Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026D1156

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1156 tat-28 ta’ Mejju 2026 li tiddetermina d-data li minnha r-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità għandu jibda jopera skont ir-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2026/3308

ĠU L, 2026/1156, 29.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1156/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1156/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1156

29.5.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1156

tat-28 ta’ Mejju 2026

li tiddetermina d-data li minnha r-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità għandu jibda jopera skont ir-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 72(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/817 u r-Regolament (UE) 2019/818 jistabbilixxu qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fl-oqsma tal-fruntieri, il-viża, il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni.

(2)

Dak il-qafas jinkludi għadd ta’ komponenti tal-interoperabbiltà, inkluż ir-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità (CIR). Is-CIR joħloq fajl individwali għal kull persuna li tkun irreġistrata fis-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES), fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), fis-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), fil-Bażi tad-Data Ewropea tad-Dattiloskopika dwar l-Ażil (Eurodac) jew fis-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali għal Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi (ECRIS-TCN). Dan il-komponent huwa stabbilit biex jiffaċilita u jassisti fl-identifikazzjoni korretta tal-persuni rreġistrati fis-sistemi, jappoġġa d-Detettur ta’ Identitajiet Multipli (MID), u jissimplifika l-aċċess għall-awtoritajiet maħtura kif speċifikat mid-dispożizzjonijiet relatati fir-Regolamenti.

(3)

Skont ir-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818, il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data li minnha s-CIR jibda jopera ladarba l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 72(3) tar-Regolament (UE) 2019/817 u fl-Artikolu 68(3) tar-Regolament (UE) 2019/818 ikunu ntlaħqu. Dik id-data għandha tiġi stabbilita fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni.

(4)

Il-Kummissjoni vverifikat li ġew adottati l-atti ta’ implimentazzjoni meħtieġa għall-operat tas-CIR (3); li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) iddikjarat it-tlestija b’suċċess ta’ test komprensiv tas-CIR, li tkun wettqet f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri; li l-eu-LISA tkun ivvalidat l-arranġamenti tekniċi u legali biex tiġbor u tittrasmetti d-data msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 u tkun innotifikathom lill-Kummissjoni. l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b’suċċess ta’ test komprensiv tal-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data, l-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u l-istandards minimi tal-kwalità tad-data, li hija tkun wettqet b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri.

(5)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi ddeterminata d-data li fiha jibda jopera s-CIR.

(6)

Peress li r-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 jibnu fuq l-acquis ta’ Schengen, f’konformità mal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka nnotifikat l-implimentazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 fil-liġi nazzjonali tagħha. Għalhekk, id-Danimarka hija marbuta b’din id-Deċiżjoni.

(7)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem f’konformità mal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u, suġġetta għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(8)

Fir-rigward tal-Iżlanda u tan-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn l-aħħar tnejn imsemmija mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (4) ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (5).

(9)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, skont it-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (6), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (7).

(10)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (8) ta’ Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt A, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (9).

(11)

Fir-rigward ta’ Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li b’xi mod ieħor huwa relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-operat tar-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità għandu jibda fit-12 ta’ Ġunju 2026.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/817/oj.

(2)   ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/818/oj.

(3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2021 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tal-proċedura ta’ kooperazzjoni fir-rigward ta’ inċidenti ta’ sigurtà li għandhom jew li jista’ jkollhom impatt fuq l-operat tal-komponenti tal-interoperabbiltà jew fuq id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data, skont l-Artikolu 43(5) tar-Regolament (UE) 2019/817 (C (2021) 6663); Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2021 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tal-proċedura ta’ kooperazzjoni fir-rigward ta’ inċidenti ta’ sigurtà li għandhom jew li jista’ jkollhom impatt fuq l-operat tal-komponenti tal-interoperabbiltà jew fuq id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data, skont l-Artikolu 43(5) tar-Regolament (UE) 2019/818 (C (2021) 6664); Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Jannar 2022 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għal soluzzjonijiet tekniċi biex jiġu ġestiti t-talbiet għall-aċċess tal-utenti għall-fini tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2019/817 u biex jiġi ffaċilitat il-ġbir tal-informazzjoni għall-fini li jiġu ġġenerati rapporti u statistika għall-finijiet tal-Artikolu 78(7) u (9) tar-Regolament (UE) 2019/817 (C (2022) 46 final); Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Jannar 2022 li tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għal soluzzjonijiet tekniċi biex jiġu ġestiti t-talbiet għall-aċċess tal-utenti għall-fini tal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2019/818 u biex jiġi ffaċilitat il-ġbir tal-informazzjoni għall-fini li jiġu ġġenerati rapporti u statistika għall-finijiet tal-Artikolu 74(7) u (9) tar-Regolament (UE) 2019/818 (C (2022) 51 final);

(4)   ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1999/439(1)/oj.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/437/oj).

(6)   ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2008/178(1)/oj.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/146/oj).

(8)   ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/350/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1156/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top