This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R1567
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/1567 of 29 July 2025 laying down rules for the application of Regulation (EU) No 910/2014 of the European Parliament and of the Council as regards the management of remote qualified electronic signature creation devices and of remote qualified electronic seal creation devices as qualified trust services
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1567 tad-29 ta’ Lulju 2025 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġestjoni tal-apparati kwalifikati remoti għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi u tal-apparati kwalifikati remoti għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi bħala servizzi fiduċjarji kwalifikati
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1567 tad-29 ta’ Lulju 2025 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġestjoni tal-apparati kwalifikati remoti għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi u tal-apparati kwalifikati remoti għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi bħala servizzi fiduċjarji kwalifikati
C/2025/5044
ĠU L, 2025/1567, 30.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1567/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1567 |
30.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1567
tad-29 ta’ Lulju 2025
li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġestjoni tal-apparati kwalifikati remoti għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi u tal-apparati kwalifikati remoti għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi bħala servizzi fiduċjarji kwalifikati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29a(2) u l-Artikolu 39a tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-servizzi fiduċjarji kwalifikati għall-ġestjoni ta’ apparati kwalifikati remoti għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi u għall-ġestjoni ta’ apparati kwalifikati remoti għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi jaqdu rwol kruċjali fl-ambjent tan-negozju diġitali billi jippromwovi t-tranżizzjoni minn proċessi tradizzjonali bbażati fuq karta lejn ekwivalenti elettroniċi. Dawk is-servizzi fiduċjarji kwalifikati jikkontribwixxu għal ġestjoni sigura u affidabbli ta’ dawk l-apparati remoti f’isem il-firmatarji u l-ħallieqa tas-siġilli, b’mod li tkun garantita osservanza tal-kundizzjonijiet għall-firem elettroniċi kwalifikati u għas-siġilli elettroniċi kwalifikati. |
|
(2) |
Biex jiżdiedu ċ-ċertezza legali u l-affidabbiltà tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati għall-ġestjoni ta’ apparati kwalifikati remoti għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi, u tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati għall-ġestjoni ta’ apparati kwalifikati remoti għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi, il-fornituri kwalifikati tas-servizzi fiduċjarji li jipprovdu dawk is-servizzi kwalifikati jenħtieġ li jikkonformaw mal-istandards stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(3) |
Dawn l-istandards jenħtieġ li jirriflettu prattiki stabbiliti u jkunu rikonoxxuti b’mod wiesa’ fis-setturi rilevanti. Dawn jenħtieġ li jiġu adattati biex ikunu jinkludu kontrolli li jiżguraw is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati, kif ukoll biex ikun żgurat li l-firmatarji jkollhom kontroll uniku, b’livell għoli ta’ kunfidenza, fuq l-użu tad-data tal-ħolqien tal-firem elettroniċi tagħhom, u li l-ħallieqa tas-siġilli jkollhom kontroll fuq l-użu tad-data tal-ħolqien tas-siġilli elettroniċi tagħhom, rispettivament. |
|
(4) |
Biex ikun żgurat perjodu taż-żmien suffiċjenti għall-awditjar tal-fornituri tas-servizzi fiduċjarji fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti l-ġodda, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wara 24 xahar mid-dħul fis-seħħ tiegħu. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni tivvaluta regolarment teknoloġiji, prattiki, standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda. F’konformità mal-Premessa 75 tar-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina u taġġorna dan ir-Regolament, jekk ikun meħtieġ, biex iżżommu konformi mal-iżviluppi dinjin, ma’ teknoloġiji, standards jew speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda, u biex timxi mal-aqwa prattiki fis-suq intern. |
|
(6) |
Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u, meta rilevanti, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jenħtieġ li japplikaw għall-attivitajiet kollha tal-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), u ta l-opinjoni tiegħu nhar is-6 ta’ Ġunju 2025. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilit bl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Standards ta’ referenza u speċifikazzjonijiet
L-istandards ta’ referenza u l-ispeċifikazzjonijiet għall-ġestjoni tal-apparati kwalifikati remoti għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi u tal-apparati kwalifikati remoti għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi bħala servizzi fiduċjarji kwalifikati, imsemmija fl-Artikolu 29a(2) u fl-Artikolu 39a tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mid-19 ta’ Awwissu 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/1183 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali (ĠU L, 2024/1183, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1183/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(4) Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
ANNESS
Lista tal-istandards ta’ referenza u l-ispeċifikazzjonijiet għall-ġestjoni tal-apparati kwalifikati remoti għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi u tal-apparati kwalifikati remoti għall-ħolqien ta’ siġilli elettroniċi
L-istandard ETSI TS 119 431-1 V1.3.1 (2024-12) (“ETSI TS 119 431-1”) japplika għall-fini ta’ valutazzjoni tal-osservanza tal-Politika v2 tas-Servizz tal-Applikazzjoni tal-Iffirmar tas-Server tal-UE, f’korformità mal-Anness A ta’ dak l-istandard, bl-adattamenti li ġejjin:
|
(1) |
2.1 Referenzi normattivi
|
|
(2) |
6.1 Responsabbiltajiet ta’ pubblikazzjoni u repożitorju
|
|
(3) |
6.4.4 Kontrolli tal-persunal
|
|
(4) |
6.4.9 Terminazzjoni tas-servizzi tal-SSASP
|
|
(5) |
6.5.5 Kontrolli dwar is-sigurtà tan-network
|
|
(6) |
6.8.5 Kontrolli kriptografiċi
|
|
(7) |
L-Anness A, it-taqsima A.3 Rekwiżiti Ġenerali
|
(1) https://certification.enisa.europa.eu/publications/eucc-guidelines-cryptography_en.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1567/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)