mija ta’ Ao

 

volum: nefħa ta’ < 5 fil-mija

Immersjoni fiż-żejt (Metodu D 471 tal-ASTM (1979) Nru 3., Żejt):

 

70 siegħa f’temperatura ta’ 100 °C:

reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 15 fil-mija ta’ Ro

 

elongazzjoni: tnaqqis ta’ < 15 fil-mija ta’ Ao

 

volum: nefħa ta’ < 20 fil-mija

Immersjoni fl-ilma distillat:

reżistenza fil-waqt tar-rottura: tnaqqis ta’ < 35 fil-mija ta’ Ro

Ġimgħa waħda f’temperatura ta’ 70 °C:

elongazzjoni: żieda ta’ < 20 fil-mija ta’ Ao

Appendiċi 1 tal-Anness 6

Image 35

Image 36

Dimensjonijiet f’mm

Image 37

Image 38

Appendiċi 2 tal-Anness 6

Apparat tal-waqfien

Dimensjonijiet għall-impatt frontali (f’mm)

Image 39

Image 40

Image 41

Image 42

*

Din id-dimensjoni tista’ tvarja bejn 43 u 49 mm

Dimensjonijiet f’mm

Image 43

Dimensjonijiet f’mm

Dimensjonijiet għall-impatt minn wara (f’mm)

Image 44

Image 45

Appendiċi 3 tal-Anness 6

L-arranġament u l-użu ta’ ankraġġi fuq it-trolley tat-test

1.   

L-ankraġġi għandhom jitqiegħdu kif indikat fil-figura ta’ hawn taħt.

 

Meta titwaћћal il-pjanċa tal-ankraġġ standard mal-punti tal-ankraġġ A u B jew B0, il-pjanċi gћandhom ikunu armati bil-bolt fid-direzzjoni orizzontali trasversali mas-superfiċje angolat iћares ’il ġewwa, u gћandhom ikunu liberi sabiex iduru madwar l-assi.

2.   

It-trażżin għat-tfal fil-kategoriji “universali” u “ristrett” għandu juża l-punti tal-ankraġġ li ġejjin:

2.1.   

Għat-trażżin għat-tfal li juża ċinturini ta’ fuq il-ħoġor, il-punti A u B;

2.2.   

Għat-trażżin għat-tfal li juża ċinturini ta’ fuq il-ħoġor u dawk dijagonali, il-punti A, BO u C.

2.3.   

Gћat-trażżin gћat-tfal li juża parti ta’ twaħħil ISOFIX, l-iktar punt lura H1 u H2.

3.   

L-ankraġġi A, B u/jew (l-aktar lura) H1 u H2 u D għandhom jintużaw għat-trażżin għat-tfal fil-kategorija “semiuniversali” li jkollu ankraġġ ta’ fuq addizzjonali wieħed biss.

4.   

L-ankraġġi A, B u/jew (l-aktar lura) H1 u H2, E u F għandhom jintużaw għat-trażżin għat-tfal fil-kategorija “semiuniversali” li jkollu ankraġġ ta’ fuq addizzjonali wieħed biss.

5.   

Il-punti tal-ankraġġi R1, R2, R3, R4 u R5 huma l-punti tal-ankraġġi addizzjonali għas-sistemi tat-trażżin għat-tfal li jħarsu lura fil-kategorija "semiuniversali" li jkollhom ankraġġ addizzjonali wieħed jew aktar (ara l-paragrafu 8.1.3.5.3. ta' dan ir-Regolament).

6.   

Għajr fil-każ tal-punt C, (li jirrappreżenta l-pożizzjoni tal-ħolqa ta’ mal-montant) il-punti li jikkorrispondu għall-arranġament tal-ankraġġ juru fejn it-truf taċ-ċinturin għandhom jiġu konnessi mat-trolley jew mat-transducer tat-tagħbija, skont il-każ. L-istruttura li ġġorr l-ankraġġi għandha tkun riġida. L-ankraġġi ta’ fuq ma għandhomx jiġu spostati b’aktar minn 0,2 mm fid-direzzjoni lonġitudinali meta tiġi applikata tagħbija ta’ 980 N f’dik id-direzzjoni. It-trolley għandu jkun mibni b’tali mod li ma għandu jkun hemm l-ebda deformazzjoni permanenti fil-partijiet li qed jerfgħu l-ankraġġi matul it-test.

7.   

Għall-carrycots tal-grupp 0, il-punti A1 u/jew B1 jistgħu jintużaw alternattivament, kif speċifikat mill-manifattur tas-sistemi tat-trażżin. A1 u B1 jinstabu fuq linja trasversali li tgħaddi minn R1 f’distanza ta’ 350 mm minn R1 .

8.   

Għall-ittestjar tat-trażżin għat-tfal fil-kategoriji “universali” u “ristrett”, mas-sit tat-test għandu jiġi installat ċinturin tar-ritrattur standard, kif speċifikat fl-Anness 13. L-istrixxi li jintużaw bejn ir-ritrattur u l-pjanċa tal-ankraġġ A1 taċ-ċinturin tas-sikurezza standard gћandhom jiġu mġedda gћal kull test dinamiku.

9.   

Gћall-ittestjar tat-trażżin gћat-tfal bl-irbit ta’ fuq, gћandu jintuża l-ankraġġ G1 jew G2.

10.   

Fil-każ ta’ trażżin gћat-tfal li juża riġel ta’ appoġġ, is-Servizz Tekniku gћandu jagћżel l-ankraġġi li gћandhom jintużaw skont il-paragrafi 2., 3., 4. jew 5. ta’ hawn fuq u bir-riġel ta’ appoġġ aġġustat kif speċifikat fil-paragrafu 7.1.4.1.9. ta’ dan ir-Regolament.

Image 46

Image 47

Image 48


(1)  Id-dettalji tal-materjali użati f’dan il-proċess jistgħu jinkisbu mit-TNO (L-Istitut tar-Riċerka għall-Vetturi tat-Triq), Schoemakerstraat 97, 2628 VK Delft, The Netherlands.

(2)  Id-dimensjoni X għandha tkun ta’ 210 mm b’medda ta’ aġġustament ta’ ± 70 mm.

(3)  L-indirizz minn fejn jinkisbu l-istandards rilevanti tal-ASTM huwa: ASTM, 1916 Race Street, Philadelphia, USA PA 19 103.


ANNESS 7

Kurva tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċellerazzjoni tat-trolley, bħala funzjoni tal-ħin

F’kull każ il-proċeduri tal-kalibrazzjoni u tal-kejl għandhom jikkorrispondu ma’ dawk definiti fl-Istandard Internazzjonali ISO 6487:2002; it-tagħmir tal-kejl għandu jikkorrispondi mal-ispeċifikazzjoni ta’ kanal tad-data bi klassi tal-frekwenza tal-kanal (CFC) 60.

Appendiċi 1 tal-Anness 7

Kurva tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċellerazzjoni tat-trolley, bħala funzjoni tal-ħin

Impatt frontali

Definizzjoni tal-kurvi differenti

Ħin (ms)

Aċċellerazzjoni (g)

kuritur baxx

Aċċellerazzjoni (g)

kuritur għoli

0

-

10

20

0

-

50

20

28

65

20

-

80

-

28

100

0

-

120

-

0

UN Regulation No. 44 Frontal impact

Image 49

Is-segment addizzjonali (ara l-paragrafu 8.1.3.1.1.3.2. ta’ dan ir-Regolament) japplika biss għall-islitta tal-aċċellerazzjoni

Appendiċi 2 tal-Anness 7

Kurva tad-deċellerazzjoni jew tal-aċċellerazzjoni tat-trolley, bħala funzjoni tal-ħin

Impatt minn wara

Definizzjoni tal-kurvi differenti

Ħin (ms)

Aċċellerazzjoni (g)

kuritur baxx

Aċċellerazzjoni (g)

kuritur għoli

0

-

21

10

0

 

10

7

-

20

14

-

37

14

-

52

7

-

52

0

 

70

-

21

70

-

0

UN Regulation No. 44 Rear impact

Image 50

Is-segment addizzjonali (ara l-paragrafu 8.1.3.1.1.3.2. ta’ dan ir-Regolament) japplika biss għall-islitta tal-aċċellerazzjoni


ANNESS 8

Deskrizzjoni tat-manikini

1.   Ġenerali

1.1.

Il-manikini preskritti f’dan ir-Regolament huma deskritti fl-Appendiċi 1 sa 3 ta’ dan l-anness, u fid-disinji tekniċi prodotti mit-TNO (L-Istitut tar-Riċerka għall-Vetturi tat-Triq), Schoemakerstraat 97, 2628 VK Delft, The Netherlands.

1.2.

Jistgħu jintużaw manikini alternattivi diment li:

1.2.1.

L-ekwivalenza tagħhom tista’ tinwera għas-sodisfazzjon tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, u

1.2.2.

L-użu tagħhom huwa ddokumentat fir-rapport tat-test, u fil-formola ta’ komunikazzjoni deskritta fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

Appendiċi 1 tal-Anness 8

Deskrizzjoni tal-manikini ta’ 9 xhur, u ta’ 3, 6 u 10 snin

1.   Ġenerali

Id-dimensjonijiet u l-mases tal-manikini deskritti hawn taħt huma bbażati fuq l-antropometrija ta’ tfal tal-50 perċentil li għandhom 9 xhur, u 3, 6 u 10 snin rispettivament.

1.2.

Il-manikini huma magħmulin minn skeletru tal-metall u tal-poliester b’komponenti tal-ġisem magħmulin minn forom tal-poliuretan.

1.3.

Għal dijagramma kompożittiva tal-manikin, ara l-Figura 9.

2.   Kostruzzjoni

2.1.   Ras

2.1.1.

Ir-ras hija magħmula mill-poliuretan u rrinforzata bi strixxi tal-metall. Ġewwa r-ras ikun possibbli li jiġi installat it-tagħmir tal-kejl fuq blokka tal-poliammid fiċ-ċentru tal-gravità.

2.2.   Vertebri

2.2.1.

Vertebri tal-għonq

2.2.1.1.

L-għonq huwa magħmul minn ħames ċrieki tal-poliuretan b’elementi tal-poliammid fil-qalba tagħhom. Il-blokka Atlas-Axis (tal-ewwel u t-tieni rukkell tal-għonq) hija magħmula mill-poliammid.

2.2.2.

Vertebri lumbari

2.2.2.1.

Il-ħames vertebri lumbari huma magħmula mill-poliammid.

2.3.   Sider

2.3.1.

L-iskeletru tas-sider huwa magħmul minn qafas tal-azzar f’forma ta’ tubu li fuqu jiġu armati l-ġogi tad-dirgħajn. Is-sinsla hija magħmula minn kejbil tal-azzar b’erba’ estremitajiet bil-kamin.

2.3.2.

L-iskeletru huwa miksi bil-poliuretan. Fil-kavità toraċika jista’ jitpoġġa tagħmir tal-kejl.

2.4.   Dirgħajn u riġlejn

2.4.1.

Id-dirgħajn u r-riġlejn huma wkoll magħmula mill-poliuretan, irrinforzat b’elementi tal-metall fil-forma ta’ tubi kwadri, strixxi u pjanċi. L-irkopptejn u l-minkbejn huma mgħammra b’ġogi tal-pern aġġustabbli. Il-ġogi tal-parti ta’ fuq tad-driegħ u tal-parti ta’ fuq tar-riġel huma magħmulin minn ġogi sferiċi aġġustabbli.

2.5.   Pelvi

2.5.1.

Il-pelvi huwa magħmul minn poliester irrinforzat bil-ħġieġ li jkun miksi bil-poliuretan ukoll.

2.5.2.

Il-forma tal-parti ta’ fuq tal-pelvi, li hija importanti biex tiġi ddeterminata s-sensittività għat-tagħbija addominali, hija simulata kemm jista’ jkun possibbli mill-forma ta’ pelvi ta’ tifel/tifla.

2.5.3.

Il-ġogi tal-ġenbejn jinstabu eżatt taħt il-pelvi.

2.6.   L-assemblaġġ tal-manikin

2.6.1.

Għonq-sider-pelvi

2.6.1.1.

Il-vertebri lumbari u l-pelvi jiġu mwaħħla b’kamin fuq il-kejbil tal-azzar u t-tensjoni tagħhom tiġi aġġustata permezz ta’ skorfina. Il-vertebri tal-għonq jiġu armati u aġġustati bl-istess mod. Minħabba li l-kejbil tal-azzar ma jridx jitħalla liberu li jiċċaqlaq minn ġos-sider, ma għandux ikun possibbli li t-tensjoni tal-vertebri lumbari tiġi aġġustata mill-għonq jew viċeversa.

2.6.2.

Ras-għonq

2.6.2.1.

Ir-ras tista’ tiġi armata u aġġustata permezz ta’ bolt u skorfina li jgħaddu mill-blokka Atlas-Axis.

2.6.3.

Torso-dirgħajn u riġlejn

2.6.3.1.

Id-dirgħajn u r-riġlejn jistgħu jiġu armati u aġġustati mat-torso permezz ta’ ġogi sferiċi.

2.6.3.2.

Għall-ġogi tad-dirgħajn l-isferi tal-ġog jiġu konnessi mat-torso; fil-każ tal-ġogi tar-riġlejn, dawn jiġu konnessi mar-riġlejn.

3.   Karatteristiċi prinċipali

3.1.   Massa

Tabella 1

Komponent

Massa f'kg skont il-grupp tal-età

9 xhur

3 snin

6 snin

10 snin

Ras + għonq

Torso

Il-parti ta’ fuq tad-driegħ (2x)

Il-parti ta’ isfel tad-driegħ (2x)

Il-parti ta’ fuq tar-riġel (2x)

Il-parti ta’ isfel tar-riġel (2x)

2,20 ±0,10

3,40 ±0,10

0,70 ±0,05

0,45 ±0,05

1,40 ±0,05

0,85 ±0,05

2,70 ±0,10

5,80 ±0,15

1,10 ±0,05

0,70 ±0,05

3,00 ±0,10

1,70 ±0,10

3,45 ±0,10

8,45 ±0,20

1,85 ±0,10

1,15 ±0,05

4,10 ±0,15

3,00 ±0,10

3,60 ±0,10

12,30 ±0,30

2,00 ±0,10

1,60 ±0,10

7,50 ±0,15

5,00 ±0,15

Total

9,00 ±0,20

15,00 ±0,30

22,00 ±0,50

32,00 ±0,70

3.2.   Dimensjonijiet prinċipali

3.2.1.

Id-dimensjonijiet prinċipali, ibbażati fuq il-Figura 1 ta’ dan l-anness, huma indikati fit-Tabella 2.

Image 51

Tabella 2

Nru.

Dimensjonijiet

Id-dimensjonijiet f'mm skont il-grupp tal-età

9 xhur

3 snin

6 snin

10 snin

1

Minn wara tan-natka sa quddiem tal-irkoppa

195

334

378

456

2

Minn wara tan-natka sal-fieragħ ta’ wara l-irkoppa, bilqiegħda

145

262

312

376

3

Iċ-ċentru tal-gravità tas-sit

180

190

190

200

4

Iċ-ċirkonferenza tas-sider

440

510

500

660

5

Il-fond tas-sider

102

125

135

142

6

Id-distanza bejn l-iskapuli

170

15

230

295

7

Il-wisa’ tar-ras

125

137

141

141

8

It-tul tar-ras

166

174

175

181

9

Iċ-ċirkonferenza tal-ġenbejn, bilqiegħda

10

590

668

780

10

Iċ-ċirkonferenza tal-ġenbejn, wieqaf (mhix indikata)

70

550

628

740

11

Il-fond tal-ġenbejn, bilqiegħda

125

147

168

180

12

Il-wisa’ tal-ġenbejn, bilqiegħda

166

206

229

255

13

Il-wisa’ tal-għonq

60

71

79

89

14

Mis-sit sal-minkeb

135

155

155

186

15

Il-wisa’ tal-ispallejn

216

249

295

345

16

L-għoli tal-għajnejn, bilqiegħda

350

460

536

625

17

L-għoli, bilqiegħda

450

560

636

725

18

L-għoli tal-ispallejn, bilqiegħda

280

335

403

483

19

Mill-qiegħ tas-sieq sal-fieragħ ta’ wara l-irkoppa, bilqiegħda

125

205

283

355

20

L-istatura (mhix indikata)

708

980

1 166

1 376

21

L-għoli tal-koxxa, bilqiegħda

70

85

95

106

4.   Aġġustament tal-ġogi

4.1.   Ġenerali

4.1.1.

Biex jinkisbu riżultati li jistgħu jiġu riprodotti bl-użu tal-manikini, huwa essenzjali li jiġu speċifikati u aġġustati l-frizzjoni fid-diversi ġogi, it-tensjoni fil-kejbils tal-għonq u dawk lumbari, u r-riġidità tal-inserzjoni addominali.

4.2.   Aġġustament tal-kejbil tal-għonq

4.2.1.

Qiegħed it-torso fuq dahru fi pjan orizzontali.

4.2.2.

Arma l-assemblaġġ komplet tal-għonq mingħajr ir-ras.

4.2.3.

Issikka l-iskorfina tal-apparat li jżid it-tensjoni fuq il-blokka Atlas-Axis.

4.2.4.

Qiegħed żbarra jew bolt adatt fil-blokka Atlas-Axis.

4.2.5.

Ħoll l-iskorfina tal-apparat li jżid it-tensjoni sakemm il-blokka Atlas-Axis titniżżel b’10 ± 1 mm meta tiġi applikata tagħbija ta’ 50 N diretta ’l isfel fuq l-iżbarra jew fuq il-bolt minn ġol-blokka Atlas-Axis (ara l-Figura 2).

Image 52

4.3.   Il-ġog tal-għonq Atlas-Axis

4.3.1.

Qiegħed it-torso fuq dahru fi pjan orizzontali.

4.3.2.

Arma l-assemblaġġ komplet tal-għonq u r-ras.

4.3.3.

Issikka l-bolt u l-iskorfina tal-aġġustament minn ġor-ras u minn ġol-blokka Atlas-Axis bir-ras f’pożizzjoni orizzontali.

4.3.4.

Ħoll l-iskorfina tal-aġġustament sakemm ir-ras tibda tiċċaqlaq (ara l-Figura 3).

Image 53

4.4.   Il-ġog tal-ġenbejn

4.4.1.

Qiegħed il-pelvi fuq żaqqu fi pjan orizzontali.

4.4.2.

Arma l-parti ta’ fuq tar-riġel mingħajr il-parti ta’ isfel tar-riġel.

4.4.3.

Issikka l-iskorfina tal-aġġustament, bil-parti ta’ fuq tar-riġel f’pożizzjoni orizzontali.

4.4.4.

Ħoll l-iskorfina tal-aġġustament sakemm il-parti ta’ fuq tar-riġel tibda tiċċaqlaq.

4.4.5.

Fil-fażijiet inizjali, il-ġog tal-ġenbejn għandu jiġi ċċekkjat frekwentement minħabba problemi ta’ “running in” (ara l-Figura 4).

Image 54

4.5.   Il-ġog tal-irkoppa

4.5.1.

Qiegħed il-parti ta’ fuq tar-riġel f’pożizzjoni orizzontali.

4.5.2.

Arma l-parti ta’ isfel tar-riġel.

4.5.3.

Issikka l-iskorfina tal-aġġustament tal-ġog tal-irkoppa bil-parti ta’ isfel tar-riġel f’pożizzjoni orizzontali.

4.5.4.

Ħoll l-iskorfina tal-aġġustament sakemm il-parti ta’ isfel tar-riġel tibda tiċċaqlaq (ara l-Figura 5).

Image 55

4.6.   Il-ġog tal-ispalla

4.6.1.

Qiegħed it-torso f’pożizzjoni veritikali.

4.6.2.

Arma l-parti ta’ fuq tad-driegħ mingħajr il-parti ta’ isfel tad-driegħ.

4.6.3.

Issikka l-iskorfini tal-aġġustament tal-ispalla bil-parti ta’ fuq tad-driegħ f’pożizzjoni orizzontali.

4.6.4.

Ħoll l-iskorfini tal-aġġustament sakemm il-parti ta’ fuq tad-driegħ tibda tiċċaqlaq (ara l-Figura 6).

4.6.5.

Fil-fażijiet inizjali, il-ġogi tal-ispalla għandhom jiġu ċċekkjati frekwentement minħabba problemi ta’ “running-in”.

Image 56

4.7.   Il-ġog tal-minkeb

4.7.1.

Qiegħed il-parti ta’ fuq tad-driegħ f’pożizzjoni vertikali.

4.7.2.

Arma l-parti ta’ isfel tad-driegħ.

4.7.3.

Issikka l-iskorfina tal-aġġustament tal-minkeb bil-parti ta’ isfel tad-driegħ f’pożizzjoni orizzontali.

4.7.4.

Ħoll l-iskorfina tal-aġġustament sakemm il-parti ta’ isfel tad-driegħ tibda tiċċaqlaq (ara l-Figura 7).

Image 57

4.8.   Il-kejbil lumbari

4.8.1.

Arma l-parti ta’ fuq tat-torso, il-vertebri lumbari, il-parti ta’ isfel tat-torso, l-inserzjoni addominali, il-kejbil u l-molla.

4.8.2.

Issikka l-iskorfina tal-aġġustament tal-kejbil fil-parti ta’ isfel tat-torso sakemm il-molla tkun ikkompressata għal 2/3 tat-tul tagħha mingħajr tagħbija (ara l-Figura 8).

Image 58

4.9.   Kalibrazzjoni tal-inserzjoni addominali

4.9.1.

Ġenerali

4.9.1.1.

It-test għandu jitwettaq permezz ta’ magna adatta li tipproduċi t-tensjoni.

4.9.2.

Qiegħed l-inserzjoni addominali fuq blokka riġida bl-istess tul u wisa’ tal-kolonna tas-sinsla lumbari. Il-ħxuna ta’ din il-blokka għandha tkun tal-inqas darbtejn dik tal-kolonna tas-sinsla lumbari (ara l-Figura 9).

4.9.3.

Għandha tiġi applikata tagħbija inizjali ta’ 20 N.

4.9.4.

Għandha tiġi applikata tagħbija kostanti ta’ 50 N.

4.9.5.

Id-deflessjoni tal-inserzjoni addominali wara żewġ minuti għandha tkun:

għall-

manikin ta’ 9 xhur:

11,5 ±2,0 mm

manikin ta’ 3 snin:

11,5 ±2,0 mm

manikin ta’ 6 snin:

13,0 ±2,0 mm

manikin ta’ 10 snin:

13,0 ±2,0 mm

Image 59

5.   Strumentazzjoni

5.1.   Ġenerali

5.1.1.

Il-proċeduri tal-kalibrazzjoni u tal-kejl għandhom jiġu bbażati fuq l-istandards internazzjonali tal-ISO 6487 (1980).

5.2.   Installazzjoni tal-aċċellerometru fis-sider

L-aċċellerometru għandu jiġi armat fil-kavità toraċika protetta.

5.3.   Indikazzjoni tal-penetrazzjoni addominali

5.3.1.

Kampjun tat-tafal artab għandu jiġi konness vertikalment mal-parti ta’ quddiem tal-vertebri lumbari permezz ta’ tejp adeżiv irqiq.

5.3.2.

Deflessjoni fit-tafal artab ma tfissirx neċessarjament li seħħet penetrazzjoni.

5.3.3.

Il-kampjuni tat-tafal artab għandhom ikunu tal-istess tul u wisa’ bħall-kolonna tas-sinsla lumbari; il-ħxuna tal-kampjuni għandha tkun ta’ 25 ± 2 mm.

5.3.4.

Għandu jintuża biss it-tafal artab provdut mal-manikini.

5.3.5.

It-temperatura tat-tafal artab waqt it-test għandha tkun ta’ 30 ± 5 °C.

Appendiċi 2 tal-Anness 8

Deskrizzjoni tal-manikin tat-“tarbija tat-twelid”

1.   

Manikin Q0 (1)

2.   

Manikin P0

Il-manikin P0 oriġina fl-1987 (Suppliment 1 tas-Serje ta’ Emendi 02) u huwa deskritt hawn taħt.

Dan il-manikin huwa magħmul minn ras, torso, dirgħajn u riġlejn, bħala unità waħda. It-torso, id-dirgħajn u r-riġlejn huma forma waħda magħmula mis-Sorbotan miksija b’ġilda tal-PVC u li jkollha molla tal-azzar bħala s-sinsla. Ir-ras hija forma magħmula mill-fowm tal-poliuretan miksija b’ġilda tal-PVC u titwaħħal mat-torso b’mod permanenti. Il-manikin jitlibbes b’ilbies tal-qoton/poliester li joqgħod issikkat fuqu.

Id-dimensjonijiet u d-distribuzzjoni tal-massa tal-manikin huma bbażati fuq dawk ta’ tat-trabi tat-twelid tal-50 perċentil u huma indikati fit-Tabelli 1 u 2 u fil-Figura 1.

Tabella 1

Dimensjonijiet prinċipali tal-manikin tat-”tarbija tat-twelid”

Dimensjoni

mm

Dimensjoni

mm

A

B

Koxxa-Qurriegħa

Koxxa - Qiegħ tas-sieq (bir-riġel dritt)

345

250

E

F

G

Il-wisa’ tal-ispallejn

Il-wisa’ tas-sider

Il-fond tas-sider

150

105

100

C

D

Il-wisa’ tar-ras

Il-fond tar-ras

105

125

H

I

Il-wisa’ tal-ġenbejn

Ċentru tal-gravità mill-parti ta’ fuq tar-ras

105

235

Tabella 2

Distribuzzjoni tal-massa tal-manikin tat-“tarbija tat-twelid”  (*)

Ir-ras u l-għonq

It-torso

Id-dirgħajn

Ir-riġlejn

0,7 kg

1,1 kg

0,5 kg

1,1 kg

Massa totali

3,4 kg

Image 60

1.   

Ir-riġidità tal-ispalla

1.1.   

Qiegħed il-manikin fuq dahru fuq superfiċje orizzontali u appoġġi t-torso min-naħa waħda, biex ma jkunx jista’ jiċċaqlaq. (Figura 2)

1.2.   

Applika tagħbija ta’ 150 N, fuq plunger b’wiċċ ċatt b’dijametru ta’ 40 mm, orizzontalment, f’direzzjoni perpendikolari mal-assi superjuri-inferjuri tal-manikin. L-assi tal-plunger għandha tkun fiċ-ċentru tal-ispalla tal-manikin u ħdejn il-punt A fuq l-ispalla (ara l-Figura 2). Id-deflessjoni laterali tal-plunger mill-punt tal-ewwel kuntatt mad-driegħ għandha tkun ta’ bejn 30 mm u 50 mm.

1.3.   

Irrepeti fuq l-ispalla opposta – sposta l-appoġġ fuq in-naħa opposta.

2.   

Ir-riġidità tal-ġog tar-riġel

2.1.   

Qiegħed il-manikin fuq dahru fuq pjan orizzontali (Figura 3) u orbot iż-żewġ partijiet ta’ isfel tar-riġel flimkien, hekk li ġġib f’kuntatt il-parti ta’ ġewwa tal-irkoppa.

2.2.   

Applika tagħbija vertikali fuq l-irkopptejn bi plunger b’wiċċ ċatt b’daqs ta’ 35 mm x 95 mm fejn il-linja taċ-ċentru tal-plunger tkun fuq l-ogħla parti tal-irkopptejn.

2.3.   

Applika forza suffiċjenti fuq il-plunger biex tgħawweġ il-ġenbejn sakemm il-wiċċ tal-plunger ikun 85 mm ’il fuq mill-pjan tal-appoġġ. Din il-forza għandha tkun ta’ bejn 30 N u 70 N. Żgura li l-partijiet ta’ isfel tad-dirgħajn u tar-riġlejn ma jiġu f’kuntatt mal-ebda superfiċje waqt it-test.

3.   

Temperatura

Il-kalibrazzjoni għandha titwettaq f’temperatura ta’ bejn 15°C u 30°C.

Image 61

Image 62

Appendiċi 3 tal-Anness 8

Deskrizzjoni tal-manikin ta’ 18-il xahar

1.   Ġenerali

1.1.

Id-dimensjonijiet u l-mases tal-manikin huma bbażati fuq l-antropometrija ta’ tfal tal-50 perċentil ta’ 18-il xahar.

2.   Kostruzzjoni

2.1.   Ras

2.1.1.

Ir-ras hija magħmula minn kranju ta’ plastik semi-riġidu miksi b’ġilda tar-ras. Il-kranju għandu kavità li tippermetti l-armar tal-istrumentazzjoni (mhux obbligatorju).

2.2.   Għonq

2.2.1.

L-għonq huwa magħmul minn tliet partijiet:

2.2.2.

Kolonna solida tal-lastku,

2.2.3.

Ġog aġġustabbli tal-kondil tal-oċċipite (OC - occipital condyle) fil-parti ta’ fuq tal-kolonna tal-lastku, li jippermetti rotazzjoni taħt frizzjoni aġġustabbli madwar l-assi laterali.

2.2.4.

Ġog sferiku mhux aġġustabbli fil-bażi tal-għonq.

2.3.   It-torso

2.3.1.

It-torso huwa magħmul minn skeletru tal-plastik, miksi b’sistema ta’ laħam/ġilda. It-torso għandu kavità fuq quddiem tal-iskeletru li fiha joqgħod mili tal-fowm biex tinkiseb ir-riġidità korretta tat-toraċi. It-torso għandu kavità fuq in-naħa ta’ wara li tippermetti l-armar tal-istrumentazzjoni.

2.4.   Addome

2.4.1.

L-addome tal-manikin huwa element f’parti waħda li jista’ jiġi ddeformat li jiddaħħal fil-fetħa ta’ bejn it-toraċi u l-pelvi.

2.5.   Sinsla lumbari

2.5.1.

Is-sinsla lumbari hija magħmula minn kolonna tal-lastku li tiġi armata bejn l-iskeletru tat-toraċi u l-pelvi. Ir-riġidità tas-sinsla lumbari tiġi ssettjata minn qabel permezz ta’ kejbil tal-metall li jgħaddi mill-qalba vojta tal-kolonna tal-lastku.

2.6.   Pelvi

2.6.1.

Il-pelvi huwa magħmul minn plastik semiriġidu, u huwa magħmul fil-forma ta’ pelvi tat-tfal. Huwa miksi minn sistema ta’ ġilda tal-ġisem, li tissimula l-laħam/ġilda ta’ madwar il-pelvi u n-natka.

2.7.   Il-ġog tal-ġenbejn

2.7.1.

Il-ġogi tal-ġenbejn jiġu armati mal-parti ta’ isfel tal-pelvi. Il-ġog jippermetti rotazzjoni madwar assi laterali kif ukoll rotazzjoni madwar assi f’angolu perpendikolari mal-assi laterali permezz ta’ gimbal joint. Il-frizzjoni aġġustabbli tapplika għaż-żewġ assi.

2.8.   Il-ġog tal-irkoppa

2.8.1.

Il-ġog tal-irkoppa jippermetti l-flessjoni u l-estensjoni tal-parti ta’ isfel tar-riġel taħt frizzjoni aġġustabbli.

2.9.   Il-ġog tal-ispalla

2.9.1.

Il-ġog tal-ispalla jiġi armat fuq l-iskeletru tat-toraċi. Il-waqqafiet li jfaqqgħu meta jidħlu f’posthom jippermettu li d-driegħ jitqiegħed f’żewġ pożizzjonijiet inizjali.

2.10.   Il-ġog tal-minkeb

2.10.1.

Il-ġog tal-minkeb jippermetti l-flessjoni u l-estensjoni tal-parti ta’ isfel tad-driegħ. Il-waqqafiet li jfaqqgħu meta jidħlu f’posthom jippermettu li l-parti ta’ isfel tad-driegħ titqiegħed f’żewġ pożizzjonijiet inizjali.

2.11.   L-assemblaġġ tal-manikin

2.11.1.

Il-kejbil tas-sinsla jiġi armat fis-sinsla lumbari.

2.11.2.

Is-sinsla lumbari tiġi armata fl-iskeletru bejn il-pelvi u s-sinsla tat-toraċi.

2.11.3.

L-inserzjoni addominali tiġi mwaħħla bejn it-toraċi u l-pelvi.

2.11.4.

L-għonq jiġi armat fuq il-parti ta’ fuq tat-toraċi.

2.11.5.

Ir-ras tiġi armata fuq l-għonq bl-użu tal-pjanċa interfaċċa.

2.11.6.

Jiġu armati d-dirgħajn u r-riġlejn.

3.   Karatteristiċi prinċipali

3.1.   Massa

Tabella 1

Id-distribuzzjoni tal-massa għall-manikin ta’ 18-il xahar

Komponent

Massa (kg)

Ras + għonq

2,73

It-torso

5,06

Il-parti ta’ fuq tad-driegħ

0,27

Il-parti ta’ isfel tad-driegħ

0,25

Il-parti ta’ fuq tar-riġel

0,61

Il-parti ta’ isfel tar-riġel

0,48

Massa totali

11,01

3.2.   Dimensjonijiet prinċipali

3.2.1.

Id-dimensjonijiet prinċipali, ibbażati fuq il-Figura 1 ta’ dan l-anness (riprodotti hawn taħt), huma indikati fit-Tabella 2.

Image 63

Tabella 2

Nru.

Dimensjoni

Valur (mm)

1

Minn wara tan-natka sa quddiem tal-irkoppa

239

2

Minn wara tan-natka sal-fieragħ ta’ wara l-irkoppa, bilqiegħda

201

3

Iċ-ċentru tal-gravità tas-sit

193

4

Iċ-ċirkonferenza tas-sider

474

5

Il-fond tas-sider

113

7

Il-wisa’ tar-ras

124

8

It-tul tar-ras

160

9

Iċ-ċirkonferenza tal-ġenbejn, bilqiegħda

510

10

Iċ-ċirkonferenza tal-ġenbejn, wieqaf (mhix indikata)

471

11

Il-fond tal-ġenbejn, bilqiegħda

125

12

Il-wisa’ tal-ġenbejn, bilqiegħda

174

13

Il-wisa’ tal-għonq

65

14

Mis-sit sal-minkeb

125

15

Il-wisa’ tal-ispallejn

224

17

L-għoli, bilqiegħda

495 (*)

18

L-għoli tal-ispallejn, bilqiegħda

305

19

Mill-qiegħ tas-sieq sal-fieragħ ta’ wara l-irkoppa, bilqiegħda

173

20

L-istatura (mhix indikata)

820 (*)

21

L-għoli tal-koxxa, bilqiegħda

66

4.   Aġġustament tal-ġogi

4.1.   Ġenerali

4.1.1.

Biex jinkisbu riżultati li jistgħu jiġu riprodotti bl-użu tal-manikini, huwa essenzjali li jiġu aġġustati l-frizzjoni fil-ġogi differenti, it-tensjoni fis-sinsla lumbari u r-riġidità tal-inserzjoni addominali.

Il-partijiet kollha għandhom jiġu ċċekkjati għal ħsarat qabel jiġi segwiti dawn l-istruzzjonijiet.

4.2.   Sinsla lumbari

4.2.1.

Is-sinsla lumbari tiġi kkalibrata qabel ma tiġi armata fil-manikin.

4.2.2.

Waħħal il-pjanċa tal-armar ta’ isfel tas-sinsla lumbari ma’ tagħmir b’tali mod li n-naħa ta’ quddiem tas-sinsla lumbari tkun fil-qiegħ (Figura 2).

Image 64

4.2.3.

Applika forza ’l isfel ta’ 250 N fuq il-pjanċa tal-armar ta’ fuq. L-ispostament ’l isfel li jirriżulta għandu jiġi rreġistrat bejn sekonda u tnejn wara l-bidu tal-applikazzjoni tal-forza, u għandu jkun ta’ bejn 9 u 12 mm.

4.3.   Addome

4.3.1.

Arma l-inserzjoni addominali fuq blokka riġida bl-istess tul u wisa’ tal-kolonna tas-sinsla lumbari. Il-ħxuna ta’ din il-blokka għandha tkun tal-inqas darbtejn dik tal-kolonna tas-sinsla lumbari (Figura 3).

4.3.2.

Għandha tiġi applikata tagħbija inizjali ta’ 20 N.

4.3.3.

Għandha tiġi applikata tagħbija kostanti ta’ 50 N.

4.3.4.

Wara żewġ minuti, id-deflessjoni tal-inserzjoni addominali għandha tkun 12 ± 2 mm.

Image 65

4.4.   Aġġustament tal-għonq

4.4.1.

Arma l-għonq sħiħ, li huwa magħmul mill-kolonna tal-lastku, mill-ġog sferiku tal-bażi u mill-ġog tal-OC, mistrieħ ma’ superfiċje vertikali b’tali mod li n-naħa ta’ quddiem tkun tħares ’l isfel (Figura 4).

Image 66

4.4.2.

Applika forza ta’ 100 N b’direzzjoni vertikali fuq l-assi tal-ġog tal-OC. Il-pożizzjoni tal-ġog tal-OC għandha turi spostament ’l isfel ta’ bejn 22 ± 2 mm.

4.5.   Ġog tal-OC

4.5.1.

Arma l-assemblaġġ komplet tal-għonq u r-ras

4.5.2.

Qiegħed it-torso fuq dahru fi pjan orizzontali.

4.5.3.

Issikka l-bolt u l-iskorfina tal-aġġustament minn ġor-ras u mill-ġog tal-OC permezz ta’ torque wrench sakemm ir-ras ma tkunx tista’ tiċċaqlaq minħabba l-gravità.

4.6.   Ġenb

4.6.1.

Arma il-parti ta’ fuq tar-riġel, mingħajr il-parti ta’ isfel tar-riġel, mal-pelvi.

4.6.2.

Qiegħed il-parti ta’ fuq tar-riġel f’pożizzjoni orizzontali.

4.6.3.

Żid il-frizzjoni eżerċitata fuq l-assi laterali sakemm ir-riġel ma jkunx jista’ jiċċaqlaq minħabba l-gravità.

4.6.4.

Qiegħed il-parti ta’ fuq tar-riġel f’pożizzjoni orizzontali, fid-direzzjoni tal-assi laterali.

4.6.5.

Żid il-frizzjoni fil-gimbal joint sakemm il-parti ta’ fuq tar-riġel ma tkunx tista’ tiċċaqlaq minħabba l-gravità.

4.7.   Irkoppa

4.7.1.

Arma l-parti ta’ isfel tar-riġel mal-parti ta’ fuq tar-riġel.

4.7.2.

Qiegħed il-parti ta’ fuq tar-riġel u l-parti ta’ isfel tar-riġel f’pożizzjoni orizzontali, bil-parti ta’ fuq tar-riġel appoġġata.

4.7.3.

Issikka l-iskorfina tal-aġġustament fl-irkoppa sakemm il-parti ta’ isfel tar-riġel ma tkunx tista’ tiċċaqlaq minħabba l-gravità.

4.8.   Spallejn

4.8.1.

Estendi l-parti ta’ isfel tad-driegħ u qiegħed il-parti ta’ fuq tad-driegħ fl-ogħla pożizzjoni li tfaqqa’ fiha.

4.8.2.

Il-waqqafiet li jfaqqgħu meta jidħlu f’posthom fl-ispalla għandhom jiġu msewwija jew jinbidlu jekk id-driegħ ma jibqax f’din il-pożizzjoni.

4.9.   Minkeb

4.9.1.

Qiegħed il-parti ta’ fuq tad-driegħ fl-aktar pożizzjoni baxxa li tfaqqa’ fiha, u l-parti ta’ isfel tad-driegħ fil-pożizzjoni ta’ waqfien ta’ fuq li tfaqqa’ fiha.

4.9.2.

Il-waqqafiet li jfaqqgħu meta jidħlu f’posthom fil-minkeb għandhom jiġu msewwija jew jinbidlu jekk il-parti ta’ isfel tad-driegħ ma tibqax f’din il-pożizzjoni.

5.   Strumentazzjoni

5.1.   Ġenerali

5.1.1.

Minkejja li ġew adottati dispożizzjonijiet biex il-manikin ta’ 18-il xahar jiġi mgħammar b’għadd ta’ transducers, dan jiġi mgħammar b’mod standard b’sostituzzjonijiet ta’ daqs u piż ugwali.

5.1.2.

Il-proċeduri tal-kalibrazzjoni u tal-kejl għandhom jiġu bbażati fuq l-istandard internazzjonali tal-ISO 6487:1980.

5.2.   Installazzjoni tal-aċċellerometru fis-sider

5.2.1.

L-aċċellerometru għandu jiġi armat fil-kavità toraċika. Dan isir mill-parti ta’ wara tal-manikin.

5.3.   Indikazzjoni tal-penetrazzjoni addominali

5.3.1.

L-okkorrenza ta’ penetrazzjoni addominali għandha tiġi vvalutata bl-użu tal-fotografija b’veloċità għolja (high speed photography).

(1)  L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-disinji dettaljati tal-manikin Q, inkluż Q0, u l-aġġustamenti għat-testijiet ta’ dan ir-Regolament jinsabu temporanjament fuq is-sit web tal-Grupp ta’ Ħidma Informali dwar is-Sistemi tat-Trażżin għat-Tfal (www2.unece.org/wiki/display/trans/Q-dummy+drawings) tal-UNECE, Palais de Nations, Ġinevra, l-Iżvizzera. Meta ir-[Regolament] jiġi adottat mill-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi (WP.29), it-test li jirrestrinġi l-użu tat-tpinġijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jitneħħa mill-paġni individwali u jerġa’ jittella’ fis-sit web imsemmi hawn fuq. Wara perjodu ta’ żmien meħtieġ mill-Grupp ta’ Ħidma Informali biex jiffinalizza l-eżami tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u t-tpinġijiet tal-manikini, it-tpinġijiet finali u maqbula jiġu rilokati fir-Riżoluzzjoni Reċiproka tal-Ftehimiet tal-1958 u tal-1998, ospitati fis-sit web tal-Forum Dinji WP.29.

(*)  Il-ħxuna tal-ġilda tal-PVC għandha tkun 1 + 0,5 mm - 0

Il-gravità speċifika għandha tkun 0,865 ±0,1.

(*)  In-natka, id-dahar u r-ras tal-manikin għandhom ikunu mistrieħa ma’ superfiċje vertikali.


ANNESS 9

Test tal-impatt frontali ma’ ostakolu

1.   L-installazzjonijiet, il-proċedura u l-istrumenti tal-kejl

1.1.   Post fejn isir it-test

Iż-żona tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkomoda l-korsa tar-rankatura, l-ostaklu u l-installazzjonijiet tekniċi neċessarji għat-test. L-aħħar parti tal-korsa, għal mill-inqas 5 m qabel l-ostaklu, għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa.

1.2.   Ostaklu

L-ostaklu huwa magħmul minn blokka tal-konkrit irrinforzat wiesgħa mhux inqas minn 3 m fuq quddiem u għolja mhux inqas minn 1,5 m. L-ostaklu għandu jkun oħxon biżżejjed li l-piż tiegħu ikun tal-inqas 70 tunnellata. Il-wiċċ ta’ quddiem għandu jkun vertikali, perpendikolari mal-assi tal-korsa tar-rankatura, u miksi b’bords tal-plywood bi ħxuna ta’ 20 ± 1 mm u f’kundizzjoni tajba. L-ostaklu għandu jkun jew ankrat fl-art jew imqiegħed fl-art, jekk meħtieġ, b’apparat tal-irbit addizzjonali li jillimita ċ-ċaqliq tiegħu. Jista’ jintuża wkoll ostaklu b’karatteristiċi differenti, imma li jagħti riżultati li tal-inqas iwasslu għall-istess konklużjoni.

1.3.   Il-propulsjoni tal-vettura

Fil-mument tal-impatt, il-vettura ma għandhiex tiġi aktar soġġetta għall-azzjoni ta’ kwalunkwe apparat addizzjonali tal-istering jew tal-propulsjoni. Il-vettura għandha tasal fuq l-ostaklu fuq kors perpendikulari mal-ħajt tal-kolliżjoni; l-ispostament laterali massimu permess bejn il-linja medjana vertikali ta’ quddiem tal-vettura u l-linja medjana vertikali tal-ħajt tal-kolliżjoni huwa ta’ ± 30 cm.

1.4.   L-istat tal-vettura

1.4.1.

Il-vettura li qed tiġi ttestjata għandha jew tkun mgħammra bil-komponenti u t-tagħmir normali kollha inklużi fil-piż tas-servizz mingħajr tagħbija tagħha jew tkun f’tali kundizzjoni li tissodisfa dan ir-rekwiżit fir-rigward tal-komponenti u t-tagħmir tal-kompartiment tal-passiġġieri u d-distribuzzjoni tal-piż tas-servizz tal-vettura kollha.

1.4.2.

Jekk il-vettura tkun misjuqa permezz ta’ mezzi esterni, it-tank tal-fjuwil għandu jiġi mimli tal-inqas sa 90 % tal-kapaċità tiegħu, jew bi fjuwil jew b’likwidu li ma jaqbadx, b’densità u viskożità simili għal dawk tal-fjuwil li jintuża normalment. Is-sistemi l-oħra kollha (il-kontenituri tal-fluwidu tal-brejkijiet, ir-radjatur, eċċ.) għandhom ikunu vojta.

1.4.3.

Jekk il-vettura tinsaq permezz tal-magna tagħha stess, it-tank tal-fjuwil għandu jkun tal-inqas 90 % mimli. It-tankijiet l-oħra kollha li jżommu xi likwidu għandhom jimtlew sa fuq.

1.4.4.

Jekk il-manifattur jitlob hekk, is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet jista’ jippermetti li tintuża l-istess vettura użata għal testijiet preskritti minn Regolamenti oħra (inklużi testijiet li jistgħu jaffettwaw l-istruttura tagħha) anke għat-testijiet preskritti minn dan ir-Regolament.

1.5.   Il-veloċità tal-impatt

Il-veloċità tal-impatt għandha tkun ta’ 50 + 0/-2 km/h. Madankollu, jekk it-test ikun twettaq b’veloċità tal-impatt akbar u l-vettura ssodisfat il-kundizzjonijiet preskritti, it-test jitqies bħala sodisfaċenti.

1.6.   Strumenti tal-kejl

L-istrument użat biex tiġi rreġistrata l-veloċità msemmija fil-paragrafu 1.5. ta’ hawn fuq għandha tkun preċiża sa 1 fil-mija.


ANNESS 10

Proċedura tat-test tal-impatt minn wara

1.   L-installazzjonijiet, il-proċeduri u l-istrumenti tal-kejl

1.1.   Post fejn isir it-test

Iż-żona tat-test għandha tkun kbira biżżejjed biex takkomoda s-sistema tal-propulsjoni tal-impattur u biex tippermetti l-ispostament ta’ wara l-impatt tal-vettura milquta u l-installazzjoni tat-tagħmir tat-test. Il-parti fejn iseħħu l-impatt u l-ispostament tal-vettura għandha tkun orizzontali. (Il-gradjent għandu jkun ta’ inqas minn 3 fil-mija mkejjel fuq kwalunkwe tul ta’ metru.)

1.2.   L-impattur

1.2.1.

L-impattur għandu jkun tal-azzar u jkollu kostruzzjoni riġida.

1.2.2.

Is-superfiċje tal-impatt għandu jkun ċatt u wiesa’ tal-inqas 2 500 mm u għoli tal-inqas 800 mm. It-truf tiegħu għandhom jiġu ttondjati għal raġġ ta’ kurvatura ta’ bejn 40 u 50 mm. Dan għandu jkun miksi b’saff tal-plywood oħxon 20 ± 1 mm.

1.2.3.

Fil-mument tal-impatt għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

1.2.3.1.

Is-superfiċje tal-impatt għandu jkun vertikali u perpendikolari mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta;

1.2.3.2.

Id-direzzjoni tal-moviment tal-impattur għandha tkun sostanzjalment orizzontali u parallela mal-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta;

1.2.3.3.

Id-devjazzjoni laterali massima permessa bejn il-linja medjana vertikali tas-superfiċje tal-impattur u l-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura milquta għandha tkun ta’ 300 mm. Barra minn hekk, is-superfiċje tal-impatt għandu jestendi fuq il-wisa’ kollha tal-vettura milquta;

1.2.3.4.

L-għoli mill-art tat-tarf ta’ isfel tas-superfiċje tal-impatt għandu jkun ta’ 175 ± 25 mm.

1.3.   Il-propulsjoni tal-impattur

L-impattur jista’ jiġi marbut sew ma’ karru (ostaklu mobbli) jew jifforma parti minn pendlu.

1.4.   Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli meta jintuża ostaklu mobbli

1.4.1.

Jekk l-impattur jiġi marbut ma’ karru (ostaklu mobbli) permezz ta’ element tat-trażżin, dan l-element għandu jkun riġidu u ma għandux ikun jista’ jiġi deformat mill-impatt; il-karru għandu, fil-mument tal-impatt, ikun jista’ jiċċaqlaq liberament u ma għandux jibqa’ soġġett għall-azzjoni tal-apparat propulsur.

1.4.2.

Il-massa tal-karru u tal-impattur flimkien għandha tkun ta’ 1 100 ± 20 kg.

1.5.   Dispożizzjonijiet speċjali applikabbli meta jintuża pendlu

1.5.1.

Id-distanza bejn iċ-ċentru tas-superfiċje tal-impatt u l-assi tar-rotazzjoni tal-pendlu ma għandhiex tkun inqas minn 5 m.

1.5.2.

L-impattur għandu jiġi sospiż liberament permezz ta’ dirgħajn riġidi, li jkunu marbuta miegħu b’mod riġidu. Sostanzjalment, il-pendlu li huwa magħmul b’dan il-mod ma għandux ikun jista’ jiġi deformat mill-impatt.

1.5.3.

Għandu jiġi inkorporat apparat tal-waqfien fil-pendlu biex jipprevjeni kwalunkwe impatt sekondarju mill-impattur fuq il-vettura tat-test.

1.5.4.

Fil-mument tal-impatt, il-veloċità taċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu għandha tkun bejn 30 u 32 km/h.

1.5.5.

Il-massa mnaqqsa “mr” fiċ-ċentru tal-perkussjoni tal-pendlu hija definita bħala funzjoni tal-massa totali “m”, tad-distanza “a” (*) bejn iċ-ċentru tal-perkussjoni u l-assi tar-rotazzjoni, u tad-distanza “l” bejn iċ-ċentru tal-gravità u l-assi tar-rotazzjoni, permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:

Image 67

1.5.6.

Il-massa mnaqqsa “mr” għandha tkun 1 100 ± 20 kg.

1.6.   Dispożizzjonijiet ġenerali relatati mal-massa u l-veloċità tal-impattur

Jekk it-test ikun twettaq b’veloċità tal-impatt akbar minn dawk preskritti fil-paragrafu 1.5.4. u/jew b’massa akbar minn dawk preskritti fil-paragrafi 1.5.3. jew 1.5.6., u l-vettura ssodisfat ir-rekwiżiti preskritti, it-test għandu jitqies bħala sodisfaċenti.

1.7.   L-istat tal-vettura waqt it-test

Il-vettura li qed tiġi ttestjata għandha jew tkun mgħammra bil-komponenti u t-tagħmir normali kollha inklużi fil-piż tas-servizz mingħajr tagħbija tagħha jew tkun f’tali kundizzjoni li tissodisfa dan ir-rekwiżit fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-piż tas-servizz tal-vettura kollha.

1.8.

Il-vettura kompluta bit-trażżin għat-tfal installat f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-installazzjoni għandha titqiegħed fuq superfiċje iebes, ċatt u livell, bill-ħendbrejk imniżżel u f’ger newtrali. Fl-istess test tal-impatt jista’ jiġi ttestjat aktar minn trażżin għat-tfal wieħed.

(*)  Id-distanza “a” hija ugwali għat-tul tal-pendlu sinkroniku inkwistjoni.


ANNESS 11

Ankraġġi addizzjonali meħtieġa biex it-trażżin għat-tfal tal-kategorija semiuniversali jintrabat ma’ vetturi motorizzati

1.   

This annex applies only to the additional anchorages for attaching child restraints in the "semi-universal" category or to bars or other special items used to secure child restraining devices to the bodywork, whether or not they make use of the UN Regulation No. 14 anchorages.

2.   

L-ankraġġi għandhom jiġu determinati mill-manifattur tat-trażżin għat-tfal u d-dettalji għandhom jitressqu għall-approvazzjoni lis-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet.

Is-Servizzi Tekniċi jistgħu jqisu l-informazzjoni miksuba mingħand il-manifattur tal-vettura.

3.   

Il-manifattur tat-trażżin għat-tfal għandu jipprovdi l-partijiet meħtieġa għall-installazzjoni tal-ankraġġi u pjanta speċjali għal kull vettura li turi l-pożizzjoni eżatta tagħhom.

4.   

Il-manifattur tat-trażżin għat-tfal għandu jindika jekk l-ankraġġi meħtieġa biex it-trażżin jintrabat mal-istruttura tal-karrozza humiex f’konformità mar-rekwiżiti tal-pożizzjoni u tas-saħħa tal-paragrafu 3. u l-paragrafi segwenti fir-rakkomandazzjoni mogħtija lill-Gvernijiet li biħsiebhom jadottaw ir-rekwiżiti speċifiċi fir-rigward ta’ ankraġġi għat-trażżin għat-tfal użati fil-karozzi tal-passiġġieri (1).


(1)  See text of UN Regulation No. 16.


ANNESS 12

Siġġu

Image 68

Dimensjonijiet f’mm


ANNESS 13

Ċinturin tas-sikurezza standard

1.   

Iċ-ċinturin tas-sikurezza għat-test dinamiku u għar-rekwiżit tat-tul massimu għandu jkun magħmul skont waħda mill-konfigurazzjonijiet indikati fil-Figura 1. Dawn huma ċinturin b’ritrattur u bi tliet ankraġġi u ċinturin statiku b’żewġ ankraġġi.

2.   

Iċ-ċinturin b’ritrattur u bi tliet ankraġġi għandu l-partijiet riġidi li ġejjin: ritrattur (R), ħolqa ta’ mal-montant (P), żewġ punti tal-ankraġġ (A1 u A2) (ara l-Figura 1b), u parti ċentrali (N, fid-dettall fil-Figura 3). The retractor shall comply with the requirements of UN Regulation No. 16 for retraction force. Id-dijametru tar-rukkell tar-ritrattur huwa 33 ±0,5 mm.

3.   

Iċ-ċinturin b’ritrattur għandu jiġi installat mal-ankraġġi fuq is-sit tat-test, deskritti fl-Appendiċi 1 u 4 tal-Anness 6, kif ġej:

 

L-ankraġġ taċ-ċinturin A1 għandu jitwaħħal mal-ankraġġ tat-trolley B0 (estern)

 

L-ankraġġ taċ-ċinturin A2 għandu jitwaħħal mal-ankraġġ tat-trolley A (intern)

 

Il-ħolqa ta’ mal-montant taċ-ċinturin P għandha titwaħħal mal-ankraġġ tat-trolley C.

 

Ir-ritrattur taċ-ċinturin R għandu jitwaħħal mal-ankraġġ tat-trolley b’tali mod li l-linja taċ-ċentru tar-rukkell tkun fuq Re.

Il-valur ta’ X fil-Figura 1b ta’ hawn taħt huwa ta’ 200 ± 5 mm. It-tul effettiv taċ-ċinga bejn A1 u l-linja taċ-ċentru tar-rukkell tar-ritrattur Re (bl-istrixxi estratti għalkollox, inkluż it-tul minimu ta’ 150 mm għall-ittestjar tal-kategoriji “universali” u “semiuniversali”) għandu jkun ta’ 2 820 ± 5 mm meta mkejjel f’linja dritta mingħajr tagħbija u fuq superfiċje orizzontali; dan it-tul jista’ jiġi miżjud għall-ittestjar tal-kategorija “ristrett”; għall-kategoriji kollha bit-trażżin għat-tfal installat, fuq ir-rukkell tar-ritrattur għandu jkun hemm minimu ta’ tul ta’ ċinga ta’ 150 mm.

4.   

Ir-rekwiżiti taċ-ċinga għaċ-ċinturin huma kif ġej:

Materjal: poliester, spinnblack

(a)

wisa’:

(b)

ħxuna:

(c)

elongazzjoni:

48 ± 2 mm b’10 000 N

1,0 ±0,2 mm

8 ± 2 fil-mija b’10 000 N

5.   

Iċ-ċinturin statiku b’żewġ ankraġġi kif indikat fil-Figura 1a huwa magħmul minn żewġ pjanċi tal-ankraġġ standard kif indikat fil-Figura 2 u ċinga li tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 4 ta’ hawn fuq.

6.   

Il-pjanċi tal-ankraġġ taċ-ċinturin b’żewġ ankraġġi għandhom jitwaħħlu mal-ankraġġi tat-trolley A u B. Il-valur ta’ Y fil-Figura 1a huwa ta’ 1 300 ± 5 mm. Dan huwa r-rekwiżit tat-tul massimu għall-approvazzjoni tat-trażżin għat-tfal universali b’ċinturini b’żewġ ankraġġi (ara l-paragrafu 6.1.9 ta’ dan ir-Regolament)

Figuri 1a u 1b

Konfigurazzjonijiet taċ-ċinturini tas-sikurezza standard

Image 69

Image 70

Image 71

Image 72

Dimensjonijiet f’mm

Image 73


ANNESS 14

L-iskema tal-approvazzjoni tat-tip (flow chart ISO 9002:2000)

Image 74

Noti:

0)

Jew standard ekwivalenti għal dan bl-esklużjoni permissibbli tar-rekwiżiti relatati mal-kunċetti ta’ disinn u ta’ żvilupp, il-punt 7.3 tal-istandard ISO 9002:2000 “Is-sodisfazzjon tal-klijent u t-titjib kontinwu”

1)

Dawn it-testijiet għandhom jitwettqu mis-Servizzi Tekniċi

2)

Testijiet f’konformità mal-Anness 16

(a)

Jekk ma jkunx hemm l-istandard ISO 9002:2000:

(i)

Tal-Awtorità jew tas-Servizz Tekniku waqt iż-żjara indikata fin-nota 3a

(ii)

Tal-manifattur bejn iż-żjarat indikati fin-nota 3b

(b)

Jekk ikun hemm l-istandard ISO 9002:2000: meħud mill-manifattur, proċedura ċċekkjata waqt iż-żjara indikata fin-nota 3b.

3)

Żjara għand il-manifattur għal spezzjoni u għal teħid ta’ kampjuni aleatorji mill-Awtorità jew mis-Servizz Tekniku

(a)

Jekk ma jkunx hemm l-istandard ISO 9002:2000: darbtejn fis-sena

(b)

Jekk ikun hemm l-istandard ISO 9002:2000: darba fis-sena


ANNESS 15

Noti ta’ spjegazzjoni

In-noti ta’ spjegazzjoni provduti f’dan l-anness jikkonċernaw diffikultajiet fl-interpretazzjoni ta’ xi paragrafi ta’ dan ir-Regolament. Dawn huma maħsuba bħala gwida għas-Servizzi Tekniċi li jwettqu t-testijiet.

Paragrafu 2.10.1.

Aġġustatur rapidu jista’ jkun ukoll apparat b’xaft u molla għar-rotazzjoni simili għal ritrattur b’rilaxx manwali. L-aġġustatur għandu jiġi ttestjat skont ir-rekwiżiti tal-paragrafi 7.2.2.5. u 7.2.3.1.3.

Paragrafu 2.19.2.

Trażżin semiuniversali speċifikat biex jitwaħħal mas-sit ta’ wara kemm f’vetturi tat-tip saloon u kemm f’dawk tat-tip estate, li fihom l-assemblaġġ taċ-ċinturin kollu ikun identiku, huwa “tip” wieħed.

Paragrafu 2.19.3.

Għandu jitqies is-sinifikat ta’ bidliet fid-dimensjonijiet u/jew fil-massa tas-sit, fil-padding jew fl-ilqugħ mill-impatt u fil-karatteristiċi ta’ assorbiment ta’ enerġija jew fil-kulur tal-materjal meta tittieħed id-deċiżjoni jekk inħoloqx tip ġdid.

Paragrafi 2.19.4. u 2.19.5.

These paragraphs shall not apply to any safety belts separately approved in accordance with UN Regulation No. 16 which is necessary to anchor the child restraint to the vehicle or to restrain the child.

Paragrafu 6.1.2.

Għal trażżin għat-tfal li jħares lura, il-pożizzjoni korretta tal-parti ta’ fuq tat-trażżin fir-rigward tar-ras tal-manikin ta’ tifel/tifla tiġi żgurata billi jiġi installat l-akbar manikin, li l-apparat kien speċifikat għalih, fil-konfigurazzjoni l-aktar immejla, u filwaqt li jiġi żgurat li linja orizzontali fl-għoli tal-għajnejn tgħaddi taħt il-parti ta’ fuq tas-sit.

Paragrafu 6.1.8.

Ir-rekwiżit ta’ 150 mm japplika għall-carrycots ukoll.

Paragrafu 6.2.4.

Il-limitu ta’ moviment aċċettabbli taċ-ċinturin tal-ispalla huwa li t-tarf ta’ isfel tal-parti tal-ispalla taċ-ċinturin tas-sikurezza standard ma għandux ikun aktar baxx mill-minkeb tal-manikin fil-punt tad-devjazzjoni massima tal-manikin.

Paragrafu 6.2.9.

L-interpretazzjoni komuni hija li dan japplika wkoll għall-apparat li jkollu qfil bħal dan anki jekk dan mhux meħtieġ għal dak il-grupp. Għalhekk it-test għandu jiġi applikat biss għal apparat tal-grupp 2, iżda bil-forza preskritta, jiġifieri darbtejn il-massa tal-manikin tal-grupp I.

Paragrafu 7.1.3.

It-test tal-qlib ta’ taħt fuq jitwettaq bl-użu tal-istess proċedura tal-installazzjoni u parametri bħal dawk definiti għat-test dinamiku.

Paragrafu 7.1.3.1.

Mhux permess li t-tagħmir jitwaqqaf waqt il-qlib ta’ taħt fuq.

Paragrafu 7.1.4.1.4.

Il-paragrafu għandu l-għan li jiżgura li s-CRS tkun tiflaħ it-tagħbijiet imposti kollha waqt it-test dinamiku, filwaqt li t-tifel jinżamm fl-istess pożizzjoni, billi jinżammu l-pożizzjoni u l-konfigurazzjoni oriġinali. Kwalunkwe tibdil fil-konfigurazzjoni oriġinali, inkluż tibdil fil-pożizzjoni mmejla jew fit-tul tar-riġel ta’ appoġġ għandha titqies bħala falliment. Kwalunkwe ħsara f’partijiet jew komponenti li jerfgħu t-tagħbija, bħall-punti ta’ kuntatt taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti (identifikati bħala l-perkors taċ-ċinturin), l-apparat antirotazzjoni jew is-siġġu tas-CRS għandha titqies bħala falliment, għajr meta jkun ċar li din l-imġiba tkun funzjoni tal-apparat ta’ limitazzjoni tat-tagħbija.

Paragrafu 7.1.4.1.10.1.2.

“Moħbi għalkollox” tfisser li bir-riġel fil-pożizzjoni stivat, ebda parti mir-riġel ma tisporġi ’l barra mis-superfiċje tal-bażi jew tal-qafas, hekk li ma jkollha l-ebda effett fuq il-pożizzjoni tas-CRS fuq il-bank tat-test. Għal eżempji ta’ kjarifika, ara dawn l-Figuri li ġejjin.

Image 75

Image 76

Paragrafu 7.1.4.2.2.

Il-kliem ta’ dan il-paragrafu jirreferi għall-aċċellerazzjonijiet li jirrappreżentaw it-tagħbijiet tat-tensjoni fis-sinsla tal-manikin.

Paragrafu 7.1.4.3.1.

“Sinjali viżibbli tal-penetrazzjoni” tfisser il-penetrazzjoni tat-tafal mill-inserzjoni addominali (taħt pressjoni mit-trażżin) imma mhux il-flessjoni tat-tafal mingħajr kompressjoni f’direzzjoni orizzontali bħal ma jiġri pereżempju permezz ta’ tagħwiġ sempliċi tas-sinsla. Ara wkoll l-interpretazzjoni tal-paragrafu 6.2.4.

Paragrafu 7.2.1.5.

Tinżamm il-konformità mal-ewwel sentenza jekk l-id tal-manikin tista’ tilħaq il-bokkla.

Paragrafu 7.2.2.1.

Dan għandu jintuża biex jiġi żgurat li ċineg gwida approvati separatament jistgħu jitwaħħlu u jinqalgħu faċilment.

Paragrafu 7.2.4.1.1.

Huma meħtieġa żewġ ċineg. Kejjel it-tagħbija tar-rottura tal-ewwel ċinga. Kejjel il-wisa’ tat-tieni ċinga b’75 fil-mija ta’ din it-tagħbija.

Paragrafu 7.2.4.4.

Ma għandhomx ikunu permessi oġġetti li jistgħu jiżżarmaw jew jinħallu mill-kamin u fejn l-assemblaġġ mill-ġdid mhux korrett ikun probabbli meta jsir minn utent li mhux imħarreġ u jista’ jirriżulta f’konfigurazzjoni perikoluża.

Paragrafu 8.1.2.2.

“Marbut mas-sit” tfisser is-sit tat-test kif preskritt fl-Anness 6. “Apparat speċifiku jista’” tfisser li trażżin “speċifiku” meta jiġi ttestjat għall-qlib ta’ taħt fuq normalment ikun installat fis-sit tat-test, iżda li l-ittestjar jista’ jsir fuq is-sit tal-vettura.

Paragrafu 8.1.3.6.3.2.

Il-bord biċ-ċappetti jew apparat flessibbli simili huwa maħsub biex jissimula l-każ fejn jitneħħew l-ilbies minn fuq it-tifel/tifla u s-sistema tal-harness ma tiġix aġġustata mill-ġdid. Meta t-tifel/tifla jkun marbut b’sistema li taġġusta skont l-istatura fiżika tat-tifel/tifla mingħajr intervent estern (meta jintuża ċ-ċinturin għall-adulti jew il-harness ikollu ritratturi li jillokkjaw awtomatikament jew f’emerġenza), ma għandux ikun meħtieġ l-użu tal-bord biċ-ċappetti. Għal sistemi tat-trażżin għat-tfal fejn it-tul taċ-ċineg jista’ jiġi fiss (pereżempju harness mingħajr ritratturi jew jekk iċ-ċinturin għall-adulti jintuża b’apparat tal-qfil), l-użu tal-bord biċ-ċappetti huwa meħtieġ. Il-bord biċ-ċappetti jrid jintuża għall-armar tas-CRS bl-użu ta’ lqugħ mill-impatt marbut b’ċinturin.

Paragrafu 8.2.2.1.1.

“B’kunsiderazzjoni għall-kundizzjonijiet ta’ użu normali” tfisser li dan it-test għandu jitwettaq bit-trażżin armat fuq is-sit tat-test jew fuq is-sit tal-vettura imma mingħajr il-manikin.

Il-manikin għandu jintuża biss biex l-apparat għall-aġġustament jitqiegħed fil-pożizzjoni tiegħu. L-ewwel, iċ-ċineg għandhom jiġu aġġustati f’konformità mal-paragrafi 8.1.3.6.3.2. jew 8.1.3.6.3.3. (skont liema huwa xieraq). It-test imbagħad għandu jitwettaq wara li jitneħħa l-manikin.

Paragrafu 8.2.5.2.6.

Dan il-paragrafu ma għandux japplika għaċ-ċineg gwida li jiġu approvati separatament skont dan ir-Regolament.

Paragrafu 10.1.3.

10.1.3.   

Fil-każ ta’ estensjonijiet fejn il-modifiki jaffettwaw biss grupp ta’ CRS wieħed, wettaq it-test tal-estensjoni għal dak il-grupp biss, u jekk ir-riżultat tad-devjazzjoni jkun agħar minn dak tal-agħar każ preċedenti għas-CRS (minn kwalunkwe grupp mill-approvazzjoni oriġinali jew estensjonijiet preċedenti), wettaq testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni ġodda. Jekk id-devjazzjoni tar-ras ma tkunx agħar minn dik għal kwalunkwe test tal-approvazzjoni jew tad-devjazzjoni preċedenti (għajr għal testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni), ma jkunx meħtieġ aktar ittestjar tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni.

Fil-każijiet fejn il-modifiki tal-estensjoni jaffettwaw aktar minn grupp wieħed, pereżempju l-estensjoni tal-grupp 2/3 CRS biex jiżdied il-grupp 1, iżda l-modifika tista’ taffettwa l-grupp 2/3 (eż.: tisħiħ), wettaq it-testijiet tal-grupp 1 u tal-agħar każ tal-grupp 2/3 (l-approvazzjoni oriġinali). Jekk ir-riżultat ikun agħar minn dak tal-approvazzjoni oriġinali jew estensjonijiet preċedenti (għajr għal testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni), wettaq testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni fuq l-agħar każ il-ġdid.

Dejjem qabbel mal-agħar każ mit-testijiet tal-approvazzjoni u tal-estensjoni kollha (għajr għal testijiet tal-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni).


ANNESS 16

Kontroll tal-konformità tal-produzzjoni

1.   Testijiet

Is-sistemi tat-trażżin għat-tfal għandhom ikunu meħtieġa juru l-konformità mar-rekwiżiti li fuqhom huma bbażati t-testijiet li ġejjin:

1.1.   Il-verifika tal-limitu tal-illokkjar u d-durabbiltà tar-ritratturi li jillokkjaw f’emerġenza

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8.2.4.3. fid-direzzjoni l-inqas favorevoli kif xieraq wara li jkunu għaddew mill-ittestjar tad-durabbiltà spjegati fid-dettall fil-paragrafi 8.2.4.2., 8.2.4.4. u 8.2.4.5. bħala rekwiżit tal-paragrafu 7.2.3.2.6.

1.2.   Verifika tad-durabbiltà tar-ritratturi li jillokkjaw awtomatikament

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8.2.4.2. supplementati mit-testijiet fil-paragrafi 8.2.4.4. u 8.2.4.5. bħala rekwiżit tal-paragrafu 7.2.3.1.3.

1.3.   Test għar-reżistenza taċ-ċineg wara l-ikkundizzjonar

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.2.4.2. wara l-ikkundizzjonar skont ir-rekwiżiti tal-paragrafi 8.2.5.2.1. sa 8.2.5.2.5.

1.3.1.

It-test għar-reżistenza taċ-ċineg wara l-brix

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 7.2.4.2. wara l-ikkundizzjonar skont ir-rekwiżiti deskritti fil-paragrafu 8.2.5.2.6.

1.4.   Test tal-microslip

Skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu 8.2.3. ta’ dan ir-Regolament.

1.5.   Assorbiment tal-enerġija

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.1.2. ta’ dan ir-Regolament.

1.6.   Verifika tar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni tas-sistema tat-trażżin għat-tfal meta din tiġi soġġetta għat-test dinamiku xieraq

Skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 8.1.3., bi kwalunkwe bokkla preċedentement ikkundizzjonata skont ir-rekwiżiti tal-paragrafu 7.2.1.7. b’tali mod li tinżamm il-konformità mar-rekwiżiti xierqa tal-paragrafu 7.1.4. (fir-rigward tal-prestazzjoni globali tat-trażżin għat-tfal) u tal-paragrafu 7.2.1.8.1. (fir-rigward tal-prestazzjoni ta’ kwalunkwe bokkla mgħobbija).

1.7.   Test tat-temperatura

Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7.1.5. ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-frekwenza u r-riżultati tat-testijiet

2.1.

Il-frekwenza tal-ittestjar f’konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi minn 1.1 sa 1.5 u 1.7 ta’ hawn fuq għandha tkun fuq bażi kkontrollata statistikament u aleatorja skont waħda mill-proċeduri regolari tal-assigurazzjoni tal-kwalità, u għandu jitwettaq mill-inqas darba fis-sena.

2.2.

Il-kundizzjonijiet minimi għall-kontroll tal-konformità tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal tal-kategoriji “Universali”, “Semiuniversali” u “Ristrett”, fir-rigward tat-testijiet dinamiċi skont il-paragrafu 1.6. ta’ hawn fuq.

Skont l-awtoritajiet rilevanti, id-detentur ta’ approvazzjoni jissorvelja l-kontroll tal-konformità billi jsegwi l-metodu tal-kontroll tal-lott (paragrafu 2.2.1.) jew billi jsegwi l-metodu tal-kontroll kontinwu (paragrafu 2.2.2.).

2.2.1.

Kontroll tal-lott għas-sistemi tat-trażżin għat-tfal

2.2.1.1.

Id-detentur ta’ approvazzjoni għandu jaqsam is-sistemi tat-trażżin għat-tfal f’lottijiet kemm jista’ jkun uniformi fir-rigward tal-materja prima jew tal-prodotti intermedji involuti fil-manifattura tagħhom (kulur tal-qoxra differenti, manifattura differenti tal-harness) kif ukoll tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni. L-għadd f’lott wieħed ma għandux ikun ta’ aktar minn 5 000 unità.

Bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti, it-testijiet jistgħu jsiru mill-awtoritajiet tas-Servizz Tekniku jew taħt ir-responsabilità tad-detentur ta’ approvazzjoni.

2.2.1.2.

Għandu jittieħed kampjun minn kull lott f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.1.4. minn minimu ta’ 20 fil-mija tal-kwantità tal-lott, li għandu jiġi prodott mill-lott effettiv.

2.2.1.3.

Il-karatteristiċi tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal u l-għadd ta’ testijiet dinamiċi li għandhom jitwettqu huma indikati fil-paragrafu 2.2.1.4.

2.2.1.4.

Sabiex jiġi aċċettat, lott ta’ sistemi tat-trażżin għat-tfal għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

L-għadd fil-lott

In-numru ta’ kampjuni / il-karatteristiċi tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal

In-numru kkumbinat ta' kampjuni

Kriterji ta’ aċċettazzjoni

Il-kriterji ta’ ċaħda

Il-grad ta’ severità tal-kontroll

N<500

L-ewwel = 1MH

It-tieni = 1MH

1

2

0

1

-

2

Normali

500<N<5 000

L-ewwel = 1MH+1LH

It-tieni = 1MH+1LH

2

4

0

1

2

2

Normali

N<500

L-ewwel = 2MH

It-tieni = 2MH

2

4

0

1

2

2

Aktar sever

500<N<5 000

L-ewwel = 2MH+2LH

It-tieni = 2MH+2LH

4

8

0

1

2

2

Aktar sever

Nota.:

MH tfisser konfigurazzjoni aktar iebsa (l-inqas riżultati tajbin miksuba fl-approvazzjoni jew fl-estensjoni tal-approvazzjoni)

LH tfisser konfigurazzjoni inqas iebsa

Dan il-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni doppju jaħdem kif ġej:

 

Għal kontroll normali, jekk l-ewwel kampjun ma jkun fih l-ebda unità difettuża, il-lott jiġi aċċettat mingħajr ma jiġi ttestjat it-tieni kampjun. Jekk ikollu żewġ unitajiet difettużi, il-lott jiġi miċħud. Fl-aħħar nett, jekk ikollu unità difettuża waħda, jiġi estratt it-tieni kampjun u dan ikun in-numru kumulattiv li għandu jissodisfa l-kundizzjoni tal-kolonna 5 tat-tabella ta’ hawn fuq.

 

Ikun hemm bidla minn kontroll normali għal kontroll aktar sever jekk, minn 5 lottijiet konsekuttivi, tnejn jiġu miċħuda. Il-kontroll normali jerġa’ jinbeda jekk jiġu aċċettati 5 lottijiet konsekuttivi.

 

Jekk xi lott jiġi miċħud, il-produzzjoni titqies bħala li mhix konformi u l-lott ma għandux jiġi rilaxxat.

 

Jekk żewġ lottijiet konsekuttivi li jiġu soġġetti għall-kontroll aktar sever jiġu miċħuda, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 13.

2.2.1.5.

Il-kontroll tal-konformità tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal isir billi jibda bil-grupp li ġie manifatturat wara l-ewwel lott li kien soġġett għall-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni.

2.2.1.6.

Ir-riżultati tat-test deskritti fil-paragrafu 2.2.1.4. ma għandhomx ikunu ogħla minn L, fejn L huwa l-valur limitu preskritt għal kull test tal-approvazzjoni.

2.2.2.

Kontroll kontinwu

2.2.2.1.

Id-detentur ta’ approvazzjoni għandu jkun obbligat li jwettaq kontroll kontinwu tal-kwalità tal-proċess tal-manifattura tiegħu fuq bażi statistika u permezz tat-teħid tal-kampjuni. Bi ftehim mal-awtoritajiet rilevanti, it-testijiet jistgħu jitwettqu mill-awtoritajiet tas-Servizz Tekniku jew taħt ir-responsabilità tad-detentur ta’ approvazzjoni li jkun responsabbli għat-traċċabilità tal-prodott.

2.2.2.2.

Il-kampjuni għandhom jittieħdu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.2.2.4.

2.2.2.3.

Il-karatteristika tas-sistemi tat-trażżin għat-tfal tiġi deċiża b’mod aleatorju u t-testijiet li għandhom jitwettqu huma deskritti fil-paragrafu 2.2.2.4.

2.2.2.4.

Il-kontroll għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin.

Sistemi tat-trażżin għat-tfal meħuda

Il-grad ta’ severità tal-kontroll

0,02 fil-mija tfisser sistema tat-trażżin għat-tfal waħda meħuda minn kull 5 000 sistema manifatturati

Normali

0,05 fil-mija tfisser sistema tat-trażżin għat-tfal waħda meħuda minn kull 2 000 sistema manifatturati

Aktar sever

Dan il-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni doppju jaħdem kif ġej:

 

Jekk is-sistema tat-trażżin għat-tfal titqies bħala konformi, il-produzzjoni tkun konformi.

 

Jekk is-sistema tat-trażżin għat-tfal ma tissodisfax ir-rekwiżiti, għandha tittieħed it-tieni sistema tat-trażżin għat-tfal,

 

Jekk it-tieni sistema tat-trażżin għat-tfal tissodisfa r-rekwiżiti, il-produzzjoni tkun konformi,

 

Jekk iż-żewġ sistemi tat-trażżin għat-tfal (l-ewwel u t-tieni) ma jissodisfawx ir-rekwiżiti, il-produzzjoni ma tkunx konformi u s-sistemi tat-trażżin għat-tfal li x’aktarx jippreżentaw l-istess nuqqas għandhom jiġu rtirati, u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni.

 

Il-kontroll aktar sever jissostitwixxi dak normali jekk, wara l-manifattura konsekuttiva ta’ 10 000 sistema tat-trażżin għat-tfal, il-produzzjoni jkollha tiġi rtirata darbtejn.

 

Il-kontroll normali jitkompla jekk il-10 000 sistema tat-trażżin għat-tfal manifatturati b’mod konsekuttiv jitqiesu bħala konformi.

 

Jekk il-produzzjoni li tiġi soġġetta għall-kontroll aktar sever tkun ġiet irtirata f’żewġ okkażjonijiet konsekuttivi, jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 13.

2.2.2.5.

Il-kontroll kontinwu fuq is-sistemi tat-trażżin għat-tfal jibda jitwettaq minn wara l-kwalifikazzjoni tal-produzzjoni.

2.2.2.6.

Ir-riżultati tat-test deskritti fil-paragrafu 2.2.2.4. ma għandhomx ikunu ogħla minn L, fejn L huwa l-valur limitu preskritt għal kull test tal-approvazzjoni.

2.3.

Għal apparat “inkorporat” f’vetturi speċifiċi għandhom japplikaw il-frekwenzi tat-test li ġejjin:

Trażżin għat-tfal, minbarra l-booster cushions:

Darba kull 8 ġimgħat

Booster cushions:

Darba kull 12-il ġimgħa

F’kull test ir-rekwiżiti kollha skont il-paragrafi 7.1.4. u 7.2.1.8.1. għandhom jiġu ssodisfati. Jekk it-testijiet kollha matul sena waħda juru riżultati sodisfaċenti, il-manifattur, wara ftehim mal-awtorità kompetenti, jista’ jnaqqas il-frekwenzi kif ġej:

Trażżin għat-tfal, minbarra l-booster cushions:

Darba kull 16-il ġimgħa

Booster cushions:

Darba kull 24 ġimgħa

Madankollu, għandha tiġi permessa frekwenza minima ta’ test fis-sena meta l-produzzjoni annwali tkun ta’ 1 000 sistema tat-trażżin għat-tfal jew inqas.

2.3.1.

Għall-apparat ta’ vetturi speċifiċi skont il-paragrafu 2.1.2.4.1, il-manifattur tat-trażżin għat-tfal jista’ jagħżel il-proċeduri tal-Konformità tal-Produzzjoni jew skont il-paragrafu 2.2. ta’ hawn fuq, fir-rigward ta’ sit tat-test, jew skont il-paragrafu 2.3. ta’ hawn fuq, fir-rigward ta’ qafas tal-bodi tal-vettura.

2.3.2.

Meta kampjun tat-test ma jgħaddix minn test partikolari li jkun ġie soġġett għalih, għandu jsir test ieħor għall-istess rekwiżit fuq mill-inqas tliet kampjuni oħra. Fil-każ tat-testijiet dinamiċi, jekk wieħed minn dawn tal-aħħar ifalli, il-produzzjoni titqies li mhix konformi u l-frekwenza għandha tiġi miżjuda għal waħda ogħla, jekk dik li kienet aktar baxxa tkun intużat skont il-paragrafu 2.3. u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni.

2.4.

Meta jinstab li l-produzzjoni mhix konformi skont il-paragrafi 2.2.1.4., 2.2.2.4. jew 2.3.2. , id-detentur tal-approvazzjoni jew ir-rappreżentant tiegħu akkreditat b’mod xieraq għandu:

2.4.1.

Jinnotifika lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip, fejn jindika x’passi ttieħdu biex terġa’ tiġi stabbilita l-konformità tal-produzzjoni.

2.5.

Il-manifattur għandu jinforma lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip fuq bażi ta’ kull tliet xhur, dwar il-volum tal-prodotti manifatturati għal kull numru tal-approvazzjoni, fejn jipprovdi mezz għall-identifikazzjoni ta’ liema prodotti jikkorrispondu ma’ dak in-numru tal-approvazzjoni.

ANNESS 17

Test tal-materjal li jassorbi l-enerġija

1.   Il-forma tar-ras

1.1.

Il-forma tar-ras għandha tkun magħmula minn emisfera solida tal-injam b’segment sferiku iżgħar miżjud kif indikat fil-Figura A ta’ hawn taħt. Din għandha tkun mibnija b’mod li tkun tista’ titwaqqa’ liberament tul l-assi mmarkat u għandu jkollha fejn jintrama aċċellerometru biex titkejjel l-aċċellerazzjoni fid-direzzjoni tal-waqgħa.

1.2.

Il-forma tar-ras, inkluż l-aċċellerometru, għandu jkollha massa totali ta 2,75 ±0,05 kg.

Image 77

Dimensjonijiet f’mm

2.   Strumentazzjoni

L-aċċellerazzjoni għandha tiġi rreġistrata waqt it-test, bl-użu ta’ tagħmir skont il-klassi tal-frekwenza tal-kanal ta’ 1 000 kif speċifikat fl-aħħar verżjoni tal-istandard ISO 6487.

3.   Proċedura

3.1.

It-trażżin għat-tfal assemblat għandu jitqiegħed fiż-żona tal-impatt fuq superfiċje riġidu u ċatt, li d-dimensjonijiet minimi tiegħu jkunu 500 x 500 mm, b’mod li d-direzzjoni tal-impatt tkun perpendikolari mas-superfiċje interna tas-sistema tat-trażżin għat-tfal fl-erja tal-impatt.

3.2.

Għolli l-forma tar-ras għal għoli ta’ 100 -0/+5 mm mis-superfiċji ta’ fuq rispettivi tat-trażżin għat-tfal assemblat sal-iktar punt baxx fuq il-forma tar-ras, u ħalliha taqa’. Irreġistra l-aċċellerazzjoni li tkun għaddiet minnha l-forma tar-ras waqt l-impatt.

ANNESS 18

Il-metodu li bih tiġi stabbilita l-erja tal-impatt tar-ras tal-apparati b’appoġġ għad-dahar, u għad-definizzjoni tad-daqs minimu tal-ġwienaħ tal-ġnub għal apparat li jħares lura

1.   

Qiegħed l-apparat fuq is-sit tat-test deskritt fl-Anness 6. Apparat li jista’ jiġi mmejjel għandu jiġi ssettjat bis-sit fil-pożizzjoni l-aktar wieqfa. Qiegħed l-iżgħar manikin fl-apparat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Immarka punt “A” fuq l-appoġġ għad-dahar fuq l-istess livell orizzontali tal-ispalla tal-iżgħar manikin f’punt 2 cm ’il ġewwa mit-tarf estern tad-driegħ. Is-superfiċji kollha interni ’l fuq mill-pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt A, għandhom jiġu ttestjati f’konformità mal-Anness 17. Din l-erja għandha tinkludi l-appoġġ għad-dahar u l-ġwienaħ tal-ġnub, inklużi t-truf interni (iż-żona tar-raġġ) tal-ġwienaħ tal-ġnub. Fil-każ ta’ apparati għall-carrycots fejn l-installazzjoni simetrika tal-manikin ma tkunx possibbli skont il-funzjoni tal-apparat u l-istruzzjonijiet tal-manifattur, l-erja konformi mal-Anness 17 għandha tkun is-superfiċji interni kollha ’l fuq mill-punt “A”, kif definit preċedentement, fid-direzzjoni tar-ras, meta mkejla b’dan il-manikin fil-carrycot fl-agħar pożizzjoni tiegħu skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur u bil-carrycot imqiegħed fuq il-bank tat-test.

Jekk tkun possibbli l-installazzjoni simetrika tal-manikin fil-carrycots, l-erja interna kollha għandha tkun konformi mal-Anness 17.

2.   

Għal apparat li jħares lura għandu jkun hemm ġwienaħ tal-ġnub b’fond minimu ta’ 90 mm imkejjel mill-medjan tas-superfiċje tal-appoġġ tad-dahar. Dawn il-ġwienaħ tal-ġnub għandhom jibdew mill-pjan orizzontali li jgħaddi mill-punt “A” u jkomplu sal-parti ta’ fuq nett tad-dahar tas-sit. Minn punt 90 mm ’l isfel mill-parti ta’ fuq tad-dahar tas-sit, il-fond tal-ġwienaħ tal-ġnub jista’ jitnaqqas gradwalment.

3.   

Ir-rekwiżit fil-paragrafu 2. ta’ hawn fuq għal daqs minimu tal-ġwienaħ tal-ġnub ma’ japplikax għal trażżin għat-tfal tal-gruppi tal-massa II u III fil-kategorija ta’ vettura speċifika li jkun ser jintuża fiż-żona tal-bagalji skont il-paragrafu 6.1.2. ta’ dan ir-Regolament.


ANNESS 19

Deskrizzjoni tal-ikkundizzjonar tal-aġġustaturi armati direttament fuq it-trażżin għat-tfal

Image 78

1.   

Metodu

1.1.   

Bl-istrixxi ssettjati fil-pożizzjoni ta’ referenza deskritta fil-paragrafu 8.2.7., iġbed tal-inqas 50 mm tal-istrixxi mill-harness integrali billi tiġbed fuq it-tarf liberu tal-istrixxi.

1.2.   

Waħħal il-parti aġġustata tal-harness integrali mal-apparat tal-ġbid A.

1.3.   

Attiva l-aġġustatur u iġbed tal-inqas 150 mm tal-istrixxi għal ġol-harness integrali. Dan jirrappreżenta nofs ċiklu wieħed u jqiegħed l-apparat tal-ġbid A fil-pożizzjoni massima ta’ estrazzjoni tal-istrixxi.

1.4.   

Qabbad it-tarf liberu tal-istrixxi mal-apparat tal-ġbid B.

2.   

Iċ-ċiklu huwa:

2.1.   

Iġbed B tal-inqas 150 mm filwaqt li A ma jeżerċita l-ebda tensjoni fuq il-harness integrali.

2.2.   

Attiva l-aġġustatur u iġbed A filwaqt li B ma jeżerċita l-ebda tensjoni fuq it-tarf liberu tal-istrixxi.

2.3.   

Fit-tmiem ta’ stroke, iddiżattiva l-aġġustatur.

2.4.   

Irrepeti ċ-ċiklu kif speċifikat fil-paragrafu 7.2.2.7. ta’ dan ir-Regolament.


ANNESS 20

Apparat tipiku tat-test tar-reżistenza tal-bokkla

Image 79


ANNESS 21

Installazzjoni tat-test dinamiku tal-ħbit

Image 80

1.   Metodu

1.1.   Iċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor biss

Qiegħed iċ-ċellula ta’ tagħbija 1 fil-pożizzjoni esterna kif indikat hawn fuq. Installa t-trażżin għat-tfal u applika tensjoni fuq iċ-ċinturin ta’ referenza fil-pożizzjoni esterna biex tinkiseb tagħbija ta’ 75N ± 5N fuq il-pożizzjoni esterna.

1.2.   Iċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor u dak dijagonali

1.2.1.

Qiegħed iċ-ċellula ta’ tagħbija 1 fil-pożizzjoni esterna kif indikat hawn fuq. Installa t-trażżin għat-tfal fil-pożizzjoni korretta. Jekk it-trażżin għat-tfal ikun mgħammar b’apparat tal-qfil li jaġixxi fuq iċ-ċinturin dijagonali, qiegħed iċ-ċellula ta’ tagħbija 2 f’pożizzjoni konvenjenti wara t-trażżin għat-tfal bejn l-apparat tal-qfil u l-bokkla kif indikat hawn fuq. Jekk it-trażżin għat-tfal ma jkunx mgħammar b’apparat tal-qfil jew jekk l-apparat tal-qfil ikun armat mal-bokkla, qiegħed iċ-ċellula ta’ tagħbija f’pożizzjoni konvenjenti bejn il-ħolqa ta’ mal-montant u t-trażżin għat-tfal.

1.2.2.

Aġġusta l-parti ta’ fuq il-ħoġor taċ-ċinturin ta’ referenza biex tikseb tagħbija ta’ tensjoni ta’ 50 N ± 5N fiċ-ċellula ta’ tagħbija 1. Agħmel marka bil-ġibs fuq l-istrixxi fejn jgħaddu minn ġol-bokkla simulata. Filwaqt li żżomm iċ-ċinturin f’din il-pożizzjoni, aġġusta ċ-ċinturin dijagonali biex tikseb tensjoni ta’ 50 N ± 5 N fuq iċ-ċellula ta’ tagħbija 2 jew billi tillokkja l-istrixxi fl-apparat tal-qfil tat-trażżin għat-tfal jew billi ġġebbed iċ-ċinturin qrib ir-ritrattur standard.

1.2.3.

Oħroġ l-istrixxi kollha mir-rukkell tar-ritrattur u dawwar lura b’tensjoni fiċ-ċinturin ta’ 4 ± 3 N bejn ir-ritrattur u l-ħolqa ta’ mal-montant. Ir-rukkell għandu jkun illokkjat qabel it-test dinamiku. Wettaq it-test dinamiku tal-ħbit.

1.2.4.

Qabel ma tibda tarma, iċċekkja t-trażżin għat-tfal biex tiddetermina l-konformità mal-paragrafu 6.2.1.3. Jekk it-tensjoni tal-installazzjoni tinbidel minħabba l-bidla fil-funzjoni angolari, allura ttestja għall-kundizzjoni li toħloq l-installazzjoni l-aktar laxka, lesti l-armar u aġġusta t-tensjoni fil-pożizzjoni l-aktar issikkata u mbagħad erġa’ qiegħed it-trażżin għat-tfal fil-pożizzjoni għall-agħar każ mingħajr ma terġa’ żżid it-tensjoni fiċ-ċinturin għall-adulti. Wettaq it-test dinamiku.

1.3.   Parti ta’ twaħħil ISOFIX

Għal sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX b’ankraġġi tal-koljatura tas-sit b’pożizzjonijiet aġġustabbli ISOFIX. Waħħal is-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX mingħajr tagħbija mal-ankraġġi tal-koljatura tas-sit H1-H2 fil-pożizzjoni xierqa tat-test. Ħalli l-mekkaniżmi tal-latch tat-trażżin għat-tfal ISOFIX jiġbdu s-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX mingħajr tagħbija lejn il-koljatura tas-sit. Applika forza addizzjonali ta’ 135 ± 15 N fi pjan parallel mas-superfiċje tal-kuxin tas-sit tal-bank tat-test fid-direzzjoni tal-koljatura tas-sit sabiex tegħleb il-forzi tal-frizzjoni bejn is-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX u l-kuxin tas-sit, waqt li tassisti l-effetti ta’ awtotensjoni tal-mekkaniżmu tal-latch. Il-forza għandha tiġi applikata fuq jew distribwita uniformament madwar il-linja taċ-ċentru tat-trażżin għat-tfal ISOFIX u f’għoli ta’ mhux iktar minn 100 mm ’il fuq mis-superfiċje tal-kuxin tal-bank tat-test. Jekk ikun meħtieġ, aġġusta l-irbit ta’ fuq sabiex tinkiseb tagħbija ta’ tensjoni ta’ 50 ± 5 N. (*)* Qiegħed il-manikin tat-test xieraq fit-trażżin għat-tfal meta s-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX tkun ġiet aġġustata b’dan il-mod.

Nota

1.

L-installazzjoni trid titwettaq, wara li l-manikin jitqiegħed fit-trażżin, skont il-paragrafi 1.1. u 1.2.

2.

Minħabba li l-kuxin tal-fowm tat-test jiġi kkompressat wara l-installazzjoni tat-trażżin għat-tfal, it-test dinamiku għandu jitwettaq, possibilment, mhux aktar minn 10 minuti wara l-installazzjoni. Biex il-kuxin ikun jista’ jerġa’ jikseb il-forma tiegħu, il-perjodu minimu bejn żewġ testijiet li fihom jintuża l-istess kuxin għandu jkun ta’ 20 minuta.

3.

Iċ-ċelluli ta’ tagħbija mwaħħlin direttament fuq l-istrixxi taċ-ċinturin jistgħu jiġu skonnettjati b’mod elettriku, iżda waqt it-test dinamiku għandhom jitħallew fil-post. Il-massa ta’ kull ċellula ma għandhiex tkun aktar minn 250 gramma. Alternattivament, iċ-ċellula ta’ tagħbija tal-istrixxi taċ-ċinturin ta’ fuq il-ħoġor tista’ tiġi sostitwita minn ċellula ta’ tagħbija mwaħħla fil-punt tal-ankraġġ.

4.

Fil-każ tat-trażżin mgħammar b’apparat maħsub biex iżid it-tensjoni taċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, il-metodu tat-test għandu jkun:

Installa s-sistema tat-trażżin għat-tfal kif indikat f’dan l-anness u mbagħad applika l-apparat li jżid it-tensjoni skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Jekk l-apparat ma jkunx jista’ jiġi applikat minħabba tensjoni żejda, dan jitqies bħala apparat mhux aċċettabbli.

5.

Ma għandha tiġi applikata l-ebda forza addizzjonali fuq is-sistema tat-trażżin għat-tfal għajr il-minimu meħtieġ sabiex jinkisbu l-forzi korretti tal-installazzjoni kif speċifikat fil-paragrafi 1.1. u 1.2.2. ta’ hawn fuq.

6.

F’każ ta’ carrycot installat kif deskritt fil- 8.1.3.5.6. ta’ dan ir-Regolament, għandha tkun simulata l-konnessjoni bejn iċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti u t-trażżin. Ċinturin tas-sikurezza għall-adulti twil 500 mm u b’tarf liberu (imkejjel kif deskritt fl-Anness 13) jiġi konness bil-pjanċa tal-ankraġġ deskritta fl-Anness 13 mal-punti tal-ankraġġ preskritti. It-trażżin imbagħad jiġi konness maċ-ċinturini tas-sikurezza għall-adulti b’tarf liberu. It-tensjoni fuq iċ-ċinturin tas-sikurezza għall-adulti, imkejla bejn il-punt tal-ankraġġ u t-trażżin, għandha tkun ta’ 50 ± 5 N.

(*)  Fil-każ tat-trażżin mgħammar b’apparat maħsub biex iżid it-tensjoni tal-irbit ta’ fuq, il-metodu tat-test għandu jkun:

Installa s-sistema tat-trażżin għat-tfal ISOFIX kif indikat f’dan l-anness u mbagħad applika l-apparat li jżid it-tensjoni skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. Jekk l-apparat ma jkunx jista’ jiġi applikat minħabba tensjoni żejda, dan jitqies bħala apparat mhux aċċettabbli.


ANNESS 22

Test tal-blokka tal-parti ta’ isfel tat-torso

Image 81

Image 82


ANNESS 23

Apparati għall-applikazzjoni tat-tagħbija

Apparat għall-applikazzjoni tat-tagħbija I

Image 83

Tul ta’ stirament

(+/- 5 mm)

 

 

 

 

 

 

Manikin P/Q 0

Manikin P/Q 3/4

P/Q 1,5

P/Q 3

P/Q 6

P/Q 10

Ċinturin tar-ras

1 000 mm

1 000 mm

1 000 mm

1 200 mm

1 200 mm

1 200 mm

Ċinturin tal-ispalla

750 mm

850 mm

950 mm

1 000 mm

1 100 mm

1 300 mm

Ċinturin ta’ bejn il-koxox

300 mm

350 mm

400 mm

400 mm

450 mm

570 mm

Ċinturin tal-ġembejn

400 mm

500 mm

550 mm

600 mm

700 mm

800 mm

Dimensjoni X

120 mm

130 mm

140 mm

140 mm

150 mm

160 mm


Nru.

Isem

Informazzjoni

Kwantità

1

Ċinturin tar-ras – 39 mm

-

1

2

Ċinturin tal-ispalla tax-xellug/tal-lemin – 39 mm

-

2

3

Ċinturin ta’ bejn il-koxox – 39 mm

-

1

4

Ċinturin tal-ġembejn – 39 mm

-

1

5

Disinn tal-punti (30 × 17)

Punt: 77, fil: 30

8

6

Bokkla tal-plastik

 

2

7

Disinn tal-punti (2 × 37)

Punt: 77, fil: 30

2


Disinn tal-punti

Forza minima meħtieġa

12 x 12 mm

3,5 kN

30 x 12 mm

5,3 kN

30 x 17 mm

5,3 kN

30 x 30 mm

7,0 kN

ir-raġġ taċ-ċinturini kollha = 5 mm

Image 84

Apparat għall-applikazzjoni tat-tagħbija II

Image 85

Id-dimensjonijiet kollha huma f’millimetri (mm)

Nru.

Isem

Informazzjoni

Kwantità

1

Ċinturin prinċipali – 39 mm

-

1

2

Ċinturin tal-ġembejn (fuq/isfel) – 39 mm

-

2

3

Disinn tal-punti (30 × 17)

Punt: 77, fil: 30-

4


Tul ta’ stirament

(+/- 5 mm)

 

 

 

 

 

 

Manikin P/Q 0

Manikin P/Q 3/4

P/Q 1,5

P/Q 3

P/Q 6

P/Q 10

Ċinturin prinċipali

1 600 mm

1 600 mm

1 600 mm

2 000 mm

2 000 mm

2 000 mm

Ċinturin tal-ġembejn

440 mm

540 mm

640 mm

740 mm

740 mm

840 mm


Disinn tal-punti

Forza minima meħtieġa

12 x 12 mm

3,5 kN

30 x 12 mm

5,3 kN

30 x 17 mm

5,3 kN

30 x 30 mm

7,0 kN

ir-raġġ taċ-ċinturini kollha = 5 mm

Image 86


ANNESS 24

Il-fjammabbiltà tal-materjali maħsuba biex jintużaw f’sistemi tat-trażżin għat-tfal inkorporati

1.   Definizzjonijiet

“Spazju ta’ arja fil-kompartiment tal-okkupant” tfisser l-ispazju fil-kompartiment tal-okkupant li normalment ikun fih arja li tista’ tiġġedded.

2.   Għażla tal-materjal (ara l-Figura 1 ta’ hawn taħt)

2.1.

Kwalunkwe parti minn materjal uniku jew minn materjal kompost li tkun f’distanza ta’ 13-il mm jew eqreb mill-ispazju ta’ arja fil-kompartiment tal-okkupant, għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1.6.

2.1.1.

Kwalunkwe materjal nonaderenti ma’ materjal(i) oħra f’kull punt ta’ kuntatt għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1.6., meta jiġi ttestjat separatament.

2.1.2.

Kwalunkwe materjal aderenti ma’ materjali oħra f’kull punt ta’ kuntatt għandu jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.1.6., meta jiġi ttestjat bħala materjal ieħor.

Il-materjal A għandu interfaċċa nonaderenti mal-materjal B, u jiġi ttestjat separatament.

Parti mill-materjal B tkun sa 13-il mm mill-ispazju ta’ arja fil-kompartiment tal-okkupant, u l-materjali B u C jaderixxu f’kull punt ta’ kuntatt; għalhekk, il-materjali B u C jiġu ttestjati bħala materjal kompost.

Il-qatgħa ssir fil-materjal C, kif indikat fil-Figura 1, biex jittieħed kampjun ta’ ħxuna ta’ 13-il mm.

Image 87

3.   Proċedura tat-test

3.1.

It-test isir f’kompartiment tal-metall, għall-protezzjoni tal-kampjuni tat-test minn kurrenti tal-arja. Id-dimensjonijiet interni tal-kompartiment huma ta’ 381 mm fit-tul, 203 mm fil-fond, u 356 mm fl-għoli. Il-kompartiment għandu tieqa ta’ osservazzjoni tal-ħġieġ fuq quddiem, ftuħ li jista’ jingħalaq biex jippermetti l-inserzjoni tal-ħowlder tal-kampjun, u toqba li minnha jgħaddu t-tubi għall-burner tal-gass. Għall-ventilazzjoni, ikun hemm spazju liberu ta’ 13-il mm madwar il-parti ta’ fuq tal-kompartiment, għaxar toqob fil-bażi tal-kompartiment, fejn kull toqba jkollha dijametru ta’ 19-il mm u saqajn li jgħollu l-qiegħ tal-kompartiment b’10 mm, li kollha jinsabu kif indikat fil-Figura 2.

3.2.

Qabel l-ittestjar, kull kampjun jiġi kkundizzjonat għal 24 siegħa f’temperatura ta’ 21 °C, u b’umdità relattiva ta’ 50 fil-mija, u t-test jitwettaq f’dawk il-kundizzjonijiet ambjentali.

3.3.

Il-kampjun tat-test jiddaħħal bejn żewġ frejms f’forma ta’ U magħmula mill-metall b’wisa’ ta’ 25 mm u għoli ta’ 10 mm.

Id-dimensjonijiet interni tal-frejms f’forma ta’ U huma ta’ 51 mm fil-wisa’ u 330 mm fit-tul.

Appoġġi magħmulin minn wajers irqaq u reżistenti għas-sħana jitpoġġew tul il-wisa’ tal-frejm f’forma ta’ U taħt il-kampjun, f’intervalli ta’ 25 mm, b’mod li l-kampjun jinżamm f’pożizzjoni orizzontali fil-każ li t-tarf tiegħu jirtab u jitgħawweġ hu u jinħaraq, li jista’ jikkawża ħruq erratiku.

Apparat li jista’ jintuża għall-appoġġ ta’ dan it-tip ta’ materjal huwa frejm f’forma ta’ U addizzjonali, usa’ mill-frejm f’forma ta’ U li fih jinżamm il-kampjun, li minn fuqu jgħaddu wajers ta’ ħxuna ta’ 10 mils magħmulin minn materjal reżistenti għas-sħana u mdaħħlin f’intervalli ta’ 25 mm, fuq il-frejm f’forma ta’ U tal-qiegħ.

3.4.

Jintuża Bunsen burner b’tubu ta’ dijametru intern ta’ 10 mm.

Il-valv tal-aġġustament tal-gass jiġi ssettjat biex jipprovdi fjamma, bit-tubu vertikali, ta’ għoli ta’ 38 mm. Il-fetħa tal-arja għall-burner tiġi magħluqa.

3.5.

Il-gass ipprovdut għall-burner għandu jkollu temperatura tal-fjamma ekwivalenti għal dik tal-gass naturali.

4.   Preparazzjoni tal-kampjuni

4.1.

Kull kampjun ta’ materjal li jrid jiġi ttestjat għandu jkollu forma ta’ rettangolu b’wisa’ ta’ 102 mm u b’tul ta’ 356 mm, kull fejn ikun possibbli.

Il-ħxuna tal-kampjun hija dik tal-materjal uniku jew tal-materjal kompost użat fil-vettura, għajr li jekk il-ħxuna tal-materjal tkun aktar minn 13-il mm, il-ħxuna tal-kampjun titnaqqas għall-ħxuna mkejla mis-superfiċje tal-kampjun li jkun l-eqreb għall-ispazju ta’ arja fil-kompartiment tal-okkupant.

Meta ma jkunx possibbli li jinkiseb kampjun ċatt minħabba l-kurvatura tas-superfiċje, il-ħxuna tal-kampjun titnaqqas għal mhux aktar minn 13-il mm fil-ħxuna fi kwalunkwe punt.

It-tul jew il-wisa’ massimu/a disponibbli ta’ kampjun jintuża/tintuża meta kwalunkwe dimensjoni tkun inqas minn 356 mm jew 102 mm, rispettivament.

4.2.

Il-kampjun jiġi prodott billi l-materjal jiġi maqtugħ f’direzzjoni lonġitudinali kif ukoll trasversali.

Il-kampjun jiġi orjentat b’mod li s-superfiċje l-aktar qrib tal-ispazju ta’ arja fil-kompartiment tal-okkupant jiġi jħares ’l isfel fuq il-frejm tat-test.

4.3.

Il-materjal b’wiċċ lixx jew bit-trofof jitqiegħed fuq wiċċ ċatt u jiġi mimxut darbtejn kontra l-fil b’moxt li jkollu minn 7 sa 8 sinniet lixxi u ttondjati kull 25 mm.

5.   Test

5.1.

Arma l-kampjun b’tali mod li ż-żewġ naħat u tarf wieħed jinżammu mill-frejm f’forma ta’ U. Jekk il-kampjun ikun inqas minn 51 mm, b’mod li l-ġnub tal-kampjun ma jkunux jistgħu jinżammu fil-frejm f’forma ta’ U, qiegħed il-kampjun fil-pożizzjoni fuq il-wajers ta’ appoġġ kif deskritt fil-paragrafu 3.3, b’tarf wieħed miżmum mit-tarf magħluq tal-frejm fil-forma ta’ U.

5.2.

Qiegħed il-kampjun armat f’pożizzjoni orizzontali, fiċ-ċentru tal-kompartiment.

5.3.

Bil-fjamma aġġustata skont il-paragrafu 3.4, qiegħed il-Bunsen burner u l-kampjun b’tali mod li ċ-ċentru tal-ponta tal-burner ikun 19-il mm taħt iċ-ċentru tat-tarf ta’ taħt tat-tarf miftuħ tal-kampjun.

5.4.

Esponi l-kampjun għall-fjamma għal 15-il sekonda.

5.5.

Ibda għodd il-ħin (mingħajr ma tqis il-perjodu tal-applikazzjoni tal-fjamma tal-burner) meta l-fjamma mill-kampjun jinħaraq tilħaq punt 38 mm mit-tarf miftuħ tal-kampjun.

5.6.

Kejjel il-ħin li tieħu l-fjamma biex tipprogressa sa punt 38 mm mit-tarf ikklampjat tal-kampjun. Jekk il-fjamma ma tilħaqx il-punt finali speċifikat, kejjel il-ħin li jgħaddi sakemm l-fjamma tintefa.

5.7.

Ikkalkula r-rata tal-ħruq permezz ta’ din il-formula:

B = 60 × (D/T)

Fejn:

B

=

Ir-rata tal-ħruq f’millimetri kull minuta;

D

=

It-tul li l-fjamma tipprogressa f’millimetri; u

T

=

Il-ħin f’sekondi biex il-fjamma tipprogressa D millimetri.

Image 88


Top