Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026D0434

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2026/434 tas-17 ta’ Frar 2026 dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni tal-Iżlanda fil-komponent tal-GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u fil-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, u għall-aċċess għal servizzi ta’ GOVSATCOM u għas-servizzi governattivi tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura

ST/5274/2026/INIT

ĠU L, 2026/434, 23.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/434/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/434/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/434

23.2.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/434

tas-17 ta’ Frar 2026

dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni tal-Iżlanda fil-komponent tal-GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u fil-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, u għall-aċċess għal servizzi ta’ GOVSATCOM u għas-servizzi governattivi tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 189 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta’ ittra tal-14 ta’ Diċembru 2023, l-Iżlanda esprimiet l-interess formali tagħha li tibda negozjati dwar ftehim bil-ħsieb li tipparteċipa fil-komponent tal-GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u fil-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, u għall-aċċess għal servizzi ta’ GOVSATCOM u għas-servizzi governattivi tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura.

(2)

Fil-25 ta’ Frar 2025, il-Kunsill awtorizza l-ftuħ ta’ negozjati f’isem l-Unjoni għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni tal-Iżlanda fil-komponent tal-GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u fil-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, u għall-aċċess għal servizzi ta’ GOVSATCOM u għas-servizzi governattivi tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura (il-“Ftehim”). In-negozjati ġew konklużi b’suċċess fis-16 ta’ Ġunju 2025.

(3)

L-Iżlanda għandha kooperazzjoni fit-tul mal-Unjoni fil-qasam tal-ispazju, u qed tipparteċipa f’diversi komponenti tal-Programm Spazjali tal-Unjoni.

(4)

L-Unjoni u l-Iżlanda kkonkludew ftehim dwar proċeduri tas-sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (1).

(5)

Minn perspettiva ġeopolitika, il-parteċipazzjoni tal-Iżlanda fil-komponent tal-GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u fil-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, u l-aċċess tal-Iżlanda hħal servizzi ta’ GOVSATCOM u għas-servizzi governattivi tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, se tikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-rwol tal-Ewropa bħala attur globali u se tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali kif definit fl-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa. Ftehim mal-Iżlanda jsaħħaħ il-postura strateġika tal-Unjoni, li hija objettiv tal-Istrateġija Spazjali tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża.

(6)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda, li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni tal-Iżlanda fil-komponent tal-GOVSATCOM tal-Programm Spazjali tal-Unjoni u fil-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, u għall-aċċess għal servizzi ta’ GOVSATCOM għas-servizzi governattivi tal-Programm tal-Unjoni għal Konnettività Sigura, huwa b’dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni ta’ dak il-Ftehim (2).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KERAVNOS


(1)  Il-Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Iżlanda u l-Unjoni Ewropea dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 184, 6.7.2006, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2006/467/oj).

(2)  It-test tal-Ftehim għandu jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni fil-konklużjoni tiegħu.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/434/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top