This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32026D1163
Council Decision (EU) 2026/1163 of 11 May 2026 on the signing of the Interim Agreement on Trade between the European Union and the United Mexican States
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1163 tal-11 ta’ Mejju 2026 dwar l-iffirmar tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1163 tal-11 ta’ Mejju 2026 dwar l-iffirmar tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku
ST/12420/2025/INIT
ĠU L, 2026/1163, 27.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1163/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1163 |
27.5.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1163
tal-11 ta’ Mejju 2026
dwar l-iffirmar tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fl-4 ta’ Mejju 2016, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jiftħu negozjati u jinnegozjaw il-modernizzazzjoni tal-Ftehim dwar Sħubija Ekonomika, Koordinazzjoni Politika u Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati Uniti Messikani, min-naħa l-oħra (1). In-negozjati ġew konklużi b’suċċess fis-17 ta’ Jannar 2025. |
|
(2) |
In-negozjati rriżultaw f’żewġ strumenti legali paralleli. L-ewwel strument huwa l-Ftehim ta’ Sħubija Strateġika Politika, Ekonomika u ta’ Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati Uniti tal-Messiku, min-naħa l-oħra, komunament imsejjaħ il-“Ftehim Globali Modernizzat” (il-“MGA”, Modernised Global Agreement), li jinkludi l-pilastru ta’ djalogu politiku u kooperazzjoni u l-pilastru tal-kummerċ u l-investiment, inkluż dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-investiment. It-tieni strument huwa l-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku (l-“ITA”) li jkopri l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u l-investiment. L-ITA ser jieqaf milli jkollu effett u ser jiġi sostitwit bil-MGA mad-dħul fis-seħħ ta’ dan tal-aħħar. |
|
(3) |
L-għan tal-ITA huwa li jrawwem aktar kummerċ u investiment sostenibbli bejn il-Partijiet billi jespandi u jiddiversifika r-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali tagħhom u billi joħloq opportunitajiet ġodda kemm għall-ħaddiema kif ukoll għan-negozji, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li l-ITA jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni ta’ dak il-Ftehim (2).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Mejju 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 276, 28.10.2000, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2000/658/oj.
(2) It-test tal-ITA ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1163/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)