This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R2086
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/2086 of 17 October 2025 laying down, pursuant to Regulation (EU) 2021/2282 on health technology assessment, procedural rules for the interaction during, exchange of information on, and participation in, the preparation and update of joint clinical assessments of medical devices and in vitro diagnostic medical devices at Union level, as well as templates for those joint clinical assessments
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2086 tas-17 ta’ Ottubru 2025 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) 2021/2282 dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, ir-regoli ta’ proċedura għall-interazzjoni matul it-tħejjija u l-aġġornament tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti ta’ apparati mediċi u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro fil-livell tal-Unjoni, għall-iskambju ta’ informazzjoni dwarhom, u għall-parteċipazzjoni fihom, kif ukoll il-mudelli għal dawk il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2086 tas-17 ta’ Ottubru 2025 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) 2021/2282 dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, ir-regoli ta’ proċedura għall-interazzjoni matul it-tħejjija u l-aġġornament tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti ta’ apparati mediċi u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro fil-livell tal-Unjoni, għall-iskambju ta’ informazzjoni dwarhom, u għall-parteċipazzjoni fihom, kif ukoll il-mudelli għal dawk il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti
C/2025/6884
ĠU L, 2025/2086, 20.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2086/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2086 |
20.10.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2086
tas-17 ta’ Ottubru 2025
li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) 2021/2282 dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, ir-regoli ta’ proċedura għall-interazzjoni matul it-tħejjija u l-aġġornament tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti ta’ apparati mediċi u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro fil-livell tal-Unjoni, għall-iskambju ta’ informazzjoni dwarhom, u għall-parteċipazzjoni fihom, kif ukoll il-mudelli għal dawk il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2282 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1), il-punti (b) u (c), l-Artikolu 25(1), il-punt (b), u l-Artikolu 26(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2021/2282, il-Kummissjoni, wara li fittxet rakkomandazzjoni mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Istati Membri għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa stabbilit skont l-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament (“il-Grupp ta’ Koordinazzjoni”), trid tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni u mill-inqas kull sentejn tagħżel apparati mediċi u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro (“apparati mediċi”) għal valutazzjoni klinika konġunta. Il-Kummissjoni trid tagħżel dawk l-apparati mill-apparati mediċi li għalihom il-gruppi ta’ esperti rilevanti maħtura f’konformità mal-Artikolu 106(1) tar-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (“il-gruppi ta’ esperti”) ikunu pprovdew opinjoni xjentifika jew il-fehmiet tagħhom. |
|
(2) |
Skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2699 (3), l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini trid tipprovdi lill-Kummissjoni li taġixxi bħala s-segretarjat tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni (“is-segretarjat tal-HTA”) l-informazzjoni dwar l-apparati mediċi kollha li għalihom il-gruppi ta’ esperti jkunu pprovdew opinjoni xjentifika jew il-fehmiet tagħhom sa mhux aktar tard minn 15-il jum wara t-tmiem ta’ kull trimestru, li jkunu jappartjenu għal dak it-trimestru. |
|
(3) |
Minħabba l-kunfidenzjalità relatata mal-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-apparati mediċi, l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2021/2282, li tagħżel l-apparati mediċi għal valutazzjoni klinika konġunta tista’ titnieda biss wara li jitlesta l-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-apparat mediku. |
|
(4) |
Fl-istess ħin, sabiex tiġi pprevenuta d-duplikazzjoni tal-valutazzjonijiet dwar l-istess apparat mediku mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni u mill-awtoritajiet u l-korpi tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa tal-Istati Membri, huwa kruċjali li l-valutazzjoni klinika konġunta ta’ dawk l-apparati tibda malli l-apparat jiġi ċċertifikat skont ir-Regolament (UE) 2017/745 jew ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), kif applikabbli. Għalhekk, l-ewwel nett, mal-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni, is-segretarjat tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (HTA, health technology assessment) jenħtieġ li jinforma lill-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa dwar l-apparati mediċi rrakkomandati mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni li jridu jintgħażlu għall-valutazzjoni klinika konġunta ta’ dik ir-rakkomandazzjoni, u r-raġunijiet għal dan. Dan se jippermetti wkoll lill-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa jħejju ruħhom b’mod adegwat għall-valutazzjoni klinika konġunta li jmiss. It-tieni, il-korpi nnotifikati maħtura f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/745 jew ir-Regolament (UE) 2017/746 (“il-korpi nnotifikati”) jenħtieġ li jkunu meħtieġa jinfurmaw lis-segretarjat tal-HTA dwar ir-riżultati tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni tal-apparati mediċi koperti fir-rakkomandazzjoni tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni. Fl-aħħar nett, mal-għoti taċ-ċertifikat ta’ konformità mill-korp innotifikat, l-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa jenħtieġ li jiġu mistiedna jissottomettu lis-segretarjat tal-HTA l-informazzjoni neċessarja għall-iżvilupp tal-ambitu tal-valutazzjoni previst fl-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) 2021/2282 (“l-ambitu tal-valutazzjoni”). |
|
(5) |
Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tas-sottomissjoni tal-informazzjoni u jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-korpi notifikati ma jkunux meħtieġa jipprovdu lis-segretarjat tal-HTA l-informazzjoni li diġà hija disponibbli kif xieraq u bis-sħiħ fil-bażi tad-data Ewropea dwar l-apparati mediċi msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2017/745 u fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2017/746. L-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa jistgħu jipprovdu lis-segretarjat tal-HTA l-informazzjoni mitluba billi jirreferu għar-reġistrazzjoni tagħha f’dik il-bażi tad-data. |
|
(6) |
Meta f’każijiet speċifiċi iġġustifikati, il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha msemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2021/2282 u adottata f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33(2) tiegħu, għall-valutazzjoni klinika konġunta tagħżel apparati mediċi li skont il-Grupp ta’ Koordinazzjoni ma kinux irrakkomandati li jintgħażlu għaliha, l-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa ta’ dawk l-apparati jenħtieġ li jipprovdu l-informazzjoni neċessarja għall-iżvilupp tal-ambitu tal-valutazzjoni. |
|
(7) |
Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-apparati mediċi, xi evidenza meħtieġa, bħall-evidenza biex jiġu indirizzati xi kwistjonijiet ta’ riċerka tal-ambitu tal-valutazzjoni, tista’ ssir disponibbli biss wara li l-apparat mediku jkun tqiegħed fis-suq. F’każijiet bħal dawn, fejn il-valutazzjoni klinika konġunta tal-apparat mediku tkun inbdiet ftit wara ċ-ċertifikazzjoni tiegħu skont ir-Regolament (UE) 2017/745 jew ir-Regolament (UE) 2017/746, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Grupp ta’ Koordinazzjoni li jivvaluta l-evidenza addizzjonali billi jagħti bidu għall-aġġornamenti rilevanti tal-valutazzjoni klinika konġunta. Il-konsultazzjonijiet xjentifiċi konġunti jistgħu jiffaċilitaw ukoll il-proċess tat-tħejjija tal-aġġornamenti rilevanti tal-valutazzjoni klinika konġunta tal-apparati mediċ meta t-talbiet għal konsultazzjoni xjentifika konġunta jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà u tal-għażla. |
|
(8) |
Huwa neċessarju li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa ta’ apparati mediċi li l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jew is-sottogrupp rilevanti tiegħu kkunsidra fit-tħejjija tar-rakkomandazzjoni tiegħu, iżda li ma rrakkomandax li jintgħażlu għall-valutazzjoni klinika konġunta. Għalhekk, is-segretarjat tal-HTA jenħtieġ li jinforma wkoll lill-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa ta’ tali apparati mediċi, li l-Grupp ta’ Koordinazzjoni ma rrakkomandax li jintgħażlu dawk l-apparati għall-valutazzjoni klinika konġunta. Madankollu, dawk l-apparati mediċi xorta jistgħu jintgħażlu għall-valutazzjoni klinika konġunta aktar tard, pereżempju meta ssir disponibbli informazzjoni ġdida relatata mal-konformità tagħhom mal-kriterji tal-għażla stabbiliti fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2021/2282 wara t-tqegħid tagħhom fis-suq. |
|
(9) |
Sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ skambju tal-informazzjoni, tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni mal-gruppi ta’ esperti dwar it-tħejjija u l-aġġornament tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti ta’ apparati mediċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kriterji tal-għażla elenkati fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2021/2282, is-segretarjat tal-HTA jenħtieġ li jinforma lill-gruppi ta’ esperti dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni. Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini qiegħda taġixxi bħala s-segretarjat għal dawk il-gruppi ta’ esperti. Għalhekk, l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Grupp ta’ Koordinazzjoni u l-gruppi ta’ esperti jenħtieġ li jsir permezz tas-segretarjat tal-HTA u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. |
|
(10) |
Fid-dawl tal-kompiti tas-segretarjat tal-HTA stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/2282, l-iskambju tal-informazzjoni mal-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa, mal-korpi nnotifikati, mal-pazjenti, mal-esperti kliniċi u ma’ esperti rilevanti oħra (“esperti individwali”) u mal-Istati Membri dwar it-tħejjija u l-aġġornament tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti jenħtieġ li jsir permezz tas-segretarjat tal-HTA. Is-segretarjat tal-HTA jenħtieġ li jiżgura li l-informazzjoni kollha li jirċievi tiġi kkomunikata lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni, lis-sottogrupp tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti (“is-Sottogrupp JCA”) u lill-assessur u lill-koassessur għall-valutazzjoni klinika konġunta maħtura skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2021/2282 (“l-assessur u l-koassessur”), kif xieraq, malli jirċievi dik l-informazzjoni. |
|
(11) |
Sabiex jiġi żgurat id-dritt għal amministrazzjoni tajba, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jenħtieġ li jiġi infurmat dwar il-bidu tal-proċess ta’ definizzjoni tal-ambitu, dwar il-passi ta’ dik il-valutazzjoni klinika konġunta, dwar l-aġġornament tagħha, kif ukoll dwar il-bidu mill-ġdid tagħha skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) 2021/2282. Jenħtieġ li l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jiġi infurmat ukoll dwar id-deċiżjoni tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni li jinkludi l-aġġornament tal-valutazzjoni klinika konġunta fil-programm ta’ ħidma annwali tiegħu, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/2282. |
|
(12) |
Sabiex jiġi żgurat l-involviment effettiv ta’ esperti individwali fil-valutazzjoni klinika konġunta tal-apparati mediċi, is-Sottogrupp JCA jenħtieġ li jispeċifika l-informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tagħhom mill-aktar fis possibbli, kull meta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jirrakkomanda li jintgħażel apparat mediku għal valutazzjoni klinika konġunta. Is-segretarjat tal-HTA jenħtieġ li jidentifika l-esperti individwali abbażi ta’ dik l-informazzjoni. |
|
(13) |
Sabiex jiġu identifikati l-esperti individwali b’għarfien espert speċjalizzat fil-fond rilevanti, is-segretarjat tal-HTA jenħtieġ li jkun jista’ jikkonsulta n-network tal-partijiet ikkonċernati stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2021/2282, in-networks ta’ referenza Ewropej għal mard rari u kumpless u sorsi, aġenziji u organizzazzjonijiet rilevanti oħra. Sabiex tiġi żgurata l-ogħla kwalità xjentifika tal-valutazzjoni klinika konġunta, meta ssir l-għażla finali, is-Sottogrupp JCA jenħtieġ li jagħti prijorità lill-esperti individwali li għandhom għarfien espert, f’diversi Stati Membri, fil-kundizzjoni medika li trid tiġi ttrattata, fil-qasam terapewtiku, fit-tip ta’ teknoloġija tas-saħħa li hija s-suġġett tal-valutazzjoni klinika konġunta jew ta’ għarfien espert speċifiku ieħor. Jenħtieġ li dawn l-esperti jiġu kkonsultati matul il-valutazzjoni klinika konġunta. |
|
(14) |
Sabiex jiġi żgurat li l-esperti individwali jieħdu sehem fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti b’mod indipendenti u trasparenti, mingħajr kunflitti ta’ interess, jenħtieġ li jintgħażlu u jiġu involuti biss f’valutazzjonijiet kliniċi konġunti wara li l-Kummissjoni tkun ivvalutat l-interessi ddikjarati tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2021/2282 u mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2745 (6). |
|
(15) |
Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-involviment xieraq tal-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati fil-ħidma tiegħu, is-Sottogrupp JCA jista’ jagħti l-opportunità lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, lill-organizzazzjonijiet professjonali tal-kura tas-saħħa u lis-soċjetajiet kliniċi u mgħallma biex jipprovdu l-input tagħhom dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti. |
|
(16) |
Sabiex jintlaħaq l-objettiv li, matul l-iżvilupp tal-ambitu tal-valutazzjoni, il-ħtiġijiet tal-Istati Membri jissarrfu fl-aktar għadd baxx possibbli ta’ settijiet ta’ parametri għall-valutazzjoni klinika konġunta f’termini tal-popolazzjoni tal-pazjenti, l-intervent, il-komparaturi u l-eżiti tas-saħħa, jenħtieġ li l-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, iħejji proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni li se sservi bħala bażi għall-Istati Membri biex jesprimu l-ħtiġijiet tagħhom. |
|
(17) |
Sabiex jiġi żgurat li l-ambitu tal-valutazzjoni jkun inklużiv u jirrifletti l-ħtiġijiet tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni mħejjija mill-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, tiġi kondiviża mal-membri tas-Sottogrupp JCA. |
|
(18) |
Jenħtieġ li jiġi żgurat li l-ambitu tal-valutazzjoni jiġi żviluppat b’rispett għad-dritt għal amministrazzjoni tajba u billi titqies l-informazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa u billi jitqies l-input li jasal mingħand esperti individwali. |
|
(19) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti skadenzi għall-finalizzazzjoni tal-ambitu tal-valutazzjoni u tal-abbozz tar-rapporti tal-valutazzjoni klinika konġunta mis-Sottogrupp JCA bil-għan li tiġi żgurata d-disponibbiltà f’waqtha tar-rapporti tal-valutazzjoni klinika konġunta ta’ apparati mediċi. Sabiex jiġu mmassimizzati r-riżorsi disponibbli, l-ambitu tal-valutazzjoni jenħtieġ li jiġi ffinalizzat biss mis-Sottogrupp JCA wara li tiġi adottata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2021/2282 li tagħżel l-apparat mediku għall-valutazzjoni klinika konġunta. |
|
(20) |
Sabiex jikkontribwixxi għall-kompletezza u l-kwalità għolja tad-dossier u t-twettiq bla xkiel tal-valutazzjoni klinika konġunta, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jenħtieġ li jkun jista’ jitlob laqgħa ta’ spjegazzjoni dwar l-ambitu tal-valutazzjoni mas-Sottogrupp JCA. |
|
(21) |
Sabiex tiġi żgurata kwalità għolja tad-dossier għall-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapport tal-valutazzjoni klinika konġunta, kif ukoll biex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data kunfidenzjali minħabba raġunijiet kummerċjali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti skadenzi li jagħtu biżżejjed żmien lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa biex iħejji u jissottometti dak id-dossier u biex jieħu l-azzjonijiet li ġejjin: (a) jipprovdi informazzjoni, data, analiżi u evidenza oħra nieqsa kif indikat fit-tieni talba tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) 2021/2282; (b) jipprovdi speċifikazzjonijiet ulterjuri jew informazzjoni, data, analiżijiet, jew evidenza oħra addizzjonali kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2021/2282; (c) jipprovdi aġġornamenti għall-informazzjoni pprovduta qabel imsemmija fl-Artikoli 10(8) tar-Regolament (UE) 2021/2282; (d) jindika l-ineżattezzi tekniċi jew fattwali fl-abbozzi tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi u kwalunkwe informazzjoni meqjusa bħala kunfidenzjali. |
|
(22) |
Sabiex jiġu żgurati amministrazzjoni tajba u disponibbiltà f’waqtha tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tal-apparati mediċi, jenħtieġ li jiġu stabbiliti skadenzi għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar jekk id-dossier sottomess mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għall-valutazzjoni klinika konġunta tal-apparat mediku jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/2282. Sabiex tiżgura t-twettiq bla xkiel tal-valutazzjoni klinika konġunta, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkonsulta, kif xieraq, lill-assessur u lill-koassessur meta twettaq il-valutazzjoni. |
|
(23) |
Sabiex tiġi żgurata l-ogħla kwalità xjentifika tal-valutazzjoni klinika konġunta, jenħtieġ li esperti individwali jiġu involuti fil-proċess tal-valutazzjoni klinika konġunta billi jingħataw l-opportunità li jipprovdu l-input dwar l-abbozz tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi. |
|
(24) |
L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2021/2282 jirrikjedi lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jinforma b’mod proattiv lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni meta ssir disponibbli data klinika ġdida matul il-proċess tal-valutazzjoni klinika konġunta. Sabiex jiġi żgurat, minn naħa waħda, it-twettiq bla xkiel tal-valutazzjoni klinika konġunta u l-konformità mal-iskadenzi għall-finalizzazzjoni tar-rapport tal-valutazzjoni klinika konġunta u iċ-ċertezza legali għall-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa, min-naħa l-oħra, l-iskadenza jenħtieġ li tiġi stabbilita f’data li fiha s-Sottogrupp JCA irid jiżgura li d-data klinika l-ġdida li tasal sa dik id-data titqies fl-abbozzi tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi. |
|
(25) |
Sabiex jiġi żgurat li r-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti jitwasslu fil-ħin, jenħtieġ li jiġu stabbiliti skadenzi għall-finalizzazzjoni tal-abbozzi riveduti tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi mis-Sottogrupp JCA u għall-approvazzjoni tal-abbozzi riveduti tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni. |
|
(26) |
L-Artikolu 10(7) u l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/2282 jipprevedu rispettivament it-tnedija mill-ġdid u l-aġġornament ta’ valutazzjoni klinika konġunta. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, huwa neċessarju li jiġu adottati ċerti regoli ta’ proċedura u skadenzi dettaljati li jenħtieġ li japplikaw f’dawk il-każijiet. |
|
(27) |
Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, it-traċċabbiltà u s-segretezza professjonali, kif ukoll biex ikun hemm kontribut għall-konformità proċedurali tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti, kwalunkwe dokumentazzjoni msemmija fir-Regolament (UE) 2021/2282 u f’dan ir-Regolament jenħtieġ li tintbagħat f’format diġitali u jenħtieġ li tiġi skambjata matul il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti ta’ apparati mediċi mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni, is-Sottogrupp JCA, is-segretarjat tal-HTA, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa u l-esperti individwali u bejniethom permezz tal-pjattaforma tal-IT imsemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2021/2282 (“il-pjattaforma tal-IT tal-HTA”). |
|
(28) |
Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, minn naħa waħda, u l-protezzjoni tad-data kunfidenzjali minħabba raġunijiet kummerċjali, min-naħa l-oħra, jenħtieġ li l-valutazzjoni klinika konġunta u r-rapporti ta’ sinteżi, flimkien mad-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(3), il-punti (d) u (i) tar-Regolament (UE) 2021/2282, jiġu ppubblikati, wara li jkunu tqiesu l-fehmiet tas-Sottogrupp JCA dwar in-natura kummerċjalment sensittiva tal-informazzjoni li tinsab f’din id-dokumentazzjoni, li l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jkun talab li tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. |
|
(29) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi, f’konformità mal-Artikolu 5(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), ir-regoli dwar l-ipproċessar ta’ data personali għall-iskopijiet tat-twettiq tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti ta’ apparati mediċi u l-aġġornamenti tagħhom. B’mod partikolari, jispeċifika d-data personali li tista’ tiġi pproċessata, jiġifieri ċerta data personali relatata mal-esperti individwali involuti fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-aġġornamenti tagħhom u ċerta data personali relatata mar-rappreżentanti maħtura fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni u s-Sottogrupp JCA, ir-rappreżentanti tal-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa u r-rappreżentanti tal-membri tan-network tal-partijiet ikkonċernati stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2021/2282. |
|
(30) |
Sabiex jiġi żgurat l-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet tat-twettiq ta’ valutazzjonijiet kliniċi konġunti ta’ apparati mediċi u l-aġġornamenti tagħhom, jenħtieġ li l-Kummissjoni titqies bħala l-kontrollur ta’ dak l-ipproċessar skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt (8) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali mill-membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u s-Sottogrupp JCA u r-rappreżentanti tagħhom barra mill-pjattaforma tal-IT tal-HTA jrid isir f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
|
(31) |
L-identità tal-pazjent tista’ tiżvela l-istatus tas-saħħa tal-pazjent fir-rigward tas-suġġett tal-valutazzjoni klinika konġunta u għalhekk jenħtieġ li titqies bħala kategorija speċjali ta’ data personali skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1725. Tali data jenħtieġ li tiġi pproċessata biss meta jiġu ssodisfati l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10(2), il-punt (i) ta’ dak ir-Regolament. Huwa neċessarju li jiġu previsti miżuri xierqa u speċifiċi għas-salvagwardja tad-drittijiet u l-libertajiet tal-pazjent. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-ebda data personali tal-pazjenti ma tkun disponibbli għall-pubbliku. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2021/2282, ir-rappreżentanti maħtura fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni u s-Sottogrupp JCA, kif ukoll l-esperti individwali involuti fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-aġġornamenti tagħhom, huma soġġetti għal rekwiżit ta’ segretezza professjonali, anke wara li jkunu ntemmu dmirijiethom. Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-data personali u tal-informazzjoni kunfidenzjali, huwa neċessarju li jiġi previst li l-esperti individwali li jkunu ffirmaw ftehimiet ta’ kunfidenzjalità biss jistgħu jkunu involuti fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-aġġornamenti tagħhom. |
|
(32) |
Sabiex tiġi żgurata l-possibbiltà li jiġi vverifikat jekk il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti twettqux b’mod proċeduralment konformi, b’mod partikolari fil-każ ta’ lmenti jew litigazzjoni, huwa xieraq li jiġi previst perjodu taż-żamma tad-data personali u r-rieżami tagħha f’intervalli regolari. Sabiex jiġi żgurat l-għarfien espert speċjalizzat fil-fond rilevanti fil-valutazzjoni klinika konġunta, pereżempju, fil-każ fejn l-esperti individwali magħżula jirtiraw mir-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom, huwa xieraq li jiġi previst perjodu taż-żamma tad-data personali tal-esperti individwali mhux magħżula biex jieħdu sehem f’valutazzjoni klinika konġunta. |
|
(33) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-opinjoni tiegħu fil-15 ta’ Lulju 2025. |
|
(34) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat imsemmi fl-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) 2021/2282, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ta’ proċedura dettaljati għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti ta’ apparati mediċi u ta’ apparati mediċi dijanjostiċi in vitro (“apparati mediċi”) fil-livell tal-Unjoni, fir-rigward ta’:
|
(a) |
il-kooperazzjoni tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Istati Membri għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa stabbilit skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/2282 (“il-Grupp ta’ Koordinazzjoni”) u l-Kummissjoni li taġixxi bħala segretarjat tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni (“is-segretarjat tal-HTA”) mal-korpi nnotifikati maħtura f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/745 jew ir-Regolament (UE) 2017/746 (“il-korpi nnotifikati”) u mal-gruppi ta’ esperti maħtura f’konformità mal-Artikolu 106(1) tar-Regolament (UE) 2017/745 (“il-gruppi ta’ esperti”) fil-forma ta’ skambju ta’ informazzjoni fir-rigward tat-tħejjija u l-aġġornament tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti; |
|
(b) |
l-interazzjoni, inkluż it-twaqqit tagħha, mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni, is-sottogruppi tiegħu u l-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa, il-pazjenti, l-esperti kliniċi u esperti rilevanti oħra (“esperti individwali”) u bejniethom matul il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-aġġornamenti tagħhom; |
|
(c) |
ir-regoli ta’ proċedura ġenerali dwar l-għażla u l-konsultazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati u tal-esperti individwali fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti; |
|
(d) |
il-format u l-mudelli għad-dossiers b’informazzjoni, data, analiżijiet u evidenza oħra li jridu jiġu pprovduti mill-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa għall-valutazzjonijiet kliniċi konġunti; |
|
(e) |
il-format u l-mudelli għar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u r-rapporti ta’ sinteżi. |
Artikolu 2
Għoti tal-informazzjoni lill-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa dwar l-għażla tal-apparati mediċi għall-valutazzjoni klinika konġunta
1. Mal-adozzjoni mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni tar-rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2021/2282, is-segretarjat tal-HTA għandu jieħu l-azzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
jinforma lill-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa dwar l-apparati mediċi li għalihom, matul il-perjodu kopert fir-rakkomandazzjoni, il-gruppi ta’ esperti rilevanti pprovdew opinjoni xjentifika jew il-fehmiet tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 7(1), il-punti (c) u (d) tar-Regolament (UE) 2021/2282, kemm jekk il-Grupp ta’ Koordinazzjoni rrakkomanda li jintgħażel l-apparat mediku tagħhom għall-valutazzjoni klinika konġunta jew le. Meta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jkun irrakkomanda li jintgħażel l-apparat mediku tagħhom għall-valutazzjoni klinika konġunta, is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma wkoll lill-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa dwar ir-raġunijiet għal dik ir-rakkomandazzjoni; |
|
(b) |
jistieden lill-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa tal-apparati mediċi rrakkomandati mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni li jridu jintgħażlu għall-valutazzjoni klinika konġunta biex jissottomettu l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament. |
2. Meta l-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha msemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2021/2282, għall-valutazzjoni klinika konġunta, tagħżel apparati mediċi mhux rakkomandati li jintgħażlu mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni, is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma mingħajr dewmien lill-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa ta’ dawk l-apparati mediċi b’dan u għandu jitlob lill-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa ta’ dawk l-apparati jissottomettu l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament.
L-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba fi żmien 7 ijiem minn dak l-avveniment li jseħħ l-aħħar minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-għoti taċ-ċertifikat ta’ konformità mill-korp innotifikat; |
|
(b) |
il-wasla tat-talba mis-segretarjat tal-HTA. |
L-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament tista’ tiġi pprovduta billi ssir referenza għar-reġistrazzjoni tagħha fil-bażi tad-data Ewropea dwar l-apparati mediċi msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2017/745 u fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2017/746 meta dik l-informazzjoni tkun diġà disponibbli kif xieraq u bis-sħiħ f’dik il-bażi tad-data.
Artikolu 3
Għoti tal-informazzjoni mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa maċ-ċertifikazzjoni tal-apparat
1. Is-segretarjat tal-HTA għandu jistieden lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa ta’ apparat mediku li jkun ġie rrakkomandat mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni biex jintgħażel għall-valutazzjoni klinika konġunta fir-rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2021/2282 biex jipprovdi lis-segretarjat tal-HTA l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
iċ-ċertifikat ta’ konformità msemmi fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2017/745 jew fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2017/746, kif applikabbli; |
|
(b) |
l-istruzzjonijiet għall-użu msemmija fit-Taqsima 23.4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/745 jew fit-Taqsima 20.4.1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/746, kif applikabbli. |
2. Is-segretarjat tal-HTA għandu jistieden lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jipprovdi l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 fi żmien 7 ijiem minn dak l-avveniment li jseħħ l-aħħar minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-għoti taċ-ċertifikat ta’ konformità mill-korp innotifikat; |
|
(b) |
il-wasla tat-talba mis-segretarjat tal-HTA msemmi fl-Artikolu 2(1), il-punt (b). |
3. Jekk is-sottogrupp tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti (“is-Sottogrupp JCA”) iqis li jkun neċessarju, is-segretarjat tal-HTA għandu jistieden lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jipprovdi informazzjoni oħra għajr l-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 neċessarja għall-iżvilupp tal-ambitu tal-valutazzjoni. Fl-istedina, is-Sottogrupp JCA għandu jispeċifika jekk l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa huwiex mistieden jipprovdi dik l-informazzjoni f’laqgħa mas-Sottogrupp JCA jew bil-miktub.
4. L-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 tista’ tiġi pprovduta billi ssir referenza għar-reġistrazzjoni tagħha fil-bażi tad-data Ewropea dwar l-apparati mediċi msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2017/745 u fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2017/746 meta dik l-informazzjoni tkun diġà disponibbli kif xieraq u bis-sħiħ f’dik il-bażi tad-data.
Artikolu 4
Skambju tal-informazzjoni mal-korp innotifikat
1. Fl-istess ħin li jibgħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa tal-apparat mediku, is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma lill-korp innotifikat responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ dak l-apparat jekk il-Grupp ta’ Koordinazzjoni rrakkomandax li jintgħażel l-apparat mediku għall-valutazzjoni klinika konġunta. Meta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jkun irrakkomanda li jintgħażel l-apparat mediku għall-valutazzjoni klinika konġunta, is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma wkoll lill-korp innotifikat bir-raġunijiet għal dik ir-rakkomandazzjoni.
Fl-istess ħin li jibgħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa tal-apparat mediku, is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma lill-korp innotifikat li jkun ta ċ-ċertifikat ta’ konformità tal-għażla ta’ dak l-apparat għall-valutazzjoni klinika konġunta.
2. Fir-rigward tal-apparati mediċi li l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jirrakkomanda li jintgħażlu għall-valutazzjoni klinika konġunta, il-korp innotifikat għandu jinforma lis-segretarjat tal-HTA b’dan li ġej:
|
(a) |
l-għoti taċ-ċertifikat ta’ konformità lill-apparat; |
|
(b) |
ir-rifjut taċ-ċertifikazzjoni tal-apparat; |
|
(c) |
l-irtirar mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa tal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni għall-apparat. |
Il-korp innotifikat għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien 7 ijiem minn kwalunkwe wieħed mill-avvenimenti li ġejjin:
|
(a) |
l-għoti taċ-ċertifikat ta’ konformità; |
|
(b) |
ir-rifjut taċ-ċertifikazzjoni; |
|
(c) |
l-irtirar tal-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni; |
|
(d) |
il-wasla tal-informazzjoni mis-segretarjat tal-HTA msemmi fil-paragrafu 1, jekk fiż-żmien ta’ dik il-wasla jkun ingħata jew ġie rrifjutat iċ-ċertifikat ta’ konformità jew l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jkun irtira l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni. |
3. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk l-informazzjoni mitluba tkun diġà disponibbli kif xieraq u bis-sħiħ fil-bażi tad-data Ewropea dwar l-apparati mediċi msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2017/745 u l-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) 2017/746.
Artikolu 5
Għoti tal-informazzjoni lill-gruppi ta’ esperti
Fl-istess ħin li jibgħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1) lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa tal-apparat mediku, is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma, permezz tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-bord ta’ esperti li pprovda l-opinjoni xjentifika tiegħu jew il-fehmiet tiegħu dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni. Meta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jkun irrakkomanda li jintgħażel l-apparat mediku għall-valutazzjoni klinika konġunta, is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma wkoll lill-grupp ta’ esperti bir-raġunijiet għal dik ir-rakkomandazzjoni.
Fl-istess ħin li jibgħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(2) lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa tal-apparat mediku, is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma, permezz tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, lill-grupp ta’ esperti li pprovda l-opinjoni xjentifika tiegħu jew il-fehmiet tiegħu dwar l-għażla tal-apparat għall-valutazzjoni klinika konġunta.
Artikolu 6
Għoti tal-informazzjoni lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni
Is-segretarjat tal-HTA għandu jiżgura li l-informazzjoni kollha relatata mal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u mal-aġġornamenti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti li tasal mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa, mill-korp innotifikat, mill-esperti individwali u mill-Istati Membri tiġi kkomunikata lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni, lis-Sottogrupp JCA u lill-assessur u lill-koassessur għall-valutazzjoni klinika konġunta maħtura skont l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2021/2282 (“l-assessur u l-koassessur”), kif xieraq, mingħajr dewmien meta tasal dik l-informazzjoni.
Artikolu 7
Għoti tal-informazzjoni lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar il-bidu tal-proċess ta’ definizzjoni tal-ambitu
Mal-ħatra mis-Sottogrupp JCA ta’ assessur u ta’ koassessur, is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma mingħajr dewmien lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa rigward il-bidu tal-proċess ta’ definizzjoni tal-ambitu.
Artikolu 8
Għażla tal-esperti individwali għal valutazzjonijiet kliniċi konġunti
1. Mingħajr dewmien żejjed wara l-adozzjoni mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni tar-rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2021/2282, is-Sottogrupp JCA għandu jispeċifika, għal kull apparat mediku, l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
il-kundizzjoni medika li għandha tiġi ttrattata; |
|
(b) |
il-qasam terapewtiku; |
|
(c) |
għarfien espert speċifiku ieħor ta’ esperti individwali, jekk meħtieġ biex titwettaq il-valutazzjoni klinika konġunta, inkluż, meta jkun meħtieġ, l-għarfien espert dwar it-tip ta’ apparat mediku li jkun qiegħed jiġi vvalutat. |
2. Abbażi tal-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1, is-segretarjat tal-HTA għandu jidentifika l-esperti individwali li għandhom jiġu kkonsultati matul il-valutazzjoni klinika konġunta u għandu jiġbor lista ta’ esperti individwali rilevanti, f’konsultazzjoni mas-Sottogrupp JCA u mal-assessur u l-koassessur. Meta jkun qiegħed iħejji l-lista, is-segretarjat tal-HTA jista’ jikkonsulta sors ta’ informazzjoni wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-membri tan-network tal-partijiet ikkonċernati stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2021/2282; |
|
(b) |
in-networks Ewropej ta’ referenza għall-mard rari u kumpless u l-gruppi Ewropej li jirrappreżentaw il-pazjenti rispettivi tagħhom; |
|
(c) |
il-portal għall-mard rari u l-prodotti mediċinali orfni; |
|
(d) |
il-punti ta’ kuntatt nazzjonali maħtura f’konformità mal-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9); |
|
(e) |
l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini. |
3. Meta l-konsultazzjoni tas-sorsi msemmija fil-paragrafu 2 ma tkunx tat għadd suffiċjenti ta’ esperti individwali rilevanti, is-segretarjat tal-HTA jista’ jikkonsulta s-sorsi li ġejjin għall-kompilazzjoni ta’ lista ta’ esperti individwali:
|
(a) |
il-bażijiet tad-data jew direttorji oħra minbarra dawk elenkati fil-paragrafu 2; |
|
(b) |
il-membri tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni u s-sottogruppi tiegħu; |
|
(c) |
l-aġenziji u l-organizzazzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u dawk internazzjonali. |
4. Wara li l-Kummissjoni, f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE) 2021/2282 u fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2745, tkun ivvalutat l-interessi ddikjarati tal-esperti individwali fil-lista kkompilata mis-segretarjat tal-HTA f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, is-segretarjat tal-HTA għandu jipprovdi lis-Sottogrupp JCA lista ta’ esperti individwali disponibbli.
5. Is-Sottogrupp JCA għandu jagħmel l-għażla finali tal-esperti individwali li għandhom jiġu kkonsultati matul il-valutazzjoni klinika konġunta mil-lista ta’ esperti individwali pprovduta mis-Segretarjat tal-HTA f’konformità mal-paragrafu 4. Meta jagħmel l-għażla finali, is-Sottogrupp JCA għandu jagħti prijorità lill-esperti individwali li għandhom għarfien espert f’għadd ta’ Stati Membri fil-kundizzjoni medika, fil-qasam terapewtiku jew fit-tip ta’ teknoloġija tas-saħħa li hija s-suġġett tal-valutazzjoni klinika konġunta.
Artikolu 9
Obbligi ta’ segretezza professjonali tal-esperti individwali
Is-segretarjat tal-HTA għandu jiżgura li l-esperti individwali li jkunu ffirmaw ftehim ta’ kunfidenzjalità biss ikunu involuti fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti ta’ apparati mediċi.
Artikolu 10
Konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati matul il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti
F’passi u perjodi ta’ żmien speċifiċi matul il-valutazzjoni klinika konġunta li s-Sottogrupp JCA jqis li huma xierqa, huwa jista’ jagħti l-opportunità lill-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, lill-organizzazzjonijiet professjonali tal-kura tas-saħħa jew lis-soċjetajiet kliniċi u mgħallma permezz tal-membri tan-network tal-partijiet ikkonċernati stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2021/2282 biex jipprovdu input dwar kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-kundizzjoni medika; |
|
(b) |
il-qasam terapewtiku; |
|
(c) |
l-apparat mediku li qiegħed jiġi vvalutat; |
|
(d) |
it-teknoloġiji tas-saħħa komparaturi; |
|
(e) |
oqsma oħra rilevanti għall-valutazzjoni klinika konġunta tal-apparat mediku. |
L-input imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jintalab, u jiġi pprovdut, permezz tas-segretarjat tal-HTA.
Artikolu 11
Proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni
1. L-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jħejji proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni b’sett tal-parametri għall-valutazzjoni klinika konġunta f’termini ta’ popolazzjoni tal-pazjenti, intervent, komparaturi u eżiti tas-saħħa, filwaqt li jqis l-informazzjoni li tasal skont l-Artikolu 3.
Waqt it-tħejjija tal-proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni, l-assessur u l-koassessur għandhom jikkonsultaw id-dokument tal-eżitu tal-konsultazzjoni xjentifika, jekk l-apparat mediku kien soġġett għall-konsultazzjoni xjentifika konġunta mwettqa skont l-Artikoli 16 sa 21 tar-Regolament (UE) 2021/2282. Is-segretarjat tal-HTA għandu jagħmel dak id-dokument disponibbli għas-Sottogrupp JCA kollu.
Waqt it-tħejjija tal-proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni, l-assessur u l-koassessur għandu jkollhom aċċess għall-opinjoni xjentifika rilevanti jew għall-fehmiet tal-grupp ta’ esperti li jkunu ġew kondiviżi mas-segretarjat tal-HTA skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2699. Is-segretarjat tal-HTA għandu jagħmel dik l-opinjoni jew dawk il-fehmiet disponibbli għas-Sottogrupp JCA kollu.
Fi kwalunkwe ħin matul it-tħejjija tal-proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni, l-assessur u l-koassessur jistgħu jfittxu, permezz tas-segretarjat tal-HTA, input dwar l-ambitu tal-valutazzjoni mill-esperti individwali magħżula f’konformità mal-Artikolu 8. Is-segretarjat tal-HTA għandu jagħmel dak l-input disponibbli għas-Sottogrupp JCA kollu.
2. Is-segretarjat tal-HTA għandu jikkondividi l-proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni mal-membri tas-Sottogrupp JCA. Abbażi tal-input li jasal mill-membri tas-Sottogrupp JCA, l-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jħejji proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni konsolidata li tirrifletti l-ħtiġijiet tal-Istati Membri.
3. Mat-tħejjija mill-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, tal-proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni konsolidata, is-segretarjat tal-HTA għandu jikkondividi dik il-proposta mal-esperti individwali magħżula f’konformità mal-Artikolu 8 u għandu jagħtihom l-opportunità li jipprovdu input.
Artikolu 12
Finalizzazzjoni tal-ambitu tal-valutazzjoni
1. Is-Sottogrupp JCA għandu jiddiskuti l-proposta għall-ambitu tal-valutazzjoni konsolidata msemmija fl-Artikolu 11(2), kif ukoll l-input tal-esperti individwali msemmija fl-Artikolu 11(3), matul laqgħa dwar il-konsolidazzjoni tal-ambitu tal-valutazzjoni. Is-Sottogrupp JCA, permezz tas-segretarjat tal-HTA, jista’ jistieden lil esperti individwali jipprovdu l-input tagħhom matul parti ddedikata tal-laqgħa dwar il-konsolidazzjoni tal-ambitu tal-valutazzjoni.
2. Is-Sottogrupp JCA għandu jiffinalizza l-ambitu tal-valutazzjoni sa mhux aktar tard minn 60 jum wara li jirċievi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 3(1), jew 10 ijiem wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) 2021/2282 li tagħżel dak l-apparat mediku għal valutazzjoni klinika konġunta, skont liema jiġi l-aħħar.
3. Is-segretarjat tal-HTA għandu jikkondividi l-ambitu tal-valutazzjoni ffinalizzat mis-Sottogrupp JCA mal-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa fl-ewwel talba tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2021/2282.
Artikolu 13
Laqgħa għall-ispjegazzjoni tal-ambitu tal-valutazzjoni
Fuq talba tal-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa, is-segretarjat tal-HTA għandu jistieden lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għal laqgħa mas-Sottogrupp JCA għall-ispjegazzjoni tal-ambitu tal-valutazzjoni. Il-laqgħa għandha ssir mhux aktar tard minn 20 jum mill-jum li fih is-Sottogrupp JCA jiffinalizza l-ambitu tal-valutazzjoni.
Artikolu 14
Dossier u data addizzjonali għall-valutazzjoni klinika konġunta li għandha tiġi pprovduta mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa
1. L-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jissottometti d-dossier għall-valutazzjoni klinika konġunta tal-apparat mediku, mitlub mill-Kummissjoni fl-ewwel talba tagħha msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2021/2282, lis-segretarjat tal-HTA f’format diġitali. Għall-valutazzjoni klinika konġunta tal-apparat mediku, u l-aġġornament tiegħu, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jissottometti d-dossier, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni, data, analiżi u evidenza oħra addizzjonali f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness I għall-apparati mediċi u fl-Anness II għall-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro.
2. L-iskadenza għas-sottomissjoni tad-dossier imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun ta’ 100 jum mid-data tan-notifika tal-ewwel talba lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa.
3. F’każijiet ġustifikati, bil-kunsens tal-assessur u tal-koassessur, is-segretarjat tal-HTA jista’ jestendi l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 2 b’massimu ta’ 30 jum.
4. L-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jissottometti l-informazzjoni, id-data, l-analiżijiet u l-evidenza l-oħra nieqsa indikati fit-tieni talba tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) 2021/2282 fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tat-tieni talba tal-Kummissjoni lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa. Madankollu, dik l-iskadenza għandha tkun ta’ 7 ijiem meta tkun nieqsa biss informazzjoni minuri.
5. Meta l-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, fi kwalunkwe ħin matul it-tħejjija tal-abbozz tar-rapporti tal-valutazzjoni klinika konġunta u tar-rapporti ta’ sinteżi, iqis, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2021/2282, li huma neċessarji aktar speċifikazzjonijiet jew kjarifiki jew informazzjoni, data, analiżijiet, jew evidenza oħra addizzjonali, is-segretarjat tal-HTA għandu jitlob lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jipprovdi din l-informazzjoni, id-data, l-analiżijiet jew l-evidenza l-oħra sal-iskadenza stabbilita mill-assessur u l-koassessur skont in-natura tal-informazzjoni mitluba. Dik l-iskadenza għandha tiġi stabbilita għal minimu ta’ 7 ijiem u massimu ta’ 30 jum li jibdew jgħoddu mid-data tan-notifika tat-talba lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa.
6. Meta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jiddeċiedi li jerġa’ jibda valutazzjoni klinika konġunta skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) 2021/2282, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jissottometti, fuq it-talba tas-segretarjat tal-HTA, aġġornamenti ta’ informazzjoni, data, analiżijiet u evidenza oħra pprovduti qabel skont l-Artikolu 10(8) tar-Regolament (UE) 2021/2282 sal-iskadenza stabbilita mill-assessur u l-koassessur skont in-natura tal-informazzjoni, id-data, l-analiżijiet jew l-evidenza l-oħra mitluba. Dik l-iskadenza għandha tiġi stabbilita għal minimu ta’ 7 ijiem u massimu ta’ 30 jum li jibdew jgħoddu mid-data tan-notifika tat-talba lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa.
7. Ladarba s-segretarjat tal-HTA jirċievi d-dossier u aktar data sottomessa mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa skont il-paragrafi 1, 4, 5, u 6, huwa għandu jagħmel id-dossier u din id-data disponibbli għall-assessur, il-koassessur u s-Sottogrupp JCA fl-istess ħin.
Artikolu 15
Konferma tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dossier għal valutazzjoni klinika konġunta
Fi żmien 15-il jum tax-xogħol mid-data li fiha l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jkun issottometta d-dossier, u kif xieraq f’konsultazzjoni mal-assessur u l-koassessur, il-Kummissjoni għandha tikkonferma jekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli dak iż-żmien, id-dossier għal valutazzjoni klinika konġunta tal-apparat mediku jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/2282.
Artikolu 16
Abbozz tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi
1. L-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jħejji l-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni klinika konġunta permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness III għall-apparati mediċi u l-mudell stabbilit fl-Anness IV għall-apparati mediċi in vitro, u r-rapport ta’ sinteżi permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness V. Fi kwalunkwe ħin matul it-tħejjija tal-abbozzi tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi, l-assessur u l-koassessur, permezz tas-segretarjat tal-HTA, jistgħu jfittxu input mingħand l-esperti individwali magħżula f’konformità mal-Artikolu 8. Is-segretarjat tal-HTA għandu jagħmel dak l-input disponibbli għas-Sottogrupp JCA kollu mingħajr dewmien.
2. Is-segretarjat tal-HTA għandu jikkondividi, mingħajr dewmien, mas-Sottogrupp JCA, l-abbozzi tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi mħejjija mill-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għall-kummenti. Wara li jkun qies il-kummenti mill-membri tas-Sottogrupp JCA u kwalunkwe input mill-esperti individwali msemmija fil-paragrafu 1, l-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jħejji l-abbozzi riveduti tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi.
3. Is-segretarjat tal-HTA għandu jikkondividi l-abbozzi riveduti tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi mal-esperti individwali magħżula f’konformità mal-Artikolu 8 u għandu jagħtihom l-opportunità li jipprovdu input dwar l-abbozzi riveduti tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi.
4. Is-segretarjat tal-HTA għandu jipprovdi l-abbozzi riveduti tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa. L-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jindika kwalunkwe ineżattezza purament teknika jew fattwali u kwalunkwe informazzjoni li jqis kunfidenzjali fi żmien 7 ijiem mid-data li fiha jkun irċieva l-abbozzi riveduti tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi. L-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għandu juri n-natura kummerċjalment sensittiva tal-informazzjoni li jqis bħala kunfidenzjali.
5. Meta l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jissottometti data klinika ġdida fuq inizjattiva tiegħu stess kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2021/2282, is-Sottogrupp JCA għandu jagħmel l-aħjar sforzi tiegħu sabiex id-data klinika l-ġdida titqies fir-rapport tal-valutazzjoni klinika konġunta. Meta d-data klinika l-ġdida tasal mhux aktar tard minn 60 jum wara l-konferma tal-Kummissjoni li d-dossier jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/2282, is-Sottogrupp JCA għandu jiżgura li d-data klinika l-ġdida titqies fir-rapport tal-valutazzjoni klinika konġunta.
Artikolu 17
Finalizzazzjoni tal-abbozzi riveduti tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi
1. Is-Sottogrupp JCA għandu jiddiskuti l-abbozzi riveduti tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi, kif ukoll l-input ipprovdut skont l-Artikolu 16(3) u (4), f’laqgħa. Is-Sottogrupp JCA, permezz tas-segretarjat tal-HTA, jista’ jistieden lill-esperti individwali f’parti ddedikata tal-laqgħa li fiha jiddiskutu l-abbozzi riveduti tar-rapporti rilevanti.
2. Is-Sottogrupp JCA għandu jiffinalizza l-abbozzi riveduti tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi fi żmien 165 jum wara l-konferma tal-Kummissjoni li d-dossier jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/2282. Is-Sottogrupp JCA għandu jissottometti l-abbozzi riveduti tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni għall-approvazzjoni.
3. Meta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jerġa’ jibda valutazzjoni klinika konġunta skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) 2021/2282, is-Sottogrupp JCA għandu jiffinalizza l-abbozzi riveduti tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi fi żmien 165 jum mid-data tal-bidu mill-ġdid tal-valutazzjoni klinika konġunta u għandu jissottomettihom lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni għall-approvazzjoni.
4. Meta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jibda aġġornament ta’ valutazzjoni klinika konġunta skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/2282, u dment li ma jkun neċessarju l-ebda aġġornament tal-ambitu tal-valutazzjoni, is-Sottogrupp JCA għandu jiffinalizza l-abbozzi riveduti tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi fi żmien 165 jum mill-konferma tal-Kummissjoni li d-dossier jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/2282. Is-Sottogrupp JCA għandu jissottometti l-abbozzi riveduti aġġornati tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni għall-approvazzjoni.
Meta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jibda aġġornament ta’ valutazzjoni klinika konġunta skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/2282 u dment li jkun neċessarju aġġornament tal-ambitu tal-valutazzjoni, is-Sottogrupp JCA għandu jiffinalizza l-abbozzi riveduti tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi fi żmien 345 jum mid-data li fiha l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jkun beda l-aġġornament tal-valutazzjoni klinika konġunta. Is-Sottogrupp JCA għandu jissottometti l-abbozzi riveduti aġġornati tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni għall-approvazzjoni.
5. Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni għandu japprova l-abbozzi riveduti tar-rapporti ta’ valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi fi żmien 30 jum mill-wasla tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2021/2282.
Artikolu 18
Bidu mill-ġdid tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti
1. Meta l-valutazzjoni klinika konġunta tkun twaqqfet skont l-Artikolu 10(6) tar-Regolament (UE) 2021/2282, u meta, sa mhux aktar tard minn 5 xhur wara l-iskadenza għas-sottomissjoni stabbilita fl-ewwel talba tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2021/2282, Stat Membru jikkondividi, permezz tal-pjattaforma tal-IT tal-HTA, l-informazzjoni, id-data, l-analiżijiet u l-evidenza l-oħra li ffurmaw parti mill-ewwel talba tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, ġewx issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/2282.
2. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi r-riżultati tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data li fiha l-Istat Membru jkun ikkondivida d-data msemmija fil-paragrafu 1 u kif xieraq f’konsultazzjoni mal-assessur u l-koassessur. Is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni u lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni.
3. Meta l-Grupp ta’ Koordinazzjoni jiddeċiedi li jerġa’ jibda valutazzjoni klinika konġunta skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) 2021/2282, għandhom japplikaw l-Artikolu 16 u l-Artikolu 17(1), (3) u (5) ta’ dan ir-Regolament.
4. Is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar il-bidu mill-ġdid ta’ valutazzjoni klinika konġunta.
Artikolu 19
Aġġornamenti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti
1. Meta skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2021/2282, ir-rapport tal-valutazzjoni klinika konġunta jispeċifika l-ħtieġa li jsir aġġornament u ssir disponibbli evidenza addizzjonali għal valutazzjoni ulterjuri, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa kkonċernat għandu jinforma lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar dik l-evidenza.
2. L-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jista’ jipprovdi wkoll, fuq inizjattiva tiegħu stess, informazzjoni, data, analiżijiet u evidenza oħra rilevanti ġodda lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni fil-każijiet fejn ir-rapport tal-valutazzjoni klinika konġunta ma jkunx speċifika l-ħtieġa li jsir aġġornament. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, id-data, l-analiżijiet u l-evidenza, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni jista’ jiddeċiedi li jinkludi aġġornament tal-valutazzjoni klinika konġunta fil-programm ta’ ħidma annwali tiegħu.
3. Is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar id-deċiżjoni tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar l-inklużjoni tal-aġġornament tal-valutazzjoni klinika konġunta fil-programm ta’ ħidma annwali tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni.
4. Meta jkun possibbli, is-Sottogrupp JCA għandu jaħtar lill-istess assessur u koassessur biex iwettqu l-aġġornament tal-valutazzjoni klinika konġunta bħall-assessuri fil-valutazzjoni klinika konġunta inizjali u għandu jinvolvi fl-aġġornament l-esperti individwali li ntalbu jipprovdu input għall-valutazzjoni klinika konġunta inizjali. Malli s-Sottogrupp JCA jaħtar l-assessur u l-koassessur biex iwettqu l-aġġornament, is-Segretarjat tal-HTA għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar il-bidu ta’ aġġornament tal-valutazzjoni klinika konġunta.
5. Is-Sottogrupp JCA għandu jiddeċiedi jekk huwiex neċessarju aġġornament tal-ambitu tal-valutazzjoni. Jekk is-Sottogrupp JCA jikkonkludi li ma huwiex neċessarju aġġornament tal-ambitu tal-valutazzjoni, is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar l-ambitu tal-valutazzjoni miżmum u jitlob is-sottomissjoni tad-dossier aġġornat għall-valutazzjoni klinika konġunta tal-apparat mediku. L-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 14(6) għandhom japplikaw għal dik it-talba. L-Artikolu 15 għandu japplika għall-konferma mill-Kummissjoni bil-modifiki neċessarji. L-Artikolu 16 u l-Artikolu 17(1), (4) u (5) għandhom japplikaw għat-tħejjija u l-finalizzazzjoni tal-abbozzi aġġornati tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi.
6. Jekk is-Sottogrupp JCA jikkonkludi li huwa neċessarju aġġornament tal-ambitu tal-valutazzjoni, is-segretarjat tal-HTA għandu jikkondividi l-ambitu tal-valutazzjoni inizjali għall-iskopijiet tal-ġbir tal-informazzjoni dwar il-ħtiġijiet tal-Istati Membri. Abbażi tal-input riċevut mill-Istati Membri, l-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jħejji proposta aġġornata tal-ambitu tal-valutazzjoni li tirrifletti l-ħtiġijiet tal-Istati Membri. L-Artikolu 11(2) u (3), u l-Artikolu 12(1) għandhom japplikaw għall-input dwar il-proposta aġġornata tal-ambitu tal-valutazzjoni bil-modifiki neċessarji. Is-Sottogrupp JCA għandu jiffinalizza l-ambitu tal-valutazzjoni aġġornat fi żmien 60 jum mill-bidu tal-aġġornament.
7. Jekk l-ambitu tal-valutazzjoni jiġi aġġornat, is-segretarjat tal-HTA għandu jinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa dwar l-ambitu tal-valutazzjoni aġġornat u għandu jitlob is-sottomissjoni tad-dossier aġġornat għall-valutazzjoni klinika konġunta tal-apparat mediku. L-Artikolu 14(1) sa (5) u (7) u l-Artikolu 15 għandhom japplikaw għas-sottomissjoni tad-dossier aġġornat għall-valutazzjoni klinika konġunta u l-konferma tiegħu mill-Kummissjoni bil-modifiki neċessarji.
8. Jekk ir-rapport tal-valutazzjoni jiġi aġġornat u jekk il-Kummissjoni tikkonferma li r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(2), (3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/2282 huma ssodisfati, l-assessur, bl-għajnuna tal-koassessur, għandu jħejji abbozzi aġġornati tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u abbozzi aġġornati tar-rapporti ta’ sinteżi. L-Artikolu 16 u l-Artikolu 17(1), (4) u (5) għandhom japplikaw għat-tħejjija u l-finalizzazzjoni tal-abbozzi aġġornati tar-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u tar-rapporti ta’ sinteżi bil-modifiki neċessarji.
9. Meta jiddeċiedi jekk aġġornament tal-ambitu tal-valutazzjoni huwiex neċessarju skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, is-Sottogrupp JCA għandu jikkonsulta d-dokument tal-eżitu tal-konsultazzjoni xjentifika, jekk l-apparat mediku kien soġġett għall-konsultazzjoni xjentifika konġunta mwettqa skont l-Artikoli 16 sa 21 tar-Regolament (UE) 2021/2282. Is-segretarjat tal-HTA għandu jagħmel dak id-dokument disponibbli għas-Sottogrupp JCA.
Artikolu 20
Korrispondenza matul il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti
Kwalunkwe dokumentazzjoni msemmija fir-Regolament (UE) 2021/2282 u f’dan ir-Regolament għandha tintbagħat f’format diġitali u għandha tiġi skambjata mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni, is-Sottogrupp JCA, is-segretarjat tal-HTA, l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa u l-esperti individwali u bejniethom matul il-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-aġġornamenti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti permezz tal-pjattaforma tal-IT tal-HTA.
Artikolu 21
Talbiet għall-kunfidenzjalità
1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-rapporti tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u r-rapporti ta’ sinteżi kif imsemmija fl-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) 2021/2282, flimkien ma’ dokumentazzjoni oħra elenkata fl-Artikolu 30(3), il-punti (d) u (i) tiegħu, wara li tkun qieset il-fehmiet tas-Sottogrupp JCA dwar in-natura kummerċjalment sensittiva tal-informazzjoni li tinsab f’dik id-dokumentazzjoni, li l-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa jkun talab li tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali.
2. Qabel ma tippubblika d-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa l-lista ta’ informazzjoni li ma tqisx bħala kunfidenzjali, wara li tkun ivvalutat il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa u qieset il-fehmiet tas-Sottogrupp JCA. Għandha tinforma lill-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa bid-dritt li jappella r-rifjut li tiġi redatta dik l-informazzjoni.
Artikolu 22
Ipproċessar tad-data personali
1. Il-Kummissjoni għandha tkun il-kontrollur tal-ipproċessar ta’ data personali miġbura għall-iskop tat-twettiq tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tal-apparati mediċi u l-aġġornamenti tagħhom skont dan ir-Regolament.
2. Il-kategoriji ta’ data personali neċessarji għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:
|
(a) |
l-identità, l-indirizz tal-posta elettronika u l-affiljazzjoni tar-rappreżentanti maħtura fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni u fis-Sottogrupp JCA; |
|
(b) |
l-identità u l-indirizz tal-posta elettronika tal-esperti individwali fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
|
(c) |
l-identità, l-indirizz tal-posta elettronika u l-affiljazzjoni tar-rappreżentanti tal-iżviluppaturi tat-teknoloġija tas-saħħa tal-apparati mediċi; |
|
(d) |
l-identità, l-indirizz tal-posta elettronika u l-affiljazzjoni tar-rappreżentanti tal-membri tan-network tal-partijiet ikkonċernati stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2021/2282. |
3. Ir-rappreżentanti maħtura fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni u fis-Sottogrupp JCA għandu jkollhom aċċess biss għall-partijiet tas-sistema sigura tal-pjattaforma tal-IT tal-HTA li huma rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Ir-rappreżentanti jistgħu jikkollaboraw, permezz tal-pjattaforma tal-IT tal-HTA, ma’ rappreżentanti oħra maħturin fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni, jew mas-Sottogrupp JCA li jappartjenu għalih, għall-finijiet tat-twettiq tal-valutazzjonijiet kliniċi konġunti tal-apparati mediċi u l-aġġornamenti tagħhom.
4. Id-data personali tal-pazjenti involuti fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti u l-aġġornamenti tagħhom ma għandhiex tiġi ppubblikata.
5. Il-Kummissjoni għandha żżomm id-data personali elenkata fil-paragrafu 2 biss sakemm ikun neċessarju għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1 u mhux aktar minn 15-il sena wara d-data li fiha s-suġġett tad-data ma jibqax jipparteċipa fil-valutazzjonijiet kliniċi konġunti. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-ħtieġa li tinħażen id-data personali kull sentejn.
Il-Kummissjoni għandha żżomm id-data personali ta’ esperti individwali mhux magħżula biex jieħdu sehem f’valutazzjoni klinika konġunta biss sakemm ikun neċessarju sabiex tiżgura l-għarfien espert speċjalizzat fil-fond rilevanti fil-valutazzjoni klinika konġunta u mhux aktar minn 3 snin wara d-data li fiha l-Kummissjoni tkun irċeviet din id-data.
Artikolu 23
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 458, 22.12.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2282/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/745/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2699 tat-18 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) 2021/2282 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, regoli proċedurali dettaljati għall-kooperazzjoni tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Istati Membri għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa u tal-Kummissjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fil-forma ta’ skambju ta’ informazzjoni fir-rigward tal-valutazzjoni klinika konġunta ta’ prodotti mediċinali u apparati mediċi u apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u fir-rigward tal-konsultazzjoni xjentifika konġunta dwar prodotti mediċinali u apparati mediċi (ĠU L, 2024/2699, 21.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2699/oj).
(4) Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/746/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 2022 dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/123/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2745 tal-25 ta’ Ottubru 2024 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2282 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fil-ħidma konġunta tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Istati Membri għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa u s-sottogruppi tiegħu (ĠU L, 2024/2745, 28.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2745/oj).
(7) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(8) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 1; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/536/oj).
ANNESS I
MUDELL GĦAD-DOSSIER GĦALL-VALUTAZZJONI KLINIKA KONĠUNTA TA’ APPARAT MEDIKU
L-għoti ta’ informazzjoni, data, analiżi u evidenza oħra fid-dossier għandu jsegwi l-istandards internazzjonali tal-mediċina bbażata fuq l-evidenza. L-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jikkonsulta, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Istati Membri għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (“Grupp ta’ Koordinazzjoni”) skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d) tar-Regolament (UE) 2021/2282 meta jkun applikabbli u jiddeskrivi u jiġġustifika kwalunkwe devjazzjoni minn dik il-gwida. L-informazzjoni mitluba fil-mudell tad-dossier għandha tiġi pprovduta f’format ċar, preferibbilment f’format tabulari meta jkun possibbli.
Storja ta’ reviżjoni
Il-linji mhux neċessarji għandhom jitħassru. Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiżdiedu l-linji.
|
Verżjoni |
Dokument |
Referenza legali |
Data tas-sottomissjoni |
Data tal-verifika tal-Kummissjoni |
|
V0.1 |
Dossier inizjali |
L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2021/2282 |
|
|
|
V0.2 |
(Dossier aġġornat wara t-tieni talba tal-Kummissjoni) |
L-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) 2021/2282 |
|
|
|
V0.3 |
(Dossier aġġornat wara t-talba tal-assessuri għal aktar speċifikazzjonijiet, kjarifiki jew informazzjoni addizzjonali) |
L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2021/2282 |
|
Mhux applikabbli |
|
V0.4 |
(Dossier aġġornat wara l-bidu mill-ġdid ta’ JCA) |
L-Artikolu 10(8) tar-Regolament (UE) 2021/2282 |
|
Mhux applikabbli |
|
V0.5 |
(Dossier bl-indikazzjonijiet tal-HTD u l-ġustifikazzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali) |
L-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) 2021/2282 |
|
Mhux applikabbli |
|
V1.0 |
Dossier għall-pubblikazzjoni (mingħajr informazzjoni kunfidenzjali) |
L-Artikolu 21 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2086 |
Mhux applikabbli |
|
|
V1.0.1 |
(Dossier aġġornat fejn ir-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta jispeċifika l-ħtieġa li jsir aġġornament u fejn issir disponibbli evidenza addizzjonali għal valutazzjoni ulterjuri) |
L-Artikolu 19(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2086 |
|
Mhux applikabbli |
|
V1.0.2 |
(Dossier aġġornat ipprovdut fuq l-inizjattiva tal-HTD fejn issir disponibbli evidenza addizzjonali għal valutazzjoni ulterjuri) |
L-Artikolu 19(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2086 |
|
Mhux applikabbli |
|
V1.0.3 |
(Dossier aġġornat wara l-bidu ta’ aġġornament ta’ JCA – aġġornament tal-ambitu tal-valutazzjoni mhux meħtieġ) |
L-Artikolu 19(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2086 |
|
|
|
V1.0.4 |
(Dossier aġġornat wara l-bidu ta’ aġġornament ta’ JCA – aġġornament tal-ambitu tal-valutazzjoni meħtieġ) |
L-Artikolu 19(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2086 |
|
|
|
V1.0.5 |
(Dossier aġġornat wara l-bidu ta’ aġġornament ta’ JCA bl-indikazzjonijiet tal-HTD u l-ġustifikazzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali) |
L-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) 2021/2282 |
|
Mhux applikabbli |
|
V2.0 |
(Dossier għall-pubblikazzjoni wara l-finalizzazzjoni ta’ aġġornament ta’ JCA (mingħajr informazzjoni kunfidenzjali)) |
L-Artikolu 21 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2086 |
Mhux applikabbli |
|
Lista ta’ taqsiriet
Il-lista li ġejja tippreżenta suġġerimenti għat-taqsiriet. Tista’ tiġi adattata għad-dossier. Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiżdiedu linji supplimentari.
|
Taqsira |
Tifsira |
|
CER (Clinical Evaluation Report) |
Rapport tal-evalwazzjoni klinika kif imsemmi fl-Artikolu 61(12) tar-Regolament (UE) 2017/745 u fil-parti A tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) 2017/745 |
|
CIP (Clinical Investigation Plan) |
Pjan ta’ investigazzjoni klinika kif imsemmi fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu II tal-Anness XV tar-Regolament (UE) 2017/745 |
|
CIR (Clinical Investigation Report) |
Rapport tal-investigazzjoni klinika kif imsemmi fit-Taqsima 7 tal-Kapitolu III tal-Anness XV tar-Regolament (UE) 2017/745 |
|
ŻEE |
Żona Ekonomika Ewropea |
|
HTA (Health Technology Assessment) |
Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa |
|
HTD (Health Technology Developer) |
Żviluppatur tat-Teknoloġija tas-Saħħa |
|
JCA (Joint Clinical Assessment) |
Valutazzjoni Klinika Konġunta |
|
JSC (Joint Scientific Consultation) |
Konsultazzjoni Xjentifika Konġunta |
|
MD (Medical Device) |
Apparat Mediku |
|
PMCF (Post-Market Clinical Follow-up) |
Segwitu Kliniku ta’ Wara t-Tqegħid fis-Suq |
|
PICO (Population, Intervention, Comparator and Outcomes) |
Sett ta’ parametri għall-valutazzjoni klinika konġunta f’termini ta’: Popolazzjoni tal-Pazjenti – Intervent(i) – Komparatur(i) – Eżiti tas-Saħħa |
Werrej
Lista ta’ tabelli
|
1. |
Ħarsa ġenerali |
|
1.1. |
Informazzjoni dwar l-apparat mediku li qiegħed jiġi vvalutat (“l-apparat mediku”) u l-HTD
Din it-taqsima għandha tipprovdi:
|
|
1.2. |
Valutazzjonijiet preċedenti skont ir-Regolament (UE) 2021/2282 (il-punt e tal-Anness II.1 tar-Regolament (UE) 2021/2282)
Din it-taqsima għandha tindika jekk l-apparat mediku kienx soġġett għal valutazzjoni preċedenti skont ir-Regolament (UE) 2021/2282, jew għall-istess indikazzjoni medika jew għal indikazzjoni medika oħra. Jekk it-tweġiba tkun pożittiva, it-taqsima għandha tipprovdi l-indikazzjoni medika, id-data u r-referenza tar-rapport tal-JCA preċedenti. |
|
1.3. |
Sommarju eżekuttiv (il-punti j sa m tal-Anness II.1 tar-Regolament (UE) 2021/2282)
Din it-taqsima għandha tipprovdi sommarju eżekuttiv konċiż tad-dossier li jiffoka fuq l-ambitu tal-valutazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) 2021/2282 u kondiviż mal-HTD fl-ewwel talba tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2021/2282 (“l-ambitu tal-valutazzjoni”). Is-sommarju eżekuttiv għandu jinkludi:
|
|
2. |
Sfond |
|
2.1. |
Il-karatterizzazzjoni tal-kundizzjoni medika li għandha tiġi ttrattata, ipprevenuta jew dijanjostikata (il-punt h tal-Anness II.1 tar-Regolament (UE) 2021/2282) |
|
2.1.1. |
Ħarsa ġenerali lejn il-kundizzjoni medika
Din it-taqsima għandha:
Għandhom jiġu pprovduti referenzi għad-dikjarazzjonijiet. It-testi sħaħ tar-referenzi għandhom jiġu pprovduti fl-Appendiċi D.1. |
|
2.1.2. |
Karatterizzazzjoni tal-popolazzjoni ta’ pazjenti fil-mira
Fil-każ li l-popolazzjoni fil-mira tkun aktar speċifika mill-kundizzjoni medika ġenerali, din it-taqsima għandha:
Għandhom jiġu pprovduti referenzi għad-dikjarazzjonijiet. It-testi sħaħ tar-referenzi għandhom jiġu pprovduti fl-Appendiċi D.1. |
|
2.1.3. |
Ġestjoni klinika tal-kundizzjoni medika
Din it-taqsima għandha:
Għandhom jiġu pprovduti referenzi għad-dikjarazzjonijiet. It-testi sħaħ tar-referenzi għandhom jiġu pprovduti fl-Appendiċi D.1. |
|
2.2. |
Karatterizzazzjoni tal-apparat mediku (il-punt i tal-Anness II.1 tar-Regolament (UE) 2021/2282) |
|
2.2.1. |
Karatteristiċi tal-apparat mediku
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-apparat mediku u, b’mod partikolari, tirrapporta l-informazzjoni li ġejja:
Għandhom jiġu pprovduti referenzi għad-dikjarazzjonijiet. It-testi sħaħ tar-referenzi għandhom jiġu pprovduti fl-Appendiċi D.1. |
|
2.2.2. |
Sommarju tar-rekwiżiti ewlenin għall-użu
Din it-taqsima għandha:
Dawn il-karatteristiċi għandhom jiġu speċifikati mis-sottopopolazzjoni, jekk xieraq. Għandhom jiġu pprovduti referenzi għad-dikjarazzjonijiet. It-testi sħaħ tar-referenzi għandhom jiġu pprovduti fl-Appendiċi D.1. |
|
2.2.3. |
Status regolatorju tal-apparat mediku
Din it-taqsima għandha:
Għandhom jiġu pprovduti referenzi għad-dikjarazzjonijiet. It-testi sħaħ tar-referenzi għandhom jiġu pprovduti fl-Appendiċi D.1. |
|
2.3. |
JSC relatata mal-JCA (il-punt g tal-Anness II.1 tar-Regolament (UE) 2021/2282)
Meta l-apparat mediku jkun ġie soġġett għal JSC skont ir-Regolament (UE) 2021/2282, din it-taqsima għandha tispjega kwalunkwe devjazzjoni mill-proposta rakkomandata għall-ġenerazzjoni tal-evidenza. Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ddokumentati fl-Appendiċi D.8. |
|
3. |
Ambitu tal-valutazzjoni (il-punt j tal-Anness II.1 tar-Regolament (UE) 2021/2282)
Din it-taqsima għandha:
|
|
4. |
Deskrizzjoni tal-metodi użati fl-iżvilupp tal-kontenut tad-dossier (il-punt k tal-Anness II.1 tar-Regolament (UE) 2021/2282)
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-metodi li ntużaw fl-iżvilupp tal-kontenut tad-dossier. L-HTD għandu jikkonsulta, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d) tar-Regolament (UE) 2021/2282. |
|
4.1. |
Kriterji għall-għażla tal-istudji għall-JCA
Din it-taqsima għandha tispeċifika l-kriterji ta’ inklużjoni u esklużjoni għall-istudji li għandhom jitqiesu għal din il-JCA abbażi tal-ambitu tal-valutazzjoni. L-HTD għandu jikkonsulta, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d) tar-Regolament (UE) 2021/2282. L-ispeċifikazzjoni għall-kriterji ta’ inklużjoni u esklużjoni għandha tiġi pprovduta għal kull PICO, kif xieraq. |
|
4.2. |
Irkupru tal-informazzjoni u għażla tal-istudji rilevanti |
|
4.2.1. |
Irkupru tal-informazzjoni
L-HTD għandu jispjega t-twettiq tal-proċess tal-irkupru tal-informazzjoni bl-objettiv li tiġi identifikata l-evidenza li għandha tintuża għat-tħejjija tad-dossier, filwaqt li jitqiesu sistematikament is-sorsi ta’ informazzjoni li ġejjin:
Din it-taqsima għandha:
L-istrateġiji ta’ tiftix kollha għandhom jiġu ddokumentati bis-sħiħ fl-Appendiċi D.2. |
|
4.2.2. |
Għażla tal-istudji rilevanti
Din it-taqsima għandha tiddokumenta l-approċċ għall-għażla tal-istudji rilevanti mir-riżultati tal-irkupru ta’ informazzjoni skont il-kriterji ta’ inklużjoni u esklużjoni definiti fit-Taqsima 4.1. Dik l-ispeċifikazzjoni għandha tiġi pprovduta għal kull PICO, kif xieraq. L-HTD għandu jikkonsulta l-proċess tal-għażla ssuġġerit fil-gwida metodoloġika adottata mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d) tar-Regolament (UE) 2021/2282. |
|
4.3. |
Metodi għall-analiżi u s-sinteżi tad-data
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-metodi li ntużaw għall-analiżi u s-sinteżi tad-data skont l-istandards internazzjonali tal-mediċina bbażata fuq l-evidenza. L-HTD għandu jikkonsulta, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d) tar-Regolament (UE) 2021/2282 u jiddeskrivi u jiġġustifika kwalunkwe devjazzjoni minn dik il-gwida. Id-dokumentazzjoni sottostanti għal kwalunkwe analiżi, jiġifieri l-protokolli tal-istudju u l-pjanijiet tal-analiżi statistika (inkluż għas-sinteżi tal-evidenza) u d-dettalji dwar is-software kollu użat, kif ukoll il-kodiċi tal-programm rispettiv u l-output rilevanti għandhom jiġu pprovduti fil-partijiet rilevanti tal-Appendiċi D. Din it-taqsima għandha tkopri l-aspetti metodoloġiċi li ġejjin fis-sottotaqsimiet rispettivi li ġejjin, meta jkun rilevanti: |
|
4.3.1. |
Deskrizzjoni tad-disinn u l-metodoloġija tal-istudji kliniċi oriġinali inklużi |
|
4.3.2. |
Tqabbil dirett permezz tal-metaanaliżijiet fil-livell tal-pari
Il-protokoll għas-sinteżi tal-evidenza, inkluż il-pjan ta’ analiżi statistika rilevanti, għandu jiġi pprovdut fl-Appendiċi D.5. |
|
4.3.3. |
Tqabbil indirett
Il-protokoll għas-sinteżi tal-evidenza, inkluż il-pjan ta’ analiżi statistika rilevanti, għandu jiġi pprovdut fl-Appendiċi D.5. |
|
4.3.4. |
Analiżijiet tas-sensittività
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi u tiġġustifika l-metodi tal-analiżijiet tas-sensittività kollha mwettqa. Għandha tiddeskrivi l-iskop jew il-parametru metodoloġiku li tindirizza l-analiżi tas-sensittività, kif ukoll is-suppożizzjonijiet sottostanti. |
|
4.3.5. |
Analiżijiet tas-sottogrupp u modifikaturi oħra tal-effetti |
|
4.3.6. |
Speċifikazzjoni ta’ aktar metodi kif meħtieġ
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi kwalunkwe metodu ieħor li ntuża fil-ħruġ tar-riżultati li ntużaw fid-dossier. |
|
5. |
Riżultati (il-punt l tal-Anness II.1 tar-Regolament (UE) 2021/2282)
Ir-riżultati ppreżentati fid-dossier għandhom isegwu l-istandards internazzjonali tal-mediċina bbażata fuq l-evidenza. L-HTD għandu jikkonsulta, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d) tar-Regolament (UE) 2021/2282 u jiddeskrivi u jiġġustifika kwalunkwe devjazzjoni minn dik il-gwida. Il-preżentazzjoni tar-riżultati għandha tuża test, figuri u tabelli kif xieraq. |
|
5.1. |
Riżultati mill-proċess tal-irkupru tal-informazzjoni
Ir-riżultati mill-passi differenti tal-proċess tal-irkupru tal-informazzjoni għandhom jiġu ppreżentati b’mod trasparenti. Għal kull studju, għandha tiġi indikata l-informazzjoni li ġejja: l-ID ta’ referenza tal-istudju, l-istatus tal-istudju, it-tul ta’ żmien tal-istudju bil-limitu tad-data jekk applikabbli, u l-fergħat tal-istudju. Għal kull wieħed mill-passi tal-irkupru tal-informazzjoni, l-istudji li ma tqisux fid-dossier għandhom jiġu identifikati u elenkati. Għal kull wieħed minnhom, għandha tiġi speċifikata r-raġuni għall-esklużjoni. Fis-sottotaqsimiet rispettivi li ġejjin, il-preżentazzjoni tar-riżultati għandha tinkludi: |
|
5.1.1. |
Lista ta’ studji mwettqa jew sponsorjati mill-HTD jew minn partijiet terzi
Din it-taqsima għandha tirrapporta informazzjoni dwar l-istudji kollha, inklużi l-istudji li jkunu għaddejjin, imwettqa jew sponsorjati mill-HTD u minn partijiet terzi, imsemmija fil-punt d tal-Anness II.1 tar-Regolament (UE) 2021/2282, inklużi l-istudji kollha li jipprovdu data dwar is-sikurezza klinika u l-prestazzjoni klinika mis-CER. L-elenkar għandu jkun ristrett għal studji li jinvolvu l-pazjenti fl-indikazzjoni medika li għaliha jitħejja d-dossier. It-taqsima għandha tirrapporta wkoll jekk u meta data ġdida b’rilevanza għall-ambitu tal-valutazzjoni tista’ ssir disponibbli matul jew wara l-perjodu ta’ valutazzjoni. |
|
5.1.2. |
Studji identifikati fit-tiftix ta’ bażijiet tad-data bibljografiċi
Din it-taqsima għandha tippreżenta r-riżultati mit-tiftix għal studji dwar l-apparat mediku u l-komparatur(i) tiegħu meta jkun rilevanti (eż. għal metaanaliżijiet indiretti) f’bażijiet tad-data bibljografiċi. |
|
5.1.3. |
Studji fir-reġistri tal-istudji u fir-reġistri tar-riżultati tal-istudji (bażijiet tad-data tal-provi kliniċi)
F’konformità mal-punt f tal-Anness II.1 tar-Regolament (UE) 2021/2282, din it-taqsima għandha tippreżenta r-riżultati minn tiftix għal studji għall-apparat mediku u l-komparatur(i) tiegħu meta jkun rilevanti fir-reġistri tal-istudju/fir-reġistri tar-riżultati tal-istudju. |
|
5.1.4. |
Rapporti tal-HTA
F’konformità mal-punt e tal-Anness II.1 tar-Regolament (UE) 2021/2282, din it-taqsima għandha telenka r-rapporti tal-HTA disponibbli dwar l-apparat mediku soġġett għall-JCA mill-Istati taż-ŻEE u mill-Awstralja, mill-Kanada, mir-Renju Unit u mill-Istati Uniti tal-Amerka. Ir-rapporti tal-HTA għandhom jiġu pprovduti fl-Appendiċi D.6. Għandha tiġi elenkata kwalunkwe evidenza rilevanti addizzjonali identifikata f’dawk ir-rapporti tal-HTA li ma ġietx identifikata f’sorsi oħra. |
|
5.1.5. |
Studji mis-CER
Din it-taqsima għandha telenka l-istudji kliniċi kollha dwar il-prestazzjoni u s-sikurezza u meta jkun rilevanti, studji applikabbli oħra li ġew inklużi fis-CER. Jekk l-istudji prinċipali ma jindirizzaw l-ebda PICO, dawn għandhom jiġu ppreżentati fl-Appendiċi C u għandhom jiġu pprovduti fl-Appendiċi D.10. |
|
5.1.6. |
Studji mill-apparat mediku u mir-reġistri tal-pazjenti
Din it-taqsima għandha tippreżenta r-riżultati mit-tiftix għal studji għall-apparat mediku u l-komparatur(i) tiegħu, meta jkun rilevanti, fir-reġistri tal-apparati mediċi u tal-pazjenti. |
|
5.1.7. |
Lista ta’ studji inklużi b’mod ġenerali u skont il-PICO
Din it-taqsima għandha tiddefinixxi l-lista ta’ studji inklużi fid-dossier li jinfluwenzaw kull PICO. Jekk ma tkun disponibbli l-ebda evidenza għal mistoqsija speċifika tal-PICO fl-ambitu tal-valutazzjoni, dan għandu jiġi rrapportat b’mod ċar fid-dossier (“L-ebda evidenza pprovduta mill-HTD”) u debitament ġustifikati. |
|
5.2. |
Karatteristiċi tal-istudji inklużi
F’konformità mal-punt m tal-Anness II.1 tar-Regolament (UE) 2021/2282, din it-taqsima għandha tipprovdi ħarsa ġenerali f’format tabulari tad-disinn tal-istudju u tal-popolazzjoni tal-istudju għall-istudji kollha inklużi fid-dossier biex jiġi indirizzat kwalunkwe wieħed mill-PICO(s). Għandha tingħata speċifikament informazzjoni dwar:
L-interventi tal-istudju għandhom jiġu kkaratterizzati u għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-kors tal-istudju (jiġifieri, iż-żminijiet ippjanati u reali ta’ segwitu għal kull eżitu). L-istudji inklużi fid-dossier għandhom jiġu deskritti fil-qosor. Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija tal-istudju fl-Appendiċi A. |
|
5.3. |
Analiżi tad-data
F’konformità mal-Artikoli 9(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/2282, din it-taqsima għandha tippreżenta d-data analizzata biex tiġi indirizzata kull waħda mill-kwistjonijiet ta’ riċerka tal-ambitu tal-valutazzjoni. Id-data għandha tiġi ppreżentata skont il-PICO. Il-preżentazzjoni għandha ssegwi l-istandards internazzjonali tal-mediċina bbażata fuq l-evidenza. L-HTD għandu jikkonsulta, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d) tar-Regolament (UE) 2021/2282 u jiddeskrivi u jiġġustifika kwalunkwe devjazzjoni minn dik il-gwida. Din it-taqsima għandha tipprovdi wkoll l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa biex jiġi vvalutat il-grad ta’ ċertezza fir-rigward tal-PICO(s), filwaqt li jitqiesu l-aspetti pożittivi u l-limitazzjonijiet tal-evidenza disponibbli, inkluż, iżda mhux limitat, għar-riskju ta’ preġudizzji. Id-dettalji għandhom jiġu pprovduti fl-Appendiċijiet rilevanti. |
|
6. |
Lista ta’ referenzi |
Appendiċijiet
|
Appendiċi A. |
Elenkar tabulari u informazzjoni dwar il-metodi tal-istudji kollha inklużi fil-JCA
L-appendiċi għandu jinkludi elenkar tal-istudji kollha inklużi fid-dossier li jinfluwenza kull PICO fl-ambitu tal-valutazzjoni. Barra minn hekk, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar il-metodi tal-istudju u dijagramma sekwenzjali tal-pazjenti għal kull wieħed mill-istudji elenkati. |
|
Appendiċi B. |
Informazzjoni biex jiġi vvalutat il-grad ta’ ċertezza fir-rigward tal-PICO(s) (inkluż, iżda mhux limitat, għar-riskju ta’ preġudizzji) |
|
Appendiċi C. |
Riżultati tal-istudju/studji prinċipali mill-programm ta’ żvilupp kliniku tal-apparat mediku (jekk mhux inklużi fil-preżentazzjoni skont il-mistoqsija/mistoqsijiet tal-PICO) |
|
Appendiċi D. |
Dokumentazzjoni sottostanti |
|
D.1. |
Testi sħaħ ta’ referenzi |
|
D.2. |
Dokumentazzjoni tal-irkupru tal-informazzjoni |
|
D.2.1. |
Dokumentazzjoni tal-istrateġiji ta’ tiftix għal kull sors ta’ informazzjoni |
|
D.2.2. |
Riżultati tal-irkupru tal-informazzjoni f’format standard |
|
D.3. |
Kodiċi tal-ipprogrammar għall-programmi użati għall-analiżijiet
Dan l-appendiċi għandu jipprovdi kodiċi tal-programm u output rilevanti jekk l-analiżijiet u l-kalkoli korrispondenti ma jistgħux jiġu deskritti b’metodu standard speċifiku. |
|
D.4. |
Rapporti ta’ studju għal studji kliniċi oriġinali
Dan l-appendiċi għandu jipprovdi rapporti ta’ studju kliniku, protokolli ta’ studju kliniku u pjanijiet ta’ analiżi statistika, imsemmija fil-punt d tal-Anness II.1 tar-Regolament (UE) 2021/2282. |
|
D.5. |
Rapporti ta’ studju għal studji ta’ sinteżi tal-evidenza
Dan l-appendiċi għandu jipprovdi l-informazzjoni u l-analiżijiet tad-data aġġornati kollha ppubblikati u mhux ippubblikati, inklużi l-protokolli ta’ studju u l-pjanijiet ta’ analiżi statistika, imsemmija fil-punt (d) tal-Anness II.1 tar-Regolament (UE) 2021/2282 li huma meħtieġa għal studji ta’ sinteżi tal-evidenza. Għal kull studju, ir-rapport dwar l-istudju kliniku għandu jiġi pprovdut darba biss. |
|
D.6. |
Rapporti tal-HTA tal-apparat mediku soġġetti għall-JCA (meta jkun xieraq) |
|
D.7. |
Informazzjoni dwar data minn reġistri u studji bbażati fuq reġistri
Dan l-appendiċi għandu jinkludi data u studji bl-apparat mediku mir-reġistri tal-pazjenti, jekk disponibbli. |
|
D.8. |
Informazzjoni dwar il-JSCs (meta jkun xieraq) |
|
D.9. |
Rapport ta’ valutazzjoni dwar l-evalwazzjoni klinika (CEAR, Clinical Evaluation Assessment Report) |
|
D.10. |
Rapport tal-evalwazzjoni klinika (CER) u l-aġġornamenti tiegħu (meta jkunu disponibbli) imsemmija fl-Artikolu 61(12) tar-Regolament (UE) 2017/745 u fil-Parti A tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) 2017/745 |
|
D.11. |
Pjan ta’ evalwazzjoni klinika (CEP, Clinical Evaluation Plan) imsemmi fil-Parti A tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) 2017/745 |
|
D.12. |
Il-pjan PMCF u r-rapport ta’ evalwazzjoni PMCF (meta jkun disponibbli) imsemmi fil-Parti B tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) 2017/745 jew ġustifikazzjoni għaliex PMCF ma huwiex applikabbli |
|
D.13. |
Opinjoni tal-gruppi ta’ esperti pprovduta fil-qafas tal-proċedura ta’ konsultazzjoni tal-evalwazzjoni klinika |
(1) In-Nomenklatura Ewropea tal-Apparat Mediku (EMDN) - EUDAMED.
ANNESS II
MUDELL GĦAD-DOSSIER GĦALL-VALUTAZZJONI KLINIKA KONĠUNTA TA’ APPARAT MEDIKU DIJANJOSTIKU IN VITRO
L-għoti ta’ informazzjoni, data, analiżi u evidenza oħra fid-dossier għandu jsegwi l-istandards internazzjonali tal-mediċina bbażata fuq l-evidenza. L-iżviluppatur tat-teknoloġija tas-saħħa għandu jikkonsulta, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Istati Membri għall-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (“il-Grupp ta’ Koordinazzjoni”) skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d) tar-Regolament (UE) 2021/2282 meta jkun applikabbli u jiddeskrivi u jiġġustifika kwalunkwe devjazzjoni minn dik il-gwida. L-informazzjoni mitluba fil-mudell tad-dossier għandha tiġi pprovduta f’format ċar, preferibbilment f’format tabulari meta jkun possibbli.
Storja ta’ reviżjoni
Il-linji mhux neċessarji għandhom jitħassru. Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiżdiedu l-linji.
|
Verżjoni |
Dokument |
Referenza legali |
Data tas-sottomissjoni |
Data tal-verifika tal-Kummissjoni |
|
V0.1 |
Dossier inizjali |
L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2021/2282 |
|
|
|
V0.2 |
(Dossier aġġornat wara t-tieni talba tal-Kummissjoni) |
L-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) 2021/2282 |
|
|
|
V0.3 |
(Dossier aġġornat wara t-talba tal-assessuri għal aktar speċifikazzjonijiet, kjarifiki jew informazzjoni addizzjonali) |
L-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2021/2282 |
|
Mhux applikabbli |
|
V0.4 |
(Dossier aġġornat wara l-bidu mill-ġdid ta’ JCA) |
L-Artikolu 10(8) tar-Regolament (UE) 2021/2282 |
|
Mhux applikabbli |
|
V0.5 |
(Dossier bl-indikazzjonijiet tal-HTD u l-ġustifikazzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali) |
L-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) 2021/2282 |
|
Mhux applikabbli |
|
V1.0 |
Dossier għall-pubblikazzjoni (mingħajr informazzjoni kunfidenzjali) |
L-Artikolu 21 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2086 |
Mhux applikabbli |
|
|
V1.0.1 |
(Dossier aġġornat fejn ir-rapport dwar il-valutazzjoni klinika konġunta jispeċifika l-ħtieġa li jsir aġġornament u fejn issir disponibbli evidenza addizzjonali għal valutazzjoni ulterjuri) |
L-Artikolu 19(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2086 |
|
Mhux applikabbli |
|
V1.0.2 |
(Dossier aġġornat ipprovdut fuq l-inizjattiva tal-HTD fejn issir disponibbli evidenza addizzjonali għal valutazzjoni ulterjuri) |
L-Artikolu 19(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2086 |
|
Mhux applikabbli |
|
V1.0.3 |
(Dossier aġġornat wara l-bidu ta’ aġġornament ta’ JCA – aġġornament tal-ambitu tal-valutazzjoni mhux meħtieġ) |
L-Artikolu 19(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2086 |
|
|
|
V1.0.4 |
(Dossier aġġornat wara l-bidu ta’ aġġornament ta’ JCA – aġġornament tal-ambitu tal-valutazzjoni meħtieġ) |
L-Artikolu 19(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2086 |
|
|
|
V1.0.5 |
(Dossier aġġornat wara l-bidu ta’ aġġornament ta’ JCA bl-indikazzjonijiet tal-HTD u l-ġustifikazzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali) |
L-Artikolu 11(5) tar-Regolament (UE) 2021/2282 |
|
Mhux applikabbli |
|
V2.0 |
(Dossier għall-pubblikazzjoni wara l-finalizzazzjoni ta’ aġġornament ta’ JCA (mingħajr informazzjoni kunfidenzjali)) |
L-Artikolu 21 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2086 |
Mhux applikabbli |
|
Lista ta’ taqsiriet
Il-lista li ġejja tippreżenta suġġerimenti għat-taqsiriet. Tista’ tiġi adattata għad-dossier. Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiżdiedu linji supplimentari.
|
Taqsira |
Tifsira |
|
ŻEE |
Żona Ekonomika Ewropea |
|
HTA |
Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa |
|
HTD |
Żviluppatur tat-Teknoloġija tas-Saħħa |
|
IVD (In vitro Diagnostic Medical Device) |
Apparat Mediku Dijanjostiku in vitro |
|
JCA |
Valutazzjoni Klinika Konġunta |
|
JSC |
Konsultazzjoni Xjentifika Konġunta |
|
PCR (Polymerase Chain Reaction) |
Reazzjoni Katina bil-Polimerażi |
|
PER (Performance Evaluation Report) |
Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) 2017/746 u fit-Taqsima 1.3 tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2017/746 |
|
PICO |
Sett ta’ parametri għall-valutazzjoni klinika konġunta f’termini ta’: Popolazzjoni tal-Pazjenti – Intervent(i) – Komparatur(i) – Eżiti tas-Saħħa |
Werrej
Lista ta’ tabelli
|
1. |
Ħarsa ġenerali |
|
1.1. |
Informazzjoni dwar l-apparat mediku dijanjostiku in vitro li qiegħed jiġi vvalutat (“l-IVD”) u l-HTD
Din it-taqsima għandha tipprovdi:
|
|
1.2. |
Sommarju eżekuttiv
Din it-taqsima għandha tipprovdi sommarju eżekuttiv konċiż tad-dossier li jiffoka fuq l-ambitu tal-valutazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) 2021/2282 u kondiviż mal-HTD fl-ewwel talba tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2021/2282 (“l-ambitu tal-valutazzjoni”). Is-sommarju eżekuttiv għandu jinkludi:
|
|
2. |
Sfond |
|
2.1. |
Karatterizzazzjoni tal-popolazzjoni ta’ pazjenti fil-mira
Din it-taqsima għandha ssemmi u tiddeskrivi l-popolazzjoni(jiet) ta’ pazjenti fil-mira għall-indikazzjoni(jiet) li jkunu qegħdin jiġu vvalutati, f’konformità mal-iskop maħsub tal-IVD kif deskritt fil-PER. Għandhom jiġu pprovduti referenzi għad-dikjarazzjonijiet. |
|
2.2. |
Karatterizzazzjoni tal-IVD
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-IVD inkluża l-informazzjoni li ġejja, fejn disponibbli fl-PER, il-pjan tal-istudju dwar il-prestazzjoni klinika (CPSP, Clinical Performance Study Plan) jew ir-rapport rigward studju dwar il-prestazzjoni klinika:
Għandhom jiġu pprovduti referenzi għad-dikjarazzjonijiet. |
|
3. |
Deskrizzjoni tal-metodi li ntużaw fl-iżvilupp tal-kontenut tad-dossier
F’konformità mal-Artikoli 9(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/2282, din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-metodi li ntużaw fl-iżvilupp tal-kontenut tad-dossier filwaqt li jiġi żgurat li l-evidenza sottomessa tkun kompluta u li d-data disponibbli tiġi analizzata kif xieraq biex twieġeb il-mistoqsijiet tar-riċerka tal-ambitu tal-valutazzjoni. L-HTD għandu jikkonsulta, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d) tar-Regolament (UE) 2021/2282. |
|
3.1. |
Kriterji għall-għażla tal-istudji għall-JCA
Din it-taqsima għandha tispeċifika l-kriterji ta’ inklużjoni u esklużjoni għall-istudji li għandhom jitqiesu għal din il-JCA abbażi tal-ambitu tal-valutazzjoni. L-ispeċifikazzjoni għall-kriterji ta’ inklużjoni u esklużjoni għandha tiġi pprovduta għal kull PICO, kif xieraq. |
|
3.2. |
Għażla tal-istudji rilevanti
L-HTD għandu juża r-rapport tat-tiftix tal-letteratura inkluż fil-PER bl-objettiv li tiġi identifikata l-evidenza li għandha tintuża għat-tħejjija tad-dossier tal-JCA. L-HTD għandu jiddokumenta l-approċċ għall-għażla tal-istudji rilevanti biex jiġi indirizzat l-ambitu tal-valutazzjoni skont il-kriterji ta’ inklużjoni u esklużjoni definiti fit-Taqsima 3.1. Sabiex jiżviluppa l-proċess tal-għażla tiegħu, l-HTD għandu jikkonsulta, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d) tar-Regolament (UE) 2021/2282. |
|
4. |
Riżultati |
|
4.1. |
Ir-riżultati mill-proċess tal-għażla
F’konformità mal-Artikoli 9(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/2282, din it-taqsima għandha tippreżenta b’mod trasparenti r-riżultati mill-proċess tal-għażla. L-istudji kollha disponibbli għandhom jiġu identifikati b’mod ċar permezz ta’ eż. l-ID ta’ referenza tal-istudju, l-istatus tal-istudju, id-durata tal-istudju u l-partijiet tal-istudju. L-istudji li ma tqisux fid-dossier għandhom jiġu elenkati, għal kull wieħed minnhom, bir-raġuni għall-esklużjoni. Il-preżentazzjoni tar-riżultati għandha tipprovdi l-lista ta’ studji inklużi fid-dossier, u tinfluwenza kull PICO. Jekk ma tkun disponibbli l-ebda evidenza mill-PER għal mistoqsija speċifika tal-PICO tal-ambitu tal-valutazzjoni, dan għandu jiġi rrapportat b’mod ċar fid-dossier (“L-ebda evidenza pprovduta mill-HTD”) u ġġustifikat. |
|
4.2. |
Karatteristiċi tal-istudji inklużi
F’konformità mal-Artikoli 9(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/2282, din it-taqsima għandha tipprovdi ħarsa ġenerali f’format tabulari tal-istudji kollha inklużi fid-dossier biex jiġi indirizzat kwalunkwe wieħed mill-PICO(s). Skont l-informazzjoni disponibbli fil-PER u fis-CPSP, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar:
L-istudji inklużi fid-dossier għandhom jiġu deskritti fil-qosor skont l-informazzjoni disponibbli fil-PER u fis-CPSP. Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija tal-istudju fl-Appendiċi A. |
|
4.3. |
Analiżi tad-data
F’konformità mal-Artikoli 9(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2021/2282, din it-taqsima għandha tippreżenta d-data analizzata biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta’ riċerka tal-ambitu tal-valutazzjoni. Il-preżentazzjoni għandha ssegwi l-istandards internazzjonali tal-mediċina bbażata fuq l-evidenza. L-HTD għandu jikkonsulta, jekk disponibbli, il-gwida metodoloġika adottata mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni skont l-Artikolu 3(7), il-punt (d) tar-Regolament (UE) 2021/2282 u jiddeskrivi u jiġġustifika kwalunkwe devjazzjoni minn dik il-gwida. Din it-taqsima għandha tipprovdi wkoll l-informazzjoni kollha li hija meħtieġa biex jiġi vvalutat il-grad ta’ ċertezza fir-rigward tal-PICO(s), kif disponibbli mill-PER jew mis-CPSP. |
|
5. |
Lista ta’ referenzi |
Appendiċijiet
|
Appendiċi A. |
Elenkar tabulari u informazzjoni dwar il-metodi tal-istudji kollha inklużi fil-JCA
L-appendiċi għandu jinkludi elenkar tal-istudji kollha inklużi fid-dossier biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tar-riċerka. |
|
Appendiċi B. |
Informazzjoni biex jiġi vvalutat il-grad ta’ ċertezza fir-rigward tal-PICO(s) |
|
Appendiċi C. |
Dokumentazzjoni sottostanti |
|
C.1. |
Ir-riżultati tal-proċess tal-għażla |
|
C.2. |
Ir-rapport dwar l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni (PER), inklużi r-rapport dwar il-validità xjentifika, ir-rapport dwar il-prestazzjoni analitika u r-rapport dwar il-prestazzjoni klinika, flimkien ma’ valutazzjoni ta’ dawk ir-rapporti, kif imsemmi fit-Taqsima 1.3.2 tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2017/746 |
|
C.3. |
Il-pjan(ijiet) tal-studju dwar il-prestazzjoni klinika (CPSP) u r-rapport(i) rigward studju dwar il-prestazzjoni klinika msemmija fit-Taqsimiet 2.3.2 u 2.3.3 tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2017/746 |
|
C.4. |
Il-fehmiet tal-grupp ta’ esperti pprovduti fil-qafas tal-proċedura ta’ konsultazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni |
|
C.5. |
Ir-rapport tal-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea |
(1) In-Nomenklatura Ewropea tal-Apparat Mediku (EMDN) - EUDAMED.
ANNESS III
MUDELL GĦAR-RAPPORT TAL-VALUTAZZJONI KLINIKA KONĠUNTA TA’ APPARAT MEDIKU
L-għoti ta’ informazzjoni, data, analiżi u evidenza oħra fir-rapport għandu jsegwi l-istandards internazzjonali tal-mediċina bbażata fuq l-evidenza. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’format ċar, preferibbilment f’format tabulari meta jkun possibbli.
Lista ta’ taqsiriet
Il-lista li ġejja tippreżenta suġġerimenti għat-taqsiriet. Din tista’ tiġi adattata għar-rapport. Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiżdiedu linji supplimentari.
|
Taqsira |
Tifsira |
|
CER |
Rapport dwar l-evalwazzjoni klinika msemmi fl-Artikolu 61(12) u fit-Taqsima 4 tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) 2017/745 |
|
CIP |
Pjan ta’ investigazzjoni klinika msemmi fit-Taqsima 3, il-Kapitolu II, tal-Anness XV tar-Regolament (UE) 2017/745 |
|
CIR |
Rapport dwar l-investigazzjoni klinika msemmi fit-Taqsima 7, il-Kapitolu III tal-Anness XV tar-Regolament (UE) 2017/745 |
|
ŻEE |
Żona Ekonomika Ewropea |
|
HTA |
Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa |
|
HTD |
Żviluppatur tat-Teknoloġija tas-Saħħa |
|
JCA |
Valutazzjoni Klinika Konġunta |
|
JSC |
Konsultazzjoni Xjentifika Konġunta |
|
MD |
Apparat Mediku |
|
PMCF |
Segwitu Kliniku ta’ Wara t-Tqegħid fis-Suq |
|
PICO |
Sett ta’ parametri għall-valutazzjoni klinika konġunta f’termini ta’: Popolazzjoni tal-Pazjenti – Intervent(i) – Komparatur(i) – Eżiti tas-Saħħa |
|
RCT (Randomised Controlled Trial) |
Prova Kontrollata Aleatorja |
Werrej
Lista ta’ tabelli
|
1. |
Informazzjoni ġenerali dwar il-JCA
Din it-taqsima għandha tipprovdi:
|
|
2. |
Sfond |
|
2.1. |
Ħarsa ġenerali lejn il-kundizzjoni medika
Din it-taqsima għandha tipprovdi:
|
|
2.2. |
Karatterizzazzjoni tal-apparat mediku |
|
2.2.1. |
Karatteristiċi tal-apparat mediku
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-apparat mediku li jkun qiegħed jiġi vvalutat (“l-apparat mediku”) u tirrapporta l-informazzjoni li ġejja:
|
|
2.2.2. |
Sommarju tar-rekwiżiti ewlenin għall-użu
Din it-taqsima għandha tinkludi deskrizzjoni tal-proċeduri u tas-servizzi, kif ukoll tal-aspetti organizzattivi ewlenin assoċjati mal-użu tal-apparat mediku. |
|
2.2.3. |
Status regolatorju tal-apparat mediku
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-informazzjoni regolatorja dwar l-apparat mediku. Għandha tipprovdi wkoll id-dettalji tal-programmi ta’ aċċess bikri/użu ħanin li jkunu għaddejjin jew ippjanati fl-Istati taż-ŻEE. |
|
3. |
Ambitu tal-valutazzjoni
Din it-taqsima għandha tirriproduċi l-ambitu tal-valutazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) 2021/2282. |
|
4. |
Riżultati
Ir-riżultati ppreżentati f’din it-taqsima għandhom isegwu l-istandards internazzjonali li ġejjin tal-mediċina bbażata fuq l-evidenza. |
|
4.1. |
Irkupru tal-informazzjoni
Din it-taqsima għandha tinkludi:
Din għandha tipprovdi d-data tal-lista tal-istudji, imwettqa jew sponsorjati mill-HTD jew minn partijiet terzi, imsemmija fl-Anness II.1 tar-Regolament (UE) 2021/2282, kif ukoll id-data tal-aħħar tfittxijiet għall-apparat mediku u l-komparatur(i) f’bażijiet tad-data bibljografiċi u f’reġistri tal-istudji u f’reġistri tar-riżultati tal-istudji (bażijiet tad-data tal-provi kliniċi). L-informazzjoni dettaljata għandha tiġi pprovduta fl-Appendiċi B. |
|
4.1.1. |
Il-lista li tirriżulta ta’ studji inklużi b’mod ġenerali u skont il-PICO
Din it-taqsima għandha tipprovdi f’format tabulari:
|
|
4.2. |
Karatteristiċi tal-istudji inklużi |
|
4.2.1. |
Studji inklużi
Din it-taqsima għandha tipprevedi l-istudji inklużi fil-valutazzjoni:
|
|
4.2.2. |
Grad ta’ ċertezza fir-rigward tal-PICO(s)
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-valutazzjoni tal-grad ta’ ċertezza fir-rigward tal-PICO(s). |
|
4.3. |
Riżultati tal-istudju dwar l-effettività relattiva u s-sikurezza relattiva
Ir-riżultati dwar l-effettività relattiva u s-sikurezza relattiva għandhom jiġu ppreżentati skont l-ambitu tal-valutazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) 2021/2282, għal kull PICO. |
|
4.3.1. |
Riżultati għall-popolazzjoni tal-pazjenti <Z-1>
Din it-taqsima għandha tiddiskuti sa liema punt il-popolazzjonijiet tal-pazjenti u/jew il-komparatur(i) inklużi għal kull studju jkopru l-popolazzjoni tal-pazjenti/il-komparatur(i) rilevanti skont l-ambitu tal-valutazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) 2021/2282. Għandha tiġi pprovduta taqsima separata għal kull popolazzjoni tal-pazjenti speċifikata fil-PICO(s). F’din it-taqsima, ir-riżultati għall-PICO(s) kollha li jindirizzaw din il-popolazzjoni tal-pazjenti għandhom jiġu ppreżentati fis-sottotaqsimiet li ġejjin. |
|
4.3.1.1. |
Karatteristiċi tal-pazjenti
Din it-taqsima għandha tippreżenta karatteristiċi tal-pazjenti mill-istudji kollha li jkopru l-popolazzjoni tal-pazjenti rilevanti inkluża fi kwalunkwe PICO li jindirizza din il-popolazzjoni tal-pazjenti. |
|
4.3.1.2. |
Metodi ta’ sinteżi tal-evidenza
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi fil-qosor, meta jkun applikabbli, il-metodi ta’ sinteżi tal-evidenza użati mill-HTD, inklużi l-aspetti pożittivi u l-limitazzjonijiet assoċjati, u kwalunkwe fattur li jirriżulta minn dawn il-metodi u l-applikazzjoni tagħhom li jista’ jaffettwa ċ-ċertezza tal-evidenza. |
|
4.3.1.3. |
Riżultati tal-eżitu tas-saħħa għall-PICO <1> u inċertezzi fir-riżultati
Fil-popolazzjoni tal-pazjenti partikolari <Z-1>, ir-riżultati dwar l-eżiti tas-saħħa li jiddeskrivu l-effettività relattiva u s-sikurezza relattiva għandhom jiġu deskritti skont il-PICO. Is-sottotaqsima għandha tibda mid-deskrizzjoni u l-ġustifikazzjoni tal-għażla tal-evidenza (tip ta’ tqabbil) sottomessa biex tindirizza l-PICO <1> partikolari. Is-sottotaqsima għandha tippreżenta ħarsa ġenerali lejn l-eżiti disponibbli mitluba fl-ambitu tal-valutazzjoni għal kull studju. Ir-riżultati dwar l-effettività relattiva u s-sikurezza relattiva (jiġifieri l-effetti relattivi tal-apparat mediku kontra l-komparatur) għandhom jinkludu r-riżultati mill-istudji individwali kollha, kif ukoll kwalunkwe sinteżi kwantitattiva tar-riżultati, eż. mill-metaanaliżijiet. Ir-riżultati tal-analiżijiet ta’ kull wieħed mill-eżiti ppreżentati għandhom jiġu deskritti fil-qosor. Id-deskrizzjoni għandha tindirizza kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-grad ta’ inċertezza tal-effetti relattivi. Għal kwalunkwe mistoqsija addizzjonali tal-PICO relatata mal-popolazzjoni tal-pazjenti partikolari <Z-1>, għandha tiżdied sottotaqsima ġdida li tippreżenta r-riżultati f’termini ta’ eżiti tas-saħħa għal din il-mistoqsija tal-PICO. |
|
4.3.2. |
Riżultati tal-istudju prinċipali mill-programm ta’ żvilupp kliniku tal-apparat mediku (jekk mhux indirizzati minn xi PICO) |
|
4.3.2.1. |
Il-karatteristiċi tal-istudju |
|
4.3.2.2. |
Karatteristiċi tal-pazjenti |
|
4.3.2.3. |
Riżultati tal-eżitu tas-saħħa tal-istudju u inċertezzi fir-riżultati |
|
5. |
Referenzi |
Appendiċijiet
|
Appendiċi A. |
Input minn esperti u partijiet ikkonċernati |
|
Appendiċi B. |
Valutazzjoni tal-irkupru tal-informazzjoni |
|
Appendiċi C. |
Informazzjoni u data addizzjonali tal-istudju, inklużi l-inċertezzi fir-riżultati |
(1) In-Nomenklatura Ewropea tal-Apparat Mediku (EMDN) - EUDAMED.
ANNESS IV
MUDELL GĦAR-RAPPORT DWAR IL-VALUTAZZJONI KLINIKA KONĠUNTA TA’ APPARAT MEDIKU DIJANJOSTIKU IN VITRO
L-għoti ta’ informazzjoni, data, analiżi u evidenza oħra fir-rapport għandu jsegwi l-istandards internazzjonali tal-mediċina bbażata fuq l-evidenza. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’format ċar, preferibbilment f’format tabulari meta jkun possibbli.
Lista ta’ taqsiriet
Il-lista li ġejja tippreżenta suġġerimenti għat-taqsiriet. Din tista’ tiġi adattata għar-rapport. Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiżdiedu linji supplimentari.
|
Taqsira |
Tifsira |
|
CPR |
Rapport dwar il-prestazzjoni klinika msemmi fit-Taqsima 1.3.2 tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2017/746 |
|
ŻEE |
Żona Ekonomika Ewropea |
|
HTA |
Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa |
|
HTD |
Żviluppatur tat-Teknoloġija tas-Saħħa |
|
IVD |
Apparat Mediku Dijanjostiku in vitro |
|
JCA |
Valutazzjoni Klinika Konġunta |
|
JSC |
Konsultazzjoni Xjentifika Konġunta |
|
PER |
Rapport dwar l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) 2017/746 u fit-Taqsima 1.3 tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2017/746 |
|
PMCF |
Segwitu Kliniku ta’ Wara t-Tqegħid fis-Suq |
|
PICO |
Sett ta’ parametri għall-valutazzjoni klinika konġunta f’termini ta’: Popolazzjoni tal-Pazjenti – Intervent(i) – Komparatur(i) – Eżiti tas-Saħħa |
|
RCT |
Prova Kontrollata Aleatorja |
Werrej
Lista ta’ tabelli
|
1. |
Informazzjoni ġenerali dwar il-JCA
Din it-taqsima għandha tipprovdi:
|
|
2. |
Sfond |
|
2.1. |
Karatterizzazzjoni tal-popolazzjoni ta’ pazjenti fil-mira
Din it-taqsima għandha tipprovdi deskrizzjoni qasira tal-popolazzjoni(jiet) tal-pazjenti fil-mira għall-indikazzjoni(jiet) li jkunu qegħdin jiġu vvalutati, f’konformità mal-iskop maħsub tal-IVD. |
|
2.2. |
Karatterizzazzjoni tal-apparat mediku dijanjostiku in vitro
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-karatteristiċi tal-apparat mediku dijanjostiku in vitro li jkun qiegħed jiġi vvalutat (“l-IVD”) u tirrapporta l-informazzjoni li ġejja:
|
|
2.3. |
Status regolatorju tal-IVD
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-informazzjoni regolatorja dwar l-IVD. |
|
3. |
Ambitu tal-valutazzjoni
Din it-taqsima għandha tirriproduċi l-ambitu tal-valutazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) 2021/2282. |
|
4. |
Riżultati
Ir-riżultati ppreżentati f’din it-taqsima għandhom isegwu l-istandards internazzjonali li ġejjin tal-mediċina bbażata fuq l-evidenza. |
|
4.1. |
Irkupru tal-informazzjoni
Din it-taqsima għandha tinkludi:
L-informazzjoni dettaljata għandha tiġi pprovduta fl-Appendiċi B. |
|
4.1.1. |
Il-lista li tirriżulta ta’ studji inklużi b’mod ġenerali u skont il-PICO
Din it-taqsima għandha tipprovdi f’format tabulari:
|
|
4.2. |
Karatteristiċi tal-istudji inklużi |
|
4.2.1. |
Studji inklużi
Din it-taqsima għandha tipprevedi l-istudji inklużi fil-valutazzjoni:
|
|
4.2.2. |
Grad ta’ ċertezza fir-rigward tal-PICO(s)
Din it-taqsima għandha tiddeskrivi l-valutazzjoni tal-grad ta’ ċertezza fir-rigward tal-PICO(s). |
|
4.3. |
Riżultati tal-istudju dwar l-effettività relattiva u s-sikurezza relattiva
Ir-riżultati dwar l-effettività relattiva u s-sikurezza relattiva għandhom jiġu ppreżentati skont l-ambitu tal-valutazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) 2021/2282, għal kull PICO. Valutazzjoni tal-grad ta’ ċertezza tal-effetti relattivi u tas-sikurezza relattiva, filwaqt li jitqiesu l-aspetti pożittivi u l-limitazzjonijiet tal-evidenza disponibbli. |
|
4.3.1. |
Riżultati għall-popolazzjoni tal-pazjenti <Z-1>
Din it-taqsima għandha tiddiskuti sa liema punt il-popolazzjonijiet tal-pazjenti u/jew il-komparatur(i) inklużi għal kull studju jkopru l-popolazzjoni tal-pazjenti/il-komparatur(i) rilevanti skont l-ambitu tal-valutazzjoni kif stabbilit skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) 2021/2282. Għandha tiġi pprovduta taqsima separata għal kull popolazzjoni tal-pazjenti speċifikata fil-PICO(s). F’din it-taqsima, ir-riżultati għall-PICO(s) kollha li jindirizzaw din il-popolazzjoni tal-pazjenti għandhom jiġu ppreżentati fis-sottotaqsimiet li ġejjin. |
|
4.3.1.1. |
Karatteristiċi tal-pazjenti
Din it-taqsima għandha tippreżenta karatteristiċi tal-pazjenti mill-istudji kollha li jkopru l-popolazzjoni tal-pazjenti rilevanti inkluża fi kwalunkwe PICO li jindirizza din il-popolazzjoni tal-pazjenti.
|
|
4.3.1.3. |
Riżultati tal-eżitu għall-PICO <1> u inċertezzi fir-riżultati
Fil-popolazzjoni tal-pazjenti partikolari <Z-1>, ir-riżultati dwar l-eżiti li jiddeskrivu l-effettività relattiva u s-sikurezza relattiva għandhom jiġu deskritti skont il-PICO. Is-sottotaqsima għandha tibda mid-deskrizzjoni u l-ġustifikazzjoni tal-għażla tal-evidenza (tip ta’ tqabbil) sottomessa biex tindirizza l-PICO <1> partikolari. Is-sottotaqsima għandha tippreżenta ħarsa ġenerali lejn l-eżiti disponibbli mitluba fl-ambitu tal-valutazzjoni għal kull studju. Ir-riżultati dwar l-effettività relattiva u s-sikurezza relattiva (jiġifieri l-effetti relattivi tal-IVD kontra l-komparatur) għandhom jinkludu r-riżultati mill-istudji individwali kollha u jekk disponibbli kwalunkwe sinteżi kwantitattiva tar-riżultati, eż. mill-metaanaliżijiet. Ir-riżultati tal-analiżijiet ta’ kull wieħed mill-eżiti ppreżentati għandhom jiġu deskritti fil-qosor. Id-deskrizzjoni għandha tindirizza kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-grad ta’ inċertezza tal-effetti relattivi. Għal kull mistoqsija addizzjonali tal-PICO relatata mal-popolazzjoni partikolari ta’ pazjenti <Z-1>, għandha tinħoloq sottotaqsima ġdida biex jiġu ppreżentati r-riżultati f’termini ta’ eżiti għal din il-mistoqsija tal-PICO. |
|
4.3.2. |
Riżultati tal-istudju prinċipali mill-PER tal-IVD (jekk mhux indirizzati minn kwalunkwe PICO) |
|
4.3.2.1. |
Il-karatteristiċi tal-istudju |
|
4.3.2.2. |
Karatteristiċi tal-pazjenti |
|
4.3.2.3. |
Riżultati tal-eżitu tal-istudju u inċertezzi fir-riżultati |
|
5. |
Referenzi |
Appendiċijiet
|
Appendiċi A. |
Input minn esperti u partijiet ikkonċernati |
|
Appendiċi B. |
Valutazzjoni tal-irkupru tal-informazzjoni |
|
Appendiċi C. |
Informazzjoni u data addizzjonali tal-istudju, inklużi l-inċertezzi fir-riżultati |
(1) In-Nomenklatura Ewropea tal-Apparat Mediku (EMDN) - EUDAMED.
ANNESS V
MUDELL GĦAR-RAPPORT TA’ SINTEŻI DWAR IL-VALUTAZZJONI KLINIKA KONĠUNTA DWAR APPARAT MEDIKU/APPARAT MEDIKU DIJANJOSTIKU IN VITRO
Ir-rapport ta’ sinteżi għandu jkun konċiż u jagħti ħarsa ġenerali lejn il-valutazzjoni li tista’ tinqara b’mod indipendenti.
Ir-rapport ta’ sinteżi għandu jinkludi tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-intervent, tal-kundizzjoni medika u/jew tal-popolazzjoni fil-mira; |
|
(b) |
l-ambitu tal-valutazzjoni kif previst fl-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) 2021/2282; |
|
(c) |
l-informazzjoni dwar l-involviment tal-pazjenti, l-esperti kliniċi u esperti rilevanti oħra, kif ukoll dwar l-input riċevut minn organizzazzjonijiet tal-pazjenti, organizzazzjonijiet professjonali tal-kura tas-saħħa u soċjetajiet kliniċi u mgħallma; |
|
(d) |
tabelli sommarji inklużi inċertezzi tal-evidenza għal kull sett ta’ parametri għall-valutazzjoni klinika konġunta f’termini tal-popolazzjoni tal-pazjenti, l-intervent, il-komparaturi u l-eżiti, b’deskrizzjoni qasira tar-riżultati. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2086/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)