Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025R2027

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2027 tad-9 ta’ Ottubru 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva pentijopirad

C/2025/6760

ĠU L, 2025/2027, 10.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2027/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2027/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2027

10.10.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2027

tad-9 ta’ Ottubru 2025

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva pentijopirad

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17, l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2).

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1187/2013 (3) approva s-sustanza attiva pentijopirad sat-30 ta’ April 2024. Il-pentijopirad huwa elenkat fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011.

(3)

L-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva pentijopirad tressqet f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 (4). Fid-19 ta’ Jannar 2023, l-Istat Membru relatur informa lill-Istati Membri korelaturi, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità li kien ivvaluta l-ammissibbiltà skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740, u b’mod partikolari l-kompletezza u l-puntwalità, tal-applikazzjoni u kkonkluda li din kienet ammissibbli.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/787 (5) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva pentijopirad sal-31 ta’ Ottubru 2027, sakemm ikunu jistgħu jittieħdu l-passi li fadal fil-proċedura għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva.

(5)

Fit-13 ta’ Marzu 2025, l-applikant ikkonferma li ma għadux jappoġġa l-applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni għas-sustanza attiva pentijopirad.

(6)

Għalhekk, l-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni tal-pentijopirad ma għadhiex ġustifikata. B’konsegwenza ta’ dan, jenħtieġ li tiġi stabbilita data ta’ skadenza ġdida fl-eqreb data possibbli, filwaqt li l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet tagħhom għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-pentijopirad.

(7)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat kif xieraq.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/540/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1187/2013 tal-21 ta’ Novembru 2013 li japprova s-sustanza attiva pentijopirad, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 313, 22.11.2013, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1187/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1740/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/787 tal-24 ta’ April 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1,4-dimetilnaftalina, amidosulfuron, bentażon, bixafen, clomazone, fenoxaprop-P, fludioxonil, fluoxastrobin, flutolanil, fluksapirossad, gibberellic acid, gibberellins, ħalauksifen-metil, mecoprop-P, żejt tal-paraffin, pentijopirad, pirimiphos-methyl, propamocarb, propiżammid, prothioconazole, rimsulfuron, sedaxane u sulfoksaflor (ĠU L, 2025/787, 25.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/787/oj).


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, fil-Parti B, fir-ringiela 57, il-pentijopirad, fis-sitt kolonna, “Skadenza tal-approvazzjoni”, id-data hija sostitwita bid-data “ 31 ta’ Ottubru 2025 ”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2027/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top