This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32026R0528
Commission Implementing Regulation (EU) 2026/528 of 11 March 2026 concerning the authorisation of patchouli essential oil from Pogostemon cablin Benth. as a feed additive for all animal species
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/528 tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-patchouli minn Pogostemon cablin Benth. bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/528 tal-11 ta’ Marzu 2026 dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-patchouli minn Pogostemon cablin Benth. bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
C/2026/1540
ĠU L, 2026/528, 12.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/528/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/528 |
12.3.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/528
tal-11 ta’ Marzu 2026
dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-patchouli minn Pogostemon cablin Benth. bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Is-sustanza żejt essenzjali tal-patchouli minn Pogostemon cablin Benth. ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Din is-sustanza wara ddaħħlet fir-Reġistru tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodott eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-patchouli minn Pogostemon cablin Benth. bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u fil-grupp funzjonali “komposti tat-togħma”. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u mid-dokumenti mitluba skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
L-applikant talab li l-addittiv jiġi awtorizzat biex jintuża wkoll fl-ilma tax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ “komposti tat-togħma” għall-użu fl-ilma għax-xorb. Għalhekk, jenħtieġ li ma jiġix permess l-użu ta’ dan l-addittiv fl-ilma tax-xorb. |
|
(5) |
Fl-opinjoni (3) tagħha tad-19 ta’ Marzu 2025, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, sa ċerti konċentrazzjonijiet massimi, speċifikati f’aktar dettall għal kull speċi, iż-żejt essenzjali tal-patchouli minn Pogostemon cablin Benth. huwa sikjur għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li jenħtieġ li ż-żejt essenzjali tal-patchouli minn Pogostemon cablin Benth. jitqies bħala irritanti tal-ġilda u tal-għajnejn, u bħala sensitizzatur dermali u respiratorju. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li peress li ż-żejt essenzjali tal-patchouli minn Pogostemon cablin Benth. u l-preparati tiegħu huma rikonxxuti li jagħtu t-togħma lill-ikel u l-funzjoni tagħhom fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, l-ebda prova oħra tal-effikaċja ma hi meqjusa meħtieġa. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li ż-żejt essenzjali tal-patchouli minn Pogostemon cablin Benth. jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik is-sustanza jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jeħtiġux l-istabbiliment ta’ kontenuti massimi għaż-żejt essenzjali tal-patchouli minn Pogostemon cablin Benth. Biex ikun jista’ jkun hemm kontroll aħjar, jenħtieġ li l-kontenut massimu rakkomandat jiġi indikat fuq it-tikketta tal-addittivi tal-għalf. Meta jinqabeż il-kontenut massimu rrakkomandat, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tal-premixxeli kkonċernati. |
|
(8) |
Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki lill-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tas-sustanza kkonċernata, jixraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija ta’ addittivi “addittivi sensorji” u għall-grupp funzjonali “komposti tat-togħma”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. L-addittiv tal-għalf, iż-żejt essenzjali tal-patchouli minn Pogostemon cablin Benth., kif awtorizzat skont id-Direttiva 70/524/KEE, u l-premixxeli li fihom dak l-addittiv, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-1 ta’ Ottubru 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-1 ta’ April 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-1 ta’ April 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-1 ta’ April 2026 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati, jekk ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittiv tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel l-1 ta’ April 2028 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel l-1 ta’ April 2026, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati, jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda adittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1970/524/oj).
(3) EFSA Journal, 23(4), e9357. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9357.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem l-addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
mg ta’ addittiv/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Komposti tat-togħma |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b353-eo |
Żejt essenzjali tal-patchouli |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali mill-weraq ta’ Pogostemon cablin Benth. Għamla likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali tal-patchouli: Żejt essenzjali, kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (KtE) (1), miksub mill-weraq imnixxfa ta’ Pogostemon cablin Benth. permezz tad-distillazzjoni bil-fwar u l-kondensazzjoni ulterjuri tal-kostitwenti volatili u s-separazzjoni mill-fażi milwiema permezz tad-dekantazzjoni. Numru CAS: 8014-09-3 Nri EINECS: 282-493-4, 692-003-4, 616-944-7 Numru FEMA: 2838 Numru CoE: 353 Speċifikazzjonijiet: Alkoħol tal-patchouli: 27–35 % 1(5),11-Gwajadien: 11–16 % β-Karjofillen: 2–5 % α-Bulnesen: 13–21 % Metodu analitiku (2) Għad-determinazzjoni tal-alkoħol tal-patchouli:(il-markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
L-1 ta’ April 2036 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Natural sources of flavourings — Report No 2 (2007).
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/528/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)