Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025R1447

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1447 tat-18 ta’ Lulju 2025 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C/2025/4802

ĠU L, 2025/1447, 21.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1447/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1447/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1447

21.7.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1447

tat-18 ta’ Lulju 2025

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(8), il-punti (c), (d) u (e), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 (2) jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (UE) 2017/625.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1141 (3) jemenda t-Taqsima III, il-punt 3, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) billi jawtorizza lill-istabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa jirċievu u jipproċessaw ir-ratiti mrobbija u l-mammiferi tal-kaċċa taż-żewġ imrobbija li jitbiċċru fil-post tal-oriġini. L-arranġamenti prattiċi għall-kontrolli uffiċjali u l-attivitajiet relatati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jirreferu biss għall-biċċeriji u jenħtieġ li, bħala konsegwenza tal-emendi tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jirreferu wkoll għall-istabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa. Għalhekk, l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 9, l-Artikoli 10(1), 27(2), 33(1), 34(1), l-Artikolu 39(2), il-punt (a), l-Artikolu 48(2), il-punt (b), l-Anness I, il-punt 5, u l-Anness II, il-punti 1(b) u (c), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(3)

L-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jistabbilixxu obbligi għall-awtoritajiet kompetenti jew għar-rappreżentanti tagħhom b’mod ġenerali u għall-veterinarju uffiċjali b’mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli tal-informazzjoni dwar il-katina alimentari. Ġew osservati ċerti ambigwitajiet u differenzi fl-implimentazzjoni fir-rigward tal-kontrolli li jistgħu jitwettqu minn kwalunkwe rappreżentant tal-awtoritajiet kompetenti u fir-rigward tal-kontrolli li jridu jitwettqu mill-veterinarju uffiċjali. Peress li l-verifika tal-informazzjoni dwar il-katina alimentari hija parti mill-ispezzjoni ante-mortem kif definit fl-Artikolu 17, il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/625, dik il-verifika għandha titwettaq fil-prinċipju mill-veterinarju uffiċjali f’konformità mal-Artikolu 18(2), il-punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) 2017/625, filwaqt li jitqiesu d-derogi previsti fl-Artikolu 18(2)(b) tar-Regolament (UE) 2017/625 u fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 (5). F’każijiet oħra għajr l-ispezzjoni ante-mortem, pereżempju matul l-awditi, il-kontrolli tal-informazzjoni dwar il-katina alimentari jistgħu jitwettqu minn kwalunkwe rappreżentant tal-awtoritajiet kompetenti. L-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jenħtieġ li jiġu emendati biex jirriflettu b’mod aktar ċar min għandu jwettaq il-kontrolli tal-informazzjoni dwar il-katina alimentari.

(4)

Il-lista tal-Istati Membri u żoni tagħhom bi status ta’ ħielsa mill-mard għat-tuberkulożi (jiġifieri l-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (M. bovis, M. caprae u M. tuberculosis)) fl-annimali bovini hija stabbilita fil-Parti I tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (6). Għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, jeħtieġ li tiġi aġġornata r-referenza għal dik il-lista fl-Artikolu 18(1), il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627.

(5)

L-Artikoli 18(3), 19(2), 20(2), 21(2), 22(2) u 23(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jipprevedu li l-proċeduri ta’ spezzjoni post-mortem b’rabta mal-ungulati domestiċi bl-użu ta’ inċiżjonijiet u palpazzjonijiet tal-karkassi u tal-ġewwieni għandhom jitwettqu meta jkun hemm indikazzjonijiet ta’ riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali. L-inċiżjonijiet u l-palpazzjonijiet jistgħu joħolqu riskju ta’ kontaminazzjoni kroċjata b’patoġeni potenzjalment preżenti fuq il-karkassi jew fuq il-ġewwieni. Għalhekk, mhux il-proċeduri addizzjonali kollha ta’ spezzjoni post-mortem jenħtieġ li jiġu imposti iżda biss dawk li huma rilevanti abbażi ta’ indikazzjonijiet ta’ riskju possibbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikoli 18(3), 19(2), 20(2), 21(2), 22(2) u 23(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jiġu emendati kif xieraq.

(6)

Regoli dettaljati dwar in-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni tal-mard trażmissibbli tal-annimali elenkat huma stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002 (7). Għalhekk, għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, jeħtieġ li tiġi aġġornata r-referenza għad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (8) fl-Artikolu 39(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627.

(7)

L-Artikolu 40 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għall-kontrolli uffiċjali relatati mal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-katina alimentari li tinsab fir-rekords miżmuma f’konformità mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). L-Artikolu 40 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jirreferi esklużivament għat-tbiċċir fil-biċċeriji. Madankollu, it-Taqsima I, il-Kapitolu VIa, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tawtorizza, soġġett għal ċerti rekwiżiti, it-tbiċċir ta’ ungulati domestiċi fl-azjenda ta’ provenjenza. It-Taqsima III, il-punt 3, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tawtorizza, soġġett għal ċerti rekwiżiti, it-tbiċċir ta’ ratiti mrobbija u mammiferi tal-kaċċa taż-żewġ imrobbija fl-azjenda ta’ provenjenza. It-Taqsima I, il-Kapitolu VI, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi rekwiżiti għat-tbiċċir b’emerġenza ta’ ungulati domestiċi barra mill-biċċerija. L-Artikolu 40 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jenħtieġ li jiġi emendat biex ikopri dawk il-każijiet ta’ tbiċċir fl-azjenda ta’ provenjenza u ta’ tbiċċir b’emerġenza barra l-biċċerija.

(8)

L-Artikolu 42 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jistabbilixxi l-miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ informazzjoni qarrieqa dwar il-katina alimentari. Dak l-artikolu jirreferi esklużivament għall-biċċeriji. Biex jiġu riflessi l-emendi reċenti tat-Taqsima III, il-punti 1 u 2, tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, l-Artikolu 42 jenħtieġ li jiġi emendat biex ikopri l-istabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa fil-każ ta’ kaċċa mrobbija mbiċċra fl-azjenda ta’ provenjenza.

(9)

Il-miżuri tal-Unjoni għall-kontroll tal-mard għal ċertu mard tal-annimali elenkat li jista’ jaffettwa ċerti annimali u, konsegwentement, l-idoneità għall-konsum mill-bniedem ta’ laħam frisk minn dawn l-annimali issa huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (11). Għalhekk, għal raġunijiet ta’ ċarezza legali, jeħtieġ li jiġu aġġornati kif xieraq ir-referenzi fl-Artikolu 45, il-punt (e), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627.

(10)

Ir-rabta bejn il-forma tal-marka tas-saħħa meħtieġa mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 u r-rekwiżiti għal marka tas-saħħa speċjali stabbiliti għall-kontroll ta’ ċertu mard tal-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 jenħtieġ li tiġi ċċarata. L-Artikolu 48(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq.

(11)

L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-marka tas-saħħa f’konformità mal-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Il-punt 1(c) ta’ dak l-Anness II jirreferi għall-Komunità Ewropea, minflok l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-abbrevjazzjonijiet li jirreferu għall-Unjoni Ewropea jenħtieġ li jissostitwixxu l-abbrevjazzjonijiet li jirreferu għall-Komunità Ewropea. Biex jittaffa l-piż amministrattiv għall-operaturi maħluq minn dik is-sostituzzjoni, jenħtieġ li jiġi previst perjodu tranżitorju, li matulu l-prodotti li jkollhom marka tas-saħħa b’abbrevjazzjoni li tirreferi għall-Komunità Ewropea jkunu jistgħu jibqgħu fis-suq.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 jiġi emendat kif xieraq.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Meta jitwettqu awditi f’biċċeriji jew f’azjendi li jipproċessaw il-kaċċa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw l-evalwazzjoni tal-informazzjoni dwar il-katina alimentari, kif stabbilit fit-Taqsima III tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.”;

(2)

L-Artikolu 9 huwa sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 9

Obbligi tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-kontrolli ta’ dokumenti għajr il-kontrolli tal-informazzjoni dwar il-katina alimentari msemmija fl-Artikolu 10(1)

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-operatur tan-negozju tal-ikel tal-azjenda ta’ provenjenza dwar l-elementi minimi ta’ informazzjoni dwar il-katina alimentari li għandha tingħata lill-operatur tal-biċċerija jew tal-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa f’konformità mat-Taqsima III tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kontrolli meħtieġa tad-dokumenti biex jivverifikaw li:

(a)

l-informazzjoni dwar il-katina alimentari tiġi kkomunikata b’mod konsistenti u effettiv bejn l-operatur tan-negozju tal-ikel li jkun rabba jew żamm l-annimali qabel l-ispedizzjoni u l-operatur tal-biċċerija jew tal-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa;

(b)

l-informazzjoni dwar il-katina alimentari hija valida u affidabbli;

(c)

il-feedback tal-informazzjoni rilevanti lill-azjenda ta’ provenjenza, jekk applikabbli, jingħata f’konformità mal-Artikolu 39(5).

3.   Meta l-annimali jintbagħtu għat-tbiċċir fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet kompetenti fl-azjenda ta’ provenjenza u fil-post tat-tbiċċir għandhom jikkooperaw biex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-katina alimentari pprovduta mill-operatur tan-negozju tal-ikel tal-azjenda ta’ provenjenza tkun faċilment aċċessibbli għall-operatur tal-biċċerija jew tal-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa li jirċeviha.”

;

(3)

fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘‘1.   Meta jwettaq spezzjonijiet ante-mortem, il-veterinarju uffiċjali għandu jivverifika r-riżultati tal-kontrolli u tal-evalwazzjonijiet tal-informazzjoni dwar il-katina alimentari ipprovduta mill-operatur tal-biċċerija jew tal-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa f’konformità mat-Taqsima III tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Il-veterinarju uffiċjali għandu jieħu inkunsiderazzjoni dawk il-kontrolli u l-evalwazzjonijiet meta jwettaq spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra mir-rekords tal-azjenda ta’ provenjenza tal-annimali.”

;

(4)

L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-annimali ta’ inqas minn 20 xahar jekk jinżammu mingħajr aċċess għall-mergħat matul ħajjithom kollha fi Stat Membru jew żona tiegħu uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi elenkati fil-Parti I tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (*1).

(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/620/oj).”;"

(b)

fil-paragrafu 3, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Meta jkun hemm indikazzjonijiet ta’ riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali f’konformità mal-Artikolu 24, il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi b’dawk il-proċeduri ta’ spezzjoni post-mortem li jkunu rilevanti abbażi tal-indikazzjonijiet ta’ riskju possibbli, f’konformità mal-Artikolu 18(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/625 u mal-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2019/624, bl-użu ta’ inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni:”;

(5)

fl-Artikolu 19(2), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Meta jkun hemm indikazzjonijiet ta’ riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali f’konformità mal-Artikolu 24, il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi b’dawk il-proċeduri ta’ spezzjoni post-mortem li jkunu rilevanti abbażi tal-indikazzjonijiet ta’ riskju possibbli, f’konformità mal-Artikolu 18(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/625 u mal-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2019/624, bl-użu ta’ inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni:”;

(6)

fl-Artikolu 20(2), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Meta jkun hemm indikazzjonijiet ta’ riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali f’konformità mal-Artikolu 24, il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi b’dawk il-proċeduri ta’ spezzjoni post-mortem li jkunu rilevanti abbażi tal-indikazzjonijiet ta’ riskju possibbli, f’konformità mal-Artikolu 18(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/625 u mal-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2019/624, bl-użu ta’ inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni:”;

(7)

fl-Artikolu 21(2), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Meta jkun hemm indikazzjonijiet ta’ riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali f’konformità mal-Artikolu 24, il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi b’dawk il-proċeduri ta’ spezzjoni post-mortem li jkunu rilevanti abbażi tal-indikazzjonijiet ta’ riskju possibbli, f’konformità mal-Artikolu 18(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/625 u mal-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2019/624, bl-użu ta’ inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni:”;

(8)

fl-Artikolu 22(2), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Meta jkun hemm indikazzjonijiet ta’ riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali f’konformità mal-Artikolu 24, il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi b’dawk il-proċeduri ta’ spezzjoni post-mortem li jkunu rilevanti abbażi tal-indikazzjonijiet ta’ riskju possibbli, f’konformità mal-Artikolu 18(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/625 u mal-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2019/624, bl-użu ta’ inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni:”;

(9)

fl-Artikolu 23(2), is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Meta jkun hemm indikazzjonijiet ta’ riskju possibbli għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għat-trattament xieraq tal-annimali f’konformità mal-Artikolu 24, il-veterinarju uffiċjali għandu jipproċedi b’dawk il-proċeduri ta’ spezzjoni post-mortem li jkunu rilevanti abbażi tal-indikazzjonijiet ta’ riskju possibbli, f’konformità mal-Artikolu 18(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2017/625 u mal-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) 2019/624, bl-użu ta’ inċiżjoni u palpazzjoni tal-karkassa u tal-ġewwieni:”;

(10)

fl-Artikolu 27, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Meta l-annimali jkunu tbiċċru barra mill-biċċerija, il-veterinarju uffiċjali fil-biċċerija jew fl-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa għandu jivverifika ċ-ċertifikat.”

;

(11)

fl-Artikolu 33, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘‘1.   Meta l-annimali jkunu rreaġixxew b’mod pożittiv jew b’mod inkonklużiv għat-tuberkulina, jew ikun hemm raġunijiet oħra biex wieħed jissuspetta infezzjoni, dawn għandhom jitbiċċru jew jiġu pproċessati separatament minn annimali oħra, filwaqt li jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-karkassi l-oħra, tal-linja tal-produzzjoni u tal-persunal preżenti fil-biċċerija jew fl-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa.”

;

(12)

fl-Artikolu 34, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘‘1.   Meta l-annimali jkunu rreaġixxew b’mod pożittiv jew b’mod inkonklużiv għal test tal-bruċellożi, jew ikun hemm raġunijiet oħra biex wieħed jissuspetta infezzjoni, dawn għandhom jitbiċċru jew jiġu pproċessati separatament minn annimali oħra, filwaqt li jittieħdu prekawzjonijiet biex jiġi evitat ir-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-karkassi l-oħra, tal-linja tal-produzzjoni u tal-persunal preżenti fil-biċċerija jew fl-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa.”

;

(13)

L-Artikolu 39 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

il-veterinarju uffiċjali għandu jinforma lill-operatur tal-biċċerija jew tal-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa;”;

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘‘3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom idaħħlu r-riżultati tal-kontrolli uffiċjali fil-bażijiet tad-data rilevanti, mill-inqas meta l-ġbir ta’ tali informazzjoni jkun meħtieġ skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/99/KE, l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002 (*2) u l-Anness III tad-Direttiva 2007/43/KE.

(*2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni ta’ mard elenkat, tal-formati u l-proċeduri għas-sottomissjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u tal-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, u tas-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata (ĠU L 412, 8.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2002/oj).’;"

(14)

fl-Artikolu 40, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   Il-veterinarju uffiċjali għandu jiżgura wkoll li l-annimali ma jitbiċċrux sakemm ma jkunx ivverifika l-informazzjoni rilevanti dwar il-katina alimentari f’konformità mal-Artikolu 9(2), il-punt (b), fil-każ ta’:

(a)

tbiċċir b’emerġenza barra l-biċċerija f’konformità mat-Taqsima I, il-Kapitolu VI, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(b)

tbiċċir, għajr it-tbiċċir b’emerġenza, fl-azjenda ta’ provenjenza tal-annimali bovini domestiċi għajr il-biżonti, l-annimali ovini, kaprini u porċini u s-solipedi domestiċi f’konformità mat-Taqsima I, il-Kapitolu VIa, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(c)

tbiċċir fl-azjenda ta’ oriġini ta’ ratiti mrobbija u mammiferi tal-kaċċa taż-żewġ imrobbija f’konformità mat-Taqsima III, il-punt 3, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.’ u ta’ biżonti f’konformità mat-Taqsima III, il-punt 4, tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

(15)

fl-Artikolu 42(2), l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu azzjoni kontra l-operatur tan-negozju tal-ikel responsabbli għall-azjenda ta’ provenjenza tal-annimali, jew kontra kull persuna oħra involuta, inkluż l-operatur tal-biċċerija jew tal-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa.”;

(16)

fl-Artikolu 45, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

ikun ġej minn annimali affettwati minn mard tal-annimali li għalih hemm regoli dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti jew adottat abbażi tal-Parti III, it-Titolu II, jew l-Artikolu 259 tar-Regolament (UE) 2016/429, b’mod partikolari ikun ġej minn annimali affettwati minn mard tal-annimali li għalih hemm regoli dwar is-saħħa tal-annimali stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (*3), ħlief jekk jinkiseb f’konformità mar-rekwiżiti speċifiċi previsti fir-Regolament (UE) 2016/429 u fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687; din l-eċċezzjoni ma għandhiex tapplika f’każ li jkun previst mod ieħor fir-rekwiżiti dwar il-kontrolli uffiċjal tat-tuberkulożi u tal-bruċellożi previsti fl-Artikolu 33 u 34 ta’ dan ir-Regolament;

(*3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj.).’;"

(17)

L-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

il-marka tas-saħħa tiġi applikata fuq il-parti ta’ barra tal-karkassa, permezz ta’ stampar bil-linka jew timbru li jaħraq, b’tali mod li, jekk fil-biċċerija jew fl-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa l-karkassi jitqattgħu f’nofs karkassi jew fi kwarti, jew jekk in-nofs karkassi jitqattgħu fi tliet biċċiet, kull biċċa jkollha fuqha marka tas-saħħa.”;

(b)

is-subparagrafu li ġej jiżdied fil-paragrafu 3:

“Ir-rekwiżiti dwar il-forma tal-marka tas-saħħa fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu sostitwiti bir-rekwiżiti għal marka tas-saħħa speċjali stabbiliti abbażi tal-Artikolu 67, it-tieni subparagrafu, il-punt (a), l-Artikolu 71(3) jew (4), jew l-Artikolu 259 tar-Regolament (UE) 2016/429.”;

(18)

Fl-Anness I, l-intestatura tal-punt 5 tad-dokument mudell hija sostitwita b’dan li ġej:

“5.

Dettalji ta’ kuntatt tal-biċċerija jew tal-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa (numru ta’ approvazzjoni)”;

(19)

fl-Anness II, il-punti 1(b) u (c) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(b)

in-numru ta’ approvazzjoni tal-biċċerija jew tal-istabbiliment li jipproċessa l-kaċċa;

(c)

(meta l-marka tiġi applikata fi stabbiliment li jinsab fl-Unjoni) l-abbrevjazzjoni EC, EU, EL, UE, EE, AE, ES jew EÚ. Dawk l-abbrevjazzjonijiet ma jridux jidhru fuq marki applikati fuq laħam importat fl-Unjoni minn biċċeriji jew stabbilimenti li jipproċessaw il-kaċċa li jkunu jinsabu barra mill-Unjoni.”.

Artikolu 2

Il-marki tas-saħħa fuq il-laħam tajjeb għall-konsum mill-bniedem wara l-ispezzjoni ante-mortem u post-mortem jistgħu jkomplu jinkludu l-abbrevjazzjonijiet CE, EC, EF, EG, EK, EO, EY, ES, EÜ, EB, EZ, KE jew WE stabbiliti fil-punt 1(c) tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/627 sal-31 ta’ Diċembru 2028, minħabba li dak il-punt kien jeżisti qabel l-emendi li saru b’dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2025

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/627/oj).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1141 tat-14 ta’ Diċembru 2023 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ iġjene għal ċertu laħam, prodotti tas-sajd, prodotti tal-ħalib u bajd (ĠU L, 2024/1141, 19.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1141/oj).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/853/oj).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat-8 ta’ Frar 2019 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u għaż-żoni ta’ produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/624/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/620/oj).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni ta’ mard elenkat, tal-formati u l-proċeduri għas-sottomissjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u tal-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, u tas-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata (ĠU L 412, 8.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2002/oj).

(8)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1964/432/oj).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 Dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/852/oj).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj).

(11)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1447/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top