This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32026D2164
Council Decision (CFSP) 2026/2164 of 24 September 2026 amending Decision (CFSP) 2024/2643 concerning restrictive measures in view of Russia’s destabilising activities
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2164 tal-24 ta’ Settembru 2026 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2164 tal-24 ta’ Settembru 2026 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
ST/12828/2026/INIT
ĠU L, 2026/2164, 24.9.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2164/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2164 |
24.9.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2164
tal-24 ta’ Settembru 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta’ Ottubru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 (1). |
|
(2) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 u d-19 ta’ Ġunju 2026, il-Kunsill Ewropew ikkundanna l-attakki ibridi reċenti kollha kontra l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Fid-dawl tal-kampanji ibridi persistenti minn atturi ostili, b’mod partikolari r-Russja u l-Belarussja, il-Kunsill Ewropew appella għal sforzi akbar u urġenti biex tissaħħaħ ir-reżiljenza, tiġi intensifikata l-preparatezza, tiġi protetta l-infrastruttura kritika, u jiġu evitati, skoraġġuti u jingħata rispons għal attakki ibridi. |
|
(3) |
L-Unjoni tibqa’ soda fil-kundanna tagħha tal-attivitajiet malizzjużi tar-Russja diretti kontra l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha, organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi terzi. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li persuna fiżika waħda tiżdied mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
P. BURKE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja (ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj).
ANNESS
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643, l-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“81. |
Xenia Vladimirovna FEDOROVA (Russu: Ксения Владимировна ФЁДОРОВА) |
Funzjoni: Eks President u Direttur tal-Informazzjoni ta’ Russia Today France (bejn l-2017 u l-2022), kittieba, ġurnalista u artikolista Data tat-twelid: 26.12.1980 Nazzjonalità: Russa Sess: mara Kont X: https://x.com/xfedorova Kont Instagram: https://www.instagram.com/xfedorova |
Xenia Fedorova hija figura tal-mezzi tax-xandir Russa li kellha kariga eżekuttiva għolja tar-Russia Today (RT) France li hija attiva fit-tixrid ta’ narrattivi favur ir-Russja fi Franza u fl-Unjoni, fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Xenia Fedorova ssieħbet ma’ RT fl-2005 u sussegwentament kellha pożizzjonijiet għolja fi ħdan in-network tal-media ta’ RT. Hija mexxiet Ruptly, l-aġenzija tal-vidjos ta’ RT ibbażata f’Berlin, mill-2015 sal-2017, qabel ma saret President u Direttur tal-Informazzjoni ta’ RT France fl-2017. F’dik il-kapaċità, Xenia Fedorova pparteċipat fl-implimentazzjoni u t-tixrid tal-linja editorjali ta’ RT France, inkluż b’narattivi allinjati ma’ dawk promossi mill-awtoritajiet Russi. Wara s-sospensjoni tal-attivitajiet tax-xandir fl-Unjoni, Xenia Fedorova kompliet ixxerred narattivi tal-media Franċiża allinjati ma’ dawk promossi mill-awtoritajiet Russi dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, l-appoġġ Ewropew għall-Ukrajna, in-NATO u r-relazzjonijiet bejn ir-Russja u l-Unjoni. B’mod partikolari, Xenia Fedorova pinġiet l-appoġġ tal-Punent u tal-Ewropa għall-Ukrajna bħala wieħed li jtawwal il-gwerra, ippreżentat lir-Russja bħala li qed tfittex il-paċi filwaqt li pinġiet lill-Ewropa bħala li qed tfittex il-konfrontazzjoni, qajmet dubji dwar kontijiet stabbiliti dwar it-trasferiment u d-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni, u xerrdet narrattivi li jpinġu l-politiki Ewropej u tan-NATO bħala theddid għas-sigurtà Ewropea. Mill-2025, Xenia Fedorova kkontribwiet regolarment għal diversi organi tax-xandir Franċiżi, inkluż CNews, Europe 1 u Le JDNews, li permezz tagħhom kompliet ixxerred tali narrattivi lil udjenza Franċiża wiesgħa. Xenia Fedorova ġiet identifikata pubblikament mill-awtoritajiet Franċiżi bħala li qed twassal id-diżinformazzjoni tal-Kremlin. F’Lulju 2026, l-awtoritajiet Franċiżi adottaw ukoll miżura ta’ tkeċċija kontriha. Għaldaqstant, Xenia Fedorova qed tappoġġa u hija involuta fl-azzjonijiet u l-politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija jew l-istabbiltà fl-Unjoni u f’wieħed mill-Istati Membri tagħha u f’pajjiż terz, u qed tiffaċilita dawn l-azzjonijiet u l-politiki billi tinvolvi ruħha fil-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza u tappoġġa l-użu tagħhom. |
24.9.2026”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2164/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)