This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R2235
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/2235 of 6 November 2025 amending Implementing Regulation (EU) 2025/1082 as regards Potato virus S and Potato virus X as specified pests for unrooted cuttings for planting of Calibrachoa spp., Petunia spp. and their hybrids from Kenya
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2235 tas-6 ta’ Novembru 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1082 fir-rigward tal-virus S tal-patata u tal-virus X tal-patata bħala pesti speċifikati għall-biċċiet mingħajr għeruq għat-tħawwil ta’ Calibrachoa spp., Petunia spp. u l-ibridi tagħhom mill-Kenja
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2235 tas-6 ta’ Novembru 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1082 fir-rigward tal-virus S tal-patata u tal-virus X tal-patata bħala pesti speċifikati għall-biċċiet mingħajr għeruq għat-tħawwil ta’ Calibrachoa spp., Petunia spp. u l-ibridi tagħhom mill-Kenja
C/2025/7371
ĠU L, 2025/2235, 7.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2235/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2235 |
7.11.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2235
tas-6 ta’ Novembru 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1082 fir-rigward tal-virus S tal-patata u tal-virus X tal-patata bħala pesti speċifikati għall-biċċiet mingħajr għeruq għat-tħawwil ta’ Calibrachoa spp., Petunia spp. u l-ibridi tagħhom mill-Kenja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1082 (2) jistabbilixxi deroga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (3) dwar l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ biċċiet mingħajr għeruq għat-tħawwil ta’ Calibrachoa spp., ta’ Petunia spp. u tal-ibridi tagħhom mill-Kenja. |
|
(2) |
Fit-3 ta’ Lulju 2025, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ippubblikat addendum għall-opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta’ pjanti mingħajr għeruq ta’ Petunia spp. u Calibrachoa spp. mill-Kenja (4), billi evidenza ġdida kkonfermat il-preżenza tal-virus S tal-patata u tal-virus X tal-patata fil-Kenja u inkludiet dawn il-viruses bħala pesti relevanti għall-biċċiet mingħajr għeruq ta’ Petunia spp., Calibrachoa spp. u l-ibridi tagħhom prodotti fil-Kenja. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-iżolati mhux tal-UE tal-virus S tal-patata u l-iżolati mhux tal-UE tal-virus X tal-patata jitqiesu bħala pesti speċifikati skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1082. Konsegwentement, u għal raġunijiet ta’ protezzjoni fitosanitarja tat-territorju tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet rispettivi ta’ dak ir-Regolament li jikkonċernaw il-kampjunar, l-ittestjar molekulari u l-ispezzjonijiet tal-pjanti speċifikati jenħtieġ li jindirizzaw ukoll ir-riskju ta’ dawk il-viruses. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1082 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1082
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1082 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 3(4), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Il-pjanti li jiffurmaw l-għeruq jew jitkabbru direttament mill-pjanti speċifikati għandhom jinżammu separati minn kwalunkwe pjanta oħra suxxettibbli għall-pesti speċifikati. Għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet uffiċjali mill-inqas darba qabel ma jiġu mċaqilqa għall-ewwel darba barra mill-bini tal-operatur professjonist ikkonċernat u qrib kemm jista’ jkun tal-ħin tal-moviment tagħhom. Dawk l-ispezzjonijiet għandhom jinkludu, f’każ ta’ suspett ta’ infezzjoni, kampjunar u ttestjar molekulari għall-virus tat-tbajja’ ħfief tal-fażola tal-għajn (Cowpea mild mottle virus), għall-virus tat-tbajja’ tal-vini tal-bżar (Pepper veinal mottle virus), għall-virus tal-weraq mibruma tal-patata (Potato leafroll virus), għall-virus S tal-patata (iżolati mhux tal-UE), għall-virus X tal-patata (iżolati mhux tal-UE), għall-virus tat-tbajja’ ħfief tat-tadam (Tomato mild mottle virus) u għall-virus taċ-ċrieki sofor tat-tadam (Tomato yellow ring virus).”; |
|
(3) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1082 tat-2 ta’ Ġunju 2025 li jistabbilixxi deroga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 dwar l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ biċċiet mingħajr għeruq għat-tħawwil tal-Calibrachoa spp., tal-Petunia spp. u tal-ibridi tagħhom mill-Kenja (ĠU L, 2025/1082, 3.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1082/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).
(4) Il-Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti, 2024, Commodity risk assessment of Petunia spp. and Calibrachoa spp. unrooted cuttings from Kenya. EFSA Journal 2024;22:e8742. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.8742.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2235/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)