EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42009D0176

2009/176/KE,Euratom: Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-istati membri tal- 25 ta' Frar 2009 li taħtar Imħallfin u Avukati Ġenerali għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

OJ L 63, 7.3.2009, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/10/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/176/oj

7.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 63/13


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tal-25 ta' Frar 2009

li taħtar Imħallfin u Avukati Ġenerali għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

(2009/176/KE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 223 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 139 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati tas-Sinjuri Vassilios SKOURIS, Allan ROSAS, Koen LENAERTS, Uno LÕHMUS, Lars BAY LARSEN, is-Sinjura Rosario SILVA DE LAPUERTA, is-Sinjuri Jerzy MAKARCZYK, Endre JUHÁSZ, Marko ILEŠIČ, Ján KLUČKA, Aindrias Ó CAOIMH, is-Sinjura Camelia TOADER, is-Sur Jean-Jacques KASEL, Imħallfin, u dawk tas-Sinjuri Luís Miguel POIARES PESSOA MADURO, Dámaso RUIZ-JARABO COLOMER, is-Sinjura Juliane KOKOTT u s-Sinjura Eleanor SHARPSTON, Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, jiskadu fis-6 ta' Ottubru 2009.

(2)

Huwa xieraq li ssir is-sostituzzjoni parzjali tal-membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2009 sas-6 ta' Ottubru 2015. Madanakollu, fin-nuqqas ta' proposta, il-ħatra ta' żewġt imħallfin ma tistax isseħħ ħlief f'data aktar tard,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2009 sas-6 ta' Ottubru 2015:

 

Is-Sur Lars BAY LARSEN

 

Is-Sur Aindrias Ó CAOIMH

 

Is-Sur Endre JUHÁSZ

 

Is-Sur Jean-Jacques KASEL

 

Is-Sur Koen LENAERTS

 

Is-Sur Uno LÕHMUS

 

Is-Sur Allan ROSAS

 

Is-Sur Marek SAFJAN

 

Is-Sinjura Rosario SILVA DE LAPUERTA

 

Is-Sur Vassilios SKOURIS

 

Is-Sur Daniel ŠVÁBY

2.   Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2009 sal-6 ta' Ottubru 2015:

 

Is-Sur Niilo JÄÄSKINEN

 

Is-Sinjura Juliane KOKOTT

 

Is-Sur Dámaso RUIZ-JARABO COLOMER

 

Is-Sinjura Eleanor SHARPSTON.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Frar 2009.

Il-President

M. VICENOVÁ


Top