EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42004D0097

Id-Deċiżjoni meħuda bi ftehim komuni minn rappreżentanti ta' l-istati membri, laqgħa f'livell ta' kap ta' stat jew livell governattiv tat-13 ta' Diċembru 2003 dwar il-lok tas-sedji ta' ċerti uffiċċji u aġenziji ta' l-Unjoni Ewropea

OJ L 29, 3.2.2004, p. 15–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 01 Volume 005 P. 12 - 12
Special edition in Estonian: Chapter 01 Volume 005 P. 12 - 12
Special edition in Latvian: Chapter 01 Volume 005 P. 12 - 12
Special edition in Lithuanian: Chapter 01 Volume 005 P. 12 - 12
Special edition in Hungarian Chapter 01 Volume 005 P. 12 - 12
Special edition in Maltese: Chapter 01 Volume 005 P. 12 - 12
Special edition in Polish: Chapter 01 Volume 005 P. 12 - 12
Special edition in Slovak: Chapter 01 Volume 005 P. 12 - 12
Special edition in Slovene: Chapter 01 Volume 005 P. 12 - 12
Special edition in Bulgarian: Chapter 01 Volume 005 P. 14 - 14
Special edition in Romanian: Chapter 01 Volume 005 P. 14 - 14
Special edition in Croatian: Chapter 01 Volume 017 P. 72 - 72

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/97(1)/oj

42004D0097



Official Journal L 029 , 03/02/2004 P. 0015 - 0015


Id-Deċiżjoni meħuda bi ftehim komuni minn rappreżentanti ta' l-istati membri, laqgħa f'livell ta' kap ta' stat jew livell governattiv

tat-13 ta' Diċembru 2003

dwar il-lok tas-sedji ta' ċerti uffiċċji u aġenziji ta' l-Unjoni Ewropea

(2004/97/KE, Euratom)

IR-RAPPREŻENTANTI TA' L-ISTATI MEMBRI, LAQGĦA F'LIVELL TA' KAP TA' STAT JEW LIVELL GOVERNATTIV,

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 289 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u l-Artikolu 189 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/820/JHA stabbilixxa Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) [1].

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2] stabbilixxa l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel.

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/JHA [3] stabbilixxa l-Eurojust.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4] stabbilixxa Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [5] stabbilixxa Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni.

(6) L-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea tal-Ferrovija hija maħsuba fuq il-bażi ta' proposta sottomessa mill-Kummissjoni nhar l-24 ta' Jannar 2002 [6].

(7) L-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Network u ta' l-Informazzjoni hija maħsuba fuq il-bażi ta' proposta sottomessa mill-Kummissjoni fil-11 ta' Frar 2003.

(8) L-istabbiliment ta' Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard huwa previst fuq il-bażi ta' proposta sottomessa mill-Kummissjoni fit-8 ta' Awissu 2003.

(9) L-istabbiliment ta' Aġenzija Ewropea tal-Kimika hija prevista fuq il-bażi ta' proposta sottomessa mill-Kummissjoni fid-29 ta' Ottubru 2003.

(10) Il-lok tas-sedji ta' dawn l-Uffiċċji u Aġenziji għandu jkun determinat.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

(a) Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija għandu jkollu is-sede tiegħu f'Bramshill.

(b) L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta' l-Ikel għandha jkollha s-sede tagħha f'Parma.

(ċ) Il-Eurojust għandu jkollu s-sede tiegħu f'The Hague.

(d) L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għandha jkollha s-sede tagħha f'Lisbona.

(e) L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tal-Avjazzjoni għandha jkollha s-sede tagħha f'Köln.

(f) L-Aġenzija Ewropea tal-Ferrovija għandha jkollha s-sede tagħha f'Lille-Valenciennes.

(g) L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Network u ta' l-Informazzjoni għandha jkollha s-sede tagħha f'belt fil-Greċja li għandha tkun stabbilita mill-Gvern Grieg.

(h) Iċ-Ċentru għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għandu jkollu s-sede tiegħu ġo belt fl-Isvezja li għandu jkun stabbilit mill-Gvern Svediż.

(i) L-Aġenzija Ewropea tal-Kimika għandha jkollha s-sede tagħha f'Helsinki.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u għandha tidħol fis-seħħ f'din il-ġurnata.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Diċembru 2003.

Il-President

S. Berlusconi

[1] ĠU L 336, tat-30.12.2000, p. 1.

[2] ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat (KE) Nru 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4).

[3] ĠU L 63, tas-6.3.2002, p. 1. Id-Deċizjoni kif ġiet emendata mid-Deċizjoni 2003/659ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 44).

[4] ĠU L 208, tal-5.8.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1644/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 10).

[5] ĠU L 240, tas-7.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 (ĠU L 243, tas-27.9.2003, p. 5).

[6] ĠU C 126 E tat-28.5.2002, p. 323.

--------------------------------------------------

Top