This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R1151
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/1151 of 11 June 2025 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of vanillin originating in the People’s Republic of China
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1151 tal-11 ta’ Ġunju 2025 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ vanillin li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1151 tal-11 ta’ Ġunju 2025 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ vanillin li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
C/2025/3434
ĠU L, 2025/1151, 12.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1151/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1151 |
12.6.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1151
tal-11 ta’ Ġunju 2025
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ vanillin li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fl-24 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ vanillin li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “ir-RPĊ”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fid-9 ta’ April 2024 minn Syensqo (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-vanillin fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2716 (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”) (3). |
1.3. Partijiet interessati
|
(4) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-ilmentatur, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufa, lin-negozjanti dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.4. Affermazzjonijiet dwar il-bidu
|
(6) |
Utent wieħed, Frey & Lau GmbH (“Frey & Lau”), li huwa wkoll importatur, irreġistra bħala parti interessata iżda ma ppreżentax tweġiba għall-kwestjonarju. Huwa esprima l-oppożizzjoni tiegħu għall-bidu tal-investigazzjoni. L-argumenti tiegħu ġew miġbura fil-qosor hawn taħt. |
|
(7) |
Frey & Lau sostna li, peress li l-produttur tal-Unjoni li ressaq l-ilment ma mmanifatturax it-tipi kollha ta’ vanillin, ma setax jikkostitwixxi l-industrija tal-Unjoni għal dawk it-tipi ta’ vanillin li ma kienx immanifattura. Huwa rrefera wkoll għall-importazzjonijiet mill-produttur tal-Unjoni li ressaq l-ilment nnifsu bħala fattur li jimmina l-istatus tiegħu bħala produttur ġenwin tal-Unjoni. Din l-affermazzjoni hija indirizzata fit-Taqsima 4.1 hawn taħt. |
|
(8) |
Kif indirizzat f’aktar dettall fit-Taqsima 2.4 u 4.1 hawn taħt, il-produttur tal-Unjoni li ressaq l-ilment jista’ jikkostitwixxi l-industrija tal-Unjoni skont ir-Regolament bażiku, peress li l-produzzjoni tiegħu tal-prodott simili kienet tikkostitwixxi aktar minn 98 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili kif definit fil-premessi (41) u (44). Għalhekk, il-produttur tal-Unjoni jikkostitwixxi l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku għall-prodott simili definit fil-premessi msemmija hawn fuq. |
|
(9) |
Frey & Lau afferma li l-kalkoli tal-valur normali ppreżentati mill-ilmentatur ma humiex korretti peress li l-Lista ta’ Materjali teoretika użata għall-etilvanillin u għall-vanillin sintetiku jenħtieġ li ma titqiesx għall-Brażil, il-pajjiż rappreżentattiv propost mill-ilmentatur, peress li ma hemm l-ebda produzzjoni ta’ tali tipi ta’ prodotti ta’ vanillin f’dak il-pajjiż. Frey & Lau afferma wkoll li l-ilmentatur ikkalkula l-marġni tad-dumping għal żewġ prodotti li ma humiex prodotti fl-Unjoni, b’mod partikolari l-etilvanillin u l-bijovanillin, u li l-kalkolu ta’ marġni tad-dumping uniku għat-tipi kollha ta’ vanillin ma huwiex xieraq minħabba l-firxiet differenti tal-prezzijiet tal-erba’ tipi ta’ vanillin. Fl-affermazzjoni tiegħu, Frey & Lau ppropona li tintuża l-Indja bħala l-pajjiż rappreżentattiv xieraq. Huwa sostna li l-Indja tkun xierqa bħala pajjiż rappreżentattiv peress li jkollha livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-vanillin mill-Indja jkunu komparabbli ma’ dawk miċ-Ċina u jkun hemm produzzjoni tal-vanillin fl-Indja. |
|
(10) |
L-industrija tal-Unjoni wieġbet għall-kummenti ppreżentati minn Frey & Lau dwar l-ilment, u ċċarat li l-kalkoli tal-valur normali u tal-marġni tad-dumping huma f’konformità mal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dwar din il-kwistjoni, il-Kummissjoni nnotat li Frey & Lau ma ppreżentax evidenza biex jappoġġa l-allegazzjoni tiegħu li l-kalkoli tal-valur normali u tal-marġni tad-dumping mill-industrija tal-Unjoni huma żbaljati, u lanqas ma ppreżenta kalkoli riveduti. Għalhekk, l-affermazzjoni tiegħu ġiet miċħuda. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-Indja ma tagħmilx parti mill-grupp ta’ pajjiżi fl-istess livell ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina, skont id-definizzjoni tal-Bank Dinji. Iċ-Ċina titqies bħala pajjiż b’introjtu medju superjuri, filwaqt li l-Indja titqies bħala pajjiż b’introjtu medju inferjuri. Għalhekk, l-affermazzjoni biex l-Indja titqies bħala pajjiż rappreżentattiv ġiet miċħuda. |
1.5. Kampjunar
|
(12) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.5.1. L-ebda kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(13) |
Kif imsemmi fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni għamlet disponibbli kwestjonarji għall-uniċi żewġ produtturi magħrufa tal-Unjoni, jiġifieri lill-ilmentatur u lil Ennolys. Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni ma kienx meqjus neċessarju. |
1.5.2. Kampjunar tal-importaturi
|
(14) |
Biex tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar u, jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(15) |
Żewġ importaturi mhux relatati ppreżentaw ruħhom u ppreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarji. Wieħed minnhom biss ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Fid-dawl tal-għadd limitat ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni qieset li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarji minn żewġ utenti li kienu wkoll importaturi, li wieħed minnhom huwa msemmi fil-premessa preċedenti. Ara t-Taqsimiet 7.2 u 7.3 hawn taħt. |
1.5.3. Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(17) |
Biex tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(18) |
Sitt produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-kampjun magħżul kien jikkonsisti minn żewġ produtturi esportaturi, Jiaxing Zhonghua Chemical Co., Ltd. (“Jiaxing Zhonghua”) u Jiangxi Brother Pharmaceutical Co., Ltd. (“Jiangxi Brother”). F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment dwar il-kampjun magħżul u għalhekk il-kampjun ġie kkonfermat fil-11 ta’ Ġunju 2024. |
|
(19) |
Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet li Brother Holding, sid ta’ sehem maġġoritarju tal-ishma ta’ Jiangxi Brother, għandu wkoll sehem sinifikanti tal-ishma ta’ Jiaxing Zhonghua. Iż-żewġ partijiet iddikjaraw li jaġixxu b’mod indipendenti minn xulxin. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li minħabba li parti terza tippossjedi, tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti taż-żewġ produtturi esportaturi, dawn tal-aħħar iridu jitqiesu bħala relatati skont it-tifsira tal-Artikolu 127(d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (4). |
|
(20) |
Wara d-divulgazzjoni tas-sejbiet definittivi, Jiangxi Brother ikkontesta l-konklużjoni tal-Kummissjoni li Jiangxi Brother u Jiaxing Zhonghua jenħtieġ li jiġu ttrattati bħala partijiet relatati. Huwa tenna li ż-żewġ kumpaniji joperaw b’mod indipendenti u bl-ebda mod sinifikanti ma huma konnessi f’termini ta’ sjieda, ġestjoni jew imġiba fis-suq u fil-prattika huma kompetituri diretti fis-suq tal-vanillin. Madankollu, huwa ma kkontestax il-valutazzjoni tal-Kummissjoni li parti terza direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew iżżomm 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti taż-żewġ produtturi esportaturi. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(21) |
Fid-dawl tal-fatti spjegati fil-premessa (19), il-kampjun finali jikkonsisti f’żewġ entitajiet relatati. |
1.6. Eżami individwali
|
(22) |
Kif imsemmi fil-premessa (28), fl-20 ta’ Diċembru 2024, f’konformità mal-Artikolu 19a(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati permezz ta’ Nota fil-Fajl bl-intenzjoni tagħha li ma timponix miżuri proviżorji. Kif spjegat fin-Nota fil-Fajl, din id-deċiżjoni kienet dovuta għall-kumplessità teknika tal-każ. Fi kliem ieħor, fid-dawl ta’ din il-kumplessità teknika, l-ammont ta’ xogħol assoċjat mal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kien diġà tali li pprekluda l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni ddeċidiet li kwalunkwe eżami individwali jkun ta’ piż bla bżonn u jipperikola t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin skont it-tifsira tal-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Fid-divulgazzjoni definittiva, il-Kummissjoni spjegat li produttur esportatur wieħed mhux inkluż fil-kampjun fir-RPĊ – Xiamen Oamic Biotech Co., Ltd (“Oamic”) – kien talab eżami individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. Madankollu, hija ddikjarat li l-kumpanija kienet naqset milli tippreżenta tweġiba għall-kwestjonarju fi żmien l-iskadenza stabbilita mill-Kummissjoni. Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni definittiva, Oamic indika li din id-dikjarazzjoni kienet fattwalment skorretta, peress li kien ippreżenta tweġiba għall-kwestjonarju. Filwaqt li l-Kummissjoni rrikonoxxiet l-iżball klerikali tagħha u l-fatt li Oamic kellu raġun, madankollu, dan ma jbiddilx il-konklużjoni li, minħabba l-kumplessità tal-każ u l-ammont ta’ xogħol li jirriżulta mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, kwalunkwe eżami individwali kien ikun ta’ piż bla bżonn u kien jipprevjeni l-investigazzjoni milli titlesta fil-ħin. Għaldaqstant, it-talba għal eżami individwali mressqa minn Oamic ġiet miċħuda. |
1.7. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(23) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni, lill-utenti u lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. L-istess kwestjonarji kienu disponibbli online fil-jum tal-bidu. |
|
(24) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(25) |
Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-produttur tal-Unjoni li ressaq l-ilment, żewġ utenti tal-Unjoni u l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-RPĊ. |
|
(26) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.8. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(27) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.9. Nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji
|
(28) |
Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, id-data ta’ skadenza għall-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji kienet l-24 ta’ Jannar 2025. Fl-20 ta’ Diċembru 2024, f’konformità mal-Artikolu 19a(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li ma timponix miżuri proviżorji. |
1.10. Proċedura sussegwenti
|
(29) |
Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għas-sejbiet finali tagħha. |
|
(30) |
Meta waslet għas-sejbiet definittivi tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati. |
|
(31) |
Fit-8 ta’ April 2025, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li abbażi tagħhom kien beħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ vanillin li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali. Wara l-valutazzjoni ta’ kumment ippreżentat mill-produttur esportatur Oamic, intbagħtet divulgazzjoni supplimentari lill-partijiet kollha fis-16 ta’ April 2025 (“divulgazzjoni finali supplimentari”). |
|
(32) |
Wara d-divulgazzjoni tas-sejbiet definittivi, il-Kummissjoni rċeviet sottomissjonijiet mingħand Arethia Services Germany GmbH & Co. KG (“Arethia”), parti interessata li għadha kif ġiet irreġistrata (utent); l-utent Frey & Lau; l-ilmentatur, il-produtturi esportaturi Ċiniżi Jiangxi Brother, Oamic u Chongqing Thrive Fine Chemicals Co., Ltd. (“Thrive”); Orchidlinn Biotech Co., Ltd (“Orchidlinn”), produttur tal-prodott ikkonċernat li ma esportax lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Orchidlinn talab seduta ta’ smigħ fil-preżenza tal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti tad-difiża tal-kummerċ, li saret fit-13 ta’ Mejju 2025. Barra minn hekk, saret seduta ta’ smigħ ma’ Oamic fit-23 ta’ April 2025. |
|
(33) |
Orchidlinn informa lill-Kummissjoni li kien qed iħejji talba għal rieżami ta’ esportatur ġdid biex tiġi ppreżentata ladarba jiġu imposti l-miżuri. Huwa qies li l-Kummissjoni kienet biddlet il-konklużjoni tagħha dwar il-kampjunar wara li kienet irrealizzat u kkoreġiet id-deskrizzjoni żbaljata tas-sitwazzjoni ta’ Oamic, kif spjegat fil-premessa (22). Madankollu, huwa kien tal-fehma li l-proċedura tal-kampjunar u d-determinazzjoni tal-eżami individwali jikkostitwixxu żewġ proċeduri distinti u legalment sekwenzjati, filwaqt li l-proċedura tal-kampjunar tiġi l-ewwel u s-sejbiet tal-eżami individwali jsiru sussegwentement. Huwa argumenta li bidla fit-tieni stadju, eżami individwali, ma tistax tirriżulta f’bidla fl-istadju preċedenti, li huwa l-kampjunar. |
|
(34) |
Il-Kummissjoni qablet li, fid-dawl tal-korrezzjoni li saret fir-rigward ta’ Oamic kif imsemmi fil-premessa (33), hija kienet skopriet u kkoreġiet ukoll żball klerikali fil-paragrafu preċedenti tad-dokument ta’ divulgazzjoni finali. Dak il-paragrafu kien jikkonċerna l-kampjunar u ġie sostitwit b’paragrafu li huwa rifless fil-premessa (22) ta’ dan ir-regolament. Għalhekk, il-partijiet interessati ġew infurmati bis-sħiħ dwar il-korrezzjoni fid-dokument ta’ divulgazzjoni finali supplimentari. Orchidlinn sostna li l-Kummissjoni naqset milli tiġġustifika r-raġunijiet għalfejn hija kkunsidrat li l-kampjunar ma kienx ġie abbandunat, kif kienet iddikjarat b’mod żbaljat fid-dokument maħruġ fit-8 ta’ April 2025. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (18) hawn fuq, matul il-proċediment, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li sitt produtturi esportaturi kienu ppreżentaw ruħhom fl-eżerċizzju tal-kampjunar (5) u li kienet għażlet kampjun ta’ tnejn li, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, ftit wara kienet ikkonfermat lill-partijiet interessati (6). Fl-ebda stadju ulterjuri ma kienet irrevokat jew abbandunat dak il-kampjun. Ir-referenza għall-abbandun tal-kampjunar fid-dokument mibgħut lill-partijiet interessati fit-8 ta’ April 2025 kienet għalhekk manifestament żbaljata u l-Kummissjoni użat il-komunikazzjoni tad-dokument finali ta’ divulgazzjoni supplimentari, fis-16 ta’ April, sabiex tikkoreġi wkoll dan l-iżball klerikali. |
|
(35) |
Orchidlinn sostna wkoll li l-kampjun ma kienx rappreżentattiv, peress li t-tip ta’ prodott li huwa jipproduċi, il-vanillin naturali, ma huwa prodott minn ebda waħda mill-partijiet inklużi fil-kampjun. Fir-rigward ta’ din l-affermazzjoni, kif konkluż fl-analiżi fit-Taqsima 2.4, il-Kummissjoni kienet ikkonkludiet li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni ġie definit b’mod korrett u l-erba’ tipi ta’ prodotti, li l-vanillin naturali huwa wieħed minnhom, huma sostitwibbli u f’kompetizzjoni diretta ma’ xulxin. Il-Kummissjoni tenniet ukoll li l-kampjun kien intgħażel abbażi tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, jiġifieri billi jintgħażel l-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Kampjun li jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-importazzjonijiet huwa bla dubju rappreżentattiv. |
|
(36) |
Fl-aħħar nett, Orchidlinn insista mal-Kummissjoni li, jekk il-Kummissjoni ssostni li l-kampjunar ġie applikat, xorta waħda tippermetti lill-produtturi esportaturi ġodda ta’ vanillin naturali jfittxu marġni ta’ dumping individwali permezz ta’ rieżami ta’ esportatur ġdid peress li dak it-tip ta’ prodott ma huwiex prodott mill-partijiet inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni naqset milli tara xi bażi legali għal tali kors ta’ azzjoni peress li l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, li jirregola d-determinazzjoni ta’ marġnijiet individwali ta’ dumping għal produtturi esportaturi ġodda, isemmi b’mod espliċitu li dan ma japplikax fejn ġew imposti dazji skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fejn ġie applikat il-kampjunar. Fi kwalunkwe każ, il-possibbiltà li jintalbu rifużjonijiet perjodikament f’konformità mal-Artikolu 11(8) tibqa’ possibbli. |
|
(37) |
Oamic sostna li n-Nota tal-Kummissjoni fil-Fajl tal-20 ta’ Diċembru msemmi fil-premessa (28) ma kinitx konformi mar-rekwiżit skont l-Artikolu 19(a)(2) peress li permezz ta’ dik in-Nota, Oamic ma kienx infurmat jekk it-talba tiegħu għal eżami individwali kinitx ġiet aċċettata jew le. Madankollu, l-Artikolu 19(a)(2) jobbliga lill-Kummissjoni tinforma lill-partijiet interessati dwar in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji f’ċertu limitu ta’ żmien, u mhux tipprovdilhom rapport interim. Barra minn hekk, kif diġà ġie ddikjarat fil-premessa (22), in-Nota semmiet li n-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji kien dovut għall-kumplessità teknika tal-każ. Il-Kummissjoni finalment osservat li Oamic qatt ma kien staqsa jekk il-Kummissjoni kellhiex l-intenzjoni li tevalwa t-talba għal eżami individwali jew kien ikkuntattja lill-Kummissjoni bejn il-preżentazzjoni tat-talba tiegħu għal eżami individwali, fit-3 ta’ Lulju 2024, u l-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, ippreżentati fil-11 ta’ April 2025. L-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(38) |
Oamic sostna li ż-żewġ partijiet inklużi fil-kampjun kellhom jiġu ttrattati, f’konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, bħala entità fi grupp wieħed. Għalhekk, huwa argumenta li l-kampjunar fil-fatt ma kienx meħtieġ. Fil-fehma tiegħu, ir-rata tad-dazju medja ponderata skont id-dispożizzjoni tal-kampjunar timplika li l-marġni tad-dumping għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ (mill-inqas) żewġ partijiet mhux relatati, separati u indipendenti li jikkooperaw. |
|
(39) |
Fir-rigward ta’ din l-affermazzjoni, il-Kummissjoni kkonfermat li l-kampjunar kien ġie applikat, peress li sitt produtturi esportaturi kienu ppreżentaw ruħhom u l-Kummissjoni kienet għażlet l-akbar żewġ kumpaniji minnhom biex jiffurmaw il-kampjun. Il-partijiet kienu ġew infurmati wkoll b’dan u aċċettaw dik id-deċiżjoni, kif imfakkar fil-premessa (34) hawn fuq. Il-kalkoli tad-dumping u tad-dannu kienu saru u ġew ddivulgati lil kull waħda miż-żewġ partijiet individwalment, peress li l-Kummissjoni sabet li Jiangxi Brother u Jiaxing Zhonghua fil-prattika ma kinux joperaw bħala entità waħda. Dan huwa differenti minn sitwazzjonijiet fejn hemm rabtiet operazzjonali mill-qrib bejn il-partijiet relatati u l-valur normali, il-prezz tal-esportazzjoni, id-dumping u d-dannu huma għalhekk ikkalkulati billi tiġi kkombinata d-data finanzjarja rilevanti mill-kumpaniji kkonċernati u jsir biss kalkolu wieħed ta’ dumping u ta’ dannu għall-grupp. Madankollu, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 127(d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447, il-Kummissjoni qieset li dawn kienu relatati (ara l-premessi (19) sa (21)). Għalhekk, jenħtieġ li Jiangxi Brother u Jiaxing Zhonghua jiġu attribwiti d-dazju medju ponderat tat-tnejn li huma, u l-istess dazju medju ponderat ġie attribwit lill-partijiet li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (187). |
|
(40) |
Il-kummenti mill-partijiet l-oħra msemmija fil-premessa (32) huma indirizzati fit-taqsimiet adatti f’dan ir-Regolament. |
2. PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt investigazzjoni
|
(41) |
Il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni huwa vanillin bil-formola molekulari C8H8O3 jew C9H10O3, u b’livell ta’ purità ogħla minn 95 % skont il-piż (“il-prodott taħt investigazzjoni”). Il-prodott taħt investigazzjoni jinkludi Vanillin Sintetiku, Vanillin Naturali, Vanillin Sintetiku b’sors Bijoloġika (Bijovanillin) u Etilvanillin. In-numru ta’ reġistrazzjoni tal-Chemical Abstracts Service (in-numru tal-CAS) għall-Vanillin Sintetiku, il-Vanillin Naturali u l-Vanillin Sintetiku b’sors Bijoloġiku (Bijovanillin) huwa 121-33-5. In-numru tal-CAS għall-Etilvanillin huwa 121-32-4. Il-prodott taħt investigazzjoni ma jkoprix taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi b’aroma differenti li fihom konċentrazzjonijiet ta’ Vanillin ta’ inqas minn 95 % skont il-piż. |
|
(42) |
Il-vanillin jintuża fis-settur tal-ikel (aroma u togħmiet) u dak kożmetiku (fwejjaħ) permezz ta’ ingredjent fir-riċetti tal-utenti. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(43) |
Il-prodott li allegatament huwa oġġett ta’ dumping huwa l-prodott taħt investigazzjoni, li joriġina mir-RPĊ, li bħalissa huwa kklassifikat taħt il-kodiċijiet NM ex 2912 41 00 għall-Vanillin Sintetiku, il-Vanillin Naturali u l-Vanillin Sintetiku b’sors Bijoloġiku u ex 2912 42 00 għall-Etilvanillin (il-kodiċijiet TARIC 2912 41 00 10 u 2912 42 00 10). (“il-prodott ikkonċernat”). |
2.3. Prodott simili
|
(44) |
L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi jew simili kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(45) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li dawk il-prodotti huma, għalhekk, prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.4. Affermazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott
|
(46) |
L-utent Frey & Lau, li huwa wkoll importatur tal-prodott ikkonċernat, sostna li t-tipi ta’ vanillin deskritti fil-premessa (43) ma setgħux jiġu ttrattati bħala prodott wieħed u għalhekk ma setgħux jiġu ttrattati bħala “l-prodott ikkonċernat”. Huwa argumenta li hemm differenzi kbar bejn il-vanillin sintetiku, il-vanillin naturali, il-vanillin sintetiku b’bażi bijoloġika (“bijovanillin”) u l-etilvanillin, f’termini ta’ kwalità, prezz u intensità tat-togħma. Dawn il-prodotti jintużaw b’modi differenti u fi kwantitajiet differenti fost il-klijenti li jistgħu jużawhom ukoll biex iħejju, fost l-oħrajn, komponenti għall-manifatturi ta’ fwejjaħ u tal-ikel u taħlitiet tal-ħami. |
|
(47) |
Frey & Lau ssostanzja l-affermazzjoni tiegħu billi indika differenzi fl-obbligu ta’ dikjarazzjoni u konformità regolatorja li Frey & Lau u s-sid tal-marka downstream iridu jissodisfaw, u kwalunkwe bidla bejn it-tipi ta’ vanillin li tkun teħtieġ ammont sinifikanti ta’ ħidma regolatorja u analiżi estensiva tad-differenzi fil-profili tat-togħma u l-intensitajiet. Frey & Lau sostna li l-ilmentatur għalhekk ma setax jikkostitwixxi l-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tar-Regolament bażiku għal dawk it-tipi ta’ vanillin li ma mmanifatturax fl-Unjoni, peress li kien jimmanifattura biss vanillin sintetiku u vanillin naturali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u vanillin naturali biss minn Mejju 2024. Konsegwentement, jenħtieġ li l-bijovanillin u l-etilvanillin jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni, kif ukoll il-vanillin sintetiku peress li l-produzzjoni tagħhom waqfet fl-Unjoni f’Mejju 2024. |
|
(48) |
Bi tweġiba għal dawn il-kummenti, l-industrija tal-Unjoni qieset li, filwaqt li jeżistu ċerti differenzi bejn l-erba’ tipi ta’ vanillin, dan ma jipprekludix li dawn jikkostitwixxu prodott uniku għall-iskopijiet ta’ investigazzjoni anti-dumping u li jaqgħu taħt kamp ta’ applikazzjoni wieħed fiha. Hija sostniet li t-tipi kollha ta’ vanillin huma magħmula mill-bniedem, jintużaw għall-istess skopijiet u għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi, kif ġej: Tabella 1
|
|
(49) |
Il-Kummissjoni fakkret li d-definizzjoni tal-prodott simili fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku hija prodott li huwa identiku, jiġifieri simili f’kull aspett għall-prodott taħt kunsiderazzjoni jew, fin-nuqqas ta’ tali prodott, prodott ieħor li, għalkemm mhux simili fl-aspetti kollha, għandu karatteristiċi li jixbhu mill-qrib lil dawk tal-prodott taħt kunsiderazzjoni. |
|
(50) |
Il-Kummissjoni qieset li l-ambitu tal-investigazzjoni huwa definit b’mod korrett, peress li t-tipi kollha ta’ vanillin huma molekuli magħmula mill-bniedem b’riħa u togħma li jixbħu l-vanilla. It-tipi kollha ta’ vanillin jintużaw b’mod simili u għall-istess skop, jiġifieri, biex jikkostitwixxu input fi fwejjaħ u riċetti tal-ikel, fost oħrajn. L-erba’ tipi ta’ prodotti huma sostitwibbli u f’kompetizzjoni diretta ma’ xulxin. Għalhekk, l-esklużjoni ta’ kwalunkwe wieħed mit-tipi ta’ vanillin x’aktarx li tirrendi miżura potenzjali ineffettiva. |
|
(51) |
Fir-rigward ta’ jekk l-industrija tal-Unjoni ssodisfatx ir-rekwiżit legali għal locus standi skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tirreferi għall-premessi minn (189) ’il quddiem ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(52) |
Wara d-divulgazzjoni tas-sejbiet definittivi, Frey & Lau tenna l-oppożizzjoni tiegħu kontra d-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, il-produttur esportatur mhux inkluż fil-kampjun Thrive ressaq l-oppożizzjoni tiegħu kontra din id-definizzjoni. |
|
(53) |
Frey & Lau u Thrive sostnew li l-etilvanillin ma jistax jitqies bħala prodott simili għall-vanillin sintetiku. Sostnew ukoll li l-vanillin b’sors bijoloġiku u l-vanillin naturali jġorru kost tal-produzzjoni konsiderevolment ogħla, u prezz tal-bejgħ ogħla korrispondenti, mill-vanillin sintetiku, u jseħħu fi kwantitajiet ħafna iżgħar fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, dawn lanqas ma jistgħu jitqiesu bħala prodott simili għall-vanillin sintetiku. |
|
(54) |
Utent addizzjonali, Arethia, li sa issa la ppreżenta ruħu u lanqas ippreżenta kwestjonarju, ippreżenta xi kummenti wkoll. Huwa tenna l-fehma ta’ Frey & Lau (ara l-premessi (46) u (47)) li l-etilvanillin huwa prodott separat meta mqabbel mal-vanillin sintetiku u l-vanillin naturali. |
|
(55) |
Kif elenkat fit-Tabella fil-premessa (48) hawn fuq, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li hemm differenzi kimiċi żgħar bejn it-tipi differenti ta’ vanillin u li ma humiex simili fl-aspetti kollha. |
|
(56) |
Madankollu, kif ġie enfasizzat iktar ’il fuq, it-tipi kollha ta’ vanillin jintużaw b’mod simili u għall-istess skop, jiġifieri, biex jikkostitwixxu input fi fwejjaħ u riċetti tal-ikel, fost oħrajn. Għal dan l-għan, l-esklużjoni ta’ tip wieħed ta’ vanillin tista’ timmina l-effettività tal-miżuri anti-dumping, peress li l-utenti downstream jistgħu jadattaw ir-riċetti u d-dożi tagħhom tat-tip ta’ vanillin li huwa eżentat mill-miżuri. |
|
(57) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li r-riskju għas-sostituzzjoni ta’ tip wieħed ta’ vanillin ma’ ieħor ma huwiex immedjat peress li l-proċess tal-utent biex jadatta r-riċetti jinvolvi ttestjar sinifikanti qabel ir-rilaxx, kif diġà enfasizzat minn Frey & Lau fil-premessa (47). Iżda peress li l-miżuri huma proposti għal perjodu ta’ ħames snin, l-effettività tal-miżuri anti-dumping trid tiġi vvalutata billi tittieħed perspettiva aktar fit-tul. |
|
(58) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset li t-tipi kollha ta’ vanillin imsemmija fl-ilment u fil-premessa (42) jikkostitwixxu l-prodott simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(59) |
Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tibda l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(60) |
Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tal-vanillin. Sitt produtturi esportaturi ppreżentaw l-informazzjoni rilevanti. |
|
(61) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni meqjusa neċessarja għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.6 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju u l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza mill-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
|
(62) |
Wara l-bidu, il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mingħand Frey & Lau, Jiangxi Brother u Thrive. Dawn il-kummenti huma indirizzati fit-Taqsima 3.2.2. hawn taħt. |
|
(63) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali fuq il-bażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. |
|
(64) |
Fil-21 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni infurmat b’nota fil-fajl (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima u l-inputs, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-vanillin. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat żewġ pajjiżi rappreżentattivi possibbli, jiġifieri l-Brażil u t-Turkija. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-Ewwel Nota mingħand l-ilmentatur, il-produttur esportatur inkluż fil-kampjun Jiangxi Brother u Thrive. Il-kummenti huma indirizzati fit-taqsimiet rilevanti ta’ hawn taħt. |
|
(65) |
Fit-3 ta’ Jannar 2025, il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti li rċeviet mingħand il-partijiet interessati dwar l-Ewwel Nota permezz tat-tieni nota fil-fajl (“it-Tieni Nota”) u infurmat lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, bil-Brażil bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”, selling, general and administrative) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-kumpaniji Dexxos Participações S.A. u Prox do Brasil. |
|
(66) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti għat-Tieni Nota mingħand l-ilmentatur u mingħand il-produtturi esportaturi Jiaxing Zhonghua u Thrive fejn jirreferu għas-sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. Dawn ġew indirizzati taħt l-intestaturi rispettivi tat-taqsima 3.4 hawn taħt. |
|
(67) |
Wara li analizzat il-kummenti u l-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Brażil kien pajjiż rappreżentattiv xieraq li minnu jinkisbu prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni għad-determinazzjoni tal-valur normali. Ir-raġunijiet sottostanti għal dik l-għażla huma żviluppati fid-dettall fit-taqsima 3.3 hawn taħt. |
3.2. Valur normali
|
(68) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “[i]l-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(69) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “SG&A”). |
|
(70) |
Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet iġġustifikata. |
3.2.1. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(71) |
F’investigazzjonijiet reċenti rigward is-settur tas-sustanzi kimiċi (7) fir-RPĊ (8), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(72) |
F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fir-RPĊ li jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (9). B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tas-sustanzi kimiċi mhux biss għad hemm livell sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku (10), iżda l-GTĊ huwa wkoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku (11). Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u inputs għandhom effett distorsiv addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fil-konċentrazzjoni tar-riżorsi f’setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella meqjusa bħala politikament importanti mill-GTĊ, aktar milli fl-allokazzjoni tagħhom f’konformità mal-forzi tas-suq (12). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġu ġġenerati distorsjonijiet b’mod partikolari meta jiġu miżmuma ħajjin ditti insolventi u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (13). Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tas-sustanzi kimiċi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku (14), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fir-RPĊ (15). |
|
(73) |
Bħal f’investigazzjonijiet preċedenti rigward is-settur tas-sustanzi kimiċi fir-RPĊ, fl-investigazzjoni preżenti l-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b), tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluż l-evidenza li tinsab fl-ilment, u fil-Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar “Significant Distortions in the Economy of the People’s Republic of China for the Purposes of Trade Defence Investigations” (16) (ir-“Rapport”), li jiddependi fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku. Dak l-eżami mhux biss kopra l-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’ mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
|
(74) |
L-ilmentatur, b’referenza għall-intelliġenza tas-suq tiegħu stess, għar-Rapport, għall-investigazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni għad-difiża tal-kummerċ u għal sorsi ta’ informazzjoni addizzjonali disponibbli għall-pubbliku (17), allega li jeżistu distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina li jinfluwenzaw il-prezz domestiku tal-prodott ikkonċernat. |
|
(75) |
B’mod aktar speċifiku, l-ilment enfasizza l-prattiki li ġejjin li jaffettwaw is-suq Ċiniż tal-prodott ikkonċernat:
|
|
(76) |
Barra minn hekk, l-ilment enfasizza n-natura sistematika tad-distorsjonijiet fejn il-politiki intervenzjonisti tal-Istat jeżerċitaw influwenza deċiżiva fuq l-allokazzjoni tar-riżorsi u l-prezzijiet tagħhom, li jwasslu għal kostijiet aktar baxxi tal-materja prima u tal-produzzjoni u fl-aħħar mill-aħħar inaqqsu l-prezzijiet tal-prodotti finali, bħall-prodott ikkonċernat. |
|
(77) |
Bħala konklużjoni, l-ilment ħa l-pożizzjoni li l-prezzijiet jew il-kostijiet, inkluż il-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Fuq din il-bażi, skont l-ilment, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. |
|
(78) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. |
|
(79) |
Is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa servut prinċipalment minn kumpaniji privati, bħal Jiangxi Brother (33), Kunshan Asia Aroma (34) (“Asia Aroma”) jew Thrive (35), u minn kumpaniji privati b’xi sjieda minoritarja mill-Istat bħal Jiaxing Zhonghua (36), iżda wkoll, sa ċertu punt, minn SOEs bħal Sinopec Group (37) u Sinochem Group (38), iż-żewġ intrapriżi ċentrali kkontrollati mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat (SASAC, State-owned Assets Supervision and Administration Commission of the State Council), li jfornu l-monoetilenglikol, input użat għall-produzzjoni tal-aċidu gliossiliku, (39) li min-naħa tiegħu jintuża għall-produzzjoni tal-vanillin. |
|
(80) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni sabet li l-assoċjazzjoni nazzjonali tal-industrija li tirrappreżenta l-produtturi ta’ prodotti kimiċi u petrokimiċi, bħall-prodott ikkonċernat, iċ-China Petroleum and Chemical Industry Federation (“CPCIF”), stabbiliet kumitat speċjali dwar sustanzi kimiċi ta’ speċjalità ta’ livell għoli (40) bħall-vanillin. Is-CPCIF taderixxi mat-tmexxija ġenerali tas-CCP, twettaq attivitajiet tal-Partit, u tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-Partit (41). Barra minn hekk, “l-awtorità ta’ reġistrazzjoni u ta’ ġestjoni tal-Assoċjazzjoni hija l-Ministeru għall-Affarijiet Ċivili” (42) u l-kundizzjonijiet biex wieħed ikun eliġibbli bħala rappreżentant tas-CPCIF jinkludu “l-aderenza mat-tmexxija tas-CCP, l-appoġġ għas-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi, l-implimentazzjoni b’mod riżolut tal-linja, il-prinċipji u l-politiki tal-Partit, u l-pussess ta’ kwalitajiet politiċi tajbin” (43). |
|
(81) |
Dispożizzjonijiet simili jinsabu wkoll fl-Istatut taċ-China Food Additives and Ingredients Association (“CFAA”) (44). Il-Fergħa tal-Partit tas-CFAA (45) hija mistennija wkoll li “ttejjeb kontinwament il-kapaċitajiet ta’ riċerka, […] issaħħaħ il-ħidma tal-bini tal-partit tal-assoċjazzjonijiet tal-industrija u timplimenta bis-sħiħ ir-rekwiżiti ġenerali għall-bini tal-Partit fl-era l-ġdida” (46). Is-CFAA waqqfet ukoll kumitat speċjali dwar it-togħmiet tal-ikel u l-fwejjaħ li jkopru l-vanillin (47). |
|
(82) |
L-investigazzjoni kkonfermat li Sinopec Group u Sinochem Group huma t-tnejn membri tas-CPCIF (48). |
|
(83) |
Barra minn hekk, fil-livell provinċjali, Jiangxi Food Additives and Ingredients Association spjegat fis-sit web tagħha li l-Assoċjazzjoni “trid tkun taħt it-tmexxija tal-Partit, tieħu l-valuri soċjalisti bħala r-rwol ewlieni” (49). L-investigazzjoni kkonfermat li Jiangxi Brother, li jinsab f’Jiangxi, huwa membru tal-assoċjazzjoni (50). |
|
(84) |
Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur tas-sustanzi kimiċi huma soġġetti għal superviżjoni ta’ politika u gwida. L-aktar dokumenti reċenti ta’ politika Ċiniżi reċenti rigward is-settur tas-sustanzi kimiċi jikkonfermaw l-importanza kontinwa li l-GTĊ jattribwixxi lis-settur, inkluża l-intenzjoni li jintervjeni fis-settur sabiex isawru f’konformità mal-politiki tal-gvern. |
|
(85) |
Dan jintwera mill-14-il FYP dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u l-Perspettivi għall-2035 (“l-14-il FYP), li skontu l-GTĊ beħsiebu “[j]ittrasforma u jaġġorna l-industriji tradizzjonali, jippromwovi l-ottimizzazzjoni tat-tqassim u l-aġġustament strutturali tal-industriji tal-materja prima [u] jaċċellera t-trasformazzjoni u t-titjib ta’ industriji ewlenin bħas-sustanzi kimiċi u l-produzzjoni tal-karti” (51). |
|
(86) |
Barra minn hekk, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima jirrikjedi li “l-industriji ewlenin bħall-petrokimiċi, l-industrija tas-sustanzi kimiċi u l-azzar għandhom jiffukaw fuq l-għanijiet u l-kompiti tal-pjan” (52). |
|
(87) |
Barra minn hekk, l-Opinjoni Gwida dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industriji tal-Petrokimiċi u s-Sustanzi Kimiċi matul l-14-il FYP (“l-Opinjoni Gwida”) tistipula li l-GTĊ se “[j]ippromwovi l-aġġustament tal-istruttura industrijali: isaħħaħ il-miżuri speċifiċi u jirregola xjentifikament l-iskala tal-industrija” u “jiżviluppa b’mod vigoruż materjali kimiċi ġodda u sustanzi kimiċi fini” (53). |
|
(88) |
Fir-rigward tal-fatt li l-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, kien impossibbli li tiġi stabbilita b’mod sistematiku l-eżistenza ta’ konnessjonijiet personali bejn il-produtturi tal-prodott ikkonċernat u s-CCP. Madankollu, minħabba li l-prodott ikkonċernat jirrappreżenta sottosettur tas-settur tas-sustanzi kimiċi, l-informazzjoni stabbilita fl-investigazzjonijiet reċenti dwar is-settur tas-sustanzi kimiċi, kif indikat fil-premessa (72), hija rilevanti wkoll għall-prodott ikkonċernat. |
|
(89) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni sabet li l-membri tas-CCP ta’ Jiaxing Zhonghua għandhom “jistudjaw u jimplimentaw bil-ħerqa l-ispirtu tad-19-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina, biex jipparteċipaw b’mod attiv fl-aspetti kollha tal-produzzjoni u l-operat tal-kumpanija” (54). |
|
(90) |
Barra minn hekk, il-president u l-maniġer ġenerali ta’ Thrive ngħata t-titlu ta’ “Intraprenditur Privat Eċċellenti ta’ Chongqing” mill-Kumitat Muniċipali ta’ Chongqing tal-Partit Komunista Ċiniż u l-Gvern tal-Poplu Muniċipali ta’ Chongqing bħala rikonoxximent għall-“aderenza tiegħu mal-gwida Thought on Socialism with Chinese Characteristics for a New Era ta’ Xi Jinping (55). |
|
(91) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-fornituri tal-input, il-president tal-bord tad-diretturi ta’ Sinochem Group iservi bħala s-segretarju tal-kumitat tal-Partit u diversi membri tal-bord tad-diretturi jservu bħala viċi segretarji tal-kumitat tal-Partit (56). Barra minn hekk, Sinochem Group jippreżenta lilu nnifsu bħala kumpanija li “taderixxi mal-gwida Thought on Socialism with Chinese Characteristics for a New Era ta’ Xi Jinping, issaħħaħ b’mod effettiv it-tmexxija ġenerali tal-Partit fuq l-intrapriża, tapprofondixxi l-bini tal-Partit, [u] tagħti sehem sħiħ lir-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-Partit fil-livelli kollha” (57). |
|
(92) |
B’mod simili, il-President tal-bord tad-diretturi ta’ Sinopec Group huwa s-segretarju tal-kumitat tal-Partit u diversi membri tal-bord iservu bħala viċi segretarji tal-kumitat tal-Partit (58). Sinopec Group iddikjara li beħsiebu “jiffoka fuq il-missjoni l-ġdida u l-kompiti l-ġodda tal-kumpanija fuq il-vjaġġ il-ġdid, imexxi ’l quddiem l-ispirtu awtorivoluzzjonarju tal-partit, isaħħaħ it-tmexxija tal-partit u l-bini tal-partit b’mod komprensiv u integrat, u jippromwovi b’mod sistematiku governanza komprensiva u stretta tal-partit, sabiex jipprovdi garanzija b’saħħitha biex jinkiteb kapitolu ġdid tal-industrija tal-petrokimiċi moderna taċ-Ċina” (59). |
|
(93) |
Barra minn hekk, fis-settur tal-prodott ikkonċernat hemm fis-seħħ politiki li jiddiskriminaw favur il-produtturi domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw is-suq fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż, tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni identifikat dokumenti li juru li l-industrija tibbenefika minn gwida u intervent governattivi fis-settur tas-sustanzi kimiċi, minħabba li l-prodott ikkonċernat jirrappreżenta wieħed mis-sottosetturi tiegħu. |
|
(94) |
L-industrija tas-sustanzi kimiċi tibqa’ titqies bħala industrija ewlenija mill-GTĊ (60). Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra ffukati fuq is-sustanzi kimiċi, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali. Skont l-14-il FYP, il-GTĊ immarka lill-industrija tas-sustanzi kimiċi għall-ottimizzazzjoni u l-aġġornament (61). |
|
(95) |
B’mod simili, l-14-il FYP dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Materja Prima jistipula li l-GTĊ se “[j]ippromwovi l-iżvilupp standardizzat tar-raggruppamenti. Jifformula l-kundizzjonijiet għall-identifikazzjoni tal-parks kimiċi, jiggwida lill-gvernijiet lokali biex jidentifikaw għadd ta’ parks kimiċi, u jiggwida r-raggruppament u l-iżvilupp standardizzat tal-intrapriżi kimiċi. […] Jippromwovi l-kostruzzjoni ta’ bażijiet nazzjonali ġodda ta’ dimostrazzjoni tal-industrija tal-industrijalizzazzjoni fil-qasam tal-materja prima, jippromwovi t-trasformazzjoni u t-titjib tal-agglomerazzjonijiet industrijali f’raggruppamenti. […] [J]oħloq għadd ta’ raggruppamenti tal-industrija tas-sustanzi kimiċi, tal-petrokimiċi […] u tal-materjali ġodda. Jottimizza l-istruttura organizzazzjonali: Jagħmel lill-intrapriżi ewlenin akbar u aktar b’saħħithom. […] [J]appoġġa lill-intrapriżi biex jaċċelleraw fużjonijiet u riorganizzazzjonijiet transreġjonali u ta’ sjieda reċiproka, iżidu l-konċentrazzjoni industrijali, u jwettqu operazzjonijiet internazzjonali. Fis-setturi tas-sustanzi kimiċi, tal-petrokimiċi, tal-azzar, tal-metalli mhux ferrużi, tal-materjali tal-bini u ta’ industriji oħra, jikkultiva grupp ta’ intrapriżi ewlenin fil-katina industrijali b’dominanza ekoloġika u kompetittività ewlenija” (62). |
|
(96) |
Barra minn hekk, fil-livell provinċjali, is-settur tas-sustanzi kimiċi huwa identifikat ukoll bħala settur li għandu jiġi promoss, bħal pereżempju fil-Muniċipalità ta’ Jiaxing, fejn jinsab Jiaxing Zhonghua. L-“Implementation Opinion on Chemical and New Material Industry Cluster Cultivation and Development” tal-Uffiċċju Muniċipali tal-Ekonomija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni ta’ Jiaxing tirrikjedi li “[s]al-2025, il-proporzjon ta’ prodotti ta’ materjali kimiċi ġodda ta’ livell għoli fil-belt tagħna se jiżdied ħafna, materjali kimiċi ġodda avvanzati u sustanzi kimiċi fini ta’ livell għoli se jiżviluppaw malajr […] u l-kapaċità żejda se tiġi solvuta b’mod effettiv. […] [Il-Muniċipalità] se tistinka biex taqbeż RMB 300 biljun fil-valur tal-output totali ta’ intrapriżi ta’ materjali kimiċi ġodda akbar mid-daqs deżinjat sal-2025, tiżgura li jkun hemm 3 intrapriżi b’valur tal-output ta’ RMB 10 biljun, 5 intrapriżi b’valur tal-output ta’ RMB 5 biljun jew aktar, u 20 intrapriża b’valur tal-output ta’ RMB 1 biljun jew aktar”. Għal dan l-għan, il-Muniċipalità ta’ Jiaxing beħsiebha “[t]implimenta politiki ta’ appoġġ nazzjonali u provinċjali rilevanti, [u] [ż]żid l-appoġġ għat-trasformazzjoni teknoloġika tal-industrija l-ġdida tal-materjali kimiċi.” (63) |
|
(97) |
B’mod aktar speċifiku, is-sottosettur tal-addittiv tal-ikel huwa identifikat ukoll fil-livell provinċjali bħal f’Chongqing, fejn jinsab Jiangxi Brother. L-14-il FYP tal-Gvern tal-Poplu tal-Muniċipalità ta’ Chongqing dwar l-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Manifattura jirrikjedi li “jiġu introdotti u kkultivati b’mod attiv intrapriżi tal-produzzjoni tal-addittivi tal-ikel” (64). |
|
(98) |
Il-prodott ikkonċernat huwa affettwat ukoll mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku, kif imsemmi wkoll hawn fuq fil-premessa (72). Dawk id-distorsjonijiet jaffettwaw lis-settur kemm direttament (meta jipproduċi l-prodott ikkonċernat jew l-inputs ewlenin), kif ukoll indirettament (meta jaċċessa l-inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ) (65). |
|
(99) |
Barra minn hekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza f’din l-investigazzjoni li turi li s-settur tal-prodott ikkonċernat ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku. |
|
(100) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi prodott il-prodott ikkonċernat, huma meħtieġa għadd ta’ inputs. Meta l-produtturi tal-prodott ikkonċernat jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs jimpjegaw manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/fl-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
|
(101) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat ma jkunux xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) jiġu wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom tkun affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu ġie prodott fir-RPĊ permezz ta’ kombinament ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni jiġi espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input u l-bqija. |
|
(102) |
Fil-qosor, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inkluż il-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. |
3.2.2. Argumenti li tqajmu mill-partijiet interessati
|
(103) |
Mal-bidu, Jiangxi Brother talab lill-Kummissjoni tirrifjuta l-affermazzjoni tal-Ilmentatur dwar l-allegati distorsjonijiet sinifikanti u ħeġġeġ lill-Kummissjoni taċċetta l-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi rrapportati mill-esportaturi Ċiniżi li kkooperaw. Madankollu, hija ma ssostanzjatx l-affermazzjoni li għalhekk ġiet miċħuda. |
|
(104) |
Frey & Lau kkontesta wkoll l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Huwa sostna li l-ebda distorsjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma tista’ tkun preżenti, peress li l-prezz tas-suq varjabbli f’dawn l-aħħar snin flimkien mal-kapaċitajiet żejda eżistenti fir-RPĊ juri n-nuqqas ta’ intervent mill-Istat u juri l-eżistenza ta’ prezzijiet mingħajr distorsjoni tal-prodott taħt investigazzjoni, peress li inkella, il-prezzijiet kienu jinżammu kostanti jew baxxi. Il-Kummissjoni qieset li prezzijiet stabbli ma humiex konsegwenza neċessarja ta’ distorsjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Bl-istess mod, il-prezzijiet varjabbli ma jurux nuqqas ta’ tali distorsjonijiet. Għalhekk, l-argumenti mressqa minn Frey & Lau ma wrewx in-nuqqas ta’ distorsjoni tal-prezzijiet jew ta’ intervent mill-Istat. L-affermazzjoni ġiet għalhekk miċħuda. |
|
(105) |
Bi tweġiba għall-Ewwel Nota tal-Kummissjoni, Thrive argumenta li tqabbil tal-prezzijiet domestiċi għall-fatturi tal-produzzjoni għall-vanillin sintetiku u l-etilvanillin - b’mod partikolari l-enerġija, il-materja prima ewlenija, u l-manodopera - mal-prezzijiet fil-pajjiżi rappreżentattivi eżaminati mill-Kummissjoni, ma jindikax il-preżenza ta’ distorsjonijiet tas-suq fiċ-Ċina. Il-Kummissjoni nnotat li Thrive la afferma li għalhekk jenħtieġ li l-Artikolu 2(6a) ma jiġix applikat, u lanqas ma ssostanzja għaliex din l-analiżi tal-prezzijiet tkun tfisser li l-Artikolu 2(6a) ma jistax jiġi applikat. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni qieset li l-analiżi tal-prezzijiet ipprovduta minn Thrive ma kinitx kompluta, peress li kienet tikkonsisti biss f’għadd limitat ta’ fatturi ta’ produzzjoni. |
|
(106) |
Mad-divulgazzjoni definittiva, Thrive ippreżenta, fit-8 ta’ April 2025, sett addizzjonali ta’ kummenti li jindikaw l-allegati ineżattezzi jew nuqqas ta’ ftehim fl-ilment jew fl-argumentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li ġejjin: (i) il-kapaċità tal-produzzjoni approvata tal-kumpanija ma tikkorrispondix mal-livelli indikati mill-ilmentatur (ara l-premessa (75)); (ii) Jiaxing Zhonghua ma waqqafx sit ta’ produzzjoni ġdid, kif indikat mill-ilmentatur, iżda kumpanija ġdida; barra minn hekk, il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-produtturi Ċiniżi indikati mill-ilmentatur ma humiex korretti (ara l-premessa (75)); (iii) l-iżvilupp tas-suq Ċiniż, ikkaratterizzat mill-inabbiltà tas-suq li jassorbi l-volumi tal-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni, kif deskritt mill-ilmentatur (ara l-premessa (75)), ma jikkorrispondix għall-perċezzjoni ta’ Thrive tal-iżvilupp tas-suq; (iv) il-fatt li l-maniġer ġenerali ta’ Thrive ngħata t-titolu ta’ Imprenditur Privat Eċċellenti ta’ Chongqing (ara l-premessa (90)) kien dovut għall-kontribuzzjoni ta’ Thrive għall-introjtu mit-taxxa u r-responsabbiltà soċjali tal-kumpanija, u l-premju ma għandu x’jaqsam xejn mal-pożizzjoni politika tal-maniġer ġenerali; fi kwalunkwe każ, il-maniġer ġenerali ta’ Thrive ma huwiex membru tas-CCP; (v) Jiangxi Brother ma jinsabx f’Chongqing u għalhekk ma huwiex soġġett għall-14-il FYP ta’ Chongqing dwar l-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Manifattura (ara l-premessa (97)); (vi) fir-rigward tas-sottosettur tal-addittivi tal-ikel li qed jiġi identifikat fil-livell provinċjali għall-appoġġ tal-gvern (ara l-premessa (97)), filwaqt li l-etil vanillin u l-vanillin jitqiesu bħala addittivi tal-ikel, l-industrija kimika tal-aroma sintetika ma tissemmiex fl-FYP ikkwotata mill-Kummissjoni u, konsegwentement, Thrive ma jgawdix minn appoġġ governattiv jew minn trattament speċjali permezz ta’ politiki. |
|
(107) |
Il-Kummissjoni ħadet nota tal-kummenti ta’ Thrive u indikat li: (i) irrispettivament mill-preċiżjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni indikata mill-ilmentatur, il-livelli tal-kapaċità tal-produzzjoni pprovduti minn Thrive jikkonfermaw l-argument tal-ilmentatur dwar iż-żieda qawwija fil-kapaċità tal-produzzjoni fiċ-Ċina tal-prodott ikkonċernat, bil-kapaċità tal-produzzjoni indikata minn Thrive saħansitra ogħla mill-kapaċità msemmija mill-ilmentatur; (ii) Thrive sempliċement sostna li l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni ta’ produtturi Ċiniżi oħra, indikati mill-ilmentatur, ma humiex korretti, mingħajr ma pprovda l-ebda data li fil-fatt tixħet dubju fuq is-sottomissjoni tal-ilmentatur; (iii) b’ mod simili, ir-rimarka ta’ Thrive dwar id-dinamika tas-suq tal-prodott ikkonċernat ma kinitx sostanzjata minn xi data jew spjegazzjoni addizzjonali u għalhekk il-Kummissjoni ma rat l-ebda raġuni biex tiddubita l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur; (iv) il-Kummissjoni ma ddikjaratx li l-maniġer ġenerali ta’ Thrive kien se jkun membru tas-CCP, u lanqas ma għamlet xi dikjarazzjoni dwar il-persważjonijiet politiċi tal-maniġer; il-Kummissjoni sempliċement osservat li t-titolu kien ingħata mill-Kumitat Muniċipali tas-CCP ta’ Chongqing u mill-Gvern tal-Poplu Muniċipali ta’ Chongqing u li l-adeżjoni tal-maniġer mal-gwida “Thought on Socialism with Chinese Characteristics for a New Era” ta’ Xi Jinping tqieset rilevanti mill-awtoritajiet rispettivi fl-għoti tat-titolu. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-maniġer ġenerali ta’ Thrive jippromwovi l-ħidma tal-bini tas-CCP fil-kumpanija u “għandu fiduċja li jekk Thrive jkun jista’ jikkombina u jintegra l-kunċetti u l-prattiki tas-CCP, Thrive se jkun jista’ wkoll jilħaq żvilupp tajjeb ħafna u jikseb kompetittività globali (66)”; (v) fir-rigward tar-referenza għal Chongqing bħala muniċipalità fejn jinsab Jiangxi Brother, dan huwa żball klerikali min-naħa tal-Kummissjoni, il-premessa (97) kellha tirreferi għal Thrive, li jinsab f’Chongqing; filwaqt li għalhekk jista’ jiġi aċċettat li Jiangxi Brother ma huwiex soġġett għall-politiki industrijali ta’ Chongqing imsemmija fil-premessa (97), huwa jibqa’ soġġett għall-interferenza governattiva tal-awtoritajiet ta’ Jiangxi (ara l-premessa (83)), kif ukoll għad-distorsjonijiet fil-pajjiż kollu kif deskritt fil-premessi (83)–(102); b’mod korrispondenti, il-politiki Chongqing huma rilevanti għall-produtturi lokali tal-vanillin, bħal Thrive; (vi) irrispettivament minn jekk Thrive jibbenefikax speċifikament mill-mandat tal-gvern biex jikkultiva intrapriżi tal-produzzjoni tal-addittivi tal-ikel f’Chongqing minħabba l-appoġġ għall-politiki li qed jiġi dirett lejn kumpaniji li jipproduċu addittiv tal-ikel iżda mhux lejn produtturi ta’ aromi sintetiċi, il-Kummissjoni spjegat hawn fuq (ara b’mod partikolari t-taqsimiet minn 2.1 sa 2.4) għaliex it-tipi kollha ta’ vanillin jikkostitwixxu prodott simili; għalhekk, ir-referenza fil-premessa (97) għall-14-il FYP ta’ Chongqing dwar l-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Manifattura tibqa’ kompletament rilevanti għall-iskop tal-identifikazzjoni tal-interventi tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a), il-punt (b) tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, il-kummenti ta’ Thrive ma setgħux ibiddlu d-determinazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tal-prodott ikkonċernat. |
3.2.3. Konklużjoni
|
(108) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja. |
3.3. Pajjiż rappreżentattiv
3.3.1. Kummenti ġenerali
|
(109) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(110) |
Kif spjegat fil-premessi (64) sa (67), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti fil-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali: l-Ewwel Nota fil-21 ta’ Ottubru 2024 u t-Tieni Nota fit-3 ta’ Jannar 2025. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza sottostanti għall-kriterji rilevanti, u indirizzaw il-kummenti li waslu mill-partijiet dwar dawn l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ, jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. |
3.3.2. Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ
|
(111) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni nnotat li l-prodott taħt investigazzjoni ma huwa prodott fl-ebda pajjiż bl-istess livell ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina. Imbagħad, fin-nuqqas ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur bħall-vanillin kif deskritt fil-punt 3.3.3 hawn taħt, il-Kummissjoni identifikat lill-Brażil, lill-Indoneżja, lill-Messiku u lit-Turkija bħala pajjiżi fejn il-produzzjoni ta’ prodotti taħt l-istess kodiċi NACE (68) tal-prodott taħt investigazzjoni kienet magħrufa li sseħħ u b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri kollha huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross. |
|
(112) |
Waslu kummenti mingħand Thrive. Huwa sostna li l-pajjiżi magħżula ma humiex adattati minħabba l-kostijiet għoljin tat-trasport minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ materja prima bażika fil-livell lokali. Il-kostijiet tat-trasport ta’ dik il-materja prima lejn dawn il-pajjiżi jammontaw għal 50 %–100 % ta’ dawn il-kostijiet tal-prodotti jew saħansitra jaqbżu dawn il-kostijiet. Thrive sostna wkoll li l-kumplessità tas-sistema ta’ tassazzjoni fil-Brażil iżżid bla bżonn il-kost tal-produzzjoni tal-vanillin, u tkompli tiskwalifikaha. Thrive issuġġerixxa li l-Istati Uniti tal-Amerka, iċ-Ċina, l-Indja u l-Ewropa biss għandhom il-prerekwiżiti għall-produzzjoni ta’ prodotti sintetiċi u tal-etilvanillin. |
|
(113) |
Madankollu, il-pajjiżi msemmija hawn fuq inkluż l-Istati Membri tal-UE, minbarra ċ-Ċina nnifisha li, ovvjament, ma setgħetx titqies, ma għandhomx livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji. Kif spjegat fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni ma setgħet tidentifika l-ebda pajjiż fl-istess livell ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina fejn jiġi prodott il-vanillin, u għalhekk iffokat l-analiżi tagħha fuq pajjiżi fejn jiġu prodotti prodotti bl-istess kodiċi NACE tal-prodott taħt investigazzjoni. Il-Kummissjoni nnotat li l-preżenza ta’ materja prima fil-pajjiż rappreżentattiv ma hijiex kriterju li għandu jiġi kkunsidrat, u li l-affermazzjoni li s-sistema ta’ tassazzjoni fil-Brażil tkun fattur ewlieni għaż-żieda fil-kost ma kienet akkumpanjata minn l-ebda evidenza sottostanti. Thrive naqas ukoll milli jispjega għaliex jenħtieġ li jintgħażel pajjiż li ma huwiex pajjiż “b’introjtu medju superjuri”. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet ta’ Thrive. |
3.3.3. Produzzjoni ta’ prodotti fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali
|
(114) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni spjegat li, minkejja riċerka estensiva, hija ma setgħetx tidentifika l-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni jew ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur bħall-vanillin f’pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ, flimkien ma’ data finanzjarja disponibbli faċilment għall-produtturi kkonċernati, kif spjegat fil-premessa (118). Għalhekk, il-Kummissjoni kienet indikat li kienet se twessa’ l-ambitu tar-riċerka tagħha għal prodotti taħt l-istess kodiċi NACE bħall-prodott taħt investigazzjoni, jiġifieri l-manifattura ta’ sustanzi kimiċi organiċi, sabiex tistabbilixxi pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u identifikat lill-Brażil, lill-Indoneżja, lill-Messiku u lit-Turkija bħala tali pajjiżi. |
|
(115) |
L-ebda parti interessata ma ppreżentat kummenti dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tuża kumpaniji attivi fil-produzzjoni ta’ prodotti li jaqgħu taħt l-istess kodiċi NACE tal-prodott taħt investigazzjoni. L-ebda parti interessata ma ħarġet bi proposta għal prodott alternattiv. |
3.3.4. Eżistenza ta’ data rilevanti faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(116) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni indikat li għall-pajjiżi identifikati bħala pajjiżi fejn qed jiġu prodotti prodotti bl-istess kodiċi NACE bħall-prodott taħt investigazzjoni, jiġifieri l-Brażil, l-Indoneżja, il-Messiku u t-Turkija, hija tkompli tfittex data finanzjarja affidabbli disponibbli faċilment mill-produtturi attivi fis-settur bl-istess kodiċi NACE tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(117) |
Fir-rigward tal-Indoneżja, il-Kummissjoni analizzat l-importazzjonijiet tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni. Għal erba’ mit-tmien fatturi ewlenin tal-produzzjoni li flimkien jirrappreżentaw bejn 33 % u 52 % tal-kost totali tal-manifattura tal-vanillin, kien hemm volumi għoljin ta’ importazzjonijiet (43 %, 53 %, 80 % u 90 %) mir-RPĊ. Barra minn hekk, tliet fatturi ewlenin oħra tal-produzzjoni huma importati miċ-Ċina f’volumi materjali, li jvarjaw minn 6 % sa 11 %. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-Indoneżja timporta l-faħam għall-istim mir-Russja bi prezzijiet distorti. Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni qieset li l-fatturi ewlenin tal-produzzjoni importati fl-Indoneżja huma affettwati minn distorsjonijiet fil-prezzijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-Indoneżja ma setgħetx titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(118) |
Fir-rigward tal-Messiku, fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni fittxet kumpaniji attivi fil-produzzjoni ta’ vanillin naturali b’dikjarazzjonijiet finanzjarji disponibbli faċilment u ma setgħu jiġu identifikati l-ebda tali produtturi. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Messiku ma setax jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq għal din l-investigazzjoni. |
|
(119) |
Fl-ewwel Nota, il-Kummissjoni nnotat li kienet sabet data finanzjarja disponibbli faċilment relatata ma’ żewġ kumpaniji Brażiljani, Dexxos Participações S.A. u Prox do Brasil, u ma’ seba’ kumpaniji Torok (69) li jimmanifatturaw prodotti kimiċi bażiċi organiċi oħra. |
|
(120) |
Fil-kummenti tiegħu għall-Ewwel Nota, Thrive kkummenta li ma qisx lill-kumpaniji Brażiljani u Torok identifikati mill-Kummissjoni bħala komparabbli mal-industrija tiegħu. Il-Kummissjoni ċċarat li minħabba n-nuqqas ta’ produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur bħall-vanillin fil-pajjiżi li jistgħu jitqiesu bħala pajjiżi rappreżentattivi xierqa potenzjali, hija kienet estendiet il-kamp ta’ applikazzjoni tar-riċerka tagħha għal prodotti taħt l-istess kodiċi NACE bħall-prodott taħt investigazzjoni. Thrive ma ppreżenta l-ebda evidenza li tali approċċ ikun żbaljat, u lanqas ma ssostanzja għaliex dawn il-kumpaniji ma kinux se jkunu xierqa. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni. |
|
(121) |
Jiangxi Brother ikkummenta li ż-żewġ produtturi Brażiljani jimmanifatturaw prodotti li huma differenti mit-togħma u l-fwieħa jew is-sustanzi kimiċi tal-aroma u għalhekk jenħtieġ li ma jintużawx għall-kalkolu tal-valur normali. Fir-rigward tal-manifatturi Torok, Jiangxi Brother sostna li l-kumpanija Mercan Kimya għandha dikjarazzjonijiet finanzjarji disponibbli għall-pubbliku li jipprovdu dettalji finanzjarji aħjar mis-sitt kumpaniji l-oħra, b’mod partikolari l-kostijiet SG&A huma divulgati b’mod espliċitu. B’appoġġ għal din l-affermazzjoni, Jiangxi Brother irrefera għall-Kawża tal-Qorti Ġenerali T-762/20 Sinopec Chongqing SVW Chemical et vs Il-Kummissjoni (70), li tistipula li jenħtieġ li l-kostijiet SG&A ta’ kumpanija fil-pajjiż rappreżentattiv imġarrba lil hinn mil-livell EXW ma jitqisux fil-kostruzzjoni tal-valur normali skont l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Skont Jiangxi Brother, jenħtieġ li d-data finanzjarja li ma tiddivulgax tali livell ta’ dettalji ma titqiesx minħabba li ma tippermettix l-esklużjoni tal-kostijiet SG&A. Barra minn hekk, Jiangxi Brother innota wkoll li t-Turkija tidher li għandha l-aktar perċentwal baxx ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina u minn pajjiżi mhux tad-WTO, u fuq din il-bażi ssuġġerixxa li t-Turkija tkun l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(122) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni indirizzat l-affermazzjonijiet ta’ hawn fuq. B’mod partikolari, il-Kummissjoni nnotat li Jiangxi Brother ma kienx ikkontesta l-użu tad-data finanzjarja tal-kumpanija bil-kodiċi NACE, fejn jappartjenu ż-żewġ manifatturi Brażiljani. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-fatt li xi wħud mill-prodotti tagħhom ma humiex simili għas-sustanzi kimiċi tal-aroma użati fis-settur tat-togħma jew tal-fwieħa – il-kategorija aktar speċifika li jappartjeni għaliha l-prodott investigat – ma jikkostitwix kunsiderazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni. Ta’ min jinnota li kważi dejjem huwa l-każ li l-kumpaniji meqjusa xierqa fil-kuntest tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku qed jipproduċu diversi prodotti. Il-Kummissjoni ċċarat ukoll li huwa wkoll komuni ħafna li l-livell ta’ dettall ta’ data finanzjarja disponibbli faċilment ta’ kumpaniji xierqa fil-pajjiż rappreżentattiv normalment ma jippermettix analiżi aktar granulari tal-SG&A u l-profitt fil-livell ta’ prodotti individwali. |
|
(123) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni minn Jiangxi Brother dwar id-dettalji disponibbli fid-data finanzjarja tal-manifatturi Torok, il-Kummissjoni spjegat li, filwaqt li qablet li l-livell ta’ dettall disponibbli fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji huwa fattur rilevanti, dan ma jikkostitwix kriterju suffiċjenti biex tiġi eskluża d-data finanzjarja disponibbli minn kumpaniji oħra. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (125), it-Turkija ġiet eskluża minħabba distorsjonijiet fil-prezzijiet ta’ wieħed mill-FOPs ewlenin. Għar-raġunijiet ippreżentati hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet ta’ Jiangxi Brother rigward ċerta data finanzjarja. |
|
(124) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni ta’ Jiangxi Brother li t-Turkija jkollha sehem aktar baxx ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ jew minn kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (71) tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni mill-Brażil, fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni qieset li ż-żewġ pajjiżi jistgħu jintużaw bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li tali volumi ta’ importazzjoni kienu b’mod ġenerali relattivament limitati għal kull wieħed minn dawn il-pajjiżi. |
|
(125) |
Wara li analizzat il-kummenti għall-Ewwel Nota, il-Kummissjoni kompliet tanalizza d-data dwar l-importazzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni fil-Brażil u fit-Turkija. Il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjoni kbira fl-importazzjonijiet tal-fenol lejn it-Turkija, wieħed mill-aktar FOPs importanti (72). B’mod partikolari, hija sabet li t-Turkija timporta volumi kbar ta’ fenol mir-Russja (40 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni), filwaqt li l-importazzjonijiet ta’ din il-materja prima mir-Russja bħalissa jinsabu taħt sanzjonijiet tal-UE (73). L-evoluzzjoni ’l isfel tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Russja wara l-impożizzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE u ż-żieda fil-volumi ta’ fenol mir-Russja lejn it-Turkija tissuġġerixxi li hemm distorsjoni preżenti. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni ta’ Jiangxi Brother li t-Turkija tkun aktar xierqa mill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv. |
|
(126) |
Analiżi ulterjuri tad-data dwar l-importazzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni fil-Brażil uriet li l-importazzjonijiet fil-Brażil miċ-Ċina u l-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 ma kellhomx impatt fuq id-determinazzjoni tal-prezz tal-fatturi tal-produzzjoni, bl-eċċezzjoni tal-aċidu gliossiliku. Fir-rigward tal-aċidu gliossiliku, il-Kummissjoni ma użatx il-prezzijiet tal-importazzjoni lejn il-Brażil bħala parametru referenzjarju għar-raġunijiet spjegati fil-premessa (141) hawn taħt. |
|
(127) |
Il-Kummissjoni sabet li ma kien hemm l-ebda importazzjoni miċ-Ċina fil-Brażil ta’ metanol, aċidu sulfuriku, etil vanillin mhux raffinata u etanol. Il-Kummissjoni stabbiliet għall-inputs li ġejjin li kien hemm importazzjonijiet miċ-Ċina u, fejn rilevanti, importazzjonijiet mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755:
|
|
(128) |
Għall-inputs kollha ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Brażil mill-pajjiżi l-oħra kollha ma kinux distorti peress li ma kinux konformi mal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ jew mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755. Għall-fatturi l-oħra kollha tal-produzzjoni, inkluż l-aċidu gliossiliku, il-Kummissjoni ma użatx il-prezzijiet tal-importazzjoni fil-Brażil bħala parametru referenzjarju, kif spjegat kif xieraq fil-premessa (141). |
|
(129) |
Il-partijiet interessati ġew infurmati b’dan fit-Tieni Nota. F’dik in-Nota, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet li kienet irrevediet il-lista ta’ fatturi ta’ produzzjoni, peress li kienet stabbiliet li żewġ fatturi ta’ produzzjoni fil-fatt ma ntużawx mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(130) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, b’mod partikolari d-distorsjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-fenol fit-Turkija filwaqt li ma teżisti l-ebda distorsjoni bħal din fil-Brażil, u fid-dawl tal-kwantitajiet ġenerali tal-importazzjonijiet fiż-żewġ pajjiżi kkunsidrati, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati fit-Tieni Nota li kellha l-ħsieb li tuża lill-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv u lill-kumpaniji Dexxos Participações S.A. u Prox do Brasil, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali. |
|
(131) |
Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ Dexxos Participações S.A. u Prox do Brasil bħala produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv. |
|
(132) |
L-ilmentatur qabel mal-proposta tal-Kummissjoni. Jiangxi Brother ma ppreżentax kummenti dwar l-adegwatezza tal-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv, madankollu ppreżenta kummenti dwar ċerta data finanzjarja ta’ wieħed miż-żewġ produtturi identifikati mill-Kummissjoni, kif irrapportat fil-premessa (165) hawn taħt. Il-Kummissjoni indirizzat dawn il-kummenti fl-istess premessa. |
3.3.5. Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(133) |
Wara li ġie stabbilit li l-Brażil kien l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku. |
3.3.6. Konklużjoni
|
(134) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Brażil issodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex jitqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.4. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(135) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli faċilment għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota. |
|
(136) |
Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija kienet se tuża l-GTA (74) u l-parametri referenzjarji internazzjonali mingħajr distorsjoni (75) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet se tuża l-istatistika ppubblikata mill-Instituto Brasileiro de Geografia e Estatística (IBGE) biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera (76) u l-istatistika ppubblikata mill-Ministeru tal-Minjieri u tal-Enerġija tal-Brażil għall-elettriku (77). |
3.4.1. Fatturi ta’ produzzjoni
|
(137) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 2 Fatturi tal-produzzjoni tal-vanillin
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(138) |
Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Sabiex tistabbilixxi dan l-ammont, il-Kummissjoni użat il-perċentwal tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura fuq il-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Il-metodoloġija hija spjegata kif xieraq fit-Taqsima 3.4.8. |
|
(139) |
L-ammonti tagħhom ittieħdu mit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi. L-ammont il-ġdid għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura ġie espress bħala perċentwal tal-kostijiet tal-manifattura rrapportati u ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura kkalkulati mill-ġdid. |
3.4.2. Materja prima
|
(140) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjata sal-fabbrika ta’ produttur tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat tal-importazzjoni lejn il-Brażil kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji tal-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Il-prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha minbarra r-RPĊ u l-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755. Il-kwantitajiet li fadal tqiesu bħala rappreżentattivi. Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-Taqsima 3.2 ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. |
|
(141) |
Għall-aċidu gliossiliku, il-gwajakolu/il-gwetol, it-toluwen, is-sulfat tar-ram u l-perossidu tal-idroġenu, id-data tal-importazzjoni tal-GTA għall-Brażil ma tqisitx xierqa, minħabba n-nuqqas ta’ importazzjonijiet sinifikanti u/jew l-inklużjoni ta’ diversi tikketti tal-prodott fl-istess prodott tal-GTA. Għal dik il-materja prima, il-Kummissjoni identifikat bħala l-aħjar alternattiva prezz internazzjonali mingħajr distorsjoni skont id-disponibbiltà tad-data għal kull wieħed minn dawn l-FOPs. Għat-toluwen, is-sulfat tar-ram u l-perossidu tal-idroġenu, il-Kummissjoni nnotat li l-Brażil huwa esportatur nett ta’ kwantitajiet sinifikanti (78) bi prezz raġonevoli. Għal dawn it-tliet materji prima, il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet internazzjonali bbażati fuq il-prezzijiet frank abbord miksuba mid-data tal-esportazzjoni Brażiljana tal-GTA lis-sħab kummerċjali kollha. |
|
(142) |
Għall-aċidu gliossiliku, il-kodiċi ta’ oġġetti 2918 30 00 użat fil-Brażil għall-importazzjoni tal-prodott jinkludi taħlita ta’ prodotti multipli (jiġifieri d-deskrizzjoni tariffarja fil-GTA: “aċidi karbossiliċi b’funzjoni ta’ aldeid jew ta’ keton iżda mingħajr funzjoni oħra ta’ ossiġenu, l-anidridi, l-aloġenuri, il-perossidi, il-perossiaċidi u d-derivattivi aloġenati, sulfonati, nitrati jew nitrosati tagħhom”) u l-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tgħaddi l-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-GTA. Il-Kummissjoni sabet li, tali prodott huwa prodott biss fi Franza u fir-RPĊ u sabiex jiġi limitat ir-riskju li jintgħażel prezz referenzjarju mhux korrett, hija użat l-istatistika dwar l-esportazzjonijiet tal-GTA minn Franza lejn il-pajjiżi kollha (minbarra ċ-Ċina u l-pajjiżi mhux tad-WTO). Għall-gwajakolu/gwetol, li għandhom kummerċ limitat globalment, inkluż esportazzjonijiet/importazzjonijiet minn/lejn il-Brażil, il-Kummissjoni stabbiliet il-parametru referenzjarju abbażi tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha (minbarra ċ-Ċina u pajjiżi mhux tad-WTO). |
|
(143) |
Fil-kummenti tagħha għat-Tieni Nota, Jiaxing Zhonghua kkontesta id-data tal-GTA proposta mill-Kummissjoni għall-gwajakolu/gwetol, bl-argument li l-prodotti koperti mill-estrazzjoni kienu jinkludu prodotti oħra bħat-triklosan, l-ewġenol, l-isoewġenol, l-eter-fenoli, l-eter-alkoħol fenoli oħra u d-derivattivi aloġenati tagħhom. Il-kumpanija sostniet li din il-metodoloġija ma kinitx preċiża għall-valutazzjoni tal-gwajakolu jew tal-gwetol. Il-Kummissjoni analizzat l-affermazzjoni u qieset li l-kwistjoni tista’ tiġi indirizzata billi titnaqqas l-għażla tal-materja prima billi jiġu identifikati, permezz tad-deskrizzjoni tal-linja tariffarja, it-tranżazzjonijiet biss bl-isem tal-gwajakolu (u/jew tal-gwetol) irrapportat. Il-Kummissjoni qieset li l-approċċ rivedut jindirizza l-affermazzjoni tal-kumpanija. |
|
(144) |
Fil-kummenti tiegħu għat-Tieni Nota, Jiaxing Zhonghua afferma wkoll li jenħtieġ li l-Kummissjoni, fil-kalkolu tal-valur normali tagħha, ma tużax prezz referenzjarju għall-gwajakolu/gwetol, iżda tibda l-kalkolu tal-valur normali f’livell tal-FOP aktar upstream bl-użu tal-informazzjoni pprovduta mill-fornitur relatat. B’appoġġ għall-affermazzjoni tiegħu, Jiaxing Zhonghua ppreżenta tabella konsolidata ġdida tas-COP (79). Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni għal tliet raġunijiet: (i) Jiaxing Zhonghua ppreżenta t-tabella konsolidata tas-COP b’appoġġ għall-affermazzjoni tiegħu fi stadju eċċessivament tard tal-proċediment, li jagħmilha impossibbli għall-Kummissjoni li tivverifika b’mod raġonevoli l-akkuratezza tagħha; (ii) il-Kummissjoni sabet li t-tabella konsolidata tal-COP ma kinitx akkurata (jiġifieri l-kostijiet ġenerali mġarrba mill-fornitur relatat għall-manifattura tal-gwajakolu/gwetol mill-katekol kienu neqsin); (iii) il-Kummissjoni sabet ukoll li s-suġġeriment li l-katekol ma jiġix ivvalutat fuq il-bażi ta’ prezz internazzjonali iżda billi jintuża l-istess prezz tal-fenol, li huwa l-materja prima użata għall-produzzjoni tal-gwajakolu/gwetol, bħala wieħed mhux sostanzjat u mingħajr mertu, u li l-kumpanija naqset milli tipprovdi evidenza li tiġġustifika n-nuqqas ta’ kwalunkwe aġġustament ’il fuq fil-prezz biex jitqies l-ipproċessar tal-fenol f’katekol. |
|
(145) |
Jiaxing Zhonghua u Jiangxi Brother ippreżentaw kummenti dwar it-Tieni Nota fir-rigward tal-valur mingħajr distorsjoni tal-aċidu gliossiliku. Jiaxing Zhonghua sostna li l-kodiċi HTS 2918 30 00 qed ikopri basket ta’ diversi prodotti u għalhekk ma jirriflettix b’mod akkurat il-prezz internazzjonali tal-aċidu gliossiliku. Għal din ir-raġuni, huwa sostna li l-Kummissjoni jenħtieġ li tikseb il-parametru referenzjarju tal-aċidu gliossiliku minn sorsi oħra bħal data pprovduta minn Procurement Resource (80). Jiangxi Brother sostna li jenħtieġ li l-metodoloġija tal-Kummissjoni tittejjeb aktar. B’mod partikolari, huwa spjega li l-aċidu gliossiliku jintuża kemm fl-industriji tal-vanillin kif ukoll f’dawk farmaċewtiċi, b’varjazzjonijiet fil-purità u fil-konċentrazzjoni mfassla għar-rekwiżiti speċifiċi ta’ kull applikazzjoni. Il-livell ta’ purità u l-konċentrazzjoni għandhom impatt sinifikanti fuq il-prezz finali u għalhekk huma fatturi kruċjali li jenħtieġ li jitqiesu. Jiangxi Brother spjega li Franza (fejn jinsab l-uniku produttur tal-UE) tesporta kwantità kbira ta’ aċidu gliossiliku lejn diversi pajjiżi u fost dawk il-pajjiżi, għadd limitat biss ta’ pajjiżi jipproduċu l-vanillin. Jiangxi Brother issuġġerixxa li jenħtieġ li l-Kummissjoni tirfina l-metodoloġija tagħha billi tuża biss l-esportazzjonijiet Franċiżi lejn l-Istati Uniti, peress li f’termini ta’ volumi dawn l-esportazzjonijiet huma rappreżentattivi u hemm produttur tal-vanillin fl-Istati Uniti, filwaqt li dan ma huwiex il-każ f’pajjiżi oħra. Il-prezzijiet tal-aċidu gliossiliku mibjugħ fis-suq tal-Istati Uniti għalhekk ikunu aktar rappreżentattivi għall-prezzijiet tal-aċidu gliossiliku użat fil-produzzjoni tal-vanillin mill-prezzijiet tal-aċidu gliossiliku lil pajjiżi li ma jipproduċux vanillin. Barra minn hekk, Jiangxi Brother sostna wkoll li jenħtieġ li l-Kummissjoni taġġusta l-prezzijiet tal-Eurostat biex jirriflettu d-differenzi fil-prezzijiet li jirriżultaw mid-differenzi fil-purità. |
|
(146) |
Il-Kummissjoni analizzat l-affermazzjoni ta’ Jiangxi Brother għad-determinazzjoni tal-prezz tal-aċidu gliossiliku abbażi tal-esportazzjoni ta’ Franza lejn l-Istati Uniti tal-Amerka. L-ewwel nett, l-affermazzjoni ma kienet issostanzjata bl-ebda evidenza li l-prezz tal-aċidu gliossiliku użat għall-produzzjoni tal-vanillin huwa differenti minn dak użat għal skopijiet oħra bħall-farmaċewtiċi. It-tieni, l-istatistika disponibbli lanqas ma ppermettiet li ssir distinzjoni bejn l-aċidu gliossiliku użat għall-vanillin minn kwalunkwe użu ieħor. It-tielet, filwaqt li l-produzzjoni tal-vanillin hija tabilħaqq preżenti fl-Istati Uniti, l-ebda element ippreżentat mill-produttur esportatur jew disponibbli fil-fajl ma ssuġġerixxa li, minħabba d-daqs enormi tas-suq tal-Istati Uniti għall-użu tal-aċidu gliossiliku, l-istatistika tal-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti tkun tirrifletti aħjar l-aċidu gliossiliku użat għall-vanillin milli l-esportazzjonijiet totali minn Franza lejn il-pajjiżi l-oħra kollha. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni ta’ Jiangxi Brother. |
|
(147) |
Il-Kummissjoni ċaħdet ukoll it-talba ta’ Jiaxing Zhonghua biex jintuża sors alternattiv, bħall-Procurement Resource, minflok il-GTA biex jiġi ddeterminat il-parametru referenzjarju. Id-data pprovduta minn Jiaxing Zhonghua mill-Procurement Resource ma ġietx approvata għall-użu f’termini ta’ drittijiet tal-awtur u għalhekk ma setgħetx tiġi divulgata fil-fajl miftuħ. |
|
(148) |
Wara d-divulgazzjoni tas-sejbiet definittivi, Jiangxi Brother tenna l-affermazzjoni tiegħu li jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-valur referenzjarju tal-prezz għall-aċidu gliossiliku abbażi biss tal-esportazzjonijiet minn Franza lejn l-Istati Uniti tal-Amerka. Jiangxi Brother argumenta li huwa aktar probabbli li l-esportazzjonijiet Franċiżi lejn pajjiżi oħra jkunu destinati għall-produzzjoni fl-industrija farmaċewtika. Barra minn hekk, Jiangxi Brother sostna li jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Eurostat fil-livell tal-kodiċi b’10 ċifri, li għalih għandha aċċess, peress li dan ikun aktar preċiż u b’hekk jagħti prezz tal-aċidu gliossiliku aktar akkurat. |
|
(149) |
Il-Kummissjoni, kif spjegat hawn fuq fil-premessa (146), affermat mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha u ċaħdet l-affermazzjoni minħabba n-nuqqas ta’ evidenza pprovduta minn Jiangxi Brother. Jiangxi Brother naqas milli juri li l-esportazzjonijiet minn Franza lejn pajjiżi oħra huma primarjament maħsuba għall-produzzjoni fl-industrija farmaċewtika, għall-kuntrarju tal-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti li huma maħsuba għall-industriji tas-sustanzi kimiċi. Barra minn hekk, fir-rigward tat-tieni affermazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li l-kodiċi TARIC b’10 ċifri huwa disponibbli biss għall-importazzjonijiet lejn l-UE, filwaqt li d-data statistika kollha għall-esportazzjonijiet tal-UE lejn pajjiżi terzi tinġabar fil-livell NM bi 8 ċifri (81). |
|
(150) |
Jiangxi Brother ippreżenta wkoll kummenti dwar it-Tieni Nota fir-rigward tas-soda kawstika. Huwa enfasizza li l-purità hija element importanti f’termini ta’ dan il-prodott, u sab il-parametru referenzjarju identifikat mill-Kummissjoni ferm ogħla mill-prezz tax-xiri tiegħu ta’ din il-materja prima. Jiangxi Brother issuġġerixxa lill-Kummissjoni biex tivverifika l-purità rrapportata fid-data tal-importazzjoni tal-GTA u biex tivvaluta jekk il-prezz relatat jistax ikun marbut mal-livell ta’ purità. |
|
(151) |
Il-Kummissjoni nnotat, l-ewwel nett, li l-prezz tax-xiri li Jiangxi Brother ħallas fis-suq domestiku tiegħu huwa irrilevanti, fid-dawl tal-eżistenza stabbilita ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-affermazzjoni ma kinitx sostanzjata, u Jiangxi Brother lanqas ma pprovda metodu għal aġġustament possibbli. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(152) |
Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista tal-materja prima bħala perċentwal tal-kost attwali ta’ tali materja prima u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni qieset li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produtturi esportaturi u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet tat-trasport mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija. |
3.4.3. Materjal konsumabbli
|
(153) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi ta’ produzzjoni użati mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li pprovdew informazzjoni kompluta, anke għall-materjali awżiljarji (82), u l-piż negliġibbli ta’ xi wħud minn dawn il-materjali fil-kost totali tal-produzzjoni, il-materjali awżiljarji kollha identifikati ġew raggruppati taħt “materjal konsumabbli”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat li kienet se tikkalkula l-perċentwal tal-materjal konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima u tapplika dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.4.4. Manodopera
|
(154) |
L-IBGE jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fil-Brażil. Il-Kummissjoni użat l-aħħar statistika disponibbli li tkopri l-2022 għall-kost lavorattiv medju fis-Settur tal-manifattura ta’ sustanzi kimiċi organiċi skont il-Klassifikazzjoni Brażiljana CNAE 2.0 (83). Il-valuri ġew indiċjati aktar għall-inflazzjoni bl-użu tal-indiċi tal-kost lavorattiv ippubblikat mill-“Istitut Brażiljan tal-Ġeografija u l-Istatistika” (84) biex jirriflettu l-kostijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(155) |
Jiangxi Brother sostna li r-rata fis-siegħa kkalkulata mill-Kummissjoni hija għolja wisq meta mqabbla mar-rata fis-siegħa f’każ ieħor ta’ dumping (85). Barra minn hekk, Jiangxi Brother sostna li jenħtieġ li l-Kummissjoni tivverifika aktar jekk ir-rata fis-siegħa tinkludix xi taxxi u imposti addizzjonali. |
|
(156) |
Il-Kummissjoni fakkret, l-ewwel nett, li kull każ għandu jiġi vvalutat fuq il-merti tiegħu stess. It-tieni, Jiangxi Brother ma kkontestax il-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni u lanqas ma identifika żbalji metodoloġiċi. It-tielet, filwaqt li f’każijiet preċedenti ta’ dumping, bħall-każ ikkwotat minn Jiangxi Brother, il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-ILO biex tikkalkula r-rata fis-siegħa tax-xogħol, hija tbiegħdet minnha minħabba li l-istatistika tal-ILO ma tiddistingwix is-salarju abbażi ta’ kategoriji speċifiċi ta’ negozju u minħabba li ma hemm l-ebda distinzjoni bbażata fuq id-daqs tal-kumpaniji. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset l-istatistika tal-IBGE bħala aktar preċiża. Għar-raġunijiet spjegati fil-premessa ta’ hawn fuq, l-affermazzjoni ta’ Jiangxi Brother rigward il-kost lavorattiv hija miċħuda. Fir-rigward tat-tieni parti tal-affermazzjoni, il-Kummissjoni tikkonferma li r-rata fis-siegħa kkalkulata tinkludi biss imposti soċjali, indennizzi u benefiċċji tax-xogħol u mhux taxxi u imposti addizzjonali. |
3.4.5. Elettriku
|
(157) |
Il-prezz tal-elettriku għall-utenti industrijali fil-Brażil huwa ppubblikat mill-Gvern tal-Brażil fil-Monthly Energy Bulletin (86). Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-medda tal-konsum korrispondenti f’CNY/MWh kif ippubblikata għall-perjodu ta’ investigazzjoni. |
3.4.6. Faħam
|
(158) |
Kif spjegat fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni sabet li kwantitajiet sinifikanti ta’ faħam importat fil-Brażil huma mir-Russja, li bħalissa tinsab taħt sanzjonijiet tal-UE (87). Il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet tal-faħam mir-Russja żdiedu bi 52 % fl-2022, is-sena li fiha ġew imposti s-sanzjonijiet, u l-importazzjonijiet tal-faħam mir-Russja baqgħu f’livelli għoljin komparabbli minn hemm ’il quddiem, li jirrappreżentaw 39 % tal-importazzjonijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni osservat ukoll tnaqqis qawwi fil-prezz tal-importazzjoni tal-faħam mir-Russja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni b’29 % meta mqabbel mas-sena preċedenti u sabet li t-tnaqqis fil-prezz tal-importazzjonijiet Russi wassal għal tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-faħam minn pajjiżi oħra għal livelli baxxi simili. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset il-prezzijiet tal-faħam importat fil-Brażil bħala distorti. |
|
(159) |
Fir-rigward tal-faħam, ir-Russja għandha t-tieni l-akbar riżervi tal-faħam fid-dinja u ilha tespandi l-produzzjoni tagħha għal dawn l-aħħar għaxar snin minħabba l-esportazzjonijiet dejjem jikbru (88). Flimkien mas-sanzjonijiet, din iċ-ċirkostanza naqqset il-prezz tal-esportazzjonijiet Russi u l-importazzjonijiet Torok tal-faħam Russu żdiedu b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin (89). |
|
(160) |
Jiangxi Brother ikkummenta dwar l-Ewwel Nota billi sostna li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża bħala parametru referenzjarju l-prezz tal-esportazzjoni Awstraljan tal-faħam miksub mill-Prezz ta’ Prodotti Bażiċi tal-Bank Dinji (90), filwaqt li għamel referenza għal investigazzjoni preċedenti (91) fejn il-Kummissjoni kienet applikat l-istess approċċ. Il-Kummissjoni vvalutat l-affermazzjoni ta’ Jiangxi Brother. Hija sabet li l-parametru referenzjarju propost kien raġonevoli u konsistenti mal-metodoloġija applikata f’każijiet oħra. Għalhekk, il-Kummissjoni aċċettat l-affermazzjoni ta’ Jiangxi Brother u ddeċidiet li tuża l-prezz tal-faħam Awstraljan ippubblikat mill-Bank Dinji bħala prezz referenzjarju. |
3.4.7. Stim
|
(161) |
Fit-tieni Nota, il-Kummissjoni indikat li kellha l-ħsieb tikkalkula l-prezz tal-istim fil-Brażil bl-użu tal-metodoloġija ssuġġerita mid-Dipartiment għall-Enerġija tal-Istati Uniti (92). Din il-metodoloġija tipprovdi kost għall-istim ibbażat fuq l-input tas-sħana meħtieġ biex jiġi prodott. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat l-istim bħala l-input tas-sħana u użat il-prezz tal-faħam ikkalkulat kif spjegat fil-premessa preċedenti. |
3.4.8. Kostijiet ġenerali tal-manifattura, kostijiet SG&A u profitti
|
(162) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. |
|
(163) |
Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura mġarrba minn kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun ġew espressi bħala sehem tal-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produttur esportatur. Dan il-perċentwal intuża biex jiġi ddeterminat il-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura. |
|
(164) |
Kif propost fit-Tieni Nota, biex jiġi stabbilit ammont mingħajr distorsjoni u raġonevoli għall-kostijiet SG&A u għall-profitt, il-Kummissjoni bbażat fuq id-data finanzjarja għas-sena 2023 mill-kumpaniji Brażiljani Dexxos Participações S.A. u Prox do Brasil, kif estratta minn Orbis u mis-siti web tal-kumpanija, meta disponibbli. Fir-rigward tal-kalkolu SG&A ta’ Dexxos Participações S.A., fit-Tieni Nota l-Kummissjoni kienet identifikat il-kostijiet tat-trasport marbuta mal-bejgħ li kienu ġew irrapportati skont il-kost totali tal-oġġetti mibjugħa (“COGS”, cost of goods sold) tal-kumpanija, u naqqset sehem rappreżentattiv ta’ dawn il-kostijiet tat-trasport mis-COGS fil-kalkolu tal-SG&A mill-fabbrika. |
|
(165) |
Bi tweġiba għat-Tieni Nota, Jiangxi Brother talab kjarifika fir-rigward tal-kalkolu tal-SG&A, peress li ssuspetta li l-kalkolu tal-Kummissjoni, kif deskritt hawn fuq, irriżulta f’ammont ta’ COGS iddikjarat b’mod insuffiċjenti u, konsegwentement, rata SG&A iddikjarata b’mod eċċessiv. |
|
(166) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-affermazzjoni. Hija rrikonoxxiet li fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji taż-żewġ kumpaniji Brażiljani ma kienx possibbli li jiġi identifikat jekk l-ammont tal-kostijiet tat-trasport u l-kostijiet relatati ġewx irrapportati taħt il-kostijiet tal-COGS jew tal-SG&A. Konsegwentement, mingħajr din il-biċċa informazzjoni, il-Kummissjoni sabet li ma kinitx f’pożizzjoni li tirrevedi l-kostijiet SG&A jew l-ammont tal-COGS sabiex tikkalkula l-valuri rispettivi fil-livell mill-fabbrika. Għalhekk, il-Kummissjoni rrevediet il-kalkoli tagħha tar-rata SG&A, limitata għal Dexxos Participações S.A., billi aċċettat l-affermazzjoni ta’ Jiangxi Brother li l-kostijiet tal-merkanzija, tal-kummissjoni u tar-royalties jenħtieġ li ma jitnaqqsux mill-COGS. |
|
(167) |
Il-kostijiet u l-profitt tal-SG&A mingħajr distorsjoni ġew iddeterminati bħala perċentwal tal-kostijiet tal-oġġetti mibjugħa bir-rati ta’ 6,76 % u 14,22 % rispettivament. Il-Kummissjoni qieset li dawk il-livelli kienu raġonevoli, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a), l-aħħar subparagrafu, tar-Regolament bażiku, għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika. |
3.5. Kalkolu
|
(168) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(169) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-kwantità tal-konsum reali vverifikata tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw bil-kostijiet ta’ unità mingħajr distorsjoni ta’ dawk il-fatturi tal-produzzjoni osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fit-Taqsima 3.4. |
|
(170) |
It-tieni, il-porzjon tal-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura li jirrifletti l-valur mingħajr distorsjoni tal-materjal konsumabbli ġie stabbilit billi l-valur mingħajr distorsjoni tal-materja prima ddeterminat kif deskritt fil-premessa (169) ġie mmultiplikat bil-perċentwal ta’ materjal konsumabbli ddeterminat kif deskritt fil-premessa (153). |
|
(171) |
It-tielet, il-Kummissjoni stabbiliet il-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura billi mmultiplikat il-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura bil-perċentwal tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura ddeterminat kif deskritt fil-premessa (163). |
|
(172) |
Billi żiedet il-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura mal-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura, il-Kummissjoni stabbiliet il-kost tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni. |
|
(173) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni stabbiliet l-ammonti mingħajr distorsjoni għall-SG&A u għall-profitt billi mmultiplikat il-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-produzzjoni bir-rati tal-S&GA u tal-profitt iddeterminati kif spjegat fil-premessi (164) sa (167). L-ammonti mingħajr distorsjoni għall-SG&A u għall-profitt, li tqiesu mill-Kummissjoni bħala raġonevoli għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, żdiedu mal-kost tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni. |
|
(174) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.6. Prezz tal-esportazzjoni
|
(175) |
Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati li jinsabu barra mill-Unjoni. |
|
(176) |
Fil-każ ta’ bejgħ dirett, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effetivament imħallas jew li kellu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(177) |
Għal bejgħ indirett, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Ġurisprudenza stabbilita tiċċara li, l-aġġustamenti skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku jinkludu l-kostijiet imġarrba minn entità li tinsab barra mill-Unjoni Ewropea, dment li tali entità tidher li hija assoċjata mal-importatur jew mal-esportatur u li l-kostijiet inkwistjoni normalment jiġġarrbu minn importatur (93). F’dan il-kuntest, il-ġurisprudenza tqabbel dawn il-kostijiet ma’ dawk relatati mal-attivitajiet ta’ bejgħ imwettqa mis-sussidjarji peress li jnaqqsu l-ammont riċevut mill-produttur esportatur, sa fejn tipikament jiġġarrbu mill-importatur (94). Kif innotat mill-Qorti tal-Ġustizzja, dan l-approċċ huwa konformi mal-objettiv tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Skont il-Qorti, dan l-għan ma jintlaħaqx jekk produttur esportatur ikun jista’ sempliċement jistruttura l-bejgħ tiegħu b’mod li jiżgura l-involviment, qabel l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni, ta’ intermedjarju assoċjat miegħu li jassumi r-responsabbiltà għall-kostijiet normalment imġarrba minn importatur, b’tali mod li jżid il-prezz tal-esportazzjoni effettivament imħallas mill-importatur (95). |
|
(178) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni nnotat li n-negozjanti relatati mal-produtturi esportaturi li jinsabu f’pajjiżi terzi kienu qed iwettqu funzjonijiet simili għal dawk tal-importaturi. Il-kostijiet assoċjati ma’ dawn il-funzjonijiet normalment jiġġarrbu minn importatur relatat u għalhekk huwa ġġustifikat aġġustament skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku għal dawn il-kostijiet (kostijiet SG&A) u profitt nominali. |
|
(179) |
Il-kostijiet SG&A kienu bbażati fuq id-data pprovduta mill-parti relatata. Fir-rigward tal-aġġustament għall-profitt, meta jitqies li importatur indipendenti wieħed biss ikkoopera matul l-investigazzjoni u għal raġuni ta’ kunfidenzjalità ma setax jiġi ddivulgat il-marġni ta’ profitt tiegħu, il-Kummissjoni qagħdet fuq il-profitt realizzat minn importaturi mhux relatati involuti fil-kummerċ ta’ prodotti kimiċi f’investigazzjoni preċedenti. Għalhekk, il-livell ta’ profitt ta’ 6,89 % misjub fl-alkoħols tal-polivinil (96) tqies raġonevoli, peress li ġie realizzat minn importaturi mhux relatati fis-settur industrijali kimiku. |
3.7. Tqabbil
|
(180) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel konċessjoni għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. Fil-każ preżenti, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew sostnuti, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.7.1. Aġġustamenti magħmula fil-valur normali
|
(181) |
Kif spjegat fil-premessa (174), il-valur normali ġie stabbilit fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti tal-kostijiet SG&A u tal-profitt, li tqiesu bħala raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament biex il-valur normali jinnettja lura għal-livell mill-fabbrika. |
|
(182) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex tagħmel xi konċessjonijiet għall-valur normali, u lanqas ma ntalbu tali konċessjonijiet minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
3.7.2. Aġġustamenti magħmula fil-prezz tal-esportazzjoni
|
(183) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba l-ispejjeż tal-immaniġġjar, tat-tagħbija u anċillari, il-merkanzija fil-pajjiż ikkonċernat, il-merkanzija bil-baħar, l-assigurazzjoni fuq il-baħar, id-dazju doganali, imposti oħra fuq l-importazzjoni u l-merkanzija fl-Unjoni. |
|
(184) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kost tal-kreditu u t-tariffi bankarji. |
3.8. Marġnijiet tad-dumping
|
(185) |
Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(186) |
Il-Kummissjoni, fid-dawl tal-evidenza miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, qieset liż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun bħala kumpaniji relatati f’konformità mal-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni kkalkolat medja ponderata tal-marġnijiet tad-dumping stabbiliti għal kull wieħed minnhom u għamlet liż-żewġ entitajiet soġġetti għall-marġni tad-dumping uniku kkalkolat b’dan il-mod. |
|
(187) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li ma humiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkulat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dak il-marġni ġie stabbilit abbażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Billi l-kumpaniji li kkooperaw koprew l-importazzjonijiet kważi kollha mill-pajjiż ikkonċernat, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li d-dazju ddeterminat għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun japplika għall-produtturi esportaturi kollha mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(188) |
Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati definittivi espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(189) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn żewġ produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Wieħed minnhom, Syensqo, l-ilmentatur, kien jirrappreżenta 98 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, u kien jikkostitwixxi l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(190) |
Peress li d-data relatata mal-valutazzjoni tad-dannu kienet derivata minn produttur wieħed biss tal-Unjoni, iċ-ċifri għall-analiżi tad-dannu jingħataw f’firxiet għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. Madankollu, l-indiċijiet huma bbażati fuq data reali u mhux fuq il-firxiet. |
|
(191) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet fil-firxa ta’ 1 500 u 1 900 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra attwali abbażi ta’ verifika tat-tweġiba għall-kwestjonarju tal-uniku produttur tal-Unjoni li kkoopera, jiġifieri Syensqo. |
|
(192) |
L-utent Frey & Lau, li huwa wkoll importatur, sostna li l-ilmentatur ma kellux pożizzjoni suffiċjenti skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku, peress li għalaq il-produzzjoni tiegħu tal-vanillin sintetiku u l-produzzjoni li jifdal tal-vanillin naturali kienet tikkostitwixxi volumi limitati ħafna. Barra minn hekk, Frey & Lau rrefera wkoll għar-relazzjoni ta’ Syensqo ma’ produttur esportatur Ċiniż - Solvay Zhenjiang Chemicals Co., Ltd - bħala raġuni għaliex ma ssodisfatx ir-rekwiżit ta’ produttur ġenwin tal-Unjoni skont it-tifsira tar-Regolament bażiku. |
|
(193) |
L-ilmentatur fakkar li d-deċiżjoni tiegħu li jagħlaq temporanjament il-manifattura tiegħu ta’ vanillin sintetiku kienet direttament relatata mal-kompetizzjoni fil-prezzijiet minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ. Barra minn hekk, is-sospensjoni temporanja ta’ dan il-proċess ta’ manifattura saret wara tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni, u peress li hija azzjoni temporanja b’reazzjoni għall-kompetizzjoni fil-prezzijiet, jenħtieġ li l-produzzjoni tagħha matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tiġi inkluża fil-kalkolu tal-pożizzjoni skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(194) |
L-ilmentatur fakkar li r-Regolament bażiku jistabbilixxi livell limitu biex ilment jitqies li jkun sar mill-industrija tal-Unjoni, jew f’isimha. Dan ikun il-każ jekk l-ilment ikun appoġġat minn dawk il-produtturi tal-Unjoni li l-produzzjoni kollettiva tagħhom tirrappreżenta aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-prodott simili li jsir minn dak il-proprozjon tal-industrija tal-Unjoni li jesprimi appoġġ għal, jew oppożizzjoni kontra, l-ilment. Minħabba li l-produzzjoni tal-ilmentatur kienet tirrappreżenta 98 % tal-produzzjoni tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-ilmentatur ikkwalifika biex jikkostitwixxi l-industrija tal-Unjoni skont ir-Regolament bażiku. |
|
(195) |
Fir-rigward tas-sjieda komuni tiegħu ma’ produttur esportatur Ċiniż, l-ilmentatur sostna li din ir-relazzjoni ma influwenzatx il-mudell kummerċjali fit-tul tiegħu fl-Unjoni, li kien ġie muri mid-deċiżjoni tiegħu li jippreżenta l-proċediment anti-dumping kontra r-RPĊ, li jkopri wkoll l-entità relatata tiegħu stess. |
|
(196) |
Il-Kummissjoni tqis li l-ilmentatur kien jikkostitwixxi l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tar-Regolament bażiku peress li l-produzzjoni tiegħu tal-vanillin kienet tikkostitwixxi 98 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili fl-Unjoni. Filwaqt li l-Industrija tal-Unjoni tabilħaqq għalqet xi operazzjonijiet ta’ produzzjoni, dan seħħ wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni u kienet azzjoni temporanja b’reazzjoni għas-sitwazzjoni prevalenti tas-suq u ma għandux ikollha impatt fuq il-pożizzjoni tagħha f’dan il-proċediment. |
|
(197) |
Il-Kummissjoni tqis li s-sempliċi fatt li parti mill-industrija tal-Unjoni għandha relazzjoni ekonomika ma’ produttur esportatur Ċiniż per se ma jiskwalifikax produttur tal-Unjoni biex jiġi ttrattat bħala tali skont ir-Regolament bażiku. Il-produttur esportatur Ċiniż relatat mal-industrija tal-Unjoni forna biss kwantitajiet limitati tal-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Unjoni, li jista’ jitqies bħala att temporanju sabiex iżomm il-klijenti tiegħu fl-Unjoni mingħajr effetti ekonomiċi ulterjuri. |
|
(198) |
Għall-kuntrarju tal-affermazzjoni ta’ Frey & Lau li l-istampa tad-dannu ppreżentata fl-ilment hija żbaljata, minħabba li l-Kummissjoni tqis it-tipi kollha ta’ vanillin bħala prodott simili (ara l-premessa (49)), l-industrija tal-Unjoni hija definita b’mod korrett bħala li tinkludi l-ilmentatur u konsegwentement, l-analiżi tad-dannu li għandha titwettaq f’din l-investigazzjoni tinvolvi wkoll valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-ilmentatur. |
4.2. Konsum tal-Unjoni
|
(199) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi ta’: (i) il-bejgħ ivverifikat tal-industrija tal-Unjoni; u (ii) l-importazzjonijiet kollha minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni. |
|
(200) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 3 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||
|
(201) |
Filwaqt li l-konsum tal-UE kien stabbli matul l-ewwel sentejn tal-perjodu kkunsidrat, dan kien volatili matul l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni.Il-katina tal-provvista ta’ ħafna oġġetti ġiet imfixkla minħabba nuqqas ta’ forza tax-xogħol f’ħafna pajjiżi esportaturi (bħal fil-pajjiż ikkonċernat) u aggravata minn nuqqas ta’ possibbiltajiet ta’ tbaħħir u avvenimenti mhux mistennija bħall-imblukkar fil-Kanal ta’ Suez (li wassal għal żieda fil-prezzijiet tat-tbaħħir) u aktar tard mill-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (li rriżultat f’żidiet fil-prezzijiet tal-enerġija b’mod partikolari fl-Unjoni). (97) |
|
(202) |
Id-domanda tal-Unjoni fil-livell tal-utenti żdiedet fl-2022, iżda mbagħad treġġgħet lura matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li rriżulta fi tnaqqis ta’ 23 % bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.3. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(203) |
Kif spjegat fil-premessa (43), il-prodott ikkonċernat jaqa’ taħt żewġ kodiċijiet NM separati:
|
|
(204) |
Is-sehem mis-suq tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-esportazzjoni mal-konsum tas-suq tal-Unjoni (ara t-Tabella 3 hawn fuq). |
|
(205) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 4 Volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(206) |
It-Tabella 4 turi li matul il-perjodu kkunsidrat l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu f’termini assoluti b’34 %. F’termini ta’ sehem mis-suq, l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdiedu minn 42 % għal 65 % matul il-perjodu kkunsidrat, jew b’madwar seba’ punti perċentwali fis-sena. |
4.3.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz
|
(207) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data dwar l-importazzjoni mill-Eurostat. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tat-tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fir-RPĊ. |
|
(208) |
Il-prezz medju tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej: Tabella 5 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||
|
(209) |
Filwaqt li l-prezzijiet kienu stabbli matul l-ewwel sentejn tal-perjodu kkunsidrat, din l-istabbiltà fil-prezzijiet ġiet sostitwita b’perjodu ta’ volatilità għolja matul l-2022 u l-2023, fejn kien hemm żieda f’daqqa fil-prezzijiet fl-2022, li matulha l-prezzijiet żdiedu b’40 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. |
|
(210) |
Din ix-xejra treġġgħet lura matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-prezzijiet naqsu kważi bin-nofs meta mqabbla mal-2022, bil-prezzijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienu 27 % inqas milli kienu fl-2020. |
|
(211) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(212) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, bl-aġġustament dovut meta neċessarju, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. |
|
(213) |
Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produttur magħruf tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz medju ponderat ta’ bejn 45 % u 55 % mill-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. Instab twaqqigħ tal-prezz għall-volumi importati kollha tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun. |
4.4. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Kummenti ġenerali
|
(214) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(215) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi u mikroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fl-ilment u t-tweġiba għall-kwestjonarju tal-uniku produttur tal-Unjoni li kkoopera (l-ilmentatur). Peress li l-ilmentatur jirrappreżenta 98 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u l-produttur l-ieħor tal-Unjoni huwa żgħir, iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(216) |
Kif imsemmi fil-premessa (190), filwaqt li ċ-ċifri attwali huma f’firxiet, l-indiċijiet huma bbażati fuq iċ-ċifri reali. |
|
(217) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(218) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.4.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.4.2.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(219) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(220) |
Il-produzzjoni totali tinkludi l-volumi ta’ produzzjoni kemm tal-Vanillin Sintetiku kif ukoll tal-Vanillin Naturali, li kull wieħed minnhom għandu linji ta’ produzzjoni separati. |
|
(221) |
F’konformità mal-konsum tal-Unjoni (ara t-Tabella 3 hawn fuq), il-volumi tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienu stabbli matul l-ewwel sentejn tal-perjodu kkunsidrat. |
|
(222) |
Fl-2022, minkejja ż-żieda fil-konsum tal-UE, żieda fil-kost tal-produzzjoni (kif spjegat fil-premessa (239) hawn taħt) ġiegħlet lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-volumi tal-produzzjoni sabiex iżżomm livell ta’ prezzijiet sostenibbli. |
|
(223) |
Fl-2023, meta l-konsum tal-UE naqas, u l-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ naqsu bin-nofs (ara t-Tabella 5 hawn fuq), l-industrija tal-Unjoni kienet imġiegħla tnaqqas saħansitra aktar mill-produzzjoni; il-volumi tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienu jirrappreżentaw biss 39 % ta’ dawk fl-2020 u fl-2021. |
|
(224) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni kienet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Il-kapaċità kemxejn ogħla fl-2022 u fl-2023 hija dovuta għal perjodi iqsar ta’ manutenzjoni regolari ppjanata. |
|
(225) |
Ir-rata tal-użu tal-kapaċità tal-produzzjoni tirrifletti l-iżvilupp tal-produzzjoni. Filwaqt li r-rata ta’ utilizzazzjoni kienet sodisfaċenti matul l-2020 u l-2021, matul it-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni kif imsemmi hawn fuq, ir-rata ta’ utilizzazzjoni tat-tagħmir tal-produzzjoni naqset għal livell baxx ħafna, livell li ma huwiex finanzjarjament sostenibbli fit-tul. |
4.4.2.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(226) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(227) |
B’riflessjoni tal-evoluzzjoni tal-Konsum tal-UE (ara t-Tabella 3), il-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni nżammu stabbli matul l-ewwel sentejn tal-perjodu kkunsidrat. |
|
(228) |
Wara t-tfixkil fil-katina tal-provvista msemmi fil-premessa (201) li fost l-oħrajn żied il-kost ta’ ċerta materja prima u l-enerġija għall-industrija tal-Unjoni, kif imsemmi fil-premessa (222), l-industrija tal-Unjoni kellha tagħżel ordnijiet abbażi ta’ dak li kien finanzjarjament sostenibbli. Għalhekk, il-volumi tal-bejgħ naqsu b’6 % bejn l-2021 u l-2022. |
|
(229) |
Meta l-interruzzjoni fil-katina tal-provvista ntemmet fl-2023, ix-xejra nqalbet u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fis-suq naqsu drastikament (ara t-Tabella 5 hawn fuq). L-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas saħansitra aktar mill-volumi tal-bejgħ peress li l-livell tal-prezz prevalenti ma kienx ikopri l-kost sħiħ tal-manifattura. Għalhekk, il-volumi tal-bejgħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni naqsu b’aktar minn nofs meta mqabbla mal-volumi mibjugħa matul l-2020 u l-2021. |
4.4.2.3. Tkabbir
|
(230) |
L-industrija tal-Unjoni ġarrbet tkabbir negattiv matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li s-sitwazzjoni kienet stabbli fl-2020 u fl-2021, dan inbidel fl-2022, sena fejn filwaqt li l-volumi tal-bejgħ komplew jonqsu, iż-żidiet fil-prezzijiet ikkumpensaw għall-volumi mitlufa u l-fatturat totali żdied. |
|
(231) |
Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, hekk kif il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu bin-nofs, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tkompli tikkompeti u tilfet volumi sinifikanti ta’ bejgħ u b’hekk, dħul mill-bejgħ. |
4.4.2.4. Impjiegi u produttività
|
(232) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(233) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, l-impjiegi fl-Unjoni żdiedu b’6 %. Minkejja volumi ta’ produzzjoni aktar baxxi matul l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, l-ilmentatur ma bediex assenza bil-permess jew keċċa l-persunal imħarreġ u kkwalifikat ħafna, bit-tama li s-sitwazzjoni tas-suq tinnormalizza u li jkunu jistgħu jerġgħu jibdew volumi ogħla ta’ produzzjoni. |
|
(234) |
Mill-premessa preċedenti u mill-premessa (222) jirriżulta li l-produttività naqset b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, peress li l-persunal intuża għall-manutenzjoni u kompiti mistennija oħra filwaqt li l-volumi tal-produzzjoni naqsu. |
4.4.2.5. Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat
|
(235) |
Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, b’kunsiderazzjoni tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(236) |
Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat. |
4.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.4.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(237) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produttur tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej: Tabella 9 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(238) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni kienu pjuttost stabbli bejn l-2020 u l-2021 u żdiedu mill-2022 ’il quddiem inkluż il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezzijiet tal-bejgħ medji ogħla parzjalment irriflettew iż-żieda fid-domanda fis-suq Ewropew fl-2022 (ara l-premessa (201)), iżda parzjalment ukoll biex ikopru ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. |
|
(239) |
Filwaqt li jirrifletti ż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija, fost l-oħrajn, u l-kostijiet fissi ogħla għal kull unità minħabba rata aktar baxxa tal-użu tal-kapaċità tal-produzzjoni, il-kost medju tal-produzzjoni żdied b’44 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(240) |
Ta’ min jinnota li l-porzjon tal-kostijiet fissi tal-manifattura (kostijiet ġenerali tal-manifattura) mill-kostijiet totali tal-manifattura huwa pjuttost żgħir, bejn 9 % u 15 % tal-kost ta’ unità tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(241) |
Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ukoll kostijiet assoċjati mal-interruzzjoni tal-proċess tal-produzzjoni, kostijiet inqas effiċjenti tal-produzzjoni/ta’ start-up, minħabba l-volumi aktar baxxi tal-produzzjoni. Dawn ammontaw għal bejn 5 % u 10 % tal-kost ta’ unità tal-produzzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(242) |
Għalhekk, il-volumi aktar baxxi tal-produzzjoni fl-2022 u fl-2023, inkluż l-interruzzjonijiet fil-produzzjoni u l-kostijiet fissi ogħla (il-kostijiet ġenerali tal-manifattura u l-SG&A), kellhom impatt fuq il-kost ta’ unità tal-produzzjoni b’madwar 15 % – 25 %. |
4.4.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(243) |
Il-kostijiet lavorattivi tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(244) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, u minbarra l-2022, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat kien pjuttost stabbli, bi tnaqqis żgħir fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Iż-żieda fis-salarju li seħħet fl-2022 kienet riżultat tal-bonusijiet dovuti mħallsa għal ċertu persunal pertinenti għall-prestazzjoni finanzjarja tas-snin preċedenti. |
4.4.3.3. Inventarji
|
(245) |
Il-livelli tal-istokks tal-ilmentatur żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(246) |
Il-livell tal-istokks żdied matul il-perjodu kkunsidrat b’77 % f’termini assoluti, prinċipalment fl-2022 u fl-2023 meta seħħet il-volatilità tas-suq. |
|
(247) |
Fir-rigward tal-produzzjoni, il-livell tal-istokks żdied mill-2022 ’il quddiem. Bħala perċentwal tal-volumi tal-produzzjoni, il-livell tal-istokks żdied minn 13 % – 17 % fl-2022 għal 47 % għal 57 % fl-2023. Fil-fatt, fl-2023, il-livell tal-istokks kien jirrappreżenta madwar nofs il-volumi tal-produzzjoni matul is-sena. |
|
(248) |
Ir-raġuni għal din iż-żieda fl-istokks fir-rigward tal-produzzjoni hija doppja. |
|
(249) |
Minħabba l-aspettattiva ta’ volumi ta’ produzzjoni mnaqqsa (is-sospensjoni temporanja tal-linja tal-produzzjoni tal-vanillin sintetiku minn Mejju 2024, kif imsemmi fil-premessa (193), li kienet ippjanata u kkomunikata ferm qabel dak ix-xahar), u sabiex jiġi evitat nuqqas ta’ vanillin sintetiku għall-klijenti tiegħu, l-ilmentatur beda jibni stokks sabiex ikun jista’ jaqdi wkoll kontinwament lill-klijenti tiegħu b’vanillin sintetiku. |
|
(250) |
Iż-żieda fl-istokk fir-rigward tal-produzzjoni hija dovuta wkoll għal-livelli ħafna aktar baxxi ta’ produzzjoni tal-vanillin sintetiku. |
4.4.3.4. Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(251) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-ilmentatur żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(252) |
Il-profittabbiltà fuq il-bejgħ tal-Unjoni żdiedet matul l-ewwel tliet snin tal-perjodu kkunsidrat. Matul l-2020 u l-2021, kif innotat fit-Tabella 9, il-prezzijiet medji tal-bejgħ kienu stabbli, filwaqt li l-kost ta’ unità tal-produzzjoni kien qed jonqos. |
|
(253) |
Din is-sitwazzjoni nbidlet fl-2022, meta żdiedu kemm il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-Unjoni kif ukoll il-kost ta’ unità tal-produzzjoni. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, kien hemm żieda fil-kompetizzjoni fil-prezzijiet. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu b’mod sinifikanti filwaqt li l-kost ta’ unità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied fuq bażi annwali, u dan irriżulta f’telf konsiderevoli għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(254) |
It-telf kien sa ċertu punt ikkawżat minn volumi ta’ produzzjoni aktar baxxi, li rriżulta f’kost ta’ unità ogħla (kif innotat fil-premessi (239) sa (242), il-porzjon tal-kostijiet fissi mill-kost unitarju totali huwa limitat għal bejn 10 %–20 %). Madankollu, il-fattur ewlieni li kkawża t-telf kien kompetizzjoni ħarxa fil-prezzijiet mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni biegħet il-prodott investigat bi prezz iktar baxx mill-kost tal-produzzjoni tagħha sabiex tevita li titlef saħansitra aktar sehem mis-suq. |
|
(255) |
L-evoluzzjoni tal-fluss tal-flus tirrifletti l-evoluzzjoni tal-profitt matul il-perjodu kkunsidrat, bi fluss tal-flus negattiv matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(256) |
Ir-redditu fuq l-investimenti (assi fissi) jirrifletti wkoll l-iżvilupp tal-profittabbiltà, b’redditu negattiv ċar fuq l-investimenti fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(257) |
Il-kapaċità tal-ilmentatur li jiġġenera l-kapital ma ġietx imfixkla serjament, peress li jifforma parti minn grupp kbir ta’ kumpaniji u l-aċċess għall-finanzi huwa ġestit fil-livell tal-grupp. |
4.4.4. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(258) |
L-industrija tal-Unjoni kellha prestazzjoni tajba ħafna fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, bl-indikaturi tad-dannu ġeneralment f’livelli tajbin u fuq xejra ’l fuq matul l-2020 u l-2021. |
|
(259) |
Madankollu, l-2022 rat bidla f’daqqa tas-sitwazzjoni fis-suq għall-industrija tal-Unjoni, b’żieda f’daqqa kemm fil-prezzijiet tal-bejgħ prevalenti kif ukoll fil-kost ta’ unità tal-produzzjoni. |
|
(260) |
Din ix-xejra treġġgħet lura fl-2023, meta l-utenti kellhom bżonn inaqqsu l-istokks tagħhom sabiex ma jorbtux il-kapital tagħhom fil-materja prima, u meta l-produtturi esportaturi Ċiniżi komplew il-penetrazzjoni tagħhom fis-suq tal-Unjoni aċċellerat b’kompetizzjoni saħansitra aktar aggressiva fil-prezzijiet. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fl-2023 kienu nofs dawk tas-sena preċedenti. |
|
(261) |
Peress li l-kost ta’ unità tal-produzzjoni ġie xprunat ’il fuq mill-kost għoli tal-materja prima u tal-enerġija, fl-2023, l-industrija tal-Unjoni kellha tiffoka fuq dawk l-ordnijiet fejn il-prezzijiet tal-bejgħ tal-anqas koprew, sa ċertu punt, il-kost ta’ unità tal-produzzjoni. Iżda dawn il-volumi kienu ferm ’il bogħod milli jkunu biżżejjed u l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas b’mod sinifikanti l-produzzjoni. |
|
(262) |
Fl-aħħar nett, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien naqas bi 52 %, minn [27 % – 30 %] għal [12 % – 15 %], filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied minn 42 % għal 65 %. |
|
(263) |
Fil-qosor, il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi estremament aggressivi fil-perjodu ta’ investigazzjoni, ferm inqas kemm mill-kost ta’ unità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll mill-prezzijiet medji tal-bejgħ ġiegħlu lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-produzzjoni u tnaqqas il-bejgħ tagħha fis-suq tal-Unjoni, li jirriżulta f’telf sinifikanti ta’ [– 15 % sa – 18 %] matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(264) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(265) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra apparti l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-konsum tal-Unjoni u fatturi oħra relatati mal-kostijiet u l-importazzjonijiet mir-RPĊ mill-industrija tal-Unjoni. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(266) |
Kif stabbilit fil-premessa (206), il-volum tal-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ żdied b’34 % matul il-perjodu kkunsidrat, u b’hekk żied is-sehem mis-suq Ċiniż fis-suq tal-Unjoni bi 23 punt perċentwali minn 42 % għal 65 %. Matul l-istess perjodu, kif stabbilit fil-premessa (226), l-industrija tal-Unjoni rat il-volum tal-bejgħ tagħha jonqos b’aktar minn 50 % u s-sehem mis-suq tagħha jonqos minn [25 % – 30 %] għal [10 % – 15 %]. Dan seħħ f’kuntest fejn il-konsum tal-Unjoni kien volatili u naqas b’mod ġenerali b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(267) |
Ta’ min jinnota li l-perjodu ta’ qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri 2020 – 2022, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-profitt tagħha b’mod parallel ma’ żieda fil-volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ. Tabilħaqq, l-industrija tal-Unjoni tilfet kemm il-volumi tal-bejgħ kif ukoll l-ishma mis-suq matul dan il-perjodu. Ir-raġuni għaliex l-industrija tal-Unjoni kienet għadha kapaċi tiġġenera profitt kienet dovuta għaż-żieda fil-prezzijiet tas-suq sal-2022. |
|
(268) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-prezzijiet tas-suq naqsu f’daqqa, minħabba l-imġiba tad-dumping mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat malajr. |
|
(269) |
Kif muri fit-Taqsima 4.3.2 ta’ hawn fuq, għall-perjodu ta’ investigazzjoni, billi tqabblu l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fit-Tabella 9 mal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi mill-Eurostat fit-Tabella 5, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu qed iwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezz medju tal-importazzjoni miċ-Ċina kien inqas minn nofs dak tal-industrija tal-Unjoni, meta l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-produzzjoni b’mod sinifikanti minħabba tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ. |
|
(270) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet li kienu qed iwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-Unjoni, ikkawżat dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
|
(271) |
Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħra, individwalment jew kollettivament, setgħux inaqqsu r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali li nstab li jeżisti sal-punt li tali rabta ma tibqax ġenwina u sostanzjali. |
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(272) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 13 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(273) |
Kif stabbilit fil-premessa (206), il-volumi ta’ importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ żdiedu b’34 % matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod parallel, il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti naqsu b’27 %, u naqsu għal sehem mis-suq ta’ [13 % sa 15 %] matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet min-Norveġja naqsu bi 42 %, u naqsu għal sehem mis-suq ta’ [3 % sa 5 %] matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-volumi minn pajjiżi terzi oħra kienu marġinali. |
|
(274) |
Filwaqt li l-prezzijiet medji tal-importazzjoni tal-vanillin li joriġinaw min-Norveġja (it-Tabella 13) jaqbżu b’mod kostanti l-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni (it-Tabella 9), il-prezz medju tal-importazzjoni mill-Istati Uniti kien madwar 30 % taħt il-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(275) |
Ta’ min jinnota li l-biċċa l-kbira, jekk mhux kollha, tal-volumi tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti ġejjin minn produttur esportatur li huwa relatat mal-ilmentatur, u li l-esportazzjonijiet tiegħu lejn l-Unjoni, filwaqt li jaqgħu fid-deskrizzjoni tal-prodott ikkonċernat, jikkomplementaw it-tip tal-prodott simili manifatturat fl-Unjoni, u jinbiegħ mill-ġdid mill-industrija tal-Unjoni kemm fis-suq tal-Unjoni kif ukoll fis-swieq tal-esportazzjoni tagħha. It-tip ta’ vanillin importat mill-Istati Uniti fl-Unjoni li jikkomplementa l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni jirrappreżenta bejn 85 % u 95 % tal-importazzjonijiet kollha mill-Istati Uniti mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(276) |
Għalhekk, il-prezz medju aktar baxx tal-kwantitajiet importati mill-Istati Uniti jirrifletti l-kost aktar baxx tal-manifattura tal-etilvanillin meta mqabbel mat-tip ta’ vanillin li huwa manifatturat fl-Unjoni (vanillin naturali u vanillin sintetiku). |
|
(277) |
Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ġejjin minn kwantitajiet baxxi ħafna. Il-kwantitajiet baxxi jfissru li l-impatt tagħhom kien marġinali. |
|
(278) |
Għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni kkonkludiet li minbarra l-fatt li dawn l-importazzjonijiet ma sarux bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (li huwa l-każ għall-importazzjonijiet min-Norveġja) jew ikkomplementaw l-offerta tal-industrija tal-Unjoni lill-klijenti Ewropej tagħha (li huwa l-każ għall-importazzjonijiet mill-Istati Uniti), dawn l-importazzjonijiet xorta saru bi prezzijiet ferm ogħla minn dawk tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. Għalhekk, dawn ma kisrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.2. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(279) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 14 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(280) |
Il-volum tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’mod konsiderevoli matul il-perjodu kkunsidrat, b’64 %. It-telf tal-ishma tas-suq fis-swieq tal-esportazzjoni kien prinċipalment dovut għall-kompetizzjoni mill-esportazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ. |
|
(281) |
It-telf tal-volum tal-bejgħ għall-esportazzjoni kellu effett negattiv fuq il-volum tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-produttur tal-Unjoni, u b’hekk ikkontribwixxa għal żieda fil-kostijiet fissi tiegħu għal kull unità prodotta. |
|
(282) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, filwaqt li kienet ikkontribwiet għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, ma kisritx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat u d-dannu materjali li nstab. |
5.2.3. Konsum u fatturi oħra relatati mal-kostijiet
|
(283) |
Kif spjegat fit-taqsima 4.2 hawn fuq, il-konsum tal-vanillin naqas matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(284) |
Barra minn hekk, minħabba l-volatilità matul l-2022 u l-2023, hemm inċertezza kbira sa liema punt it-tnaqqis fil-konsum (jiġifieri l-bejgħ lill-utenti) jirrifletti tnaqqis fl-użu attwali tal-vanillin. |
|
(285) |
Bħala konklużjoni, ma jistax jiġi eskluż li tnaqqis fil-konsum, jiġifieri l-bejgħ tal-vanillin lill-utenti fl-Unjoni, kellu impatt negattiv fuq il-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, minħabba ż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, il-Kummissjoni tqis li t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni ma jnaqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat u d-dannu materjali li nstab. |
|
(286) |
Fir-rigward tal-kost tal-produzzjoni, kif innotat fil-premessa (239), il-kost ta’ unità żdied b’25 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-Kummissjoni eżaminat jekk din iż-żieda setax kellha xi impatt fuq id-dannu materjali mġarrab mill-ilmentatur. Minkejja ż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija (prinċipalment il-gass) wara l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, l-industrija tal-Unjoni ma tħallietx tirrifletti l-kostijiet tagħha fid-dawl taż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping sinifikanti fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(287) |
Fir-rigward tal-kostijiet fissi kif innotat fit-taqsima 4.4.3.1, meta l-volumi tal-produzzjoni naqsu, il-kostijiet fissi għal kull unità prodotta żdiedu. Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-evoluzzjoni tal-kostijiet fissi għal kull unità prodotta setax kellha xi impatt fuq id-dannu materjali mġarrab mill-ilmentatur. Il-konklużjoni hija li ż-żieda relattiva fil-kostijiet fissi bħala sehem tal-kostijiet ta’ unità tal-produzzjoni hija dovuta għall-volumi aktar baxxi tal-produzzjoni, li jistgħu jiġu attribwiti għal volumi ta’ bejgħ aktar baxxi kkawżati minn kompetizzjoni inġusta mal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u mhux minn żieda assoluta (98) tal-kostijiet fissi nfushom. Għalhekk, iż-żieda relattiva tal-kostijiet fissi ma tnaqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat u d-dannu materjali li nstab. |
5.2.4. Importazzjonijiet mir-RPĊ mill-industrija tal-Unjoni
|
(288) |
Iffaċċjata b’kompetizzjoni ħarxa fil-prezzijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-industrija tal-Unjoni kellha tirrikorri għax-xiri ta’ kwantitajiet ta’ vanillin mill-kumpanija relatata tagħha fir-RPĊ. Tabella 15 Importazzjonijiet tal-vanillin mill-industrija tal-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(289) |
Minn dan ta’ hawn fuq jirriżulta li l-volumi tal-importazzjonijiet mill-produttur esportatur relatat fir-RPĊ żdiedu bi 52 % matul il-perjodu kkunsidrat, li jirrifletti, minn naħa waħda, l-impenn tal-industrija tal-Unjoni li tbigħ il-vanillin lill-klijenti tagħha, iżda min-naħa l-oħra, l-inabbiltà li tkopri l-kost ta’ unità tal-produzzjoni fis-sit tal-manifattura Ewropew tagħha matul perjodu meta l-prezz tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tnaqqas bin-nofs (ara l-premessa (208)). |
|
(290) |
F’termini ta’ sehem tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ, filwaqt li l-volumi żdiedu f’termini assoluti, is-sehem tal-importazzjonijiet li għalihom l-industrija tal-Unjoni kienet responsabbli baqa’ bejn 7 % u 14 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(291) |
Dawn l-importazzjonijiet, sa ċertu punt, ikkontribwew għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni billi kkontribwew għall-iżvilupp negattiv fil-prezzijiet innotat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, dawn l-importazzjonijiet ma jnaqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn produtturi esportaturi mhux relatati, li kienu responsabbli għal 86 % sa 93 % tal-volumi totali tal-importazzjoni, u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, kif stabbilit mill-investigazzjoni. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(292) |
Kif stabbilit hawn fuq fil-premessi (259) sa (264), wara sitwazzjoni stabbli tas-suq fl-2020 u fl-2021, l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat sitwazzjoni tas-suq differenti fl-2022. |
|
(293) |
Kif spjegat fil-premessa (201), kien hemm żieda fid-domanda wara l-pandemija tal-COVID-19, li wasslet għal żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni tista’ żżomm il-marġnijiet ta’ profitt tagħha anki jekk il-kostijiet tal-enerġija żdiedu b’mod parallel. Is-sitwazzjoni tas-suq ġibdet ukoll volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina. |
|
(294) |
Din ix-xejra treġġgħet kompletament lura matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, meta l-importazzjonijiet miċ-Ċina ssodisfaw din is-sitwazzjoni l-ġdida tas-suq billi naqqsu b’mod aggressiv il-prezzijiet tal-bejgħ, b’madwar 50 %. |
|
(295) |
L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx issegwi l-imġiba aggressiva tal-prezzijiet u kellha tnaqqas il-volumi tal-produzzjoni tagħha u, sa ċertu punt, bdiet timporta volumi akbar mill-kumpanija relatata tagħha fir-RPĊ sabiex tiddefendi lilha nnifisha. |
|
(296) |
L-industrija tal-Unjoni kienet qed tiffaċċja wkoll imġiba aggressiva fil-prezzijiet fis-swieq tal-esportazzjoni tagħha, bil-volumi tal-esportazzjoni mitlufa lill-produtturi esportaturi Ċiniżi. |
|
(297) |
Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Madankollu, l-effett ta’ dawn il-fatturi fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien limitat. |
|
(298) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, ikkunsidrati individwalment jew b’mod kollettiv, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. Id-dannu jikkonsisti b’mod partikolari fi tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ, fil-profitti, fis-sehem mis-suq, fir-redditu fuq l-investimenti u fl-użu tal-kapaċità. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(299) |
Biex tiddetermina l-livell tal-miżuri, skont l-Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex ineħħi d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping lill-industrija tal-Unjoni. |
6.1. Marġni tad-dannu
|
(300) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(301) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (“R&Ż”) u l-innovazzjoni (“IRI”, Investments, Research & Development and Innovation), u l-livell ta’ profittabbiltà li għandu jkun mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx anqas minn 6 %. |
|
(302) |
Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Fin-nuqqas ta’ data li turi profitt ogħla miksub f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, f’dan l-istadju l-Kummissjoni użat profitt fil-mira ta’ 6 % kif previst fl-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. Dan jikkostitwixxi approċċ konservattiv meta mqabbel mal-profitti miksuba mill-ilmentatur fl-2021 u fl-2022, li madankollu, kienu affettwati mill-irkupru ta’ wara l-COVID-19. |
|
(303) |
L-industrija tal-Unjoni pprovdiet evidenza li l-livell tagħha ta’ investimenti, riċerka u żvilupp u innovazzjoni (“IRI”) matul il-perjodu kkunsidrat kienu jkunu ogħla f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Biex tirrifletti dan fil-profitt fil-mira, il-Kummissjoni kkalkolat id-differenza bejn il-kostijiet tal-IRI f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni kif ipprovduti mill-industrija tal-Unjoni u vverifikati mill-Kummissjoni mal-kostijiet reali tal-IRI matul il-perjodu kkunsidrat. Differenza bħal din, espressa bħala perċentwal tal-fatturat, kienet ta’ 1,2 %. |
|
(304) |
Tali perċentwal ta’ 1,2 % żdied mal-marġni tal-profitt bażiku ta’ 6,0 % imsemmi fil-premessa (302), li wassal għal profitt fil-mira ta’ 7,2 %. |
|
(305) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia tar-Regolament bażiku li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Fin-nuqqas ta’ evidenza disponibbli, ma ġew miżjuda l-ebda kostijiet futuri addizzjonali. |
|
(306) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkolat prezz medju ponderat mhux dannuż fil-firxa ta’ EUR 20 200 – 22 200 għal kull tunnellata għall-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq (ara l-premessa (304)) għall-kost tal-produzzjoni tal-ilmentatur kif muri fit-Tabella 9 u mbagħad żiedet l-aġġustamenti skont l-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(307) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell tal-marġni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ li kkooperaw inklużi fil-kampjun, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produttur tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(308) |
Il-marġni tad-dannu għall-“produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun” u għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji (ara t-taqsima 3.8).
|
6.2. Konklużjoni dwar il-livell tal-miżuri definittivi
|
(309) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, jenħtieġ li d-dazji anti-dumping definittivi jiġu stabbiliti fil-livell tal-marġni tad-dannu f’konformità mal-Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu tar-Regolament bażiku. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(310) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. |
|
(311) |
Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, u tal-utenti. |
7.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(312) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni qed issofri dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat. Dawn l-importazzjonijiet waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-produttur tal-Unjoni, u kkawżaw telf sinifikanti tas-sehem mis-suq u tal-profitti lejn tmiem il-perjodu kkunsidrat, u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif spjegat fil-premessi (214) sa (298) hawn fuq. |
|
(313) |
L-impożizzjoni ta’ miżuri x’aktarx tipprevjeni żieda ulterjuri fl-importazzjonijiet mir-RPĊ bi prezzijiet oġġett ta’ dumping baxxi ħafna. Mingħajr miżuri, il-produtturi esportaturi Ċiniżi se jkomplu jwettqu dumping tal-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni li jipprevjeni lill-industrija tal-Unjoni milli terġa’ tibda l-produzzjoni sħiħa, milli tbigħ bi prezz adegwat u milli tiġġenera profitt suffiċjenti u b’hekk tikkawża aktar dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
|
(314) |
Għalhekk ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-vanillin mir-RPĊ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. Interess ta’ importaturi mhux relatati
|
(315) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mingħand l-ebda importatur tal-Unjoni li n-negozju tiegħu huwa biss li jimporta u jbigħ mill-ġdid il-prodott ikkonċernat. |
|
(316) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa improbabbli li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping fuq vanillin li joriġina mir-RPĊ se jkollha effett negattiv fuq is-sitwazzjoni ta’ importaturi u negozjanti mhux relatati fl-Unjoni. |
7.3. Interess tal-utenti
|
(317) |
Żewġ utenti li huma wkoll importaturi ppreżentaw ruħhom fl-investigazzjoni u pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju. Wieħed minnhom minn hemm ’il quddiem irrifjuta li jippermetti verifika tat-tweġiba għall-kwestjonarju, u l-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(318) |
L-uniku utent tal-Unjoni li kkoopera bis-sħiħ, inkluż li ppermetta lill-Kummissjoni twettaq verifika tat-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju, iddikjara li kien kontra l-impożizzjoni ta’ dazji fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-vanillin, peress li qies li tali dazji jimminaw il-kapaċità tiegħu li jikseb materja prima minn diversi oriġini, meta jitqies li l-ilmentatur kien l-uniku produttur tal-Unjoni ta’ ċerti tipi tal-prodott simili. |
|
(319) |
Għal dan l-utent, il-kost tal-vanillin kien materjali għal dawk il-prodotti finali li kienu jinkludu l-vanillin bħala input. Fl-istess ħin, il-bejgħ ta’ dawn il-prodotti ġġenera kontribuzzjoni pożittiva għar-riżultat finanzjarju globali tal-kumpanija. |
|
(320) |
Madankollu, dan l-utent irrikonoxxa l-ħtieġa li produttur tal-Unjoni jikseb profitt sostenibbli fuq il-bejgħ tiegħu fl-Unjoni. |
|
(321) |
Għalhekk, il-miżuri li jistabbilixxu mill-ġdid kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni ma jmorrux kontra l-interess tal-utenti tal-Unjoni, peress li jissalvagwardjaw il-provvista tal-vanillin minn diversi sorsi inkluż mill-Unjoni, u ma jippermettux sitwazzjoni monopolistika tal-vanillin importat. |
|
(322) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li l-impożizzjoni ta’ xi miżuri anti-dumping x’aktarx li ma taffettwax serjament is-sitwazzjoni tal-utenti. |
|
(323) |
Wara d-divulgazzjoni tas-sejbiet definittivi, Frey & Lau u l-parti interessata l-ġdida, Arethia (ara l-premessa (54)), enfasizzaw l-impatt qawwi li kwalunkwe miżura antidumping jista’ jkollha fuq l-industrija downstream, inkluż fuq tagħhom. |
|
(324) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni nnotat li la Frey & Lau u lanqas Arethia ma ppreżentaw kwestjonarji, li jippermettu lill-Kummissjoni tkejjel l-impatt li kwalunkwe miżura jkollha fuqhom. Għalhekk, il-Kummissjoni setgħet tkejjel biss l-impatt fil-livell tal-industrija downstream abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-utent li kkoopera bis-sħiħ (ara l-premessa (318)). Dan l-utent ma pprovdiex kummenti dwar id-divulgazzjoni definittiva u fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset li l-konklużjoni misluta fil-premessa (322) baqgħet valida. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(325) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ vanillin li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI
8.1. Miżuri definittivi
|
(326) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi sabiex ma jiġix ikkawżat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat. |
|
(327) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rata tad-dazju anti-dumping definittiv, espressa skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, tiġi stabbilita fil-livell ta’ 131,1 %. |
8.2. Retroattività
|
(328) |
Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott investigat soġġetti għal reġistrazzjoni. |
|
(329) |
Billi l-miżuri provviżorji ma ġewx imposti f’dan il-proċediment, il-kundizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku għall-applikazzjoni retroattiva tad-dazju anti-dumping definittiv ma ntlaħqux. |
9. DISPOŻIZZJONI FINALI
|
(330) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE,Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (99), meta ammont ikun irid jiġi rimborżat b’segwitu għal sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-imgħax li jrid jitħallas ikun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(331) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet tal-vanillin bil-formula molekulari C8H8O3 jew C9H10O3, u b’livell ta’ purità ogħla minn 95 % skont il-piż, inkluż il-Vanillin Sintetiku, il-Vanillin Naturali, il-Vanillin Sintetiku b’Sors Bijoloġiku (Bijovanillin) u l-Etilvanillin, li bħalissa huma kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 2912 41 00 għall-Vanillin Sintetiku, il-Vanillin Naturali u l-Vanillin Sintetiku b’Sors Bijoloġiku u ex 2912 42 00 għall-Etilvanillin (il-kodiċijiet TARIC 2912 41 00 10 u 2912 42 00 10), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi tal-aroma differenti li fihom konċentrazzjonijiet ta’ Vanillin ta’ inqas minn 95 % skont il-piż huma esklużi mill-prodott deskritt fil-paragrafu 1.
3. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, għandha tkun ta’ 131,1 %.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2716.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) ĠU C, C/2024/3241, 24.5.2024, ELI : http://data.europa.eu/eli/C/2024/3241/oj.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2716 tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ vanillin li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2024/2716, 25.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2716/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj).
(5) Id-dokument TRON t24.004546 tat-3 ta’ Ġunju 2024.
(6) Dokument TRON: t24.004732 tal-10 ta’ Ġunju 2024.
(7) B’mod partikolari s-sottosettur tal-kimiċi organiċi u l-addittivi tal-ikel, li huwa l-fokus tal-investigazzjoni preżenti.
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1959 tas-17 ta’ Lulju 2024 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-eritritol li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/1959, 19.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1959/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2180 tas-16 ta’ Ottubru 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/607 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għall-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku kkonsenjati mill-Malażja, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Malażja kif ukoll jekk le, wara rieżami ta’ esportatur ġdid skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2023/2180, 17.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2180/oj); Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/752 tat-12 ta’ April 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-glukonat tas-sodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, 13.4.2023, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/752/oj).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 161–162; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 89–90; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessa 70.
(10) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 103–113; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 46–50; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessa 49.
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 114–122; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 51–55; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessi 50–54. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u għat-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment f’SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont id-dritt tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-anqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, mill-inqas mill-2016, is-CCP saħħaħ it-talbiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali f’SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrappurtat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar sabiex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli huma ta’ applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fis-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 123–133; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 56–65; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessi 55–63.
(13) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 134–138; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 66–69; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessa 64.
(14) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 139–142; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 71–72; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessa 65.
(15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 143–152; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 72–81; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessa 66.
(16) Commission Staff Working Document on Significant Distortions in the Economy of the People’s Republic of China for the Purposes of Trade Defence Investigations, l-10 ta’ April 2024, SWD(2024) 91 final, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2024)91&lang=en, inkluż il-verżjoni preċedenti tad-dokument: Commission Staff Working Document on Significant Distortions in the Economy of the People’s Republic of China for the purposes of Trade Defence Investigations, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2, disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2017)483&lang=mt.
(17) Bħal: Ir-Rieżami tal-Politika Kummerċjali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO, World Trade Organisation) tal-2021, WT/TPR/S/415; Id-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Amministrazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Istati Uniti, C-570-054, Issues and Decision Memorandum for the Final Determination in the Countervailing Duty Investigation of Certain Aluminium Foil from the People’s Republic of China, 26 ta’ Frar 2018.
(18) Ir-Rapport, p. 109.
(19) Ibid., p. 6.
(20) Ibid., p. 312.
(21) Ibid., p. 321.
(22) Ibid., p. 217.
(23) Ibid., p. 223.
(24) Ibid., p. 234.
(25) Ibid., p. 270.
(26) Ibid., p. 246.
(27) Ibid., p. 254.
(28) Ara, id-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Istati Uniti u l-Amministrazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali, C-570-054, Issues and Decision Memorandum for the Final Determination in the Countervailing Duty Investigation of Certain Aluminium Foil from the People’s Republic of China, 26 ta’ Frar 2018.
(29) Ibidem.
(30) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2011 tas-17 ta’ Novembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-kejbils fibrottiċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 410, 18.11.2021, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2011/oj), il-premessi 126 u 140; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tal-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 36, 17.2.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/191/oj), il-premessi 188 u 203–208.
(31) Ir-Rapport, p. 343.
(32) Jiaxing Zhonghua għandu jwaqqaf kumpanija ġdida u jibni sit ta’ produzzjoni ġdid (Shandong Wanhua). Din l-entità l-ġdida għandha l-approvazzjoni mill-awtoritajiet Ċiniżi biex tibni kapaċità ta’ vanillin sintetiku ta’ 10 kT u ta’ etilvanillin 3 kT.
(33) Ara r-Rapport Annwali tal-2023 ta’ Jiangxi Brother, p. 66, disponibbli fuq: https://q.stock.sohu.com/newpdf/202457673962.pdf (aċċessat fl-10 ta’ Jannar 2025).
(34) Ara r-Rapport Annwali tal-2023 ta’ Asia Aroma, p. 118, disponibbli fuq: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESZ_STOCK/2024/2024-4/2024-04-22/10016936.PDF (aċċessat fl-10 ta’ Jannar 2025).
(35) Ara: http://www.thrive-chemicals.com/ (aċċessat fl-10 ta’ Jannar 2025).
(36) Ara: https://www.zhhhg.com/ (aċċessat fl-10 ta’ Jannar 2025).
(37) Ara: http://www.sinopec.com/listco/000/000/042/42065.shtml (aċċessat fl-10 ta’ Jannar 2025).
(38) Ara: http://www.sinochemhx.com/en/14661.html (aċċessat fl-10 ta’ Jannar 2025).
(39) Ara: http://wap.sasac.gov.cn/n2588045/n27271785/n27271792/c14159097/content.html (aċċessat fl-10 ta’ Jannar 2025).
(40) Ara: http://www.cpcif.org.cn/detail/39747711-f959-4eb8-8a59-0f3f776ae8e0 (aċċessat fl-10 ta’ Jannar 2025).
(41) Ara l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tas-CPCIF, l-Artikolu 3, disponibbli fuq: http://www.cpcif.org.cn/detail/40288043661e27fb01661e386a3f0001?e=1 (aċċessat fl-10 ta’ Jannar 2025).
(42) Ibid.
(43) Ibid., l-Artikolu 36.
(44) Ara: https://www.cfaa.cn/lxweb/showSecondryPage.action?subLanmuVo.paramRoot=UTI_FIC_INTRODUCTION&chapter.param.paramCode=UTI_FIC_INTRODUCTION_2 (aċċessat fl-10 ta’ Jannar 2025).
(45) Ara: https://www.cfaa.cn/ (aċċessat fl-10 ta’ Jannar 2025).
(46) Ara: https://www.cfaa.cn/lxweb/showSecondryPage.action?subLanmuVo.paramRoot=UTI_CATEGORY_7 &chapter.id = 2286&type= (aċċessat fl-10 ta’ Jannar 2025).
(47) Ara: https://www.cfaa.cn/lxweb/toIndex.action?type=en¶m.paramCode=UTI_ENGLISH_2, (aċċessat fit-13 ta’ Jannar 2025).
(48) Ara: http://www.cpcif.org.cn/list/40288043661dc14701661ddbe0980010 (aċċessat fl-10 ta’ Jannar 2025).
(49) Ara: http://www.jx-sptjj.com/html/xhgk/index.html, (aċċessat fit-13 ta’ Jannar 2025).
(50) Ara: http://www.jx-sptjj.com/html/hyml/list_10.html (aċċessat fit-13 ta’ Jannar 2025).
(51) Ara t-Taqsima III.8.3, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/xinwen/2021-03/13/content_5592681.htm (aċċessat fit-13 ta’ Jannar 2025).
(52) Ara t-Taqsima VIII.1, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/29/5665166/files/90c1c79a00b44c67b59c29392476c862.pdf (aċċessat fit-13 ta’ Jannar 2025).
(53) Ara t-Taqsima III.4 u I.1, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-04/08/content_5683972.htm#msdynttrid=WRmyf07ph0z74SHmXoOLKjRWl09BdZ4lGdYp9fiI9xU (aċċessat fit-13 ta’ Jannar 2025).
(54) Ara: https://www.zhhhg.com/newsshow.php?newsid=140 (aċċessat fil-15 ta’ Jannar 2025).
(55) Ara: http://cq.gov.cn/ywdt/jrcq/202306/t20230620_12079206.html (aċċessat fil-15 ta’ Jannar 2025).
(56) Ara: https://www.sinochem.com/sinochem/guwm/zlzz/ds/A031002002002Gone1.html (aċċessat fil-15 ta’ Jannar 2025).
(57) Ara: https://www.sinochem.com/sinochem/dzyjj/dj11/A031007001Gone1.html (aċċessat fil-15 ta’ Jannar 2025).
(58) Ara: http://www.sinopecgroup.com/group/gsglc/index.shtml (aċċessat fl-10 ta’ Diċembru 2024).
(59) Ara: http://www.sinopecgroup.com/group/000/000/041/41878.shtml (aċċessat fl-10 ta’ Diċembru 2024).
(60) Ir-Rapport, il-Kapitolu 16.
(61) Ara t-Taqsima III.8.3.
(62) Ara t-Taqsima IV.1.3, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2021-12/29/content_5665166.htm (aċċessat fis-6 ta’ Diċembru 2024).
(63) Ara: https://www.jiaxing.gov.cn/art/2020/12/28/art_1228922755_59069897.html (aċċessat fil-15 ta’ Jannar 2025).
(64) Ara t-Taqsima III.2.4, disponibbli fuq: https://www.cq.gov.cn/zwgk/zfxxgkml/szfwj/qtgw/ 202108/t20210803_9538603.html (aċċessat fit-13 ta’ Jannar 2025).
(65) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1959, il-premessi 153–157; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2180, il-premessi 82–84; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/752, il-premessa 67.
(66) Ara: http://www.thrive-chemicals.com/content.php?catid=39&id=118 (aċċessat fit-28 ta’ April 2025).
(67) World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(68) NACE (“ Nomenclature statistique des Activités économiques dans la Communauté Européenne”) hija l-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea (UE). Il-kodiċi NACE kkonċernat huwa C20.1.4: “Manifattura ta’ kimiċi bażiċi organiċi oħra”. Għal-lista sħiħa tal-kodiċijiet NACE:https://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/index/nace_all.html.
(69) Dawn il-kumpaniji huma elenkati fl-Ewwel Nota (numru ta’ referenza TRON t24.008986).
(70) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024 — Sinopec Chongqing SVW Chemical Co Ltd. et vs Il-Kummissjoni Ewropea, T-762/20, ECLI :EU:T:2024:113.
(71) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj) kif emendat bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/749 tal-24 ta’ Frar 2017 (ĠU L 113, 29.4.2017, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/749/oj).
(72) Il-fenol jirrappreżenta bejn 25 % u 30 % tal-kost tal-manifattura tal-prodott taħt investigazzjoni.
(73) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/576 tat-8 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna. (ĠU L 111, 8.4.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/576/oj).
(74) L-Atlas tal-Kummerċ Globali: https://connect.ihsmarkit.com/,http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm.
(75) Għal ħames materji prima (l-aċidu gliossiliku, il-perossidu tal-idroġenu, il-gwajakolu/gwetol, is-sulfat tar-ram, it-toluwen) id-data tal-importazzjoni tal-GTA għall-Brażil ma tqisitx xierqa, minħabba n-nuqqas ta’ importazzjonijiet sinifikanti u/jew l-inklużjoni ta’ diversi tikketti tal-prodott fl-istess prodott tal-GTA. Għal dawn il-ħames materji prima, il-Kummissjoni qieset l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha (il-gwajakolu/gwetol), l-esportazzjonijiet mill-Brażil (il-perossidu tal-idroġenu, it-toluwen, is-sulfat tar-ram) u l-esportazzjonijiet minn Franza (l-aċidu gliossiliku).
(76) https://www.ibge.gov.br/en/statistics/economic/prices-and-costs/17136-national-consumer-price-index.html?edicao=36055&t=downloads.
(77) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/sntep/publicacoes/boletins-mensais-de-energia/boletins/2023-1/ingles/brazilian-monthly-energy-bulletin-january-2023.pdf/view.
(**) “xx” tirrappreżenta diversi kodiċijiet wara l-livell tal-kodiċi b’6 figuri. Għal-Ortovanillin u l-Etossisaliċilaldeid, il-lista sħiħa tal-kodiċijiet ta’ oġġetti hija: 2912 49 10 , 2912 49 20 , 2912 49 30 , 2912 49 41 , 2912 49 49 , 2912 49 90 ; Għall-O-dietossi benżen il-lista sħiħa tal-kodiċijiet ta’ oġġetti hija: 2909 30 11 , 2909 30 12 , 2909 30 13 , 2909 30 14 , 2909 30 19 , 2909 30 21 , 2909 30 23 , 2909 30 29
(78) Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-volumi tal-esportazzjoni tal-Brażil qabżu bil-kbir il-volumi tal-importazzjoni tiegħu għall-prodotti rilevanti. B’mod speċifiku, il-Brażil esporta aktar minn 122 000 tunnellata ta’ perossidu tal-idroġenu, meta mqabbel ma’ 220 tunnellata biss importati; aktar minn 43 000 tunnellata ta’ toluwen, meta mqabbla ma’ 8 tunnellati biss importati; u aktar minn 11 000 tunnellata ta’ sulfat tar-ram, meta mqabbel ma’ 7 tunnellati biss importati. Barra minn hekk, l-analiżi tal-prezzijiet żvelat disparità sinifikanti, bil-prezzijiet medji tal-importazzjoni jkunu madwar 100 darba ogħla mill-prezzijiet medji tal-esportazzjoni (sors: GTA).
(79) Dokument TRON: tT25.000690 ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2025.
(80) Procurement resource (https://www.procurementresource.com/) hija pjattaforma li tipprovdi data u għarfien dwar l-akkwist biex tgħin lill-organizzazzjonijiet jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar ix-xiri. Dan huwa sit web bi ħlas skont l-użu.
(81) Għal aktar informazzjoni żur is-sit web tal-Kummissjoni: https://taxation-customs.ec.europa.eu/customs-4/calculation-customs-duties/customs-tariff/eu-customs-tariff-taric_en#:~:text=Legal%20basis,07%2F09%2F1987).
(82) Dawn huma xi eżempji ta’ materjali awżiljarji rrapportati mill-produtturi esportaturi fil-fajls tas-COP tagħhom: Materjal tal-ippakkjar, Solvent tas-sustanza kimika, Aċeton, Metil isobutil keton, Aċidu fosforiku, Freon, Trifosfat tas-Sodju, Tetrasodju, Inibitur tal-Ġebla u tal-Korrużjoni, Idrossidu tal-Kalċju, Ammonijaka Anidra, Klorur tal-Kalċju, Trab tal-ħadid.
(83) https://www.ibge.gov.br/en/statistics/technical-documents/statistical-lists-and-classifications/17245-national-classification-of-economic-activities.html?edicao=17248&t=resultados.
(84) https://www.ibge.gov.br/en/statistics/economic/prices-and-costs/17136-national-consumer-pricce-index.html?edicao=36055&t=downloads.
(85) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2247 tal-15 ta’ Novembru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar miksija bil-kromu elettrolitiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Brażil (ĠU L 295, 16.11.2022, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2247/oj).
(86) https://www.gov.br/mme/pt-br/assuntos/secretarias/sntep/publicacoes/boletins-mensais-de-energia/boletins/2023-1/ingles/brazilian-monthly-energy-bulletin-january-2023.pdf/view.
(87) Ir-Regolament (UE) 2022/576.
(88) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tal-Federazzjoni Russa għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, ara fil-Kapitolu 10.2.3.
(89) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tal-Federazzjoni Russa għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, SWD(2020) 242 final, 22.10.2020, https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/detail?ref=SWD(2020)242&lang=mt, ara fil-Kapitlu 14.1 (aċċessat fit-18 ta’ Diċembru 2024).
(90) https://thedocs.worldbank.org/en/doc/5d903e848db1d1b83e0ec8f744e55570-0350012021/related/CMO-Pink-Sheet-November-2024.pdf. Dan il-prezz huwa l-prezz tal-esportazzjoni Awstraljan ta’ FOB Newcastle, l-Awstralja.
(91) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/81 tat-13 ta’ Jannar 2025 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar mhux illigat, stanjati li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2025/81, 14.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/81/oj).
(92) Benchmark the Fuel Cost of Steam Generation, Energy Tips: STEAM, Steam Tip Sheet #15 (Skeda Informattiva), L-Uffiċċju tal-Manifattura Avvanzata (AMO, Advanced Manufacturing Office), L-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli (EERE, Energy Efficiency & Renewable Energy).
(93) Ara s-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2024, AO Nevinnomysskiy Azot u AO Novomoskovskaya Aktsionernaya Kompania NAK “Azot” vs Il-Kummissjoni Ewropea, C-725/22, ECLI:EU:C:2024:217, il-punti 67 u 72.
(94) Is-Sentenza tal-14 ta’ Marzu 1990, Gestetner Holdings plc vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, C-156/87, ECLI:EU:C:1990:116, il-punt 31.
(95) Is-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2024, AO Nevinnomysskiy Azot u AO Novomoskovskaya Aktsionernaya Kompania NAK “Azot” vs Il-Kummissjoni Ewropea, C-725/22, ECLI:EU:C:2024:217, il-punt 66.
(96) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336 tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“alkoħols tal-polivinil”) (ĠU L 315, 29.9.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1336/oj), il-premessa 352.
(97) https://www.ecb.europa.eu/press/economic-bulletin/focus/2022/html/ecb.ebbox202108_01~e8ceebe51f.en.html.
(98) Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kostijiet fissi naqsu f’termini assoluti.
(99) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1151/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)