This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42014X0325(03)
Regulation No 119 of the Economic Commission for Europe of the United Nations (UN/ECE) — Uniform provisions concerning the approval of cornering lamps for power-driven vehicles
Ir-Regolament Nru 119 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ fanali għall-kantunieri għal vetturi bil-mutur
Ir-Regolament Nru 119 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ fanali għall-kantunieri għal vetturi bil-mutur
ĠU L 89, 25.3.2014, pp. 101–122
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
25.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 89/101 |
It-testi NU/KEE oriġinali biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jinsab fuq:
http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html
Ir-Regolament Nru 119 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ fanali għall-kantunieri għal vetturi bil-mutur
Jinkorpora t-test validu kollu sa:
Suppliment 3 għas-serje ta’ emendi 01 – Data tad-dħul fis-seħħ: It-3 ta’ Novembru 2013
KONTENUT
REGOLAMENT
Kamp ta’ applikazzjoni
|
1. |
Definizzjonijiet |
|
2. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
|
3. |
Immarkar |
|
4. |
Approvazzjoni |
|
5. |
Speċifikazzjonijiet ġenerali |
|
6. |
Intensità tad-dawl mitfugħ |
|
7. |
Proċedura tat-test |
|
8. |
Kulur tad-dawl mitfugħ |
|
9. |
Konformità tal-produzzjoni |
|
10. |
Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
|
11. |
Produzzjoni mwaqqfa definittivament |
|
12. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet għall-Approvazzjoni tat-Tip |
|
13. |
Dispożizzjonijiet tranżitorji |
ANNESSI
|
1 |
Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa definittivament ta’ tip ta’ fanali għall-kantunieri skont ir-Regolament Nru 119 |
|
2 |
Eżempji ta’ arranġamenti ta’ marki tal-approvazzjoni |
|
3 |
Kejl fotometriku |
|
4 |
Il-kulur tad-dawl abjad |
|
5 |
Ir-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri ta’ kontroll tal-produzzjoni |
|
6 |
Ir-rekwiżiti minimi għal teħid ta’ kampjuni minn spettur |
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI
Dan ir-Regolament japplika għall-fanali għall-kantunieri ta’ vetturi tal-kategoriji M, N, u T (1).
1. DEFINIZZJONIJIET
|
1.1. |
“Fanal għall-kantunieri” tfisser fanal li jintuża biex tkun ipprovduta illuminazzjoni supplementari tal-parti tat-triq li tinsab qrib ir-rokna ta’ quddiem tal-vettura fuq il-ġenb lil fejn ser iddur il-vettura. |
|
1.2. |
“Fanali għall-kantunieri ta’ tipi differenti” tfisser fanali li jvarjaw f’aspetti essenzjali bħal:
Tibdil fil-kulur tal-fanal bil-filament jew fil-kulur ta’ kwalunkwe filtru ma jikkostitwixxix bidla tat-tip. |
|
1.3. |
Id-definizzjonijiet tal-lewn tad-dawl mitfugħ mogħtija fir-Regolament Nru 48 u s-serje ta' emendi tiegħu li jkunu fis-seħħ meta ssir l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip japplikaw għal dan ir-Regolament. |
|
1.4. |
Ir-referenzi li saru f’dan ir-Regolament għal fanal/i bil-filament standard (étalon) u għar-Regolament Nru 37 għandhom jirreferu għar-Regolament Nru 37 u s-serje ta' emendi tiegħu li jkunu fis-seħħ meta ssir l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip. |
2. APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI
|
2.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni għandha titressaq mill-proprjetarju tal-isem jew il-marka kummerċjali jew mir-rappreżentant tiegħu li jkun debitament akkreditat. |
|
2.2. |
Għal kull tip ta’ fanal għall-kantunieri, l-applikazzjoni trid tinkludi:
|
3. IMMARKAR
Il-kampjuni ta’ tip ta’ fanal għall-kantunieri mressqa għall-approvazzjoni għandhom:
|
3.1. |
Juru l-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant; din il-marka għandha tinqara b’mod ċar u ma titħassarx; |
|
3.2. |
Bl-eċċezzjoni tal-fanali li jkollhom sorsi tad-dawl li ma jistgħux jinbidlu, juru marka li tista’ tinqara b’mod ċar u li ma titħassarx, li tindika:
|
|
3.3. |
Jipprovdu spazju xieraq għall-marka ta’ approvazzjoni u għas-simboli addizzjonali preskritti fil-paragrafu 4.3 hawn taħt; dan l-ispazju għandu jidher fuq id-disinji msemmija fil-paragrafu 2.2.1 hawn fuq; |
|
3.4. |
Fil-każ ta’ fanali b’tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl u/jew b’sorsi tad-dawl li ma jistgħux jinbidlu u/jew modulu(i) tas-sors tad-dawl, juru l-marka tal-vultaġġ nominali jew il-medda ta’ vultaġġ u potenza massima nominali. |
|
3.5. |
Fil-każ tal-fanali li jkollhom modulu(i) tas-sors tad-dawl, il-modulu(i) tas-sors ta’ dawl għandu jkollhom:
|
|
3.6. |
Il-fanali li jaħdmu b’vultaġġi li mhumiex il-vultaġġi kklassifikati nominali ta’ 6 V, 12 V jew 24 V rispettivament, bl-applikazzjoni ta’ tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl li ma jkunx parti mill-fanal, għandhom juru wkoll marka li tindika l-vultaġġ ikklassifikat nominali sekondarju tad-disinn. |
|
3.7. |
It-tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl li jkun parti mill-fanal iżda ma jkunx inkluż fil-qafas tal-fanal, għandu juri l-isem tal-manifattur u n-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu. |
4. APPROVAZZJONI
|
4.1. |
Jekk iż-żewġ kampjuni ta’ tip ta’ fanal għall-kantunieri jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandha tingħata l-approvazzjoni. |
|
4.2. |
Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru lil tip ieħor ta’ fanal għall-kantunieri kopert minn dan ir-Regolament. L-avviż tal-approvazzjoni jew tal-estensjoni jew tar-rifjut jew tal-irtirar tal-approvazzjoni jew ta’ produzzjoni mwaqqfa definittivament ta’ tip ta’ fanal għall-kantunieri skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament. |
|
4.3. |
Kull fanal għall-kantunieri li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament għandu jkollu fl-ispazju msemmi fil-paragrafu 3.3. hawn fuq, minbarra l-marka u l-partikularitajiet preskritti hawn fuq fil-paragrafi 3.1, 3.2 u 3.3 jew 3.4 rispettivament:
|
|
4.4. |
Meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess immuntar ta’ fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament, l-approvazzjoni tingħata biss jekk kull fanal jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew ta’ xi Regolament ieħor. Il-fanali li ma jissodisfaw l-ebda wieħed minn dawk ir-Regolamenti ma għandhomx ikunu parti minn dan l-immuntar ta’ fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament.
|
|
4.5. |
Il-marka u s-simbolu msemmija fil-paragrafi 4.3.1 u 4.3.2 iridu jkunu jinqraw b’mod ċar u ma jitħassrux anki meta l-fanal għall-kantunieri jkun imwaħħal fuq il-vettura. |
|
4.6. |
L-Anness 2 jagħti eżempji ta’ marki tal-approvazzjoni għal fanal wieħed (il-Figura 1) u għal fanali raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament (il-Figura 2) bis-simboli addizzjonali kollha msemmija hawn fuq, li fihom l-ittra “K” tindika fanal għall-kantunieri. |
|
4.7. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. Tista’ titqiegħed fuq parti ta’ ġewwa jew ta’ barra (trasparenti jew le) tal-apparat li ma tistax tiġi separata mill-parti trasparenti tal-apparat li jitfa’ d-dawl. Fi kwalunkwe każ il-marka għandha tkun viżibbli meta l-apparat jitwaħħal fil-vettura jew meta tinfetaħ xi parti li tiċċaqlaq bħall-għatu tal-bonit jew tal-bagoll jew bieba. |
5. SPEĊIFIKAZZJONIJIET ĠENERALI
|
5.1. |
Kull kampjun għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi hawn taħt. |
|
5.2. |
Il-fanali għall-kantunieri għandhom ikunu ddisinjati u mibnija b’tali mod li meta jintużaw b’mod normali, minkejja l-vibrazzjoni li mbagħad jistgħu jkunu soġġetti għaliha, dawn ikomplu jiffunzjonaw b’mod sodisfaċenti u jżommu l-karatteristiċi preskritti minn dan ir-Regolament. |
|
5.3 |
Fil-każ ta’ moduli tas-sors tad-dawl, għandu jiġi vverifikat li:
|
|
5.4. |
Fil-każ tas-sorsi tad-dawl tal-filament mhux sostitwibbli:
|
6. INTENSITÀ TAD-DAWL MITFUGĦ
|
6.1. |
L-intensità tad-dawl mitfugħ minn kull wieħed miż-żewġ kampjuni ma għandhiex tkun anqas mill-intensità minima u mhux aktar mill-intensità massima speċifikata fil-paragrafi 6.2. u 6.3. L-intensità għandha titkejjel b’rabta mal-assi ta’ referenza fid-direzzjonijiet murija hawn taħt (espressi fi gradi tal-angolu mal-assi ta’ referenza). Il-punti tat-testijiet huma mogħtija għal fanal immuntat fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura, id-desinjazzjonijiet L isiru desinjazzjonijiet R għal fanal immuntat fuq in-naħa tal-lemin tal-vettura. |
|
6.2. |
Għall-apparat tan-naħa tax-xellug, l-intensità minima tad-dawl fil-punti ta’ kejl speċifikati għandha tkun kif ġej:
L-istess valuri japplikaw simetrikament għal apparat tan-naħa tal-lemin. (Murija fl-Anness 3) |
|
6.3. |
L-intensità tad-dawl mitfugħ fid-direzzjonijiet kollha ma għandhiex teċċedi:
|
|
6.4. |
Fil-każ ta’ fanal wieħed li għandu aktar minn sors wieħed ta’ dawl, il-fanal għandu jikkonforma mal-intensità minima meħtieġa meta xi sors wieħed tad-dawl ikollu l-ħsara u meta s-sorsi kolla tad-dawl jinxtegħlu, l-intensitajiet massimi ma għandhomx jinqabżu. |
7. PROĊEDURA TAT-TEST
|
7.1. |
Fil-każ ta’ fanal b’sors ta’ dawl li jista’ jinbidel, meta ma jiġix fornut permezz ta’ tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl b’sors ta’ dawl standard b’kulur jew mingħajr kulur tal-kategorija preskritta għall-apparat, ipprovdut bil-vultaġġ:
|
|
7.2. |
Kull kejl fuq fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (fanal bil-filament u oħrajn), għandu jsir b’6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament, meta ma jkunx fornut b’tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl. |
|
7.3. |
Fil-każ ta’ sistema li tuża tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl li jkun parti mill-fanal (3), applikat fit-terminali ta’ dħul tat-tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl, vultaġġ ta’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V rispettivament. |
|
7.4. |
Fil-każ ta’ sistema li tuża tagħmir elettroniku ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl li ma jkunx parti mill-fanal, il-vultaġġ iddikjarat mill-manifattur għandu jiġi applikat fit-terminali tad-dħul tal-fanal. Il-laboratorju tat-testijiet għandu jirrikjedi mill-applikant it-tagħmir ta’ kontroll tas-sors ta’ dawl meħtieġ biex jiġu pprovduti s-sors ta’ dawl u l-funzjonijiet applikabbli.
Il-vultaġġ li jrid jiġi applikat lill-fanal għandu jiġi nnotat fil-formola ta’ komunikazzjoni fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament. |
|
7.5. |
Għal kull fanal għajr dawk mgħammra b’fanali bil-filament, l-intensitajiet tad-dawl, imkejla wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi u massimi. Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara minuta ta’ tħaddim tista’ tiġi kkalkolata mid-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara 30 minuta ta’ tħaddim billi jiġi applikat ma’ kull punt tat-test il-proporzjon ta’ intensitajiet luminużi mkejla b’vultaġġ għoli (HV) wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim. |
8. KULUR TAD-DAWL MITFUGĦ
Il-kulur tad-dawl mitfugħ fil-kamp tas-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl iddefinita fil-paragrafu 2 tal-Anness 3, għandu jkun ta’ lewn abjad. Għall-ittestjar ara l-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament. Barra minn dan il-kamp, ma għandha tidher ebda varjazzjoni mmarkata ta’ kulur.
9. KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fil-Ftehim, l-Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:
|
9.1. |
Il-fanali approvati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu mmanifatturati b’mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 6 u 8 hawn fuq. |
|
9.2. |
Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi għall-konformità tal-proċeduri tal-kontroll tal-produzzjoni stabbiliti fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament. |
|
9.3. |
Għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness 6 ta' dan ir-Regolament, għat-teħid ta’ kampjuni minn spettur. |
|
9.4. |
L-awtorità li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’, fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f’kull faċilità ta’ produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn. |
10. PENALI GĦAL NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
|
10.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tat-tip ta’ fanal għall-kantunieri skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżiti msemmija qabel jew jekk il-fanal għall-kantunieri li jkollu l-marka msemmija fil-paragrafi 4.3.1 u 4.3.2 ma jikkonformax mat-tip approvat. |
|
10.2. |
Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha minnufih tinnotifika b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament. |
11. PRODUZZJONI MWAQQFA DEFINITTIVAMENT
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament milli jimmanifattura tip ta’ fanal għall-kantunieri approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tinforma lill-Partijiet l-oħra għall-Ftehim tas-sena 1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tkun tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.
12. L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP
Il-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw approvazzjoni jew estensjoni jew ċaħda jew irtirar tal-approvazzjoni, jew produzzjoni mwaqqfa għal kollox, maħruġa f’pajjiżi oħra.
13. DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
|
13.1. |
Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 f’dan ir-Regolament l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01. |
|
13.2. |
Minn 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk il-fanal għall-kantunieri jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta’ emendi 01. |
|
13.3. |
Approvazzjonijiet eżistenti għal fanali għall-kantunieri li diġà ngħataw skont dan ir-Regolament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01 għandhom jibqgħu validi għal żmien indefinit. |
|
13.4 |
Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet lill-approvazzjonijiet skont is-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament. |
(1) Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2.
(2) In-numri ta’ distinzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 qegħdin jerġgħu jingħataw fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument /TRANS/WP.29/78/Rev.2/Emenda 1.
(3) Għall-fini ta’ dan ir-Regolament “li jkun parti mill-fanal” tfisser li jkun fiżikament inkluż fil-qafas tal-fanal jew li jkun estern, separat jew le, mill-qafas tal-fanal iżda pprovdut mill-manifattur tal-fanal bħala parti mis-sistema tal-fanal.
ANNESS 2
EŻEMPJI TA’ ARRANĠAMENTI TA’ MARKI TAL-APPROVAZZJONI
Figura 1
Il-Marki għal fanali waħdanin
Mudell A
L-apparat bil-marka tal-approvazzjoni li tidher hawn fuq huwa fanal għall-kantunieri li ġie approvat fil-Ġappun (E43) skont ir-Regolament Nru 119 taħt in-numru ta’ approvazzjoni 221. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 119 kif emendat mis-serje ta’ emendi 01.
Nota: In-numru tal-approvazzjoni u s-simbolu addizzjonali għandhom jitqiegħdu viċin iċ-ċirku u jew fuq jew taħt l-ittra “E”, jew lejn ix-xellug jew lejn il-lemin ta’ dik l-ittra. Iċ-ċifri tan-numru tal-approvazzjoni u n-numru tas-serje ta’ produzzjoni għandhom ikunu fuq l-istess naħa tal-ittra “E” u jħarsu lejn l-istess direzzjoni. L-użu tan-numri Rumani bħala numru tal-approvazzjoni għandu jiġi evitat sabiex ma jkunx hemm konfużjoni ma’ simboli oħra.
Figura 2
Immarkar issimplifikat għal fanali Raggruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament
(Il-linji vertikali u orizzontali jiskematizzaw il-forma tal-istrument li jagħmel is-sinjali bid-dawl. Dawn mhumiex parti mill-marka tal-approvazzjoni.)
Mudell B
Mudell C
Mudell D
Nota: It-tliet eżempji ta’ marki ta’ approvazzjoni, mudelli B, C u D jirrappreżentaw tliet varjabbli possibbli għall-marka ta’ xi apparat ta’ dawl meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess immuntar ta’ fanali ragruppati, kombinati jew inkorporati reċiprokament. Din il-marka ta’ approvazzjoni turi li l-apparat kien approvat fil-Ġappun (E 43) skont in-numru ta’ approvazzjoni 3333 u tinkorpora:
|
|
Fanal tal-indikatur tad-direzzjoni tal-kategorija 1 approvat skont is-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 6; |
|
|
Fanal li jinsab fuq in-naħa ta’ quddiem approvata f’konformità mas-serje ta’ emendi 02 tar-Regolament Nru 7; |
|
|
Fanal għall-kantunieri approvat f’konformità mas-serje ta’ emendi 01 tar-Regolament Nru 119. |
Figura 3
Moduli ta’ sors ta’ dawl
Il-modulu ta’sors ta’ dawl bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni li jidher hawn fuq ġie approvat flimkien ma’ fanal approvat fl-Italja (E3) taħt in-numru ta’ approvazzjoni 17325.
ANNESS 3
KEJL FOTOMETRIKU
1. METODI TA’ KEJL
|
1.1 |
Meta jsir il-kejl fotometriku, għandhom jiġu evitati riflessi iżolati permezz ta’ kopertura xierqa. |
|
1.2 |
F’każ li r-riżultati tal-kejl jiġu kkontestati, il-kejl għandu jsir b’tali mod li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
|
2. PUNTI TA’ KEJL ESPRESSI FI GRADI TAL-ANGOLU MAL-ASSI TA’ REFERENZA
Figura 1
|
|
= |
Intensitajiet minimi f’cd Fanal tan-naħa tax-xellug (l-angolu L għandu jiġi sostitwit għall-angolu R għall-fanal tan-naħa tal-lemin) |
2.1. Kamp ta’ viżibbiltà ġeometrika
Figura 1
Figura 2
|
2.1.1. |
Id-direzzjonijiet H = 0° u V = 0° jikkorrispondu għall-assi ta’ referenza. Fuq il-vettura dawn huma orizzontali, paralleli mal-wiċċ loġitudinali medjan tal-vettura u orjentati fid-direzzjoni meħtieġa ta’ viżibbiltà. Dawn jgħaddu miċ-ċentru ta’ referenza. Il-valuri murija fit-tabella jagħtu, għad-diversi direzzjonijiet tal-kejl, l-intensitajiet minimi mogħtija f’cd. |
3. KEJL FOTOMETRIKU TA’ FANALI MGĦAMMRA B’DIVERSI SORSI TA’ DAWL
Il-prestazzjoni fotometrika għandha tiġi kkontrollata:
|
3.1. |
Għal sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (fanal bil-filament u oħrajn): Bis-sorsi ta’ dawl preżenti fil-fanal, skont il-paragrafu 7.1.1 ta’ dan ir-Regolament. |
|
3.2. |
Għal sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu: Meta mgħammra b’sorsi ta’ dawl ta’ 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, il-valuri ta’ intensità luminuża prodotti għandhom ikunu kkoreġuti. Għall-fanali bil-filament, il-fattur ta’ korrezzjoni huwa l-proporzjon bejn il-fluss luminuż ta’ referenza u l-valur medju tal-fluss luminuż li jinsab fil-vultaġġ applikat (6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V). Għas-sorsi ta’ dawl tal-LED, il-fattur ta’ korrezzjoni huwa l-proporzjon bejn il-fluss luminuż oġġettiv u l-valur medju tal-fluss luminuż li jinsab fil-vultaġġ applikat (6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V). Il-flussi luminużi attwali ta’ kull sors ta’ dawl użat ma għandhomx jiddevjaw aktar minn ±5 fil-mija mill-valur medju. Inkella u f’każ ta’ fanali bil-filament biss, fanal bil-filament standard jista’ jintuża minflok, f’kull waħda mill-pożizzjonijiet, operata fil-fluss ta’ referenza tiegħu, il-kejl individwali f’kull pożizzjoni jkun miżjud flimkien. |
|
3.3. |
Għal kwalunkwe fanal għall-kantunieri minbarra dawk armati b’fanal/i bil-filament, l-intensitajiet luminużi, imkejla wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi u massimi. Id-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara minuta ta’ tħaddim tista’ tiġi kkalkolata mid-distribuzzjoni tal-intensità luminuża wara 30 minuta ta’ tħaddim billi jiġi applikat ma’ kull punt tat-test, il-proporzjon ta’ intensitajiet luminużi mkejla f’45° L 2,5° D wara minuta u wara 30 minuta ta’ tħaddim għal fanal tan-naħa tax-xellug (l-angolu L għandu jiġi sostitwit għall-angolu R għal fanal tan-naħa tal-lemin). |
ANNESS 4
IL-KULUR TAD-DAWL ABJAD
(Il-koordinati tal-kromatiċità)
|
1. |
Għall-verifika tal-karatteristiċi kolorimetriċi, għandu jintuża sors ta’ dawl b’temperatura tal-kulur ta’ 2 856 K, li jikkorrispondi għall-mezz tal-illuminazzjoni A tal-kummissjoni internazzjonali (CIE). Għal fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (fanal bil-filament u oħrajn), jew sorsi tad-dawl (li jistgħu jinbidlu jew li ma jistgħux jinbidlu) imħaddma flimkien ma’ tagħmir elettroniku tal-kontroll ta’ sors ta’ dawl, il-karatteristiċi kolorimetriċi għandhom jiġu vverifikati mas-sorsi ta’ dawl preżenti fil-fanal, skont il-paragrafu 7, ta’ dan ir-Regolament. |
|
2. |
Is-sors ta’ dawl li jista’ jinbidel għandu jkun soġġett għall-intensità, li tipproduċi l-istess kulur bħall-illuminant A tas-CIE. |
ANNESS 5
IR-REKWIŻITI MINIMI GĦALL-PROĊEDURI TA’ KONTROLL TAL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI
1. ĠENERALI
|
1.1. |
Mill-aspetti mekkaniċi u ġeometriċi, ir-rekwiżiti għall-konformità jitqiesu ssodisfati jekk il-varjanti ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura koperti fir-rekwiziti ta’ dan ir-Regolament. |
|
1.2. |
Fir-rigward tal-prestazzjonijiet fotometriċi, il-konformità ta’ fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta jiġu ttestjati l-prestazzjonijiet fotometriċi ta’ kwalunkwe fanal magħżul b’mod każwali u mgħammar b’sors ta’ dawl standard, jew meta l-fanali jkunu mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (fanali bil-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jsir b' 6,75 V, 13,5 V jew 28,0 V, rispettivament:
|
|
1.3. |
Ikun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità meta l-fanal ikun mgħammar b’sors ta’ dawl standard, jew għal fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jinbidlux (fanali bil-filament jew oħrajn), meta l-karatteristiċi kolorimetriċi jiġu vverifikati mas-sors ta’ dawl li jinsab fil-fanal. |
2. REKWIŻITI MINIMI GĦAL VERIFIKAZZJONI TA’ KONFORMITÀ MILL-MANIFATTUR
Għal kull tip ta’ fanal, id-detentur tal-marka tal-approvazzjoni għandu jwettaq tal-anqas it-testijiet li ġejjin, f’intervalli xierqa. Dawn it-testijiet għandhom isiru skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
Jekk jittieħdu kampjuni u jirriżulta li skont it-tip ta’ test li jkun sarilhom ma jikkonformawx, iridu jerġgħu jittieħdu kampjuni oħrajn u jerġgħu jiġu sottomessi għat-testijiet. Il-manifattur irid jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura l-konformità tal-produzzjoni kkonċernata.
2.1. In-natura tat-testijiet
It-testijiet ta’ konformità f’dan ir-Regolament għandhom ikopru l-karatteristiċi fotometriċi u kolorimetriċi.
2.2. Metodi użati fit-testijiet
|
2.2.1. |
It-testijiet ġeneralment isiru skont il-metodi stipulati f’dan ir-Regolament. |
|
2.2.2. |
Fi kwalunkwe test tal-konformità mwettaq mill-manifattur, jistgħu jintużaw metodi ekwivalenti bil-kunsens tal-awtorità kompetenti li hija responsabbli għat-testijiet tal-approvazzjoni. Il-manifattur huwa responsabbli biex jipprova li l-metodi applikati huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
2.2.3. |
L-applikazzjoni tal-paragrafi 2.2.1 u 2.2.2 teħtieġ il-kalibrazzjoni regolari tal-apparat użat fit-testijiet u l-qbil tiegħu mal-kejl li jsir minn awtorità kompetenti. |
|
2.2.4. |
F’kull każ il-metodi ta’ referenza għandhom ikunu dawk ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari għall-finijiet ta’ verifika amministrattivi u t-teħid ta’ kampjuni. |
2.3. Kif jittieħdu l-kampjuni
Il-kampjuni tal-fanali għandhom jingħażlu każwalment mill-produzzjoni ta’ lott uniformi. Lott uniformi jfisser sett ta’ fanali tal-istess tip, iddefiniti skont il-metodi ta’ produzzjoni tal-manifattur.
Il-valutazzjoni ġeneralment għandha tkopri produzzjoni ta’ serje minn fabbriki individwali. Madankollu, manifattur jista’ jgħaqqad flimkien rekords dwar l-istess tip minn bosta fabbriki, sakemm dawn joperaw bl-istess sistema ta’ kwalità u l-istess ġestjoni tal-kwalità.
2.4. Karatteristiċi fotometriċi mkejla u rreġistrati
Il-fanal fil-kampjun għandu jitkejjel b’mod fotometriku għall-valuri minimi fil-punti elenkati fl-Anness 4 u l-koordinati ta’ kromatiċità meħtieġa.
2.5. Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabbiltà
Il-manifattur huwa responsabbli għat-twettiq ta’ studju statistiku tar-riżultati tat-test u sabiex jiddefinixxi, bi qbil mal-awtorità kompetenti, kriterji li jirregolaw l-aċċettabbiltà tal-prodotti tiegħu sabiex jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti għall-verifika tal-konformità tal-prodotti fil-paragrafu 9.1 ta’ dan ir-Regolament.
Il-kriterji li jirregolaw l-aċċettabbiltà għandhom ikunu tali li, b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 fil-mija, il-probabbiltà minima ta’ suċċess f’kontroll għall-għarrieda skont l-Anness 6 (l-ewwel teħid tal-kampjuni) tkun ta’ 0,95.
ANNESS 6
REKWIŻITI MINIMI GĦAL TEĦID TA’ KAMPJUNI MINN SPETTUR
1. ĠENERALI
|
1.1. |
Mill-aspetti mekkaniċi u ġeometriċi, ir-rekwiżiti għall-konformità jitqiesu ssodisfati skont il-kundizzjonijiet, fejn jeżistu, ta’ dan ir-Regolament, jekk il-varjanti ma jaqbżux id-devjazzjonijiet inevitabbli tal-manifattura. |
|
1.2. |
Fir-rigward tal-prestazzjoni fotometrika, il-konformità ta’ fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tkun ikkontestata jekk, meta tiġi ttestjata l-prestazzjoni fotometrika ta’ kwalunkwe fanal magħżul b’mod każwali u mgħammar b’sors ta’ dawl standard, jew meta l-fanali jkunu mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jistgħux jinbidlu (fanali bil-filament jew oħrajn), u meta l-kejl kollu jsir fuq 6.75 V, 13.5 V jew 28.0 V, rispettivament:
|
|
1.3. |
Ikun hemm konformità mal-koordinati tal-kromatiċità meta l-fanal ikun mgħammar b’sors ta’ dawl standard, jew għal fanali mgħammra b’sorsi ta’ dawl li ma jinbidlux (fanali bil-filament jew oħrajn), meta l-karatteristiċi kolorimetriċi jiġu vverifikati mas-sors ta’ dawl li jinsab fil-fanal. |
2. L-EWWEL TEĦID TA’ KAMPJUNI
Fl-ewwel teħid ta’ kampjuni erba’ fanali jingħażlu każwalment. L-ewwel kampjun ta’ tnejn minnhom ikun immarkat A, it-tieni jkun immarkat B.
2.1. Il-konformità ma tkunx ikkontestata.
2.1.1. Skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjoni tal-valuri mkejla tal-fanali fid-direzzjonijiet mhux favorevoli tkun:
2.1.1.1. Kampjun A
|
A1: |
Fanal wieħed |
0 fil-mija |
|
Fanal wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
A2: |
Iż-żewġ fanali aktar minn |
0 fil-mija |
|
Iżda mhux aktar minn |
20 fil-mija |
Mur għal kampjun B
2.1.1.2. Kampjun B
|
Bl: |
Iż-żewġ fanali |
0 fil-mija |
2.1.2. Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2. għall-kampjun A jiġu ssodisfati.
2.2. Il-konformità tkun ikkontestata
2.2.1. Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab iġib il-produzzjoni tiegħu b’mod li tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:
2.2.1.1. Kampjun A
|
A3: |
Fanal wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
Fanal wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
Iżda mhux aktar minn |
30 fil-mija |
2.2.1.2. Kampjun B
|
B2: |
Fil-każ ta’ A2 |
|
|
Fanal wieħed aktar minn |
0 fil-mija |
|
|
Iżda mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
Fanal wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
B3: |
Fil-każ ta’ A2 |
|
|
Fanal wieħed |
0 fil-mija |
|
|
Fanal wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
Iżda mhux aktar minn |
30 fil-mija |
|
2.2.2. Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun A mhumiex issodisfati.
2.3. Approvazzjoni rtirata
Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 10 jekk, skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:
2.3.1. Kampjun A
|
A4: |
Fanal wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
Fanal wieħed mhux aktar minn |
30 fil-mija |
|
|
A5: |
Iż-żewġ fanali aktar minn |
20 fil-mija |
2.3.2. Kampjun B
|
B4: |
Fil-każ ta’ A2 |
|
|
Fanal wieħed aktar minn |
0 fil-mija |
|
|
Iżda mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
Fanal wieħed aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
B5: |
Fil-każ ta’ A2 |
|
|
Iż-żewġ fanali aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
B6: |
Fil-każ ta’ A2 |
|
|
Fanal wieħed |
0 fil-mija |
|
|
Fanal wieħed mhux aktar minn |
30 fil-mija |
|
2.3.3. Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2. għall-kampjuni A u B mhumiex issodisfati.
3. TEĦID RIPETUT TA’ KAMPJUNI
Fil-każ ta’ A3, B2, B3 huwa meħtieġ teħid ripetut ta’ kampjuni, it-tielet kampjun C ta’ żewġ fanali u r-raba’ kampjun D ta’ żewġ fanali, magħżula mill-istokk immanifatturat wara l-allinjament fi żmien xahrejn wara n-notifika.
3.1. Il-konformità ma tkunx ikkontestata.
3.1.1. Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni li tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa ma għandhiex tiġi kkontestata jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:
3.1.1.1. Kampjun C
|
C1: |
Fanal wieħed |
0 fil-mija |
|
Fanal wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
C2: |
Iż-żewġ fanali aktar minn |
0 fil-mija |
|
Iżda mhux aktar minn |
20 fil-mija |
Mur għal kampjun D
3.1.1.2. Kampjun D
|
D1: |
Fil-każ ta’ C2 |
|
|
Iż-żewġ fanali |
0 fil-mija |
|
3.1.2. Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C jiġu ssodisfati.
3.2. Il-konformità tkun ikkontestata
3.2.1. Skont il-proċedura tat-teħid tal-kampjuni kif tidher fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, il-konformità tal-fanali prodotti bil-massa għandha tiġi kkontestata u l-manifattur jintalab iġib il-produzzjoni tiegħu b’mod li tissodisfa r-rekwiżiti (allinjament) jekk id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:
3.2.1.1. Kampjun D
|
D2: |
Fil-każ ta’ C2 |
|
|
Fanal wieħed aktar minn |
0 fil-mija |
|
|
Iżda mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
Fanal wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
3.2.1.2. Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjun C ma jkunux issodisfati.
3.3. Approvazzjoni rtirata
Il-konformità għandha tkun ikkontestata u jkun applikat il-paragrafu 10 jekk, skont il-proċedura ta’ teħid ta’ kampjuni fil-Figura 1 ta’ dan l-Anness, id-devjazzjonijiet tal-valuri mkejla tal-fanali jkunu:
3.3.1. Kampjun C
|
C3: |
Fanal wieħed mhux aktar minn |
20 fil-mija |
|
Fanal wieħed aktar minn |
20 fil-mija |
|
|
C4: |
Iż-żewġ fanali aktar minn |
20 fil-mija |
3.3.2. Kampjun D
|
D3: |
Fil-każ ta’ C2 |
|
|
Fanal wieħed 0 jew aktar minn |
0 fil-mija |
|
|
Fanal wieħed aktar minn |
20 fil-mija |
|
3.3.3. Jew, jekk il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1.2.2 għall-kampjuni C u D ma jkunux issodisfati.
Figura 1
2 apparati
L-ewwel teћid ta' kampjuni
4 apparati magћżula b'mod każwali maqsumin f'kampjuni A&B
2 apparati
A
B
A1
0
≤ 20
TMIEM
A2
> 0
≤ 20
> 0
≤ 20
mur gћall-kampjun B
TMIEM
0
0
B1
A3
≤ 20
> 20
≤ 30
Allinjament
Il-manifattur jiġi ordnat jagћmel il-prodotti konformi mar-rekwiżiti
> 0
≤ 20
≤ 20
B2
0
> 20
≤ 30
B3
Riżultati possibbli mill-kampjun A
2 apparati
Repeated Sampling
4 apparati magћżula b'mod każwali maqsumin f'kampjuni C&D
2 apparati
C
D
Riżultati possibbli mill-kampjun B
Riżultati possibbli mill-kampjun D
C1
0
≤ 20
TMIEM
C2
> 0
≤ 20
> 0
≤ 20
mur gћall-kampjun D
Riżultati possibbli mill-kampjun C
TMIEM
0
0
D1
mur gћall-allinjament
≤ 20
> 0
≤ 20
D2
C3
≤ 20
> 20
≥ 0
> 20
D3
C4
> 20
> 20
Approvazzjoni rtirata
> 0
≤ 20
> 20
B4
A4
≤ 20
> 30
> 20
> 20
B5
A5
> 20
> 20
0
> 30
B6
X
Devjazzjoni massima [perċentwali] fid-direzzjoni mhux favorevoli fir-rigward tal-valuri limiti