EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42007D0811

2007/811/KE,Euratom: Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet ta’ l-istati membri tal- 5 ta’ Diċembru 2007 li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

OJ L 325, 11.12.2007, p. 89–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 06/10/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/811/oj

11.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 325/89


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI

tal-5 ta’ Diċembru 2007

li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej

(2007/811/KE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 223 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 139 tiegħu,

Billi:

Skond l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u b’konsegwenza tar-riżenja tas-Sur Romain SCHINTGEN, għandu jiġi maħtur imħallef għall-perijodu li fadal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sas-6 ta’ Ottubru 2009,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Jean-Jacques KASEL huwa b’dan maħtur imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mid-data tal-ġurament tiegħu sas-6 ta’ Ottubru 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta' Diċembru 2007.

Il-President

A. MENDONÇA E MOURA


Top