This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R1526
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/1526 of 29 July 2025 setting out the list and description of variables and their technical specifications, statistical classifications and precision targets for the topic structure of earnings pursuant to Regulation (EU) 2025/941 of the European Parliament and of the Council
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1526 tad-29 ta’ Lulju 2025 li jistabbilixxi l-lista u d-deskrizzjoni tal-varjabbli u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-klassifikazzjonijiet statistiċi u l-miri ta’ preċiżjoni tagħhom għas-suġġett struttura tal-pagi skont ir-Regolament (UE) 2025/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1526 tad-29 ta’ Lulju 2025 li jistabbilixxi l-lista u d-deskrizzjoni tal-varjabbli u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-klassifikazzjonijiet statistiċi u l-miri ta’ preċiżjoni tagħhom għas-suġġett struttura tal-pagi skont ir-Regolament (UE) 2025/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
C/2025/4952
ĠU L, 2025/1526, 30.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1526/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1526 |
30.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1526
tad-29 ta’ Lulju 2025
li jistabbilixxi l-lista u d-deskrizzjoni tal-varjabbli u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-klassifikazzjonijiet statistiċi u l-miri ta’ preċiżjoni tagħhom għas-suġġett “struttura tal-pagi” skont ir-Regolament (UE) 2025/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2025/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar l-istatistika tas-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea dwar in-negozji, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 530/1999 u r-Regolamenti (KE) Nru 450/2003 u (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 4(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiżgura l-implimentazzjoni eżatta tal-ġbir tad-data tas-suġġett “struttura tal-pagi”, il-Kummissjoni trid tispeċifika l-kontenut u l-elementi tekniċi tas-sett tad-data, il-kunċetti statistiċi, il-miri ta’ preċiżjoni u l-formati għat-trażmissjoni tal-informazzjoni. |
|
(2) |
L-istatistika dwar l-unitajiet territorjali, is-setturi ekonomiċi, l-okkupazzjonijiet u l-livelli edukattivi jenħtieġ li tkun komparabbli internazzjonalment, u għalhekk l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jenħtieġ li jużaw klassifikazzjonijiet statistiċi li jkunu kompatibbli mal-klassifikazzjonijiet NUTS (2), NACE (3), ISCO (4) u ISCED (5). |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Lista u deskrizzjoni tal-varjabbli u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom
1. Il-lista u d-deskrizzjoni tal-varjabbli, u tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom, li jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni (Eurostat) għas-suġġett “struttura tal-pagi”, u l-klassifikazzjonijiet statistiċi li jridu jintużaw għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness I.
2. Għandu jinġabar sett limitat ta’ varjabbli fuq unitajiet lokali li jappartjenu għal intrapriżi b’impjegat wieħed sa disgħa (1-9), kif stabbilit fl-Anness I.
Artikolu 2
Miri ta’ preċiżjoni
Il-miri ta’ preċiżjoni għall-istħarriġ statistiku għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 3
Formati għat-trażmissjoni tal-informazzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jibagħtu settijiet tad-data lill-Kummissjoni (Eurostat) b’format elettroniku li jkun fihom mikrodata vverifikata u editjata għalkollox skont ir-regoli tal-validazzjoni f’konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-varjabbli għall-kodifikazzjoni tagħhom stabbilita fl-Anness I. Id-data riveduta għandha tintbagħat f’settijiet tad-data sħaħ li jkopru l-varjabbli kollha, irrispettivament mill-għadd ta’ osservazzjonijiet u varjabbli riveduti.
2. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli d-data meħtieġa lill-Kummissjoni (Eurostat) skont dan ir-Regolament bl-istandards tal-iskambju tad-data statistika speċifikati mill-Kummissjoni (Eurostat) u mill-punt tad-dħul uniku għad-data.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2025/941, 20.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/941/oj.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1059/oj).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).
(4) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2009 dwar l-użu tal-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO-08) (ĠU L 292, 10.11.2009, p. 31, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2009/824/oj).
(5) Il-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni, l-2011; http://uis.unesco.org/sites/default/files/documents/international-standard-classification-of-education-isced-2011-en.pdf.
ANNESS I
I.A LISTA U DESKRIZZJONI TAL-VARJABBLI
Id-data individwali li tikkonċerna lil kull unità lokali u lil kull impjegat għandha tingħata fil-forma ta’ żewġ settijiet tad-data b’reġistri tal-mikrodata:
|
|
Sett tad-data A: Reġistri għall-unitajiet lokali |
|
|
Sett tad-data B: Reġistri għall-impjegati |
Ir-reġistri tal-impjegati għandhom ikunu konnessi mar-reġistri tal-unitajiet lokali bi kjavi li ma tkunx tiżvela l-identità tan-negozju. Din tista’ tkun numru sekwenzjali jew xi kjavi eżistenti li ma tipprovdix identifikazzjoni, diment li l-istess kjavi tintuża kemm għar-reġistri tal-unitajiet lokali kif ukoll għar-reġistri tal-impjegati (KEY_L). Barra minn hekk, għal identifikazzjoni faċli tal-impjegati, għal kull impjegat għandha tinħoloq kjavi li ma tipprovdix identifikazzjoni (KEY_E), u allura li ma tkunx tidentifika lill-persuna.
Għall-varjabbli kollha fir-reġistri tal-mikrodata kollha għandha tingħata informazzjoni sħiħa, sakemm ma jkunux immarkati “ fakultattiva ” jew “ fakultattiva għall-unitajiet lokali li jappartjenu għal intrapriżi b’impjegat wieħed sa disgħa (1-9) ”.
Meta jkun hemm informazzjoni għal varjabbli fakultattiva, id-data preferibbilment għandha tingħata għall-unitajiet lokali kollha jew għall-impjegati kollha.
L-elementi kollha għar-rekords fis-sett tad-data A u B għandhom ikunu mimlijin kollha. Għandu jkun hemm entrati għall-elementi individwali kollha, inkluż il-varjabbli fakultattivi, u l-ebda waħda m’għandha titħalla vojta. Għandhom jintużaw il-kodiċijiet rilevanti għal “mhux ipprovduta”, ara l-kodiċijiet tal-modalità hawn taħt.
Il-valur żero “ 0 “għandu jintuża biss għall-varjabbli meta ġenwinament ikun seħħ il-valur żero (eż. meta impjegat ma jkunx għamel sahra fix-xahar ta’ referenza).
Meta l-varjabbli jkunu relatati ma’ valuri monetarji (eż. il-qligħ fis-siegħa, fix-xahar, fis-sena u l-bonusijiet, it-taxxi, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, il-ħlasijiet in natura), dawn għandhom jiġu espressi f’unitajiet tal-munita nazzjonali tal-pajjiż konċernat.
Sett tad-data A: Reġistri għall-unitajiet lokali
|
Suġġett dettaljat |
Identifikatur tal-varjabbli |
Isem il-varjabbli |
Kodiċi jew valur tal-modalità |
Tikketta tal-modalità |
|
Elementi tekniċi tal-istħarriġ |
TABLE |
Identifikazzjoni tas-sett tad-data |
A |
Informazzjoni dwar l-unità lokali |
|
Elementi tekniċi tal-istħarriġ |
YEAR |
Sena ta’ referenza |
4 ċifri, numeriku |
Sena ta’ referenza |
|
Elementi tekniċi tal-istħarriġ |
KEY_L |
Kjavi marbuta ma’ unità lokali partikolari |
6 karattri, alfanumeriku |
Kjavi marbuta ma’ unità lokali partikolari (numri jew ittri jew kombinament tat-tnejn) |
|
Elementi tekniċi tal-istħarriġ |
A51 |
Fattur tal-ingrossar għall-unità lokali |
Numeriku |
Ponderazzjoni tal-unità lokali: fattur tal-ingrossar għall-unità lokali (b’2 ċifri ta’ deċimali separati b’punt) |
|
Elementi tekniċi tal-istħarriġ |
KEY_B |
Kjavi marbuta ma’ intrapriża partikolari (fakultattiva) |
6 karattri, alfanumeriku |
Kjavi marbuta ma’ intrapriża partikolari (numri jew ittri jew kombinament tat-tnejn) |
|
OPT |
Mhux ipprovduta |
|||
|
Karatteristiċi tal-impjegatur |
A11 |
Lokazzjoni ġeografika tal-unità lokali (NUTS-1) |
3 karattri, alfanumeriku |
Reġjun NUTS 1 |
|
Karatteristiċi tal-impjegatur |
A12 |
Daqs tal-intrapriża li għaliha tappartjeni l-unità lokali |
E1_9 |
1 sa 9 |
|
E10_49 |
10 sa 49 |
|||
|
E50_249 |
50 sa 249 |
|||
|
E250_499 |
250 sa 499 |
|||
|
E500_999 |
500 sa 999 |
|||
|
E1000 |
1 000 impjegat jew aktar |
|||
|
Karatteristiċi tal-impjegatur |
A13 |
Attività ekonomika prinċipali tal-unità lokali |
3 karattri, alfanumeriku |
Attività ekonomika Kodifikata fil-livell ta’ 2 ċifri/diviżjonijiet tan-NACE, b’karattru qabilhom |
|
Karatteristiċi tal-impjegatur |
A14 |
Forma ta’ kontroll ekonomiku u finanzjarju tal-intrapriża li għaliha tappartjeni l-unità lokali |
A |
Kontroll pubbliku |
|
B |
Kontroll privat |
|||
|
Karatteristiċi tal-impjegatur |
A15 |
Ftehim kollettiv dwar il-paga |
A |
Ftehim fil-livell nazzjonali jew interkonfederali |
|
B |
Ftehim industrijali |
|||
|
C |
Ftehim għal industriji individwali f’reġjuni individwali |
|||
|
D |
Ftehim ta’ intrapriża jew ta’ impjegatur uniku |
|||
|
E |
Ftehim li japplika biss għall-impjegati f’unità lokali waħda |
|||
|
F |
Tip ta’ ftehim ieħor |
|||
|
N |
L-ebda ftehim kollettiv dwar il-paga |
|||
|
Karatteristiċi tal-impjegatur |
A16 |
Total ta’ impjegati fl-unità lokali fix-xahar ta’ referenza (fakultattiva) |
1-9999999 |
Numru ta’ impjegati |
|
-1 |
Mhux ipprovduta |
|||
|
Karatteristiċi tal-impjegatur |
A17 |
Affiljazzjoni tal-unità lokali fi grupp ta’ intrapriżi (fakultattiva) |
Y |
Iva |
|
N |
Le |
|||
|
OPT |
Mhux ipprovduta |
|||
|
Karatteristiċi tal-impjegatur |
A18 |
Settur istituzzjonali tal-intrapriża (fakultattiva għall-unitajiet lokali li jappartjenu għal intrapriżi b’impjegat wieħed sa disgħa (1-9)) |
S11 |
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
|
S12 |
Korporazzjonijiet finanzjarji |
|||
|
S13 |
Gvern estiż |
|||
|
S15 |
Istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lill-unitajiet domestiċi |
|||
|
OPT |
Mhux ipprovduta |
Sett tad-data B: Reġistri għall-impjegati
|
Suġġett dettaljat |
Identifikatur tal-varjabbli |
Isem il-varjabbli |
Kodiċi jew valur tal-modalità |
Tikketta tal-modalità |
|
Elementi tekniċi tal-istħarriġ |
TABLE |
Identifikazzjoni tas-sett tad-data |
B |
Informazzjoni dwar l-impjegat individwali |
|
Elementi tekniċi tal-istħarriġ |
YEAR |
Sena ta’ referenza |
4 ċifri, numeriku |
Sena ta’ referenza |
|
Elementi tekniċi tal-istħarriġ |
KEY_E |
Kjavi marbuta ma’ impjegat partikolari |
6 karattri, alfanumeriku |
Kjavi marbuta ma’ impjegat partikolari (numri jew ittri jew kombinament tat-tnejn) |
|
Elementi tekniċi tal-istħarriġ |
B52 |
Fattur tal-ingrossar għall-impjegat |
Numeriku |
Ponderazzjoni tal-impjegat: fattur tal-ingrossar għall-impjegat (b’2 ċifri ta’ deċimali separati b’punt) |
|
Elementi tekniċi tal-istħarriġ |
KEY_L |
Kjavi marbuta mal-unità lokali li jappartjeni għaliha l-impjegat |
6 karattri, alfanumeriku |
Kjavi marbuta mal-unità lokali li l-impjegat jappartjeni għaliha (numri jew ittri jew kombinament tat-tnejn) |
|
Karatteristiċi tal-impjegat |
B21 |
Ġeneru |
F |
Mara |
|
M |
Raġel |
|||
|
Karatteristiċi tal-impjegat |
B22 |
Sena tat-twelid |
4 ċifri, numeriku |
Sena tat-twelid |
|
Karatteristiċi tal-impjegat |
B23 |
Okkupazzjoni fix-xahar ta’ referenza |
3 karattri (2 karattri għall-unitajiet lokali li jappartjenu għal intrapriżi b’impjegat wieħed sa disgħa (1-9)), alfanumeriku |
Okkupazzjoni Kodifikat fil-livell ta’ 3 ċifri/gruppi minuri tal-ISCO, b’żewġ karattri qabilhom (Kodifikat fil-livell ta’ 2 ċifri/gruppi submaġġuri tal-ISCO għall-unitajiet lokali li jappartjenu għal intrapriżi b’impjegat wieħed sa disgħa (1-9)) |
|
Karatteristiċi tal-impjegat |
B24 |
Pożizzjoni maniġerjali / superviżorja (fakultattiva) |
Y |
Iva (l-impjegat għandu xi forma ta’ funzjoni maniġerjali) |
|
N |
Le |
|||
|
OPT |
Mhux ipprovduta |
|||
|
Karatteristiċi tal-impjegat |
B25 |
Livell edukattiv milħuq |
G1 |
Livell edukattiv baxx (L-ebda edukazzjoni formali jew inqas minn ISCED 1, minn edukazzjoni primarja ISCED 1, minn edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell ISCED 2) |
|
G2 |
Livell edukattiv medju (Edukazzjoni sekondarja tat-tieni livell ISCED 3, edukazzjoni postsekondarja mhux terzjarja ISCED 4) |
|||
|
G3 |
Edukazzjoni terzjarja - sa 4 snin (Edukazzjoni terzjarja b’ċiklu qasir ISCED 5, Baċellerat jew livell ekwivalenti ISCED 6) |
|||
|
G4 |
Edukazzjoni terzjarja - aktar minn 4 snin (Masters jew ekwivalenti ISCED 7, Dottorat jew ekwivalenti ISCED 8) |
|||
|
Karatteristiċi tal-impjegat |
B26 |
Tul tas-servizz fl-intrapriża (fakultattiva għall-unitajiet lokali li jappartjenu għal intrapriżi b’impjegat wieħed sa disgħa (1-9)) |
0-60 |
Tul tas-servizz fl-intrapriża (fi snin) |
|
-1 |
Mhux ipprovduta |
|||
|
Karatteristiċi tal-impjegat |
B27 |
Ħin tax-xogħol kuntrattwali (full-time jew part-time) |
FT |
Impjegat full-time |
|
PT |
Impjieg part-time |
|||
|
Karatteristiċi tal-impjegat |
B271 |
Sehem ta’ sigħat normali ta’ impjegat full-time |
0.01-100.00 |
% tas-sehem ta’ sigħat normali ta’ impjegat full-time (b’2 ċifri ta’ deċimali separati b’punt) |
|
Karatteristiċi tal-impjegat |
B28 |
Tip tal-kuntratt tax-xogħol |
A |
Durata indefinita/permanenti |
|
B |
Durata fissa (ħlief l-apprendisti, inkluż it-trainees imħallsin u l-interns) |
|||
|
C |
Apprendist |
|||
|
Karatteristiċi tal-impjegat |
B29 |
Ċittadinanza u residenza (fakultattiva) |
A |
Resident b’ċittadinanza nazzjonali |
|
B |
Resident b’ċittadinanza barranija |
|||
|
C |
Mhux resident (ħaddiem minn pajjiż ieħor) b’ċittadinanza nazzjonali |
|||
|
D |
Mhux resident (ħaddiem minn pajjiż ieħor) b’ċittadinanza barranija |
|||
|
OPT |
Mhux ipprovduta |
|||
|
Perjodi tax-xogħol |
B31 |
Numru ta’ ġimgħat fis-sena ta’ referenza li miegħu hu relatat il-qligħ annwali gross |
0.01-53.00 |
Numru ta’ ġimgħat fis-sena ta’ referenza li miegħu hu relatat il-qligħ annwali gross (b’2 ċifri ta’ deċimali separati b’punt) |
|
Perjodi tax-xogħol |
B32 |
Numru ta’ sigħat imħallsin tul ix-xahar ta’ referenza |
1-744 |
Numru ta’ sigħat imħallsa tul ix-xahar ta’ referenza |
|
Perjodi tax-xogħol |
B321 |
Numru ta’ sigħat tas-sahra mħallsin fix-xahar ta’ referenza (fakultattiva għall-unitajiet lokali li jappartjenu għal intrapriżi b’impjegat wieħed sa disgħa (1-9)) |
0-744 |
Numru ta’ sigħat tas-sahra mħallsin fix-xahar ta’ referenza |
|
-1 |
Mhux ipprovduta |
|||
|
Perjodi tax-xogħol |
B322 |
Skeda tal-pagi (fakultattiva) |
H |
Fis-siegħa |
|
D |
Kuljum |
|||
|
W |
Kull ġimgħa |
|||
|
M |
Kull xahar |
|||
|
O |
Oħrajn |
|||
|
OPT |
Mhux ipprovduta |
|||
|
Perjodi tax-xogħol |
B33 |
Jiem annwali ta’ liv tal-vaganzi (fakultattiva) |
0-366 |
Jiem annwali ta’ liv tal-vaganzi (jiem sħaħ) |
|
-1 |
Mhux ipprovduta |
|||
|
Perjodi tax-xogħol |
B34 |
Jiem annwali oħrajn ta’ assenza mħallsa (fakultattiva) |
0-366 |
Jiem annwali oħrajn ta’ assenza mħallsa |
|
-1 |
Mhux ipprovduta |
|||
|
Qligħ |
B41 |
Qligħ annwali gross fis-sena ta’ referenza |
1-99999999 |
Qligħ annwali gross fis-sena ta’ referenza |
|
Qligħ |
B411 |
Bonusijiet u benefiċċji annwali mhux imħallsin f’kull perjodu tal-ħlas (fakultattiva għall-unitajiet lokali li jappartjenu għal intrapriżi b’impjegat wieħed sa disgħa (1-9)) |
0-99999999 |
Bonusijiet u benefiċċji fis-sena mhux imħallsin f’kull perjodu tal-ħlas |
|
-1 |
Mhux ipprovduta |
|||
|
Qligħ |
B412 |
Ħlasijiet annwali in natura (fakultattiva) |
0-99999999 |
Ħlasijiet annwali in natura |
|
-1 |
Mhux ipprovduta |
|||
|
Qligħ |
B42 |
Qligħ gross fix-xahar ta’ referenza |
1-99999999 |
Qligħ gross fix-xahar ta’ referenza |
|
Qligħ |
B421 |
Qligħ relatat mas-sahra (fakultattiva għall-unitajiet lokali li jappartjenu għal intrapriżi b’impjegat wieħed sa disgħa (1-9)) |
0-99999999 |
Qligħ relatat mas-sahra |
|
-1 |
Mhux ipprovduta |
|||
|
Qligħ |
B422 |
Ħlasijiet speċjali għal xogħol bix-xift (fakultattiva għall-unitajiet lokali li jappartjenu għal intrapriżi b’impjegat wieħed sa disgħa (1-9)) |
0-99999999 |
Ħlasijiet speċjali għal xogħol bix-xift |
|
-1 |
Mhux ipprovduta |
|||
|
Qligħ |
B423 |
Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u taxxi obbligatorji mħallsin mill-impjegatur f’isem l-impjegat (fakultattiva) |
0-99999999 |
Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali obbligatorji u taxxi mħallsin mill-impjegatur f’isem l-impjegat |
|
-1 |
Mhux ipprovduta |
|||
|
Qligħ |
B4231 |
Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali obbligatorji mħallsin mill-impjegatur f’isem l-impjegat (fakultattiva) |
0-99999999 |
Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali obbligatorji mħallsin mill-impjegatur f’isem l-impjegat |
|
-1 |
Mhux ipprovduta |
|||
|
Qligħ |
B4232 |
Taxxi mħallsin mill-impjegatur f’isem l-impjegat (fakultattiva) |
0-99999999 |
Taxxi |
|
-1 |
Mhux ipprovduta |
|||
|
Qligħ |
B43 |
Qligħ fis-siegħa gross medju fix-xahar ta’ referenza |
0.01-999999.99 |
Qligħ fis-siegħa gross medju fix-xahar ta’ referenza (b’2 ċifri ta’ deċimali separati b’punt) |
I.B SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI
1. Informazzjoni dwar l-unità lokali li magħha jkunu marbuta l-impjegati fil-kampjun
1.1. Forma ta’ kontroll ekonomiku u finanzjarju tal-intrapriża li għaliha tappartjeni l-unità lokali (A14)
Din il-varjabbli tiddistingwi biss bejn il-kategoriji “kontroll pubbiku” u “kontroll privat”. L-ewwel kategorija tirreferi għal impriża li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jinfluwenzaw direttament jew indirettament b’dominanza għax ikunu sidien tagħha, jew minħabba parteċipazzjoni finanzjarja fiha, jew minħabba r-regoli li jirregolawha. Influwenza (jew kontroll) dominanti min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi għandha tiġi preżunta meta dawn l-awtoritajiet direttament jew indirettament:
|
— |
ikollhom il-maġġoranza tal-kapital sottoskritt tal-impriża (> 50 %), jew |
|
— |
ikunu jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti marbuta mal-ishma maħruġa mill-impriża jew jistgħu jaħtru aktar minn nofs il-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża. |
It-tieni kategorija hi definita b’mod analogu. Sjieda pubblika u privata bilanċjata (“kontroll kondiviż” 50/50) hi rari ħafna fil-prattika. Għalhekk dawn il-każijiet m’għandhomx jiġu kodifikati separatament u għandhom, jekk jinqalgħu, jiġu ttrattati bħala “kontroll privat”.
1.2. Ftehim kollettiv dwar il-paga (A15)
Din il-varjabbli tipprovdi informazzjoni dwar it-tipi ta’ ftehimiet kollettivi dwar il-paga, fost dawk elenkati hawn taħt li jkopru aktar minn 50 % tal-impjegati fl-unità lokali:
|
— |
ftehim fil-livell nazzjonali, jew ftehim interkonfederali, li jkopri lill-impjegati ta’ aktar minn industrija waħda, u normalment ikun iffirmat minn konfederazzjoni ta’ trade union waħda jew aktar u minn organizzazzjoni tal-impjegaturi waħda jew aktar, |
|
— |
ftehim industrijali li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-ħaddiema u l-impjegati kollha, jew ta’ ħafna minnhom, f’industrija individwali jew f’settur ekonomiku, |
|
— |
ftehim għal industriji individwali f’reġjuni individwali, |
|
— |
ftehim ta’ intrapriża jew ta’ impjegatur uniku li jkopri biss lill-impjegati li jaħdmu mal-istess impjegatur, irrispettivament mid-daqs. Il-ftehim jista’ jkopri biss lil ċerti unitajiet lokali jew gruppi ta’ impjegati fl-intrapriża, |
|
— |
ftehim li japplika biss għall-impjegati f’unità lokali waħda, |
|
— |
xi tip ieħor ta’ ftehim mhux kopert hawn fuq, |
|
— |
l-ebda ftehim kollettiv dwar il-paga ma jkopri 50 % jew aktar tal-impjegati fl-unità lokali. |
Minflok ma tistaqsi direttament għat-tip tal-ftehim kollettiv, l-unità tista’ tintalab liema dispożizzjonijiet kollettivi qed jiġu applikati u t-tip tal-ftehim kollettiv iddeterminat abbażi tat-tweġibiet. Anke jekk diversi kategoriji jaf ikunu japplikaw simultanjament, għandha tingħażel waħda biss mill-kategoriji t’hawn fuq, jiġifieri dik li tkopri lil aktar minn 50 % tal-impjegati fl-unità lokali.
1.3. Total ta’ impjegati fl-unità lokali fix-xahar ta’ referenza (A16) (fakultattiva)
Din il-varjabbli tirrappreżenta għadd tan-numru totali tal-impjegati fix-xahar ta’ referenza (eż. fl-1 jew fil-31 ta’ Ottubru) u tkopri lill-impjegati kollha, inkluż lill-apprendisti, it-trainees imħallsin u l-interns (għall-kunċett “impjegati”, ara 2.1.).
1.4. Affiljazzjoni tal-unità lokali fi grupp ta’ intrapriżi (A17) (fakultattiva)
Din il-varjabbli tindika jekk unità lokali tappartjenix għal grupp ta’ intrapriżi. Il-grupp ta’ intrapriżi hu unità statistika definita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 (1). Il-grupp ta’ intrapriżi għandu jitqies fil-livell dinji. F’ħafna mill-każijiet, l-unità lokali tkun tappartjeni għal intrapriża li ma tkunx ikkontrollata minn xi grupp nazzjonali jew barrani. Jekk xi unitajiet lokali jkunu jappartjenu għal grupp ta’ intrapriżi, ġeneralment dan ikun magħruf sew. Linja gwida prattika li tista’ tingħata lir-rispondenti hi jekk il-kontijiet tal-intrapriża konċernata humiex ikkonsolidati għalkollox fil-kontijiet tal-grupp tal-intrapriżi tagħha.
1.5. Settur istituzzjonali tal-intrapriża (A18) (fakultattiva għall-unitajiet lokali li jappartjenu għal intrapriżi b’impjegat wieħed sa disgħa (1-9))
Din il-varjabbli tirreġistra s-settur istituzzjonali tal-intrapriża, kif definit fl-ESA 2010, §2.31, li minnu japplikaw biss is-setturi li ġejjin:
|
— |
S.11 Korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
|
— |
S.12 Korporazzjonijiet finanzjarji |
|
— |
S.13 Gvern estiż |
|
— |
S.15 Istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lill-unitajiet domestiċi |
1.6. Fattur tal-ingrossar għall-unità lokali (A51)
Il-fattur tal-ingrossar għall-unità lokali hu n-numru ta’ unitajiet lokali fil-popolazzjoni rrappreżentati b’rekord tal-unità lokali fil-kampjun. Jintuża biex jiġu estrapolati l-varjabbli fuq l-unitajiet lokali mill-kampjun għall-popolazzjoni kollha.
Il-fatturi tal-ingrossar huma speċifiċi għal kull unità lokali, u jiddependu fuq ċerti elementi bħar-rata tal-kampjunar, id-disinn tal-kampjunar, in-nonrispons, kalibrazzjoni a posteriori, eċċ. It-total tal-fatturi tal-ingrossar kollha, fuq il-kampjun kollu tal-unitajiet lokali, hu daqs in-numru ta’ unitajiet lokali fil-popolazzjoni.
2. Informazzjoni dwar il-karatteristiċi individwali ta’ kull impjegat fil-kampjun relatat max-xahar ta’ referenza
2.1. Impjegati
L-impjegati huma l-persuni kollha irrispettivament min-nazzjonalità, mir-residenza jew miż-żmien li jkunu ħadmu fi Stat Membru, li jkollhom relazzjoni diretta ta’ impjieg ma’ impjegatur, stabbilita b’kuntratt formali jew bi ftehim informali, u li jirċievu remunerazzjoni, irrispettivament mit-tip ta’ xogħol imwettaq, in-numru ta’ sigħat maħduma (full-time jew part-time) jew it-tul tal-kuntratt jew tal-ftehim (fiss jew indefinit, inkluż staġunali); ir-remunerazzjoni tal-impjegati tista’ tieħu l-forma ta’ pagi u salarji, u tkun tinkludi bonusijiet, ħlasijiet għal biċċiet tax-xogħol u xogħol bix-xift, benefiċċji, miżati, kummissjonijiet u remunerazzjoni in natura.
Dan il-kunċett ta’ impjegati jkopri lill-ħaddiema manwali u mhux manwali u lill-persunal maniġerjali fis-setturi privati u pubbliċi.
Il-lista li ġejja tagħti eżempji illustrattivi ta’ kategoriji ta’ impjegati li huma inklużi:
|
— |
|
— |
rappreżentanti tal-bejgħ, diment li dawn ikunu fuq il-lista tal-ħaddiema u jirċievu forma oħra ta’ remunerazzjoni apparti l-kummissjoni, |
|
— |
is-sidien li jaħdmu bil-paga, |
|
— |
l-apprendisti, |
|
— |
it-trainees imħallsin u l-interns (l-iskrivani artikolati, l-infermiera studenti, l-assistenti fir-riċerka jew fit-tagħlim, l-interns fl-isptarijiet, eċċ.) li għandhom impenn formali li bih jikkontribwixxu għall-proċess tal-produzzjoni tal-unità u li għalih jirċievu remunerazzjoni, |
|
— |
il-ħaddiema interim u temporanji (eż. il-persunal segretarjali) ingaġġati, impjegati u remunerati minn aġenziji tal-impiegi biex jaħdmu band’oħra, sikwit għal żmien temporanju, |
|
— |
il-ħaddiema staġunali u okkażjonali, jekk ikollhom ftehim formali jew informali mal-intrapriża jew unità lokali u sigħat tax-xogħol predeterminati, |
|
— |
l-impjegati li għalihom ikunu ntefqu kostijiet lavorattivi, għax-xogħol magħmul tul is-sena ta’ referenza, iżda li temporanjament ma kinux qed jaħdmu minħabba mard jew korriment, btala jew vaganza, strajk jew lockout, liv għal edukazzjoni jew taħriġ, liv tal-maternità jew tal-ġenituri (4), attività ekonomika mnaqqsa, waqfien tax-xogħol minħabba temp ħażin, ħsara fil-makkinarju, nuqqas ta’ materjal, fjuwil jew enerġija, jew xi assenza temporanja oħra bil-permess jew mingħajru, |
|
— |
dawk li jaħdmu barra mill-pajjiż jekk ikomplu jirċievu remunerazzjoni mingħand l-impjegatur, |
|
— |
il-ħaddiema li jaħdmu mid-dar (5), inkluż il-ħaddiema bbażati d-dar u t-teleħaddiema, jekk ikun hemm ftehim espliċitu li dawn il-ħaddiema jiġu remunerati, imqar parzjalment, abbażi tax-xogħol li jagħmlu: jiġifieri, l-ammont tax-xogħol (f’sigħat maħduma effettivament) li jikkontribwixxi bħala kontribut f’xi proċess tal-produzzjoni [ESA 2010, §11.13(g)]. |
Il-kategoriji li ġejjin għandhom jiġu esklużi:
|
— |
ir-rappreżentanti tal-bejgħ u persuni oħra li jitħallsu għalkollox b’miżati jew kummissjoni, u li mhumiex fuq il-lista tal-ħaddiema, jew li jaħdmu għal rashom, |
|
— |
is-sidien, id-diretturi jew il-meniġers li r-remunerazzjoni kollha tagħhom għandha l-għamla ta’ sehem mill-profitti, |
|
— |
il-ħaddiema tal-familja li mhumiex impjegati (kif definit hawn fuq) tal-intrapriża jew tal-unità lokali, |
|
— |
il-ħaddiema awtonomi, |
|
— |
il-ħaddiema li jaħdmu mid-dar li jitħallsu esklussivament bir-rati ta’ biċċiet tax-xogħol [ESA 2010, §4.07(e)] u li jkunu marbutin b’kuntratt kummerċjali (għall-kuntrarju ta’ kuntratt tax-xogħol formali, informali jew impliċitu), |
|
— |
il-ħaddiema volontiera mhux imħallsin (eż dawk li tipikament jaħdmu għal istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ bħall-karitajiet). |
L-impjegati li jridu jiġu inklużi fis-suġġett “struttura tal-pagi” huma dawk li effettivament ikunu rċevew remunerazzjoni għal xogħol tul ix-xahar ta’ referenza. L-impjegati li ma jirċivux din ir-remunerazzjoni għandhom jiġu esklużi.
2.2. Ġeneru (B21)
Il-ġeneru hu l-kombinament ta’ karatteristiċi bijoloġiċi u fiżjoloġiċi li jiddefinixxu persuna bħala maskil jew femminil. Meta l-ġeneru bijoloġiku ta’ persuna ma jkunx magħruf, l-informazzjoni tista’ tiġi sostitwita b’informazzjoni mid-data amministrattiva jew il-ġeneru awtodikjarat (data tal-istħarriġ).
2.3. Sena tat-twelid (B22)
Din il-varjabbli tirreġistra s-sena tat-twelid tal-impjegat mistħarreġ.
2.4. Okkupazzjoni fix-xahar ta’ referenza (B23)
Din il-varjabbli tirreġistra l-okkupazzjoni kif kodifikata skont il-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO). Din l-informazzjoni tinġabar fil-livell ta’ 3 ċifri ħlief għall-unitajiet lokali li jappartjenu għal intrapriżi b’impjegat wieħed sa disgħa (1-9) (il-livell ta’ 2 ċifri, u l-livell ta’ 3 ċifri jkun fakultattiv). Is-soltu, l-informazzjoni essenzjali għad-determinazzjoni tal-okkupazzjoni tkun it-titlu tal-impjieg tal-impjegat u deskrizzjoni tal-kompiti ewlenin li jwettaq fil-qadi ta’ dmirijietu.
It-trainees imħallsin jew l-istudenti b’kuntratt tax-xogħol u l-apprendisti huma kklassifikati fl-okkupazzjoni li għaliha jwettqu l-apprendistat, it-traineeship jew l-internship tagħhom.
2.5. Pożizzjoni maniġerjali / superviżorja (B24) (fakultattiva)
Din il-varjabbli tindika jekk impjegat għandux xi forma ta’ funzjoni maniġerjali jew superviżorja. Il-kelma “maniġerjali” mhix l-istess bħal “superviżorja” għax xi meniġers ma jissorveljawx lil impjegati oħrajn. Pożizzjoni superviżorja tista’ tkun fi kwalunkwe grupp tal-ISCO, inkluż il-ħaddiema manwali.
Il-funzjonijiet maniġerjali huma relatati mad-determinazzjoni, mal-formulazzjoni, mal-implimentazzjoni, mad-direzzjoni jew mas-suġġeriment tal-politiki u mal-attivitajiet tal-intrapriżi u tal-istituzzjonijiet. Spiss ikunu jinkludu responsabbilitajiet superviżorji.
Persuna titqies li għandha pożizzjoni superviżorja meta tkun tissorvelja x-xogħol ta’ mqar persuna waħda (li mhix apprendista, trainee mħallsa jew intern). Tipikament, it-titlu jew id-deskrizzjoni tal-impjieg ta’ din il-persuna jkun “foreman” jew “superviżur”, flimkien ma’ isem l-okkupazzjoni.
2.6. Livell edukattiv milħuq (B25)
Il-livell edukattiv milħuq ta’ individwu hu l-ogħla livell tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Edukazzjoni (ISCED) mitmum b’suċċess. It-tlestija b’suċċess ta’ programm edukattiv tiġi vvalidata bi kwalifika rikonoxxuta uffiċjalment mill-awtoritajiet edukattivi nazzjonali rilevanti jew tiġi rikonoxxuta bħala ekwivalenti għal kwalifika oħra tal-edukazzjoni formali. Fil-pajjiżi li l-programmi edukattivi tagħhom, b’mod partikolari dawk li jappartjenu għal-livelli 1 u 2 tal-ISCED, ma jwasslux għal kwalifika, jista’ minflok jintuża l-kriterju ta’ attendenza sħiħa tal-programm u ta’ kisba normali tal-aċċess għal livell edukattiv ogħla. Meta jkun qed jiġi ddeterminat l-ogħla livell, trid titqies l-edukazzjoni ġenerali u anki l-edukazzjoni vokazzjonali.
2.7. Tul tas-servizz fl-intrapriża (B26) (fakultattiva għall-unitajiet lokali li jappartjenu għal intrapriżi b’impjegat wieħed sa disgħa (1-9))
It-tul totali tas-servizz fix-xahar ta’ referenza għandu jkun ibbażat fuq in-numru ta’ snin sħaħ tas-servizz. Kwalunkwe punt taż-żmien tul ix-xahar ta’ referenza jkun biżżejjed bħala data ta’ kwalifika (eż. l-1 jew il-31 ta’ Ottubru). It-tul totali tas-servizz hu relatat mal-perjodu minn meta l-impjegat ikun ingħaqad mal-intrapriża, li jista’ jkun f’unità lokali oħra. Meta tkun saret fużjoni ta’ intrapriżi jew ikun hemm bidla fis-sjiedas, it-tul tas-servizz irid jiġi rreġistrat kif magħdud mill-intrapriża.
Iridu jingħaddu biss is-snin sħaħ tas-servizz. Pereżempju, servizz totali ta’ 5 snin u 10 xhur għandu jiġi rrapportat bħala 5 snin.
Perjodi qosra ta’ assenza mix-xogħol li ma jaqbżux it-12-il xahar (eż. liv tal-maternità jew liv minħabba mard) għandhom jiġu inklużi bħala parti mis-servizz totali (u bil-kontra ta’ dan, il-pawsi fil-karriera itwal minn sena għandhom jitnaqqsu).
2.8. Ħin tax-xogħol kuntrattwali (full-time jew part-time) (B27)
L-impjegati full-time huma dawk li s-sigħat tax-xogħol regolari tagħhom ikunu l-istess bħal dawk miftiehma kollettivament jew is-sigħat tas-soltu li jinħadmu fl-unità lokali li tkun qed tiġi kkunsidrata, anki jekk il-kuntratt tagħhom ikun ta’ inqas minn sena.
L-impjegati part-time huma dawk li s-sigħat tax-xogħol regolari tagħhom ikunu inqas mis-sigħat miftiehma kollettivament jew is-sigħat tas-soltu li jinħadmu fl-unità lokali, kemm jekk kuljum, kull ġimgħa jew kull xahar (nofstanhari, tliet kwarti tal-ħin, 80 % tal-ħin, eċċ.).
L-apprendisti, it-trainees imħallsin u l-interns jistgħu jkunu impjegati full-time jew part-time.
2.9. Sehem ta’ sigħat normali ta’ impjegat full-time (B271)
Għal impjegat full-time, dan is-sehem hu dejjem 100 %. Għal impjegat part-time, is-sigħat maħduma kuntrattwalment għandhom jiġu espressi bħala persentaġġ tan-numru ta’ sigħat normali maħduma minn impjegat full-time fl-unità lokali (f’impjieg ekwivalenti għal dak tal-impjegat part-time).
2.10. Tip ta’ kuntratt tax-xogħol (B28)
Tintalab l-informazzjoni li ġejja dwar it-tip ta’ kuntratt tax-xogħol:
|
— |
durata indefinita/permanenti, |
|
— |
durata fissa (eskluż l-apprendisti, inkluż it-trainees imħallsin u l-interns), |
|
— |
l-apprendist. |
Kuntratt ta’ impieg b’durata indefinita/permanenti hu kuntratt bejn l-impjegat u l-impegjatur, li għalih ma jkunx sar qbil bil-quddiem dwar id-durata reali tal-kuntratt u li jkun jiggarantixxi ammont minimu ta’ sigħat maħdumin.
Id-durata tal-kuntratt tax-xogħol tkun fissa jekk l-impjegatur u l-impjegat ikun kellhom l-intenzjoni li d-durata tal-kuntratt tiġi ddeterminata skont ċerti kundizzjonijiet, fosthom skeda taż-żmien definita għat-tlestija tax-xogħol, it-tlestija ta’ ċertu kompitu, jew sar-ritorn għax-xogħol ta’ impjegat ieħor li f’dak il-mument ikun qed jiġi sostitwit. L-apprendisti huma esklużi filwaqt li t-trainees imħallsin u l-interns huma inklużi.
L-apprendisti, it-trainees imħallsin u l-interns huma impjegati li jagħmlu xi attività biex jipproduċu oġġetti jew jipprovdu servizzi għal ħaddieħor, biex jiksbu esperjenza jew ħiliet fuq il-post tax-xogħol f’negozju jew fi professjoni, u li jirċievu ħlas għax-xogħol imwettaq. L-akkwist ta’ esperjenza jew ħiliet fuq il-post tax-xogħol jista’ jsir b’arranġamenti tradizzjonali, formali jew informali, sew jekk tinħareġ kwalifika jew ċertifikazzjoni speċifika u sew jekk le. Normalment dawn jitħallsu b’rata mnaqqsa meta mqabbla mal-ħaddiema kompletament kwalifikati. Dawn jeskludu lill-ħaddiema li jkunu: (a) għaddejjin minn perjodi ta’ probazzjoni assoċjati mal-bidu ta’ impjieg; (b) qed iwettqu taħriġ ġenerali fuq il-post tax-xogħol jew tagħlim tul il-ħajja filwaqt li jkunu f’impjieg.
Barra minn hekk, l-apprendisti għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
Ikunu involuti fi programm tal-edukazzjoni formali li jkun iqsar minn 6 snin. |
|
(b) |
Ikollhom kuntratt ta’ apprendistat ta’ iżjed minn 6 xhur, li jalterna t-taħriġ prattiku fuq il-post tax-xogħol mal-edukazzjoni teoretika f’istituzzjoni edukattiva u li jwassal għal kwalifika formali. |
2.11. Ċittadinanza u residenza (B29) (fakultattiva)
Il-pajjiż taċ-ċittadinanza ewlenija tal-persuna hu definit bħala r-rabta legali partikolari bejn individwu u l-Istat tiegħu, miksuba bit-twelid jew b’naturalizzazzjoni, kemm jekk permezz ta’ dikjarazzjoni, għażla, żwieġ jew mezzi oħra skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. Persuna b’żewġ ċittadinanzi jew aktar għandha tiġi allokata għal pajjiż wieħed biss taċ-ċittadinanza, li jrid jiġi ddeterminat skont l-ordni ta’ prijorità li ġejja: (1) il-pajjiż rapportatur, (2) jekk il-persuna ma jkollhiex iċ-ċittadinanza tal-pajjiż rapportatur: Stat Membru ieħor, (3) jekk il-persuna ma jkollhiex iċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru: pajjiż ieħor barra l-Unjoni.
Għandha tingħażel waħda minn dawn li ġejjin:
|
— |
resident b’ċittadinanza nazzjonali, |
|
— |
resident b’ċittadinanza barranija, |
|
— |
mhux resident (ħaddiem minn pajjiż ieħor) b’ċittadinanza nazzjonali, |
|
— |
mhux resident (ħaddiem minn pajjiż ieħor) b’ċittadinanza barranija. |
3. Informazzjoni dwar il-perjodi tax-xogħol għal kull impjegat fil-kampjun
3.1. Numru ta’ ġimgħat fis-sena ta’ referenza li miegħu hu relatat il-qligħ annwali gross (B31)
Din il-varjabbli tirreferi għall-ħin tax-xogħol tal-impjegat imħallas tul is-sena u għandha tikkorrispondi mal-qligħ annwali gross reali (il-varjabbli B41). Din tintuża għall-ingrossar tal-qligħ annwali gross reali u l-bonusijiet u l-benefiċċji annwali meta l-impjegat ikun ħadem inqas minn sena sħiħa, jiġifieri inqas minn 52,14 ġimgħa.
L-impjegati part-time għandhom jiġu ttrattati bħall-impjegati full-time, irrispettivament mis-sigħat maħduma. “52,14” għandu jiġi rreġistrat jekk il-ħaddiem part-time ikun tħallas għal sena sħiħa u, eż. “26,07” jekk ikun tħallas għal 6 xhur.
3.2. Numru ta’ sigħat imħallsa tul ix-xahar ta’ referenza (B32)
It-total tas-sigħat imħallsa mill-impjegatur tul ix-xahar ta’ referenza m’għandux ikun in-numru tas-sigħat f’xahar ta’ xogħol standard.
Is-sigħat imħallsin effettivament jinkludu s-sigħat normali u tas-sahra kollha maħduma u mħallsin mill-impjegatur tul ix-xahar. Is-sigħat mhux maħduma li jitħallsu xorta għandhom jingħaddu bħala “sigħat imħallsin” (eż. għal-liv annwali, il-vaganzi pubbliċi, il-liv minħabba mard imħallas, it-taħriġ vokazzjonali mħallas, il-liv speċjali mħallas, is-sigħat l-oħra mħallsin, inkluż il-ħin liberu mix-xogħol għal eżamijiet mediċi, twelidijiet, tiġijiet, funerali, rilokazzjoni lejn akkomodazzjoni ġdida). Għall-impjegati mħallsin b’rata ta’ kuljum, is-sigħat imħallsin għandhom jiġu kkalkolati bħala n-numru medju ta’ sigħat imħallsin għal kull jum tax-xogħol, immultiplikat bin-numru ta’ jiem tax-xogħol fix-xahar ta’ referenza.
Għall-impjegati mħallsin b’rata fil-ġimgħa, is-sigħat imħallsin għandhom jiġu kkalkolati bħala n-numru medju ta’ sigħat imħallsin fil-ġimgħa maħduma, immultiplikat b’31/7 = 4,43 jiġifieri n-numru ta’ ġimgħat fix-xahar ta’ referenza. Jista’ jsir kalkolu simili għall-impjegati li jitħallsu b’rata ta’ darbtejn fil-ġimgħa (u l-fattur multiplikattiv ikun 2,21).
Fil-każ tal-impjegati mħallsin b’rata fix-xahar, is-sigħat imħallsin għandhom ikunu bbażati fuq is-sigħat kuntrattwali mħallsin għal xahar standard, ikkumplimentati bis-sigħat tas-sahra mħallsin tul ix-xahar ta’ referenza.
Il-varjabbli B32 għandha tkun konsistenti mal-qligħ gross għax-xahar ta’ referenza (il-varjabbli B42). Din timplika li s-sigħat imħallsin mill-impjegatur b’rata mnaqqsa għall-perjodi ta’ assenza ma jingħaddux, la fil-varjabbli B32 u lanqas fil-varjabbli B42. Barra minn hekk, jekk is-sigħat imħallsin tal-impjegat ikunu affettwati minn assenza mhux imħallsa, dawn għandhom jiġu aġġustati biex jinkisbu s-sigħat imħallsin għal xahar sħiħ bl-użu tal-istess fattur ta’ korrezzjoni bħal għall-varjabbli B42.
3.3. Numru ta’ sigħat tas-sahra mħallsin fix-xahar ta’ referenza (B321) (fakultattiva għall-unitajiet lokali li jappartjenu għal intrapriżi b’impjegat wieħed sa disgħa (1-9))
Is-sigħat tas-sahra jinkludu dawk maħdumin flimkien ma’ dawk tax-xahar tax-xogħol normali jew konvenzjonali u li jitħallsu b’rata ogħla mis-sigħat tax-xogħol normali. Jekk, pereżempju, erba’ sigħat jitħallsu bir-rata ta’ darba u nofs (1,5) tar-rata normali, għandhom jiġu rreġistrati 4 sigħat u mhux 6. Il-kumpens f’ħin liberu tal-perjodi tax-xogħol mhux imħallsin u tal-ħin tal-ivvjaġġar ma jitqisux bħala sahra.
Il-varjabbli B321 għandu jkun konsistenti mal-qligħ mis-sahra fix-xahar ta’ referenza (il-varjabbli B421). Għalhekk, għandhom jiġu inklużi dawk is-sigħat tas-sahra biss li jikkorrispondu għall-paga mis-sahra rreġistrata f’B321.
Barra minn hekk, jekk is-sigħat imħallsin tal-impjegat ikunu affettwati minn assenza mhux imħallsa, dawn għandhom jiġu aġġustati biex jinkisbu sigħat imħallsin għal xahar sħiħ bl-użu tal-istess fattur ta’ korrezzjoni bħal għall-varjabbli B421.
3.4. Jiem annwali ta’ liv tal-vaganzi (B33) (fakultattiva)
Din tirreferi għan-numru totali ta’ vaganzi fis-sena mħallsin, eskluż il-liv minħabba mard u l-btajjel pubbliċi, espressi fi ġranet. Hi relatata mat-total annwali tal-jiem tal-liv imħallsin normali kollha, inkluż dawk mogħtija lill-impjegat minħabba l-età, it-twettiq ta’ dmirijiet speċjali, l-anzjanità eċċ.
Hu fatt magħruf li ħafna mill-impjegaturi ma jkunux jistgħu jiddikjaraw in-numru ta’ vaganzi meħuda effettivament minn impjegat tul is-sena. Għal din ir-raġuni, il-varjabbli B33 tirreferi għall-intitolament ta’ vaganzi annwali, li jaġixxi bħala indikatur għall-vaganzi annwali meħuda effettivament.
Dawn li ġejjin ma jitqisux bħala vaganzi:
|
— |
il-liv minħabba mard, |
|
— |
il-liv għal taħriġ, |
|
— |
il-liv speċjali mħallas mogħti għal raġunijiet personali, |
|
— |
il-ħin liberu mix-xogħol addizzjonali mogħti skont ftehim ta’ tnaqqis fil-ħin tax-xogħol. |
Għall-finijiet ta’ tqabbil, kull ġimgħa ta’ vaganza tikkorrispondi għal ħamest ijiem. Is-Sibtijiet u l-Ħdud m’għandhomx jiġu inklużi. Pereżempju, jekk impjegat full-time ikun normalment intitolat għal ħames ġimgħat ta’ vaganzi fis-sena, dan ifisser 25 ġurnata.
Bil-kontra, l-intitolament għal ħames ġimgħat ta’ vaganzi għal ħaddiem part-time li jaħdem 60 % tas-sigħat normali ta’ ħaddiem full-time (il-varjabbli B271) jirrappreżenta biss intitolament għal 15-il ġurnata “sħiħa” ta’ liv.
3.5. Jiem annwali oħrajn ta’ assenza mħallsa (B34) (fakultattiva)
Din il-varjabbli hi espressa wkoll fi ġranet. Din tinkludi pereżempju:
|
— |
in-numru totali ta’ liv minħabba mard imħallas li effettivament jittieħed tul is-sena, |
|
— |
il-liv speċjali mħallas mogħti għal raġunijiet personali, |
|
— |
il-btajjel pubbliċi. |
Din ma tinkludix il-jiem imħallsin li jiġu ttrattati bħala ekwivalenti għal jiem maħduma effettivament, bħalma huma jiem fis-sena mħallsin li l-impjegat iddedika għat-taħriġ vokazzjonali.
4. Informazzjoni dwar il-qligħ għal kull impjegat fil-kampjun
L-impjegati li jridu jiġu inklużi fil-varjabbli li ġejjin dwar qligħ annwali, fix-xahar jew fis-siegħa huma dawk li effettivament ikunu kisbu remunerazzjoni għal xogħol tul ix-xahar ta’ referenza. Impjegati li ma rċevewx remunerazzjoni fix-xahar ta’ referenza għandhom jiġu esklużi.
Barra minn hekk, jekk il-qligħ gross tal-impjegat fix-xahar ta’ referenza (il-varjabbli B42) ikun affettwat minn assenza mhux imħallsa (minħabba mard, maternità, liv għal studju eċċ.) u ma jkunx jista’ jiġi aġġustat kif xieraq biex tinkiseb stima sodisfaċenti tal-qligħ tal-impjegat għal xahar sħiħ, dak l-impjegat ukoll ikollu jiġi eskluż.
Il-fatturi tal-ingrossar għall-impjegati (il-varjabbli B52) għandhom ikunu relatati b’mod strett ma’ dawk l-impjegati fil-kampjun li għalihom ikunu jistgħu jingħataw stimi ġusti tal-qligħ fix-xahar gross. L-impjegati l-oħra għandhom jiġu esklużi mill-kampjun u l-fatturi tal-ingrossar għandhom jiġu kkoreġuti kif xieraq.
Finalment, għandu jiġi nnutat li l-ebda varjabbli definita hawn taħt m’għandha tiġi aġġustata skont il-kalendarju.
4.1. Qligħ annwali gross fis-sena ta’ referenza (B41)
Il-qligħ annwali gross ikopri r-remunerazzjoni bi flus kontanti u in natura pagabbli mill-impjegatur lill-impjegat għax-xogħol li jkun sar tul is-sena ta’ referenza qabel it-tnaqqis tat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali maqtugħin mill-paga tal-impjegati u miżmumin mill-impjegatur.
Dawn jeskludu l-ammonti mħallsin mill-impjegatur u rimborżati għalkollox, pereżempju, mis-sigurtà soċjali.
Id-differenza ewlenija bejn qligħ annwali u fix-xahar hi li l-qligħ annwali mhuwiex biss is-somma tar-remunerazzjoni diretta, bonusijiet u benefiċċji mħallsin lil impjegat f’kull perjodu tal-ħlas. Għalhekk il-qligħ annwali normalment ikun iżjed mill-multiplikazzjoni tal-“pakkett fix-xahar standard” bi 12.
Il-“pakkett fix-xahar standard” jinkludi l-bonusijiet u l-benefiċċji li jitħallsu f’kull perjodu tal-ħlas, anki jekk l-ammont ta’ dawn il-bonusijiet u l-benefiċċji “regolari” ikun ivarja, iżda jeskludi l-bonusijiet u benefiċċji li ma jingħatawx f’kull perjodu tal-ħlas. Barra minn hekk, il-qligħ fix-xahar iħalli barra l-ħlasijiet in natura. Iżda l-qligħ annwali jkopri wkoll kull “ħlas mhux standard”, jiġifieri l-ħlasijiet li ma jsirux f’kull perjodu tal-ħlas (il-varjabbli B411), u l-ħlasijiet in natura (il-varjabbli B412).
Id-data għall-varjabbli B41 għandha tingħata għall-impjegati kollha li l-qligħ fix-xahar gross tagħhom (il-varjabbli B42) ikun jista’ jingħata, jiġifieri l-varjabbli B41 m’għandhiex tingħata għall-impjegati li għalihom l-istima tal-qligħ fix-xahar gross ta’ impjegat ma tkunx fattibbli. Dawn l-impjegati għandhom jiġu esklużi mill-kampjun u l-ponderazzjonijiet jiġu aġġustati kif xieraq.
Ma jimpurtax jekk il-qligħ tal-impjegat ma jkunx dejjem relatat ma’ sena sħiħa. Xi impjegati jkollhom perjodu ta’ assenza mhux imħallsa, jew ikunu ngħaqdu mal-intrapriża jew telqu mill-intrapriża matul is-sena. Il-qligħ gross attwali fis-sena ta’ referenza hu meħtieġ. Meta l-varjabbli B31 (numru ta’ ġimgħat li jirrelata miegħu l-qligħ annwali gross) tkun inqas minn 52,14 ġimgħa, għandha tintuża l-varjabbli B31 biex isir ingrossar tal-varjabbli B41 u l-komponenti tagħha.
4.2. Bonusijiet u benefiċċji annwali mhux imħallsin f’kull perjodu tal-ħlas (B411) (fakultattiva għall-unitajiet lokali li jappartjenu għal intrapriżi b’impjegat wieħed sa disgħa (1-9))
Din il-varjabbli tkopri l-entrati kollha (remunerazzjoni diretta, bonusijiet u benefiċċji) li ma jokkorrux f’kull perjodu tal-ħlas, bħal:
|
— |
il-paga tat-13 jew l-14-il xahar, il-bonusijiet tal-Milied u tal-Ewwel tas-Sena [ESA 2010, §4.03(d)], |
|
— |
il-bonusijiet tal-vaganzi, |
|
— |
il-bonusijiet trimestrali jew annwali tal-kumpanija, |
|
— |
il-bonusijiet tal-produttività, li jkunu jiddependu fuq xi miri stabbiliti minn qabel, ħlasijiet ta’ rikonoxximent għall-impjegati, inċentivi tar-rekrutaġġ, |
|
— |
il-bonusijiet tat-tluq jew tal-irtirar, meta dawk il-ħlasijiet ma jkunux marbuta ma’ xi ftehim kollettiv jew ma jkunux meħtieġa bil-liġi [ESA 2010, §4.03(i)], |
|
— |
l-arretrati. |
4.3. Pagamenti annwali in natura (B412) (fakultattiva)
Din il-varjabbli tirreferi għal stima tal-valur tal-oġġetti u tas-servizzi kollha pprovduti lill-impjegati permezz tal-impjegatur tul is-sena ta’ referenza, mingħajr ħlas jew b’roħs. Inklużi hemm il-prodotti tal-kumpanija, l-akkomodazzjoni tal-persunal, il-karozzi tal-kumpanija, il-possibbiltajiet ta’ stocks, u l-iskemi tax-xiri tal-ishma. Jekk ikun hemm informazzjoni disponibbli mit-tassazzjoni fuq l-introjtu personali mill-pagi u s-salarji in natura, din tista’ tintuża bħala indikatur.
Meta l-varjabbli B31 tkun inqas minn 52,14 ġimgħa, il-varjabbli B412 m’għandhiex tiġi aġġustata.
4.4. Qligħ gross fix-xahar ta’ referenza (B42)
Din il-varjabbli tkopri r-remunerazzjoni bi flus kontanti mħallsa tul is-sena ta’ referenza qabel it-tnaqqis tat-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali maqtugħin mill-paga tal-impjegat u miżmumin mill-impjegatur. Il-varjabbli B42 għandha tkun konsistenti man-numru ta’ sigħat imħallsin tul ix-xahar ta’ referenza (il-varjabbli B32).
Hemm inklużi l-elementi li ġejjin:
|
— |
il-pagamenti kollha relatati ma’ dan il-perjodu (anki jekk jitħallsu barra mix-xahar rappreżentattiv), inkluż kull ħlas għas-sahra, premium tax-xift, bonus, kummissjoni, eċċ., |
|
— |
il-pagamenti għas-sahra, il-benefiċċji għal xogħol f’tim, ix-xogħol billejl, ix-xogħol fi tmiem il-ġimgħa, kummissjonijiet eċċ., |
|
— |
il-bonusijiet u l-benefiċċji mħallsin regolarment f’kull perjodu tal-ħlas, anki jekk l-ammont ikun ivarja minn xahar għall-ieħor, |
|
— |
il-ħlasijiet għal perjodi ta’ assenza jew waqfien mix-xogħol imħallsin għalkollox mill-impjegatur, |
|
— |
il-benefiċċji tal-familja u ħlasijiet oħra bi flus kontanti stabbiliti minn ftehimiet kollettivi jew maqbula b’mod volontarju, |
|
— |
il-ħlasijiet għal xi skema ta’ tfaddil tal-impjegati. |
Dawn li ġejjin huma esklużi:
|
— |
il-ħlasijiet imħallsin f’dan il-perjodu iżda li jkunu relatati ma’ perjodi oħra, bħalma huma arretrati, ħlasijiet bil-quddiem, jew ħlasijiet għal assenzi minħabba vaganzi jew mard barra minn dan il-perjodu, |
|
— |
il-bonusijiet perjodiċi u l-ħlasijiet għal servizzi mhux imħallsin regolarment f’kull data tal-paga, |
|
— |
il-ħlasijiet għal perjodi ta’ assenza mħallsin mill-impjegatur b’rata mnaqqsa, |
|
— |
il-benefiċċji statutorji tal-familja, |
|
— |
il-benefiċċji għall-ilbies jew l-għodda tax-xogħol, |
|
— |
ir-rimborżi jew il-ħlasijiet għal ivvjaġġar, sussistenza, eċċ., u l-ispejjeż imġarrbin fit-twettiq tan-negozju tal-impjegatur, |
|
— |
il-ħlasijiet in natura. |
Meta l-qligħ fix-xahar gross tal-impjegat ikun affettwat minn assenza mhux imħallsa (minħabba mard, maternità jew liv għal studju eċċ., jew sempliċiment għax l-impjegat ikun ingħaqad mal-intrapriża jew telaq minn mal-kumpanija tul ix-xahar ta’ referenza), dan għandu jiġi aġġustat kif xieraq biex jipprovdi stima tal-qligħ tal-impjegat għal xahar sħiħ. Jekk, pereżempju, ikun magħruf li impjegat kellu 20 % tax-xahar ta’ referenza bħala assenza mhux imħallsa, il-qligħ fix-xahar gross imħallas effetivament (b’rata sħiħa) għall-perjodu tal-preżenza għandu jiġi multiplikat bil-fattur ta’ korrezzjoni ta’ 1,25 [100/(100-20)].
Meta ma jkunx fattibbli li l-qligħ fix-xahar gross tal-impjegat jiġi aġġustat biex dik l-istima tkun tikkorrispondi għal qligħ ta’ xahar sħiħ, l-impjegat għandu jiġi eskluż mill-kampjun.
4.5. Qligħ relatat mas-sahra (B421) (fakultattiva għall-unitajiet lokali li jappartjenu għal intrapriżi b’impjegat wieħed sa disgħa (1-9))
L-ammont tal-qligħ mis-sahra mħallas għas-sigħat tas-sahra. Għandha tingħadd ir-rata sħiħa, u mhux biss l-element tal-premium miżjud mar-rata normali fis-siegħa. Il-varjabbli B421 għandha tkun konsistenti mal-varjabbli B321 (numru ta’ sigħat tas-sahra mħallsin fix-xahar ta’ referenza).
4.6. Ħlasijiet speċjali għal xogħol bix-xift (B422) (fakultattiva għall-unitajiet lokali li jappartjenu għal intrapriżi b’impjegat wieħed sa disgħa (1-9))
Din hi relatata mal-ħlasijiet tal-premium speċjali għax-xogħol bix-xift, xogħol billejl jew xogħol fi tmiem il-ġimgħa meta dawn ma jiġux ittrattati bħala sahra. L-ammont li jrid jiġi inkluż hu l-element tal-premium jew il-ħlas supplimentari, u mhux il-ħlas totali għal dan ix-xogħol bix-xift.
4.7. Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u taxxi obbligatorji mħallsin mill-impjegatur f’isem l-impjegat (B423) (fakultattiva)
Din il-varjabbli tirreferi għat-total ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u t-taxxi obbligatorji mħallsin mill-impjegatur f’isem l-impjegat lill-awtoritajiet governattivi tul ix-xahar ta’ referenza. Din l-informazzjoni tintalab biex jinkiseb il-qligħ fix-xahar nett għal kull impjegat.
Jekk il-qligħ fix-xahar tal-impjegat jkun affettwat minn assenzi mhux imħallsin, il-varjabbli B423 (flimkien mas-subkomponenti tagħha B4231 u B4232) għandhom jiġu aġġustati biex jinkiseb it-tnaqqis stmat għal xahar sħiħ.
4.8. Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali obbligatorji mħallsin mill-impjegatur f’isem l-impjegat (B4231) (fakultattiva)
Din tirreferi għall-ammont tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ impjegat stabbiliti bil-liġi jew bi ftehimiet kollettivi u miżmuma mill-impjegatur.
4.9. Taxxi mħallsin mill-impjegatur f’isem l-impjegat (B4232) (fakultattiva)
Din tirreferi għall-ammont tat-taxxi kollha fuq il-qligħ tal-impjegat u miżmumin mill-impjegatur għax-xahar ta’ referenza u mħallsin mill-impjegatur lill-awtoritajiet tat-taxxa f’isem l-impjegat.
4.10. Qligħ fis-siegħa gross medju fix-xahar ta’ referenza (B43)
Iċ-ċifra meħtieġa hi l-qligħ gross medju għal kull siegħa mħallsa lill-impjegat fix-xahar ta’ referenza. Din iċ-ċifra għandha tkun konsistenti mal-qligħ fis-siegħa gross medju derivat mill-qligħ gross għax-xahar ta’ referenza (il-varjabbli B42) diviż bin-numru ta’ sigħat imħallsin tul l-istess żmien (il-varjabbli B32).
4.11. Fattur tal-ingrossar għall-impjegati (B52)
Il-fattur tal-ingrossar għall-impjegati hu n-numru ta’ impjegati fil-popolazzjoni rrappreżentati b’rekord ta’ impjegat partikolari. Dan jintuża biex jiġu estrapolati l-varjabbli dwar l-impjegati mill-kampjun għall-popolazzjoni kollha. Il-fatturi tal-ingrossar huma speċifiċi għal kull impjegat, skont ċerti elementi bħar-rata tal-kampjunar, id-disinn tal-kampjunar, in-nonrispons, kalibrazzjoni a posteriori, eċċ. It-total tal-fatturi tal-ingrossar kollha, fuq il-kampjun kollu tal-impjegati, hu daqs in-numru ta’ impjegati fil-popolazzjoni.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1993/696/oj).
(2) Din il-kategorija tinkludi lill-“impjegati taċ-ċivil u impjegati tal-gvern oħra li t-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tagħhom huma stabbiliti mil-liġi pubblika” [ESA 2010, §11.13(b)].
(3) “Il-membri tal-forzi armati huma dak il-persunal li bħalissa qed iservi fil-forzi armati, inkluż fis-servizzi awżiljarji, kemm jekk fuq bażi volontarja kif ukoll jekk fuq bażi obbligatorja, u li mmhux liberu li jaċċettaw impjieg ċivili u soġġett għal dixxiplina militari. Inkluż hemm il-membri regolari tal-armata, tal-flotta navali, tal-forza tal-ajru u ta’ servizzi militari oħra, kif ukoll il-koskritti rreġistrati għat-taħriġ militari jew għal servizz ieħor għal perjodu speċifikat” (Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi - ISCO-08).
(4) L-impjegati bil-liv tal-ġenituri għandhom jiġu inklużi diment li tul ix-xahar ta’ referenza jkun hemm imqar siegħa waħda mħallsa mill-impjegatur lill-impjegat. Jekk l-impjegati jiġu sostitwiti waqt il-liv tal-ġenituri tagħhom, għandu jiġi rreġistrat:
|
(a) |
Impjegat wieħed biss fin-numru ta’ impjegati, u dan jevita l-għadd doppju tad-detentur tal-impjieg u s-sostitut tiegħu; |
|
(b) |
Il-qligħ għad-detentur tal-impjieg kif ukoll għas-sostitut tiegħu tul il-perjodu ta’ referenza; |
|
(c) |
Is-sigħat imħallsin għad-detentur tal-impjieg u għas-sostitut tiegħu għax-xahar ta’ referenza. |
(5) Ħaddiem li jaħdem mid-dar hu persuna li taqbel li taħdem għal intrapriża partikolari jew li tipprovdi ċerta kwantità ta’ oġġetti jew servizzi lil intrapriża partikolari bi ftehim bil-quddiem jew b’kuntratt ma’ dik l-intrapriża, iżda li l-post tax-xogħol tagħha ma jkunx fl-intrapriża.
ANNESS II
MIRI TA’ PREĊIŻJONI
(1)
L-Istati Membri għandhom jimmiraw li jżommu l-koeffiċjent tal-varjazzjoni taħt il-1 %, għall-qligħ fis-siegħa medju mkejjel għall-impjegati kollha (part-time u full-time), li jaħdmu f’unità lokali residenti b’impjegat wieħed (1) jew aktar li jappartjenu għat-total tat-taqsimiet kollha tan-NACE fl-ambitu tas-suġġett “struttura tal-pagi” kif definit fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2025/941.
(2)
L-Istati Membri għandhom jimmiraw li jżommu l-koeffiċjent tal-varjazzjoni taħt l-10 %, għall-qligħ fis-siegħa medju mkejjel għall-impjegati kollha (part-time u full-time), li jaħdmu f’unità lokali residenti b’impjegat wieħed (1) jew aktar, għal kull taqsima tan-NACE fl-ambitu tas-suġġett “struttura tal-pagi” kif definit fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2025/941, ħlief dawk li jirrappreżentaw inqas minn 1 % tal-qligħ totali fix-xahar irreġistrat fis-sena ta’ referenza.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1526/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)