Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025R1139

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1139 tas-6 ta’ Ġunju 2025 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ plywood tal-injam iebes mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

C/2025/3492

ĠU L, 2025/1139, 10.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1139/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1139/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1139

10.6.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1139

tas-6 ta’ Ġunju 2025

li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ plywood tal-injam iebes mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fil-11 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ plywood tal-injam iebes li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “ir-RPĊ”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2024 minn Greenwood Consortium (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-plywood tal-injam iebes tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

1.2.   Reġistrazzjoni

(3)

Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-plywood tal-injam iebes soġġetti għar-reġistrazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3140 (3) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”).

1.3.   Partijiet interessati

(4)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufa, lin-negozjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li huma kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

(5)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.4.   Kummenti dwar il-bidu

(6)

Wara l-bidu, l-ilmentatur, l-importaturi individwali u l-Plywood Trade Interest Alliance (4) (il-“PTIA”) għamlu diversi sottomissjonijiet dwar l-evidenza fl-ilment relatata mad-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni. Il-kummenti huma indirizzati hawn taħt. L-ilmentatur u l-PTIA għamlu żewġ sottomissjonijiet addizzjonali li kkonfutaw il-kummenti ta’ xulxin, skont it-Taqsima 8 tan-Notifika ta’ Bidu. It-Taqsima 8 tipprovdi li jenħtieġ li kwalunkwe kumment dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati qabel l-iskadenza tal-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, isir fi żmien 75 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor. Is-sottomissjoni tal-ilmentatur ġiet ippreżentata fil-ħin fl-20 ta’ Diċembru 2024, sal-iskadenza rilevanti. Il-kummenti kuntrarji tal-PTIA ġew ippreżentati fil-15 ta’ Jannar 2025. Peress li dawn il-kummenti ġew sottomessi barra l-limiti ta’ żmien rilevanti stabbiliti min-Notifika ta’ Bidu, ma setgħux jitqiesu.

1.4.1.   Kummenti dwar l-ilment u l-proċedura

(7)

Il-PTIA sostniet li l-ilmentatur indiċja u ttratta b’mod mhux raġonevoli d-data diġà aggregata għal disa’ kumpaniji bħala kunfidenzjali, u dan għamilha impossibbli li s-sustanza tal-informazzjoni tinftiehem b’mod sinifikanti. Barra minn hekk, il-PTIA allegat li l-ilmentatur żamm data essenzjali minħabba d-drittijiet tal-awtur u li r-restrizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur ma jistgħux iservu bħala raġuni leġittima għaż-żamma ta’ informazzjoni mhux kunfidenzjali minn partijiet interessati oħra.

(8)

Fir-rigward tal-indiċjar tad-data aggregata, il-Kummissjoni sabet li l-portafoll differenti tal-prodotti tal-membri ta’ Greenwood Consortium, l-ilmentatur iġġustifika t-trattament kunfidenzjali tad-data aggregata. Sa fejn hija kkonċernata l-informazzjoni miżmuma minħabba d-drittijiet tal-awtur, instab li l-livell tal-prezz tal-esportazzjoni ġenerali tal-plywood tal-injam iebes Ċiniż fil-perjodu 2010–2024 (5) kien ta’ natura dimostrattiva aktar milli informazzjoni essenzjali li tagħmel l-analiżi tal-ilment diffiċli bla bżonn.

(9)

Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet minħabba li sabet li l-verżjoni miftuħa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati tal-ilment kien fiha biżżejjed evidenza essenzjali u sommarji mhux kunfidenzjali ta’ informazzjoni kunfidenzjali biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom matul il-proċediment u kkonformat mar-rekwiżiti tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku.

(10)

Il-PTIA sostniet li l-ilmentatur ma ppreżentax informazzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku, filwaqt li l-informazzjoni sottomessa dwar aspetti oħra ma kinitx kompluta.

(11)

Il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni minħabba li sabet li l-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping, dannu u rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet allegatament oġġett ta’ dumping u d-dannu allegat abbażi ta’ informazzjoni raġonevolment disponibbli. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-verżjoni miftuħa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati tal-ilment kien fiha biżżejjed evidenza essenzjali u sommarji mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni kunfidenzjali biex tippermetti lill-partijiet interessati jeżerċitaw id-dritt tagħhom tad-difiża matul il-proċediment u b’hekk ikkonformat mar-rekwiżiti tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku.

(12)

Il-PTIA sostniet li l-ilmentaturi, filwaqt li forsi jissodisfaw ir-rekwiżiti għar-rappreżentattività tal-industrija tal-Unjoni skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku, bl-ebda mod ma jikkostitwixxu l-industrija kollha tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 3.

(13)

Il-Kummissjoni sabet li r-rekwiżit permanenti kien issodisfat minħabba li l-ilment kien appoġġat mill-produtturi tal-UE li jammontaw għal aktar minn 25 % tal-produzzjoni tal-prodott simili fl-UE prodott mill-industrija tal-UE, u l-ebda produttur tal-UE ma opponieh. Għall-bidu tal-proċedimenti, lil hinn milli jagħti prova tal-pożizzjoni tiegħu, l-ilmentatur ma kienx meħtieġ jirrappreżenta l-industrija kollha tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet ukoll din l-affermazzjoni.

1.4.2.   Kummenti dwar il-kalkoli tad-dumping

(14)

Il-PTIA sostniet li r-rati tad-dumping ikkalkulati fl-ilment kienu eċċessivament għoljin u esaġerati bla bżonn minħabba t-taħlita tal-prodott ikkunsidrata u proċess ta’ produzzjoni differenti fir-RPĊ, li ma kienx rifless kif xieraq fil-kalkoli. Il-PTIA kkunsidrat ukoll li l-konsum tal-kolla msemmi fl-ilment ma kienx korrett, u li ċertu materjal ġie magħdud darbtejn. Hija indikat ukoll inkonsistenzi bejn il-korp tal-ilment u l-annessi. Il-PTIA argumentat ukoll li l-fatturi bħala evidenza tal-prezz tal-esportazzjoni ma kinux rappreżentattivi peress li kienu jirreferu biss għall-plywood tal-luq u mhux għat-tipi kollha ta’ plywood importati fl-Unjoni.

(15)

Barra minn hekk, il-PTIA sostniet li t-Turkija ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq minħabba l-inflazzjoni għolja tal-lira Torka matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, speċjalment fir-rigward tal-istabbiliment tal-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG & A”, selling, general and administrative) u l-profitt. Barra minn hekk, din argumentat li d-data tal-kumpanija Torka proposta użata bħala punt ta’ riferiment biex jiġi ddeterminat il-profitt u l-SG & A ma kinux rappreżentattivi. Hija qieset ukoll li meta jikkalkula l-kostijiet lavorattivi, l-ilmentatur kellu juża r-rata tal-kambju tal-Bank Ċentrali Ewropew minflok ir-rata tal-kambju pprovduta mill-Bank Ċentrali Tork, u li biex jiddetermina l-prezzijiet tal-enerġija, l-ilmentatur kellu juża l-istatistika Torka u mhux is-sit web www.globalpetrolprices.com.

(16)

L-ilmentatur argumenta li l-inflazzjoni għolja fit-Turkija ma kellha l-ebda impatt fuq id-determinazzjoni tal-parametri referenzjarji peress li l-prezzijiet tal-materja prima ma kinux espressi f’lira Torka iżda f’EUR jew f’dollari Amerikani u li l-inflazzjoni ma jkollhiex impatt fuq l-SG & A u l-profitt tal-kumpaniji Torok peress li ż-żieda fil-kostijiet tnaqqas il-marġni ta’ profitt li rriżulta f’approċċ aktar konservattiv. Barra minn hekk, peress li l-SG & A u l-profitt ġew espressi bħala perċentwal tal-kostijiet tal-oġġetti mibjugħa, dawn ma jiġux affettwati mill-inflazzjoni. Barra minn hekk, l-ilmentatur sostna li l-parametri referenzjarji kienu raġonevoli u rappreżentattivi għas-settur. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-enerġija, l-ilmentatur argumenta wkoll li d-data dwar l-enerġija meħuda mis-sit web www.globalpetrolprices.com kienet ibbażata fuq l-istatistika uffiċjali Torka.

(17)

L-ilmentatur iddefenda wkoll il-fatt li ma kienx hemm għadd doppju fil-kalkolu tal-valur normali fl-ilment u li l-kalkoli kienu bbażati fuq il-fatturi tal-produzzjoni u r-rati tal-konsum applikabbli fir-RPĊ u ġew aġġustati kif xieraq biex jitqies il-proċess tal-produzzjoni fir-RPĊ. Dan argumenta wkoll li l-konsum tal-kolla fl-ilment ġie kkalkolat b’mod preċiż u bbażat fuq approċċ raġonevoli, anki konservattiv. Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-PTIA, jiġifieri li l-prezz tal-esportazzjoni ma kienx rappreżentattiv, huwa ssottometta li l-fatturi għall-plywood tal-luq fl-ilment ġew ippreżentati biss bħala element addizzjonali; id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni kienet ibbażata fuq il-Eurostat u l-indiċi tal-prezzijiet Europäischer Wirtschaftsdienst GmbH (6)(EUWID), pubblikatur tal-midja kummerċjali ġdid li ffoka fuq, fost l-oħrajn, prodotti tal-injam.

(18)

Kemm l-ilmentatur kif ukoll il-PTIA ppreżentaw kummenti dwar l-analiżi relatati mad-distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tal-plywood fir-RPĊ. Dawn il-kummenti huma indirizzati fit-Taqsima 3.2.1.4 ta’ hawn taħt.

(19)

Il-Kummissjoni qieset kif xieraq l-affermazzjonijiet tal-PTIA dwar l-evidenza relatata mal-kalkoli tad-dumping fl-ilment, kif ukoll l-elementi addizzjonali pprovduti mill-ilmentatur. Hija sabet li r-rekwiżiti għall-bidu ta’ investigazzjoni ġew issodisfati, jiġifieri, li l-preċiżjoni u l-adegwatezza tal-evidenza ppreżentata mill-ilmentatur kienu biżżejjed u ddeterminat li kienu biżżejjed biex jiġġustifikaw il-bidu ta’ investigazzjoni.

(20)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li dan ma kellu l-ebda impatt fuq il-konklużjonijiet dwar l-eżistenza ta’ dumping — f’dan il-każ partikolari, l-evidenza prima facie relatata mal-kalkoli tal-valur normali tat-tipi differenti ta’ prodotti, il-fatturi ta’ produzzjoni u l-konsum rispettiv tiegħu tqieset suffiċjenti. Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-marġni tad-dumping ikkalkulat fl-ilment ma jirriflettix neċessarjament il-grad eżatt ta’ dumping li se jiġi kkalkolat fl-investigazzjoni fuq bażi ta’ tranżazzjoni bi tranżazzjoni u tip b’tip. Tabilħaqq, in-natura tal-analiżi kienet differenti peress li ma saritx fuq bażi ta’ kumpanija b’kumpanija, u lanqas għal kull tranżazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni kienet sodisfatta bil-livell ta’ evidenza pprovduta mill-ilmentatur dwar il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali li turi li l-marġnijiet tad-dumping kienu sinifikanti. Barra minn hekk, iċ-ċifri li fuqhom kien ibbażat il-valur normali kienu appoġġati minn evidenza suffiċjenti, u l-aġġustamenti kollha meħtieġa biex pereżempju jiġi kkunsidrat proċess ta’ produzzjoni differenti fir-RPĊ tqiesu fl-analiżi tal-Kummissjoni tad-dumping. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet tal-PTIA dwar evidenza insuffiċjenti ta’ dumping fl-ilment.

(21)

Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur u analizzata mill-Kummissjoni, l-għażla proposta tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv biex jiġi ddeterminat il-valur normali ssodisfat ir-rekwiżit ta’ evidenza suffiċjenti. B’mod partikolari, il-bejgħ domestiku mill-produtturi Torok tal-plywood tal-injam iebes deher li kien kbir biżżejjed, u l-proċess tal-produzzjoni u l-aċċess għall-materja prima kienu simili għall-produtturi Ċiniżi, u d-differenzi potenzjali fil-proċess tal-produzzjoni tqiesu fid-determinazzjoni tal-valur normali. Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-fatt li kien hemm inflazzjoni għolja fit-Turkija ma kellux impatt fuq il-parametri referenzjarji li tabilħaqq ma kinux espressi f’lira Torka, u lanqas fuq id-determinazzjoni tal-SG & A u tal-profitt ibbażat fuq il-kumpaniji Torok.

1.4.3.   Kummenti dwar id-dannu

(22)

Il-PTIA argumentat li l-ilment ma jissodisfax l-istandard ta’ evidenza pożittiva dwar id-dannu skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, filwaqt li sostniet li ċerti indikaturi tad-dannu, bħall-konsum tal-UE; il-prezzijiet tal-importazzjoni; is-sehem mis-suq tal-UE; il-kapaċità u l-użu tal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u l-fatturat; l-impjieg; il-profittabbiltà, l-investimenti, l-istokkijiet u l-kapaċità tal-produzzjoni ma appoġġawx sejba ta’ dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(23)

Il-Kummissjoni sabet li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza għal sejba prima facie ta’ dannu materjali meħtieġ għall-bidu ta’ investigazzjoni. Kemm l-indikaturi makroekonomiċi kif ukoll dawk mikroekonomiċi ġew analizzati fit-taqsima 6 tal-ilment. Il-Kummissjoni tfakkar li sejba prima facie ta’ dannu materjali meħtieġa għall-bidu ta’ investigazzjoni teħtieġ eżami, fost l-oħrajn, tal-fatturi rilevanti kif deskritti fir-Regolament bażiku. Mhuwiex speċifikament meħtieġ mill-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku li l-fatturi ta’ dannu kollha msemmija fl-Artikolu 3(5) juru deterjorament sabiex id-dannu materjali jkun sostanzjat biżżejjed għall-fini tal-bidu ta’ investigazzjoni. Il-formulazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku tiddikjara li l-ilment għandu jkun fih l-informazzjoni dwar il-bidliet fil-volum tal-importazzjonijiet allegatament oġġett ta’ dumping, l-effett ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, kif muri mill-fatturi rilevanti (mhux neċessarjament kollha). L-ilment kien fih din l-informazzjoni, li indikat l-eżistenza ta’ dannu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza ta’ dannu u ċaħdet l-affermazzjoni mill-PTIA.

(24)

Il-PTIA sostniet li l-ilmentatur ibbaża l-kalkolu tiegħu tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz fuq il-plywood tal-luq biss, filwaqt li nnotat li l-Kummissjoni jenħtieġ li tibbaża l-kalkoli preliminari u finali tagħha fuq il-prodotti kollha koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni.

(25)

Il-Kummissjoni tinnota li, skont l-istandard tas-“suffiċjenza tal-evidenza” fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament bażiku, ma hemm l-ebda obbligu li jiġi stabbilit twaqqigħ tal-prezz u bejgħ taħt il-prezz għat-tipi kollha ta’ prodotti koperti mill-investigazzjoni. Barra minn hekk, f’konformità mar-regoli legali applikabbli, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-marġini ta’ tnaqqis fil-prezz u bejgħ bi prezz baxx skont il-metodoloġija ppreżentata hawn taħt fit-Taqsimiet 4.3.2 u 6.1.

1.5.   Kampjunar

(26)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(27)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni u bejgħ li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Dan il-kampjun kien jikkonsisti fi tliet produtturi tal-Unjoni. Il-kampjun kien jirrappreżenta 28 % tal-produzzjoni totali stmata tal-UE u 33 % tal-kwantità totali stmata tal-bejgħ tal-UE ta’ plywood tal-injam iebes u jiżgura firxa ġeografika tajba. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment. Il-kampjun kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

Kampjunar tal-importaturi mhux relatati

(28)

Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu.

(29)

Għoxrin importatur mhux relatat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet importaturi mhux relatati fuq il-bażi tal-akbar volum ta’ bejgħ tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni, u l-pożizzjoni ġeografika tagħhom fl-Unjoni. Il-kampjun kien jirrappreżenta 38 % tal-kwantità totali stmata tal-bejgħ tal-UE u dan żgura firxa ġeografika tajba. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment.

Kampjunar tal-produtturi esportaturi

(30)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(31)

Mija u għoxrin produttur esportatur fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni filwaqt li qieset l-ispeċijiet ewlenin tal-injam użat fil-produzzjoni tal-plywood tal-injam iebes u esportat lejn l-Unjoni (il-luq, il-betula u l-plywood tal-ewkaliptu), li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli dak iż-żmien, il-kampjun kien jirrappreżenta 9,5 % tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kollha kkonċernati u l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun.

(32)

Permezz ta’ posta elettronika tad-29 ta’ Novembru 2024, wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, Xuzhou Shengfeng Wood Co., Ltd, informa lill-Kummissjoni li huwa rtira l-kooperazzjoni tiegħu. Fl-istess jum, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżid produttur esportatur ieħor, Xuzhou Hongxin Wood Co., Ltd, fil-kampjun tal-produtturi esportaturi u infurmat lill-partijiet interessati b’din il-bidla permezz ta’ Nota għall-fajl tad-29 ta’ Novembru 2024. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dak l-istadju, il-kampjun propost kien jammonta għal 9,1 % (meta mqabbel ma’ 9,5 %, kif kien oriġinarjament) tal-kwantità totali stmata tal-esportazzjoni tal-plywood tal-injam iebes mir-RPĊ lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(33)

Madankollu, il-Kummissjoni ma rċevietx tweġiba mingħand Xuzhou Hongxin Wood Co., Ltd sal-iskadenza tat-3 ta’ Jannar 2025. Il-kumpanija li jifdal fil-kampjun, Pizhou Jianghsan Wood Co., Ltd (“Jiangshan Wood”), kienet tirrappreżenta 5,8 % tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni qieset li, f’dan l-istadju avvanzat tal-investigazzjoni ma kienx hemm biżżejjed żmien biex jintgħażel kampjun ġdid ta’ produtturi esportaturi u, barra minn hekk, minħabba l-kwantitajiet baxxi ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-produtturi esportaturi li jifdal li pprovdew tweġiba għall-kampjunar, kwalunkwe bidla fil-kampjun ma tirriżultax f’kampjun aktar rappreżentattiv. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tabbanduna l-kampjunar u tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għad-determinazzjoni tad-dumping. Madankollu, il-Kummissjoni aċċettat it-talba biex tikkalkula marġni ta’ dumping individwali għal Jiangshan Wood (7), f’konformità mal-Artikolu 17(3), bħala l-unika kumpanija li pprovdiet tweġiba xierqa u f’waqtha għall-kwestjonarju li setgħet tiġi vverifikata f’konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati b’din id-deċiżjoni permezz ta’ Nota għall-fajl tal-21 ta’ Jannar 2025.

(34)

Il-PTIA ppreżentat kummenti dwar il-kampjun inizjali. Hija qieset li ma kienx normali li l-Kummissjoni għażlet biss żewġ produtturi esportaturi, u argumentat li l-kampjun ta’ produtturi esportaturi normalment ikun jikkonsisti minn (mill-inqas) tliet produtturi esportaturi. Hija argumentat ukoll li peress li ntgħażlu tliet kumpaniji għall-kampjun ta’ importaturi mhux relatati u produtturi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni żżid kumpanija oħra mal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun biex taqbad volum ogħla ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Hija argumentat ukoll li l-Kummissjoni kellha tagħżel kumpanija akbar, b’varjetà akbar ta’ prodotti manifatturati u esportati peress li, skont l-għarfien tagħha, Xuzhou Shengfeng Wood Co. esportat porzjon sinifikanti ta’ plywood irriċiklat b’wiċċ miksi b’rita, li kien prodott ta’ livell baxx, u li kellu applikazzjoni speċifika fil-kostruzzjoni.

(35)

Wara l-bidla tal-kampjun wara l-irtirar ta’ Xuzhou Shengfeng Wood Co., Ltd, il-PTIA tenniet li l-kampjun għandu jikkonsisti f’mill-inqas tliet produtturi esportaturi. Fil-fehma tagħha, dan itejjeb il-kwalità u l-oġġettività tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-imġiba kummerċjali tal-industrija Ċiniża kollha kemm hi, għall-ispettru kollu tal-prodotti li tipproduċi u tesporta lejn l-Unjoni. Hija argumentat ukoll li l-produtturi tal-Unjoni kienu jirrappreżentaw 28 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni u 33 % tal-kwantità totali stmata tal-bejgħ tal-Unjoni tal-prodott simili, u l-kampjun tal-importaturi mhux relatati kien jirrappreżenta 38 % tal-kwantità totali stmata tal-bejgħ tal-prodott taħt investigazzjoni fl-Unjoni. Hija qieset li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda raġunament jew raġuni konvinċenti oħra dwar għaliex hija qieset il-kampjun żgħir ta’ produtturi esportaturi bħala raġonevoli biex tanalizza l-imġiba, il-prezzijiet u l-prodotti prodotti u esportati tal-produtturi esportaturi, abbażi ta’ tnejn minn 120 produttur esportatur biss, li jammontaw għal inqas minn 10 % tal-esportazzjonijiet kollha tal-prodott taħt investigazzjoni.

(36)

Wara li l-Kummissjoni abbandunat il-kampjunar, il-PTIA tenniet l-argumenti tagħha. Hija rreferiet għal diversi investigazzjonijiet oħra fejn il-Kummissjoni għażlet aktar minn żewġ produtturi esportaturi jew gruppi. Il-PTIA argumentat li peress li l-Kummissjoni kellha skadenza statutorja ta’ 14-il xahar biex tlesti l-investigazzjoni, hija xorta kellha biżżejjed żmien biex tinkludi kumpanija oħra fil-kampjun, u li d-deċiżjoni inizjali li tinvestiga inqas minn 10 % tal-esportazzjonijiet ma kinitx tas-soltu meta jitqies li 120 kumpanija pprovdew tweġiba għall-kampjunar.

(37)

Il-Kummissjoni qieset kif xieraq il-kummenti kollha ppreżentati mill-PTIA. Hija fakkret li d-deċiżjoni finali dwar l-għażla ta’ liema u kemm partijiet u l-kopertura tat-tipi ta’ prodotti baqgħu fid-diskrezzjoni tal-Kummissjoni, u li abbażi taċ-ċirkostanzi tal-każ, hija ma qisitx li kien meħtieġ li jinbidel jew jitkabbar il-kampjun. Il-Kummissjoni l-ewwel fakkret li l-industrija Ċiniża tal-plywood tal-injam iebes kienet frammentata ħafna u li kienet fil-biċċa l-kbira magħmula minn SMEs. B’mod aktar speċifiku, mill-120 kumpanija li wieġbu għall-formola tal-kampjunar, aktar minn 80 kumpanija kull waħda rrappreżentaw inqas minn 1 % tal-volum totali stmat tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Għalhekk, il-kampjun inizjali ta’ kważi 10 % tal-esportazzjonijiet tqies bħala rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-plywood tal-injam iebes lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni fakkret ukoll li minbarra l-volum tal-esportazzjonijiet, hija qieset l-aktar taħlita ta’ prodotti rappreżentattiva li tiżgura li l-kampjun kien magħmul minn kumpaniji li jesportaw l-aktar tipi rappreżentati ta’ plywood tal-injam iebes lejn l-Unjoni, jiġifieri l-luq, l-ewkaliptu u l-betula. Meta jitqies dan il-kriterju addizzjonali, iż-żieda ta’ kumpanija terza fil-kampjun iżżid ir-rappreżentattività tal-kampjun b’mhux aktar minn 3 %. Minħabba li l-kampjun inizjali diġà kien jirrappreżenta kważi 10 % tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni u li kien ikopri l-aktar tipi rappreżentattivi ta’ plywood tal-injam iebes, il-Kummissjoni ma qisitx li kien meħtieġ li jitkabbar il-kampjun, u qieset li l-kampjun kien rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi lejn l-Unjoni.

(38)

Il-Kummissjoni indikat ukoll li tnejn mit-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun ma kkooperawx, u li l-uniku produttur esportatur li kkoopera, Jianghsan Wood, kien jirrappreżenta 5,8 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni. Għalhekk, hija kkonkludiet li, f’konformità mal-Artikolu 17(4) tar-Regolament bażiku, il-grad ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni x’aktarx jaffettwa materjalment l-eżitu tal-investigazzjoni, u li, fl-istess ħin, ma kienx hemm biżżejjed żmien biex jintgħażel kampjun ġdid. Fuq din il-bażi, hija qieset li d-deċiżjoni li jiġi abbandunat il-kampjunar hija ġustifikata.

(39)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li d-deċiżjoni dwar jekk kienx hemm biżżejjed żmien biex jiġi inkluż produttur esportatur ieħor fil-kampjun għandha tiġi vvalutata fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull investigazzjoni. F’dan il-każ partikolari, il-Kummissjoni aġixxiet malajr billi ssostitwiet lil Xuzhou Shengfeng Wood Co., Ltd minn Xuzhou Hongxin Wood Co., Ltd meta din tal-ewwel iddeċidiet li ma tikkollaborax. Madankollu, sar ċar li Xuzhou Hongxin Wood Co., Ltd ma kkooperatx biss mill-mument tal-iskadenza tat-3 ta’ Jannar 2025, kważi tliet xhur wara li nbdiet l-investigazzjoni. Minħabba li kwalunkwe kumpanija ġdida fil-kampjun ikollha tingħata mill-inqas 30 jum ieħor biex tipprovdi t-tweġiba għall-kwestjonarju, it-tweġiba kienet tasal aktar minn xahrejn wara l-iskadenza pprovduta inizjalment (8). Għalhekk tqies li fid-dawl tal-iskadenzi proċedurali, ma kienx hemm biżżejjed żmien biex tintgħażel kumpanija ġdida. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dawn it-talbiet.

1.6.   Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika

(40)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”).

(41)

Barra minn hekk, fl-ilment l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza prima facie ta’ distorsjonijiet fil-materja prima fir-RPĊ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, kif tħabbar fin-Notifika tal-Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji addizzjonali f’dan ir-rigward lill-GTĊ.

(42)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi kollha tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-ilmentatur, lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lill-utenti magħrufa, u lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. L-istess kwestjonarji saru disponibbli online (9) fil-jum tal-bidu.

(43)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni:

Garnica Plywood Group S.A., Logroño, Spanja (“Garnica”),

Paged Morąg S.A., Pisz, il-Polonja (“Paged”),

Panguaneta Spa, Sabbioneta, l-Italja, (“Panguaneta”).

 

Produttur esportatur fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina:

Jiangshan Wood

1.7.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(44)

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024 (“perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“perjodu kkunsidrat”).

2.   PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott taħt investigazzjoni

(45)

Il-prodott taħt investigazzjoni huwa plywood tal-injam iebes li jikkonsisti biss minn fuljetti tal-injam għajr il-bambù u l-okoumé, fejn kull folja ma taqbiżx il-ħxuna ta’ 6 mm, b’mill-inqas saff wieħed ta’ barra ta’ injam tropikali jew injam mhux koniferu, tal-ispeċijiet speċifikati fis-subintestaturi 4412 31 , 4412 33 u 4412 34 , kemm jekk miksijin jew le jew bil-wiċċ miksi jew le (“il-prodott taħt investigazzjoni”).

(46)

Il-plywood tal-injam iebes huwa prodott finali multifunzjonali adattat għal ħafna applikazzjonijiet differenti. Dan jintuża b’mod komuni fl-industriji li ġejjin skont il-grad u karatteristiċi oħra tal-kwalità: il-kostruzzjoni, il-manifattura tal-għamara, it-trasport, l-imballaġġ u oħrajn, bħalma huma l-istands għar-reklamar, it-twieqi, is-sinjali tat-traffiku u l-indikaturi jew il-ġugarelli.

2.2.   Prodott ikkonċernat

(47)

Il-prodott ikkonċernat huwa plywood tal-injam iebes li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.3.   Prodott simili

(48)

L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat meta jiġi esportat lejn l-Unjoni;

il-prodott taħt investigazzjoni prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat; u

il-prodott taħt investigazzjoni prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(49)

F’dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li, għaldaqstant, dawk il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.4.   Dikjarazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott

(50)

Il-PTIA sostniet li d-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott kienet wiesgħa żżejjed biex tinkludi l-plywood tal-betula minħabba li ma huwiex prodott mill-ilmentaturi.

(51)

Il-Kummissjoni ċaħdet l-argument peress li diversi ilmentaturi, pereżempju Welde A.G. u Garnica, ipproduċew plywood tal-betula.

(52)

Il-PTIA u l-Assoċjazzjoni Nazzjonali Ċiniża tal-Industrija tal-Prodotti tal-Foresta (“CNFPIA”, China National Forest Products Industry Association) argumentaw li l-plywood miksi u mhux miksi huma żewġ prodotti separati u ma jistgħux jiġu koperti mill-istess investigazzjoni, mingħajr ma madankollu ssottomettew informazzjoni dettaljata u verifikabbli b’appoġġ għat-talbiet tagħhom.

(53)

Kif xieraq, il-Kummissjoni ċaħdet id-dikjarazzjoni minħabba li l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi tal-plywood manifatturat minn speċijiet ta’ injam iebes jibqgħu l-istess jew simili ħafna irrispettivament mill-kisi jew in-nuqqas tiegħu.

(54)

Il-PTIA sostniet li d-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott kienet inkonsistenti mad-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott fl-investigazzjoni anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet tal-plywood tal-betula mir-Russja (10). F’dak il-każ, il-Kummissjoni ċaħdet id-dikjarazzjoni ta’ produttur esportatur Russu sabiex tinkludi l-plywood tal-arżnu, tal-luq, tal-okoumé u tal-fagu fl-ambitu tal-prodott, minħabba li ddeterminat li l-plywood tal-arżnu, tal-luq, tal-okoumé tal-fagu ma għandhomx l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi bħall-plywood tal-betula.

(55)

Il-Kummissjoni sabet li l-fattur li jiddefinixxi l-prodott taħt investigazzjoni f’din l-investigazzjoni kien li l-fuljetta tal-wiċċ hija magħmula minn injam iebes, għall-kuntrarju tal-injam artab, prodotti oħra tal-injam jew plastik. Il-plywood tal-injam iebes, bħala kategorija ġenerali, jista’ jinqasam f’subkategoriji (tipi ta’ prodotti) differenti skont it-tip ta’ speċijiet tal-injam iebes, kif muri fl-investigazzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-plywood tal-betula mir-Russja (11), iżda dan ma jfissirx li l-pannelli kollha b’fuljetta tal-plywood tal-injam iebes ma jiffurmawx kategorija ta’ prodotti distinta u usa’ waħedha. Barra minn hekk, fl-investigazzjoni anti-dumping dwar l-importazzjonijiet tal-plywood tal-betula mir-Russja, il-Kummissjoni kienet sabet li kien hemm ċertu livell ta’ sostituzzjoni bejn il-plywood tal-betula u l-plywood magħmul minn tipi oħra ta’ injam, bħall-luq, l-arżnu u l-okoumé (12). Għalhekk, il-plywood tal-injam iebes huwa kategorija usa’ ta’ prodott li tista’ tiġi distinta minn prodotti oħra (pereżempju, mill-plywood tal-injam artab) permezz tal-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi tiegħu, li tinkludi wkoll diversi subkategoriji (ta’ tipi ta’ prodotti). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat ukoll li fl-investigazzjoni preżenti n-numru ta’ kontroll tal-prodott (“PCN”) iqis is-subkategoriji differenti tal-plywood tal-injam iebes abbażi tat-tip ta’ injam iebes użat bħala fuljetta tal-wiċċ.

(56)

Il-fatt li, fl-2019, il-produtturi tal-plywood tal-betula tal-UE, li jirrappreżentaw parti mill-industrija tal-plywood tal-injam iebes, ressqu lment dwar l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-Russja li għamluhom dannu, ma jfissirx li fl-2024, l-industrija kollha tal-plywood tal-injam iebes tal-UE ma tistax tiddikjara li qed issirilhom ħsara minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tat-tipi kollha ta’ injam iebes, inklużi prodotti magħmula mill-plywood tal-betula, miċ-Ċina. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni, għalhekk, ċaħdet id-dikjarazzjoni.

(57)

Il-PTIA, Altripan B.V. (“Altripan”) u Polywood sostnew li l-industrija Ċiniża tal-plywood tal-injam iebes, minn naħa waħda, u l-industrija tal-plywood tal-injam iebes tal-Unjoni, min-naħa l-oħra, jokkupaw segmenti differenti tas-suq u mhumiex f’kompetizzjoni.

(58)

Il-Kummissjoni sabet li ż-żewġ industriji jistgħu jipproduċu l-firxa sħiħa ta’ prodotti tal-plywood tal-injam iebes preżenti fis-suq tal-Unjoni. Fil-fatt, diġà qed jagħmlu dan. Id-differenzi allegati bejn il-plywood tal-injam iebes tal-industrija Ċiniża u tal-Unjoni jinsabu fil-kwalità biss; il-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi tagħhom jibqgħu l-istess. L-eżistenza ta’ segmenti differenti tas-suq li fihom kienu preżenti prodotti importati u l-plywood prodott mill-industrija tal-Unjoni ma ntwerietx mill-partijiet interessati f’konformità mal-istandard legali rilevanti (13). Il-Kummissjoni, għalhekk, caħdet din id-dikjarazzjoni.

2.5.   Dikjarazzjonijiet rigward l-esklużjoni tal-prodott

(59)

Il-PTIA, is-CNFPTIA, il-Federazzjoni Ġermaniża tal-Injam Ippreparat (GD Holz), il-Federazzjoni Belġjana tat-Tessut, l-Industrija tal-Injam u l-Għamara (Fedustria), il-Federazzjoni Ewropea tal-Kummerċ tal-Injam Ippreparat (ETTF), Peri SE, Peri SE, Weltholz ZN, Enno Roggemann, J. u. A. Frischeis Gesellschaft u Questwood sp. z o.o (“Questwood”) argumentaw li plywood b’wiċċ miksi b’rita jenħtieġ li jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott għax l-industrija tal-Unjoni ma tipproduċihx u ma għandhiex biżżejjed kapaċità biex tipproduċih. L-industrija tal-Unjoni tipproduċi plywood b’wiċċ miksi b’rita ta’ livell għoli biss li ma jistax jinbidel ma’ plywood b’wiċċ miksi b’rita importat miċ-Ċina.

(60)

Il-Kummissjoni sabet li kemm l-industrija tal-Unjoni kif ukoll il-produtturi esportaturi Ċiniżi joffru plywood b’wiċċ miksi b’rita ta’ kwalitajiet differenti. Id-differenzi fl-użu tal-pannelli tal-plywood b’wiċċ miksi b’rita huma dovuti għad-durabbiltà tagħhom, jiġifieri l-għadd ta’ drabi li jistgħu jintużaw għal armar tax-xaters tal-kostruzzjoni, aktar milli kwalunkwe varjanza inerenti fil-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi tagħhom. Fattur ieħor marbut ħafna mal-kwalità huwa d-differenza fil-prezz. Il-plywood Ċiniż importat bl-orħos kwalità jinbiegħ bi prezz baxx ħafna u huwa oġġett ta’ dumping. Madankollu, il-Kummissjoni ma sabitx li d-differenza fil-prezz tannulla l-interkambjabbiltà tal-pannelli tal-plywood tal-injam iebes importati u prodotti fl-Unjoni. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(61)

Il-PTIA, is-CNFPIA u Questwood argumentaw li l-plywood tal-ewkaliptujenħtieġ li jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott minħabba li l-industrija tal-Unjoni għandha possibbiltà limitata ħafna li tipproduċih.

(62)

Il-Kummissjoni sabet li hemm produzzjoni ta’ plywood tal-ewkaliptu fl-UE f’volumi kummerċjali. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(63)

Il-PTIA, GD Holz, l-ETTF, is-CNFPIA u Questwood argumentaw li l-plywood li għandu s-saffi ta’ barra ta’ 0,3 mm jew inqas, jenħtieġ li jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott minħabba li l-produtturi tal-Unjoni jużaw saffi ta’ barra eħxen.

(64)

Il-Kummissjoni sabet li l-ħxuna tal-fuljetta tal-wiċċ hija differenza fil-kwalità li għandha impatt fuq id-durabbiltà u l-prezz tal-panewijiet tal-plywood. Il-plywood b’fuljetta rqiqa ma jikkostitwixxix tip ta’ prodott separat b’karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi differenti, u lanqas ma jikkompeti f’segment tas-suq differenti minn panewijiet tal-plywood tal-injam iebes magħmulin b’fuljetti tal-wiċċ eħxen. Il-Kummissjoni, għalhekk, caħdet din id-dikjarazzjoni.

(65)

Il-PTIA, GD Holz, l-ETTF, is-CNFPIA u Questwood argumentaw li l-plywood b’saffi esterni ta’ fuljetti maħdumin jenħtieġ li jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott minħabba li huwa prodott speċjali li l-ebda wieħed mill-ilmentaturi ma jipproduċi fi kwantitajiet kummerċjali sinifikanti.

(66)

Il-Kummissjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni pproduċiet plywood tal-injam iebes b’fuljetta bil-wiċċ maħdum, magħmul minn plywood tal-injam iebes maqtugħ u mqiegħed mill-ġdid biex jifforma mudelli speċifiċi, għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi bħal pannelli simili tal-plywood tal-injam iebes importati miċ-Ċina u jikkompeti direttament magħhom. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(67)

Is-CNFPIA u l-PTIA sostnew li l-plywood tal-injam iebes imnixxef bl-arja b’kontenut ta’ ndewwa ta’ aktar minn 12 % jenħtieġ li jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott minħabba li dan il-kontenut għoli ta’ umdità huwa r-riżultat tat-tnixxif bl-arja li huwa mifrux fiċ-Ċina iżda ħadd fl-Unjoni ma jipproduċi fuljetta mnixxfa bl-arja.

(68)

Il-Kummissjoni sabet li l-kwantità ta’ ndewwa hija fattur ta’ klassifikazzjoni matul l-għażla tal-fuljetti. Il-fuljetti ta’ kwalità għolja fihom livelli aktar baxxi ta’ ndewwa. Il-fuljetti ta’ kwalità baxxa għandhom livelli ogħla ta’ ndewwa. Filwaqt li t-tnixxif bl-arja jista’ jwassal għal żamma ogħla tal-indewwa, xi fuljetti li jgħaddu minn nixxiefa industrijali jistgħu wkoll iżommu ammont sinifikanti. Il-kontenut ta’ ndewwa jiddependi fuq diversi fatturi, u ma jistax jiġi attribwit biss għall-metodu tat-tnixxif. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset li l-plywood tal-injam iebes prodott mill-industrija tal-Unjoni bl-użu ta’ magni industrijali li jnixxfu l-fuljetta u plywood tal-injam iebes prodott minn fuljetti mnixxfa bl-arja fiċ-Ċina għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi, u ċaħdet it-talba.

(69)

Houtwerf B.V. argumenta li l-plywood tal-injam iebes magħmul b’kolla ta’ bażi 100 % bijoloġika jenħtieġ li jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott minħabba li huwa prodott speċjali u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent li mhuwiex prodott fl-Unjoni u ma jistax jiġi prodotti fiha.

(70)

Il-Kummissjoni sabet li diversi produtturi tal-Unjoni, bħal Garnica jew Paged, jimmanifatturaw prodotti tal-plywood tal-injam iebes bl-użu ta’ kolla b’bażi bijoloġika. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(71)

Il-PTIA, Linyi Donglin Wood Factory Limited u Vöhringer GmbH & Co argumentaw li l-plywood tal-injam iebes bi ħxuna ta’ inqas minn 6 mm għandu jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott minħabba li dan it-tip ta’ plywood mhuwiex prodott fl-Ewropa u l-manifatturi Ewropej tal-plywood mhumiex interessati li jipproduċuh.

(72)

Il-Kummissjoni sabet li l-plywood irqiq huwa prodott mill-industrija tal-Unjoni. Jiġifieri, Panguaneta, fost il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, tipproduċi plywood irqiq tal-luq. Il-Kummissjoni, għalhekk, caħdet din id-dikjarazzjoni.

(73)

Questwood argumentat li l-plywood tal-luq għandu jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott minħabba li l-plywood tal-luq prodott fiċ-Ċina huwa ta’ kwalità aktar baxxa mill-prodotti Ewropej jew Torok.

(74)

Il-Kummissjoni sabet li l-allegata differenza fil-kwalità ma tannullax il-fatt li l-plywood tal-luq importat u prodott fl-Unjoni għandu karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(75)

Il-PTIA argumentat li l-plywood tal-injam iebes magħmul minn speċijiet tropikali għandu jiġi eskluż mill-ambitu tal-prodott peress li l-ispeċijiet tropikali ma għandhomx l-istess karatteristiċi essenzjali bħal speċijiet oħra ta’ injam tal-plywood.

(76)

Il-Kummissjoni sabet li l-injam tropikali huwa fil-biċċa l-kbira kklassifikat bħala injam iebes, li għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi bħal speċijiet oħra f’din il-kategorija ta’ klassifikazzjoni tal-injam. Il-Kummissjoni, għalhekk, caħdet din id-dikjarazzjoni.

3.   DUMPING

3.1.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

(77)

Minħabba li kien hemm provi biżżejjed disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(78)

Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tal-plywood tal-injam iebes. Sittax-il produttur esportatur ippreżentaw l-informazzjoni rilevanti.

(79)

Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ebda tweġiba għall-kwestjonarju ma ġiet riċevuta mingħand il-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(80)

Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija kienet għażlet provviżorjament lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħra li setgħu jkunu xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

(81)

Fid-19 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni infurmat, permezz ta’ nota għall-fajl (“l-Ewwel Nota”), lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kien beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-plywood tal-injam iebes. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiżi rappreżentattivi possibbli, jiġifieri l-Brażil, il-Malażja, it-Tajlandja u t-Turkija.

(82)

Fl-11 ta’ Marzu 2025, il-Kummissjoni infurmat permezz tat-tieni nota (“it-Tieni Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, bit-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Il-kummenti dwar l-Ewwel Nota ġew indirizzati fit-Tieni Nota. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet bl-intenzjoni tagħha li tagħżel bħala l-pajjiż rappreżentattiv it-Turkija, u li kienet se tistabbilixxi l-SG & A u l-profitti abbażi ta’ informazzjoni faċilment disponibbli ta’ ħames produtturi tal-plywood fit-Turkija. Il-kummenti dwar it-Tieni Nota u s-sorsi ta’ informazzjoni proposti finalment biex jiġi ddeterminat il-valur normali huma dettaljati hawn taħt fit-Taqsima 3.2.2.

3.2.   Valur normali

(83)

Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku,“il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

(84)

Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “f’każ li jiġi stabbilit […] li ma jkunx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’dak il-pajjiż skont it-tifsira tal-punt (b), il-valur normali għandu jinħadem b’mod esklużiv abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirrifletti prezzijiet jew valuri referenzjarji mhux distorti”, u “għandu jinkludi ammont mhux distort u raġonevoli ta’ kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti”.

(85)

Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tad-deċiżjoni li jiġi abbandunat il-kampjunar, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

3.2.1.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

3.2.1.1.   Introduzzjoni

(86)

L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddikjara li “d-distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:

is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

il-preżenza tal-istat f’ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat.”

(87)

Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma hijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex tintwera l-eżistenza ta’ wieħed jew aktar mill-elementi tal-lista.

(88)

Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku trid issir fuq il-bażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni ġenerali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern setgħat sostanzjali biex jintervjeni fl-ekonomija, b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq.

(89)

L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta' distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f'ċertu pajjiż jew f'ċertu settur f'dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f'dak il-pajjiż jew settur”.

(90)

Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar iċ-Ċina (“ir-Rapport”) (14), li fih evidenza tal-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inkluż distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u x-xogħol), kif ukoll setturi magħżula (bħas-settur tal-prodotti bbażati fuq l-injam). Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu.

3.2.1.2.   Il-pożizzjoni tal-ilmentatur dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(91)

L-ilmentatur argumenta li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inkluż il-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku u li, b’riżultat ta’ dan, ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali.

(92)

Biex jappoġġa din il-pożizzjoni, l-ilmentatur irrefera għall-evidenza li tinsab fir-Rapport, ir-riċerka tiegħu stess, kif ukoll is-sejbiet fl-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet tal-Istati Uniti fil-passat.

(93)

B’mod partikolari, l-ilmentatur indika s-sejbiet preċedenti tal-Kummissjoni dwar is-sistema ekonomika Ċiniża li hija bbażata fuq id-duttrina tal-ekonomija tas-suq soċjalista, fuq ir-rwol ewlieni tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP” (Chinese Communist Party) jew “il-Partit”) u fuq il-politika ekonomika intervenzjonista tal-istat.

(94)

Barra minn hekk, filwaqt li indika li l-industrija tal-plywood tal-injam iebes hija parti mis-setturi Ċiniżi tal-forestrija u tal-prodotti tal-injam, l-ilmentatur fakkar l-elementi li ġejjin li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti.

(95)

L-ewwel nett, is-settur tal-plywood tal-injam iebes qed jiġi servut b’mod sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-istat:

Kif stabbilit fl-investigazzjoni tal-okoumé plywood (15), il-GTĊ għandu sehem li jaqbeż l-40 % f’Jiangsu High Hope Arser Co., Ltd. (“Arser”), l-akbar esportatur tal-plywood tal-injam iebes lejn l-UE mir-RPĊ (16). F’dik l-investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet ukoll li l-awtoritajiet tal-Istat fir-RPĊ jeżerċitaw kontroll u superviżjoni fuq il-kumpaniji permezz ta’ kanali informali, kif muri mill-“kultivazzjoni” ta’ Luli Group Co., Ltd., proprjetà privata mill-gvern ta’ Shandong (17). Barra minn hekk, is-CCP kienet qed tintervjeni fl-operazzjonijiet u fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji Ċiniżi, inkluż dawk privati (18).

Dan jidher ukoll fil-livell tas-CNFPIA. Skont l-Artikolu 4 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tas-CNFPIA, l-organizzazzjoni “taċċetta l-gwida professjonali, is-superviżjoni u l-ġestjoni […] tal-Amministrazzjoni tal-Istat għall-Forestrija u l-Art bil-Ħaxix u l-Ministeru tal-Affarijiet Ċivili”  (19).

(96)

It-tieni, il-preżenza tal-istat fil-kumpaniji tal-plywood tal-injam iebes tippermetti wkoll lill-awtoritajiet jinterferixxu mal-prezzijiet u/jew il-kostijiet:

Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, kull kumpanija trid tistabbilixxi organizzazzjoni tas-CCP jekk ikollha mill-inqas tliet membri tas-CCP, kif deskritt fil-Kostituzzjoni tas-CCP u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit (20). Aktar reċentement, is-CCP ħareġ il-Linji Gwida tal-Kumitat Ċentrali dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud (“Linji Gwida tal-Front Magħqud”) (21) fis-settur privat għall-era l-ġdida. Id-dokument għandu l-għan li jżid ir-rwol tas-CCP fil-kumpaniji privati, filwaqt li jinkoraġġixxi li “jkompli jiżdied il-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u jippermetti liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv”  (22). Dawn ir-regoli huma applikabbli wkoll għas-settur Ċiniż tal-plywood tal-injam iebes. B’mod partikolari, l-investigazzjoni fil-każ okoumé plywood sabet li l-ogħla eżekuttivi ta’ Arser għandhom rwoli doppji, fejn il-maniġer ġenerali huwa wkoll is-segretarju tal-fergħa tal-Partit u l-president huwa wkoll is-segretarju tal-kumitat tal-Partit (23).

L-investigazzjoni mill-ilmentatur ikkonfermat il-firxa u s-sinifikat tal-preżenza tas-CCP fid-ditti Ċiniżi tal-plywood tal-injam iebes, inklużi żewġ produtturi ewlenin, Luli Group Co., Ltd., u Zhejiang Yuhua Wood Industry, li twaqqfu mill-membri tas-CCP u għandhom membri tas-CCP bħala azzjonisti ewlenin (24).

Il-pervażività tal-preżenza tal-istat fil-katina tal-valur tal-plywood tal-injam iebes hija evidenza ulterjuri tal-kapaċità tal-GTĊ li jinterferixxi f’dik l-industrija fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet, fost l-oħrajn minħabba l-preżenza u l-intervent tiegħu fis-swieq finanzjarji Ċiniżi u fil-provvista ta’ materja prima.

(97)

It-tielet, il-GTĊ isegwi politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew inkella li jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles:

Minbarra sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha, politiki pubbliċi rilevanti oħra inklużi r-regoli tal-akkwist qed jintużaw regolarment biex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika.

L-awtoritajiet Ċiniżi ppromulgaw politiki biex jiggwidaw is-settur tal-plywood (25), inkluż l-elenkar ta’ teknoloġiji relatati mal-panelli tal-injam bħala industriji mħeġġa fil-Katalogu ta’ Gwida għall-aġġustament strutturali tal-industrija tal-2019 (26).

Il-prodotti u s-setturi relatati mal-plywood tal-injam iebes, bħall-pannelli bbażati fuq l-injam, il-pavimenti tal-injam, u l-għamara tal-injam, jidhru b’mod prominenti fl-14-il Pjan ta’ Ħames Snin tar-RPĊ dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Foresti u tal-Artijiet bil-Ħaxix (2021–2025) (27) (l-“14-il FYP tal-Foresti”). Barra minn hekk, kif ġie nnotat fil-każ tal-okoumé plywood u abbażi tal-verżjoni oriġinali Ċiniża tad-dokument, l-14-il FYP tal-Foresti jistabbilixxi miri speċifiċi tal-output għal dawn is-swieq: “[s]al-2025 [...] l-output tal-pannelli magħmula mill-bniedem se jiġi stabbilizzat għal madwar 300 miljun metru kubu, l-output tal-pavimenti se jiġi stabbilizzat għal madwar 800 miljun metru kwadru, u l-valur tal-output tal-għamara tal-injam se jaqbeż RMB 800 biljun”  (28).

L-industrija Ċiniża tal-forestrija u tal-ħaxix hija wkoll soġġetta għal Opinjoni Gwida tal-2019 mill-Amministrazzjoni Nazzjonali għall-Forestrija u l-Grassland (“NAFG”), li stabbiliet parametri għall-iżvilupp ippjanat tas-settur: “[s]al-2025, […] il-kapaċità ta’ appoġġ tar-riżorsi tal-foresti u tal-ħaxix se tissaħħaħ b’mod sinifikanti, […] u l-volum tal-kummerċ tal-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-prodotti tal-foresti għandu jilħaq USD 240 biljun”  (29).

Studju tal-2016 mill-Akkademja Ċiniża tal-Forestrija jirreferi għal politika “internazzjonali” li ilha teżisti, immirata lejn l-akkwist ta’ riżorsi tal-foresti mill-Amerika Latina, ix-Xlokk tal-Asja, u l-Afrika biex tippromwovi l-penetrazzjoni internazzjonali tal-industrija Ċiniża tal-plywood (30).

(98)

Ir-raba’, bħal f’setturi oħra tal-ekonomija Ċiniża, is-settur tal-plywood tal-injam iebes huwa soġġett għad-distorsjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment, il-kumpaniji u l-proprjetà:

Fil-każ tad-drappijiet tal-fibra tal-ħġieġ, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ distorsjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja tal-leġiżlazzjoni rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward tal-insolvenza u l-allokazzjoni tad-drittijiet tal-użu tal-art (31).

Fil-każ tal-okoumé plywood, il-Kummissjoni nnotat li n-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà tar-RPĊ huma partikolarment evidenti fil-kuntest kemm tas-sjieda tal-art kif ukoll tad-drittijiet tal-użu tal-art tal-pajjiż (32).

Barra minn hekk, peress li l-ġestjoni tal-foresti taċ-Ċina hija taħt il-ġuriżdizzjoni tal-NAFG, l-awtorità hija responsabbli għall-iżvilupp ta’ politiki għall-allokazzjoni tar-riżorsi tal-forestrija u tal-art bil-ħaxix u għall-użu tal-injam u tissorvelja l-approvazzjoni tal-attivitajiet kollha tal-ipproċessar tal-injam fil-pajjiż (33).

Fl-aħħar nett, studju tal-2016 mill-Akkademja Ċiniża tal-Forestrija sab li l-foresti tal-Istat kienu jikkostitwixxu l-oriġini ewlenija għall-materja prima użata mill-kumpaniji tal-plywood (34).

(99)

Il-ħames, il-kostijiet tal-pagi huma distorti anki fis-settur tal-plywood tal-injam iebes:

Preċedentement, il-Kummissjoni sabet li sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa bis-sħiħ fir-RPĊ peress li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Organizzazzjoni waħda biss tal-unjoni hija attiva fir-RPĊ, iżda hija nieqsa mill-indipendenza mill-Istat (35).

Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li mhumiex fil-pussess tar-reġistrazzjoni tar-residenza lokali jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu pagi aktar baxxi minn dawk li huma detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (36).

(100)

Is-sitt, il-produtturi fis-settur tal-plywood tal-injam iebes għandhom aċċess għal finanzjament mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ politika pubblika jew inkella ma jkunux qed jaġixxu b’mod indipendenti mill-istat:

Il-banek jibqgħu konnessi mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali. B’mod notevoli, l-ogħla membri tal-eżekuttiv ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP (37).

L-istituzzjonijiet finanzjarji fir-RPĊ joperaw skont regoli li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew inkella importanti (38). Din is-sitwazzjoni tirriżulta fi preġudizzju favur is-self lill-SOEs, ditti privati kbar u konnessi tajjeb u ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jfisser li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq (39).

Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-Istati Uniti kkonkludew li l-GTĊ juża “self biex jinkoraġġixxi u jappoġġa t-tkabbir tal-industriji ffavoriti, inklużi dawk li jużaw l-injam, li jinkludi l-industrija tal-plywood tal-injam iebes”  (40).

(101)

Bħala konklużjoni, l-ilmentatur argumenta li hemm evidenza prima facie ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku li huma preżenti fis-settur tal-plywood tal-injam iebes.

3.2.1.3.   Is-sejbiet tal-Kummissjoni

(102)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl.

(103)

L-analiżi tal-Kummissjoni kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

(104)

Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija soċjalista orjentata lejn is-suq”. Dak il-kunċett huwa inkorporat fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-fatturi ta’ produzzjoni, jiġifieri, sjieda mill-poplu kollu u sjieda kollettiva min-nies li jaħdmu” (41).

(105)

L-ekonomija tal-Istat hija l-“forza ewlenija fl-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat li jiżgura “l-konsolidazzjoni u t-tkabbir” (42) tagħha. Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda li dawn l-interventi jsiru b’mod espliċitu. Il-kunċett ta’ supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata jidħol fis-sistema legali sħiħa u jiġi enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fil-partijiet ċentrali kollha tal-leġiżlazzjoni.

(106)

Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li fiha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Huma tollerati forom oħrajn ta’ sjieda, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw flimkien mas-sjieda tal-Istat (43).

(107)

Barra minn hekk, skont id-dritt Ċiniż, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tas-CCP. L-istrutturi tal-istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jifformaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-istat.

(108)

Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni.

(109)

Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet sentenza oħra ġdida li taqra: “[i]l-karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina” (44). Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ.

(110)

It-tmexxija u l-kontroll imsemmija huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħra fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-konfini tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles.

(111)

L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (45). Huma bosta l-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi, u fosthom hemm is-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju.

(112)

L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija rregolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u ta’ politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern.

(113)

Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri espliċiti tal-outputs.

(114)

Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati setturi u/jew proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.).

(115)

L-operaturi ekonomiċi, kemm dawk privati kif ukoll dawk tal-Istat iridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan ma huwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet, iżda wkoll minħabba li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont din is-sistema, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (46).

(116)

It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali u ta’ politika tal-istat. Dawn il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom, jeħtieġ li jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw primarjament il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (47).

(117)

L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li ma humiex intenzjonati biex jimmassimizzaw il-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji, iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (48).

(118)

It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu diversi ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprovdi speċifikament li l-akkwist pubbliku għandu jitwettaq sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet iddisinjati mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhijiex iddefinita, u b’hekk tħalli marġni ta’apprezzament wiesa’ għall-korpi deċiżjonali (49).

(119)

B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati l-għanijiet tal-politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (50).

(120)

Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi mill-gvern. Tali interventi sostanzjali mill-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (51).

Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut f'miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur.

(121)

Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

(122)

Filwaqt li fis-settur tal-plywood tal-injam iebes, il-grad ta’ sjieda tal-Istat ma jidhirx li huwa sinifikanti, il-GTĊ iżomm parteċipazzjoni azzjonarja f’għadd ta’ operaturi ekonomiċi fis-settur, bħal f’Guangxi Forestry Group Co., Ltd., “intrapriża tal-Istat fuq skala kbira direttament taħt il-Gvern tal-Poplu tar-Reġjun Awtonomu ta’ [Guangxi]” (52); fil-kumpanija kummerċjali SUMEC Group Corporation (“SUMEC”) sussidjarja ta’ SINOMACH, “intrapriża ċentrali tal-Istat taħt il-kontroll dirett tal-gvern ċentrali” (53); jew f’Arser (54) li twaqqfet bħala kumpanija kummerċjali iżda li “[f]’dawn l-aħħar snin, taħt il-gwida tal-Kummissjoni Provinċjali għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat ta’ Jiangsu [...] stabbiliet l-istrateġija tagħha għall-iżvilupp tan-negozju ta’ estensjoni upstream u downstream tal-katina industrijali u l-operat integrat tal-katina tal-provvista, u stinkat biex tibni lilha nnifisha f’fornitur ta’ servizz ta’ operat integrat għall-katina industrijali kollha tal-industrija tal-injam” (55). Lil hinn mis-sjieda formali, l-awtoritajiet tal-istat jistgħu jikkontrollaw u jissorveljaw il-kumpaniji permezz ta’ kanali informali, kif muri mill-privat Luli Group Co., Ltd. li, skont sorsi pubbliċi, kienet idea “kkultivata” mill-gvern tal-provinċja ta’ Shandong (56). Bl-istess mod, anki produttur fuq skala iżgħar Feiya Wood Industry, imsemmi wkoll mill-ilmentatur, jikkonforma mal-aspettattivi tas-CCP sal-punt li l-maniġer ġenerali tiegħu ngħata t-titolu onorarju ta’ “imprenditur privat mill-aqwa” mill-Kumitat Muniċipali ta’ Xuzhou tas-CCP u l-Gvern Muniċipali tal-Poplu ta’ Xuzhou (57).

(123)

Barra minn hekk, minħabba li l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma wkoll f’kumpaniji privati (58), bis-CCP fit-tmexxija ta’ prattikament kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż, l-influwenza tal-istat permezz tal-istrutturi tas-CCP fi ħdan il-kumpaniji effettivament tirriżulta f’li l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt kontroll u superviżjoni politika tal-gvern.

(124)

Barra minn hekk, is-settur tal-plywood tal-injam iebes huwa soġġett għal diversi politiki tal-gvern, peress li s-settur tal-ipproċessar tal-injam ġie elenkat bħala industrija mħeġġa kemm fil-Katalogu ta’ Gwida tal-2019 għall-Aġġustament Strutturali tal-Industrija (59), kif ukoll fil-verżjoni aġġornata tiegħu tal-2024 (60). Barra minn hekk, iż-żewġ verżjonijiet tal-katalogu jelenkaw il-“linji ta’ produzzjoni tal-plywood u tal-blokkboard b’kapaċità ta’ inqas minn 10 000 metru kubu fis-sena” bħala industrija ristretta li effettivament tammonta għal gwida governattiva favur produtturi fuq skala kbira (61).

(125)

Bl-istess mod, l-14-il FYP dwar il-Forestrija jistabbilixxi l-objettivi li ġejjin: “Jiġu mħeġġa l-iżvilupp, l-applikazzjoni u l-promozzjoni ta’ adeżivi ġodda li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, u gradwalment jiżdied il-proporzjon ta’ prodotti tal-ipproċessar tal-injam b’ammont baxx ta’ formaldeid u mingħajr formaldeid. [...] Jiġi aċċellerat l-iżvilupp ta’ industriji emerġenti bħal għamara tad-dar personalizzata, strutturi tal-injam u materjali tal-bini tal-injam, [...] Sal-2025, l-output tal-pannelli bbażati fuq l-injam ser jistabbilizza għal madwar 300 miljun metru kubu.”

(126)

Il-kontroll tal-gvern u s-superviżjoni politika jistgħu jiġu osservati wkoll fil-livell tal-assoċjazzjonijiet industrijali rilevanti (62). Pereżempju, is-CNFPIA tiddikjara fl-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħha li l-organizzazzjoni “taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni tan-negozju mill-entitajiet inkarigati mir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, mill-entitajiet inkarigati mill-bini tal-Partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti inkarigati mill-ġestjoni tal-industrija” (63).

(127)

Arser hija membru tas-CNFPIA u ntgħażlet bħala membru ta’ kumpanija ta’ dimostrazzjoni għal xi wħud mill-attivitajiet tas-CFPIA (64).

(128)

Luli Group Co., Ltd. huwa membru tas-CFPIA u ntgħażel bħala membru tal-kumpanija ta’ referenza għal xi attivitajiet tas-CFPIA (65).

(129)

Bl-istess mod, l-Assoċjazzjoni Ċiniża tad-Distribuzzjoni tal-Injam u tal-Prodotti tal-Injam (“CTWPDA”), tiddikjara wkoll fl-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħha li l-organizzazzjoni “taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni tan-negozju mill-entitajiet inkarigati mir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, mill-entitajiet inkarigati mill-bini tal-Partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti inkarigati mill-ġestjoni tal-industrija” (66) u tippreżenta ruħha bħala “assoċjazzjoni soġġetta għall-amministrazzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Ċivili u għas-superviżjoni u l-gwida tal-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat […]” (67).

(130)

Luli Group Co., Ltd. huwa membru tas-CTWPDA (68). Konsegwentement, anki produtturi privati fis-settur tal-prodott ikkonċernat ma jitħallewx joperaw taħt il-kundizzjonijiet tas-suq. Fil-fatt, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur huma soġġetti għal superviżjoni u għal gwida tal-politika.

Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet.

(131)

Il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni fejn jista’ jinterferixxi fil-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Fil-fatt, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju.

(132)

Skont il-liġi taċ-Ċina dwar il-kumpaniji, għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP f’kull kumpanija (b’mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (69)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit.

(133)

Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-inqas mill-2016 ’l hawn is-CCP kien qed iqawwi d-dikjarazzjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku (70), inkluż l-eżerċitar ta’ pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u qabel kollox u biex isegwu d-dixxiplina tal-Partit (71).

(134)

Sa mill-2018, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-Partit fi 73 % ta’ madwar 2,57 miljun kumpaniji bi sjieda privata, li rriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (72). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fis-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

(135)

Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020 inħareġ dokument bit-titolu Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida (73) (“il-Linji Gwida”), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-Partit f’intrapriżi privati.

(136)

It-Taqsima II.4 tal-Linji Gwida tiddikjara: “[i]rridu nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Partit biex imexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u jsaħħaħ b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-Taqsima III.6 tgħid: “[i]rridu nkomplu nżidul-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu r-rwoli tagħhom bħala gwardji u pijunieri”. Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jżidu r-rwol tas-CCP fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (74).

(137)

Din l-investigazzjoni kkonfermat li jeżistu wkoll duplikazzjonijiet bejn il-pożizzjonijiet maniġerjali u s-sħubija/il-funzjonijiet tas-CCP fis-settur tal-plywood tal-injam iebes. Pereżempju, il-maniġer ġenerali ta’ Arser għandu b’mod parallel il-pożizzjoni tas-segretarju tal-fergħa tal-Partit u l-president tal-kumpanija omm Jiangsu High Hope Group iservi wkoll bħala s-segretarju tal-kumitat tal-Partit tal-grupp (75).

(138)

Barra minn hekk, il-president tal-bord tad-diretturi ta’ Guangxi Forestry Group Co., Ltd. iservi bħala s-segretarju tal-kumitat tal-Partit tal-grupp (76). Barra minn hekk, il-membri tal-Partit tal-kumpanija huma meħtieġa “jieħdu t-tmexxija fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet u l-arranġamenti kollha tal-kumitat tal-partit tal-grupp, dejjem isaħħu r-responsabbiltà, ikollhom dimostrazzjoni u rwol ewlieni, u jittrasformaw ir-riżultati tat-tagħlim u l-edukazzjoni tad-dixxiplina tal-partiti f’forza mexxejja b’saħħitha għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-grupp” (77).

(139)

Barra minn hekk, membru tal-bord tad-diretturi ta’ SUMEC iservi bħala s-segretarju tal-kumitat tal-Partit tal-kumpanija u l-maniġer ġenerali tal-kumpanija huwa wkoll il-viċi segretarju tal-kumitat tal-Partit tal-kumpanija (78).

(140)

Bl-istess mod, il-viċi president ta’ Luli Group Co., Ltd. iservi b’mod parallel bħala s-segretarju tal-kumitat tal-Partit (79). Barra minn hekk, is-segretarju tal-kumpanija tal-kumitat tal-Partit jikkonferma li “Luli Group Co., Ltd. għandu jiffoka fuq l-iskjerament ġenerali tal-Kumitat tal-Partit tal-Muniċipalità ta’ Shougang u l-għan strateġiku fit-tul tal-Gvern Muniċipali li jibni kumpanija b’saħħitha ta’ RMB 100 biljun” (80).

(141)

Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (81). Għalhekk, il-preżenza tal-Istat fid-ditti, fil-plywood tal-injam iebes u f’setturi oħra (bħas-setturi finanzjarji u tal-input) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet.

Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles.

(142)

Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li jeħtiġilhom jiffokaw fuqhom il-gvernijiet ċentrali, provinċjali u lokali. Pjanijiet rilevanti jeżistu fil-livelli kollha tal-gvern u jkopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern

(143)

B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jiġu allokati lil setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (82).

(144)

L-awtoritajiet Ċiniżi ppromulgaw diversi politiki li jiggwidaw il-funzjonament tas-settur tal-plywood tal-injam iebes.

(145)

Pereżempju, l-Opinjoni ta’ Gwida dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Forestrija u tal-Artijiet bil-Ħaxix (83) (“l-Opinjoni ta’ Gwida dwar il-Forestrija”) fiha wkoll id-dispożizzjonijiet li ġejjin: “Sal-2025, is-sistema u l-mekkaniżmu għall-użu razzjonali tar-riżorsi tal-foresti u tal-ħaxix se jiġu bażikament iffurmati, il-kapaċità ta’ appoġġ tar-riżorsi tal-foresti u tal-ħaxix se tittejjeb b’mod sinifikanti, il-produzzjoni ta’ prodotti tal-foresti u tal-ħaxix ta’ kwalità għolja se tiżdied b’mod sinifikanti, u l-kummerċ tal-prodotti tal-foresti se jkompli jikber, filwaqt li jsir sforz biex jiżdied il-valur tal-output nazzjonali tal-forestrija b’50 % fuq il-bażi attwali. […] Sal-2035, […] l-iskala tal-industrija tal-foresti u l-ħaxix se tiġi estiża aktar, […] l-istruttura tal-industrija se tiġi ottimizzata aktar, il-kwalità tal-prodott u l-livell ta’ servizz se jittejbu b’mod komprensiv, is-superviżjoni tal-użu tar-riżorsi se tkun aktar effiċjenti, sabiex tissaħħaħ kontinwament il-kapaċità tas-settur li jaqdi l-istrateġiji nazzjonali”. (84) L-Opinjoni ta’ Gwida dear il-Forestrija tirrikjedi wkoll “il-promozzjoni tat-titjib tal-industrja tal-ipproċessar [billi] tiġi ottimizzata l-istruttura tal-bażi tal-materja prima kif ukoll tal-industrja tal-ipproċessar tal-prodotti tal-foresti u tal-ħaxix” (85).

(146)

Barra minn hekk, fil-livell provinċjali, il-Provinċja Awtonoma ta’ Guangxi – fejn jinsab Guangxi Forestry Group Co., Ltd., adottat l-14-il FYP dwar l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-perspettivi tal-2035 (86), bl-għan li “jiġu kkomplementi, msaħħa u estiżi ktajjen tal-industrija vantaġġużi”, inkluż billi “jiġu promossi t-trasformazzjoni u t-titjib tal-industriji tradizzjonali bħall-[…]ipproċessar tal-injam”. Barra minn hekk, fir-rigward tal-industrija tal-ipproċessar tal-forestrija, id-destinatarji tal-pjan huma meħtieġa li: “enfasi fuq l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-karta [u] pannelli bbażati fuq l-injam […]” u “enfasi fuq il-bini ta’ katina industrijali sħiħa ta’ bordijiet manifatturati, għamara u tagħmir tad-dar.”

(147)

Fil-livell lokali wkoll, f’Jannar 2024, id-Distrett ta’ Shuyang (Jiangsu) adotta Opinjoni dwar l-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-industrija tal-ipproċessar tal-injam u tal-manifattura tal-għamara (87) bl-għan li “[s]a tmiem l-2026, jiġu kkultivati 1–2 kumpaniji elenkati, 1–2 gruppi ta’ intrapriżi b’valur tal-output li jaqbeż RMB 5 biljun u kontinwament tittejjeb il-kwalità totali tal-industrija […] [u] tittejjeb il-katina tal-industrija, jiżdied is-sehem ta’ prodotti lesti bħal pavimentar ta’ livell għoli, għamara u materjali dekorattivi”. Għal dan il-għan, jispeċifika wkoll li “l-industrija tal-plywood għandha tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ prodotti bażiċi għall-għamara, pavimenti komposti tal-injam solidu, oġġetti tad-dar, eċċ., [u li] l-kapaċità ta’ produzzjoni tal-linji ta’ produzzjoni tal-plywood u l-blokkboard ma għandhiex tkun inqas minn 10 000 metru kubu/sena”. Permezz ta’ dawn u mezzi oħra, il-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla kważi kull aspett fl-iżvilupp u l-funzjonament tas-settur, kif ukoll l-inputs upstream.

(148)

Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi ta’ politika pubblika li jikkonċernaw is-settur. Miżuri bħal dawn jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw liberament.

Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku: in-nuqqas ta’ applikazzjoni, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment, il-kumpaniji jew il-proprjetà

(149)

Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin tagħha stess, bħas-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-djun u s-salvagwardjar tad-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tistrieħ formalment fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħra minbarra r-RPĊ, is-sistema Ċiniża hija karatterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku.

(150)

In-numru ta’ fallimenti jibqa’ notorjament baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, fost l-oħrajn minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza għandhom numru ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għar-reġistrazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, u ta’ spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (88).

(151)

Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet tal-użu tal-art fir-RPĊ (89). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat (art rurali bi sjieda kollettiva u art urbana proprjetà tal-Istat) u l-allokazzjoni tagħha tibqa’ tiddependi biss fuq l-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (90). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jallokaw l-art (91).

(152)

L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-prodott ikkonċernat huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġi Ċiniża dwar il-falliment, dwar il-liġi tal-kumpaniji u dwar il-liġi tal-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anke dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ ukoll fis-settur tal-forestrija u tal-ipproċessar tal-injam, u għalhekk fis-settur tal-plywood tal-injam iebes. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet.

(153)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti u dak tal-proprjetà fis-settur tal-prodott ikkonċernat.

Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni

(154)

Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa bis-sħiħ fir-RPĊ peress li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Ir-RPĊ ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO, b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (92).

(155)

Skont id-dritt nazzjonali, organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (93). Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u benefiċċji oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari.

(156)

Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkunux fil-pussess tar-reġistrazzjoni tar-residenza lokali, u jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u li jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (94).

(157)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-plywood tal-injam iebes ma jkunx soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk, is-settur huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (f’termini ta’ aċċess għall-kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ).

Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' ordni pubbliku jew li b'xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

(158)

L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

(159)

L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (95), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu konnessi mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (96) u jimplimentaw regolarment politiki pubbliċi mfassla mill-GTĊ.

(160)

Meta jagħmlu dan, il-banek ikunu qed jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (97). Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inkluż is-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

(161)

Pereżempju, il-GTĊ iċċara li anki d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet globali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tssaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni (98). Barra minn hekk, il-kriterji ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa jridu jqisu, notevolment, kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi ta’ żvilupp nazzjonali u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu industriji strateġiċi u emerġenti” (99).

(162)

Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu spiss ikunu soġġetti għal distorsjoni minħabba varjetà ta’ raġunijiet inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u s-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern (100). Dan huwa ggravat minn regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi mfassla mill-gvern bħala mħeġġa jew inkella li huma importanti (101). Dan jirriżulta f’tendenza favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, u dan jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital ma humiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

(163)

It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali sabiex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv ta’ investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan jintwera mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis kbir fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li joperaw fis-sistema bankarja ma jsegwux reazzjonijiet kummerċjali normali.

(164)

It-tielet, għalkemm f’Ottubru tal-2015 inkisbet liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem ta’ self fil-valur referenzjarju jew taħtu għadu jirrappreżenta mill-inqas terz tas-self kollu sa mill-aħħar tal-2018 (102). Il-midja uffiċjali fir-RPĊ dan l-aħħar irrapportat li s-CCP talab “li r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self tiġi ggwidata ’l isfel” (103). Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital.

(165)

It-tkabbir kumplessiv tal-kreditu fir-RPĊ jindika deterjorament tal-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr ebda sinjal ta’ restrizzjoni kreditizja li tkun mistennija f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. B’riżultat ta’ dan, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu, bil-GOC jagħżel diversi drabi li jew jevita l-inadempjenzi, biex b’hekk joħloq l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, inkella jittrasferixxi s-sjieda tad-dejn (eż., permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament jelimina l-problema ġenerali tad-dejn jew jindirizza l-kawżi ewlenin tagħha.

(166)

Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fir-RPĊ hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-istat fis-swieq kapitali. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati serjament fil-livelli kollha.

(167)

Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza fl-investigazzjoni li turi li s-settur tal-prodott ikkonċernat ma huwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati serjament fil-livelli kollha.

3.2.1.4.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet

(168)

Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristika għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq, kif ukoll fil-Parti I tar-Rapport, japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit hawn fuq u fil-Parti II tar-Rapport.

(169)

Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi mmanifatturat il-prodott ikkonċernat, huma meħtieġa ċerti inputs. Meta l-produtturi tal-prodott ikkonċernat jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) huma esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs jimpjegaw manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li jkunu soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/fl-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. Dawn id-distorsjonijiet ġew deskritti fid-dettall hawn fuq. Il-Kummissjoni indikat li l-istruttura regolatorja li tirfed dawk id-distorsjonijiet hija ġeneralment applikabbli, peress li l-produtturi tal-plywood tal-injam iebes huma soġġetti għal dawk ir-regoli bħal kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor fir-RPĊ. Id-distorsjonijiet għalhekk għandhom effett dirett fuq l-istruttura tal-kostijiet tal-prodott ikkonċernat.

(170)

B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat ma jkunux xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inkluż il-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport.

(171)

Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, l-art, il-manodopera, l-enerġija u l-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu ġie prodott fir-RPĊ permezz ta’ kombinament ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni jiġi espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input, eċċ.

(172)

L-ebda evidenza jew argument li juri l-kuntrarju ma ġie ppreżentat mill-GTĊ fl-investigazzjoni preżenti.

3.2.1.5.   L-argumenti tal-partijiet interessati

(173)

Fil-25 ta’ Novembru 2024, il-PTIA ppreżentat kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, bl-argument li l-analiżi tal-ilmentatur dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tal-plywood tal-injam iebes fir-RPĊ ma tiddependix fuq evidenza speċifika biżżejjed. B’mod partikolari, fil-fehma tal-PTIA, (i) ir-referenzi għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-okoumé plywood huma irrilevanti minħabba l-koinċidenza dubjuża bejn il-familja tropikali tal-ispeċijiet tal-injam li għaliha jappartjeni l-okoumé plywood u l-ispeċijiet tal-injam tal-prodott ikkonċernat; (ii) l-ilmentatur kien ibbaża ruħu fuq distorsjonijiet sinifikanti b’mod ġenerali wisq, pereżempju meta Arser tiġi referenzjata bħala SOE, minkejja li dik il-kumpanija tirrappreżenta inqas minn 1 % tal-kapaċità tal-produzzjoni reali totali f’settur, li fil-fatt huwa fil-biċċa l-kbira frammentat u mhux ikkontrollat mill-Istat; (iii) mhuwiex ċar kif l-14-il FYP tal-Foresti huwa relatat speċifikament mal-plywood tal-injam iebes, b’mod partikolari fid-dawl tal-enfasi tal-Pjan fuq l-objettivi segwiti wkoll mill-UE, bħat-teknoloġija tal-iffrankar tal-enerġija u tal-produzzjoni nadifa; (iv) mhuwiex ċar kif il-politiki Ċiniżi li rrefera għalihom l-ilmentatur u li għandhom l-għan li jindirizzaw il-provvista insuffiċjenti tal-injam huma marbuta mal-allegati distorsjonijiet.

(174)

Il-Kummissjoni ma qablitx. Fir-rigward tal-argument ġenerali tal-PTIA dwar is-suffiċjenza tal-evidenza biex turi l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni fakkret li skont l-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku, jekk il-Kummissjoni tqis li l-evidenza ppreżentata mill-ilmentaturi dwar id-distorsjonijiet sinifikanti hija suffiċjenti, hija tista’ tibda l-investigazzjoni fuq din il-bażi. Kif ikkonfermat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza Viraj Profiles, il-kwantità u l-kwalità tal-provi neċessarji sabiex jiġu ssodisfatti l-kriterji tas-suffiċjenza tal-provi għall-finijiet tal-ftuħ ta’ investigazzjoni huma differenti minn dawk li huma neċessarji għall-finijiet ta’ determinazzjoni preliminari jew finali tal-eżistenza ta’ dumping, ta’ dannu jew ta’ rabta kawżali (104).

(175)

Għaldaqstant, ir-referenza tal-ilmentatur għal eżempji ta’ distorsjonijiet sinifikanti, kemm jekk tikkonċerna l-preżenza ta’ SOEs fis-settur tal-prodott ikkonċernat (bħal ta’ Arser jew l-eżistenza ta’ politiki tal-gvern li għandhom effetti distorsivi fuq il-moviment liberu tal-forzi tas-suq (bħal dokumenti ta’ ppjanar industrijali u politiki li għandhom impatt dirett fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni), kif ukoll id-dipendenza tal-ilmentatur fuq l-evidenza rilevanti disponibbli għall-pubbliku, kif elenkati wkoll fin-Notifika ta’ Bidu, huma konformi mal-istandards legali applikabbli f’dak l-istadju tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li r-referenzi tal-PTIA għal ġurisdizzjonijiet oħra li allegatament isegwu ċerti għanijiet ta’ politika simili għal dawk tal-GTĊ jew id-dikjarazzjoni tal-PTIA li jeżistu distorsjonijiet ukoll f’ġurisdizzjonijiet oħra ma għandhom l-ebda rilevanza fil-kuntest tal-valutazzjoni tas-suffiċjenza tal-evidenza fil-bidu.

(176)

Għalhekk, l-ilment issodisfa l-istandards stabbiliti fl-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, flimkien mal-Artikolu 2(6a)(d). Fil-fatt, kif indikat fin-Notifika tal-Bidu, fl-istadju tal-bidu, il-Kummissjoni qieset li kien hemm evidenza suffiċjenti skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku li turi li, minħabba distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet, l-użu tal-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ ma jkunx xieraq, u b’hekk jiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

(177)

Il-Kummissjoni mbagħad ipproċediet biex tinvestiga tali distorsjonijiet fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni. Sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku, ġabret id-data meħtieġa biex tiddetermina l-eżistenza u l-impatt tad-distorsjonijiet sinifikanti u l-użu konsegwenti tal-metodoloġija preskritta mill-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Id-data miġbura mill-Kummissjoni u l-konklużjonijiet li jirriżultaw huma ppreżentati fid-dettall fit-Taqsima 3.2.1 ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, l-argumenti tal-PTIA dwar l-evidenza inkluża fl-ilment ma setgħux jiġu aċċettati.

(178)

Fl-20 ta’ Marzu 2025, Jiangshan Wood issottomettiet kummenti dwar it-Tieni Nota, fejn argumentat li l-ilmentatur jirrappreżenta ħażin lill-industrija Ċiniża billi jiddikjara li l-esportaturi Ċiniżi tal-plywood tal-injam iebes huma fost l-akbar produtturi tad-dinja u l-biċċa l-kbira tagħhom huma proprjetà tal-Istat. Skont Jiangshan Wood, dan ma huwiex minnu peress li l-industrija Ċiniża tikkonsisti minn ħafna produtturi żgħar, essenzjalment SMEs. Barra minn hekk, Jiangshan Wood irrimarkat li ċerti kumpaniji (SUMEC, Arser), li l-ilmentatur kien identifika bħala produtturi, huma fil-fatt negozjanti.

(179)

Il-Kummissjoni ħadet nota tas-sottomissjoni ta’ Jiangshan Wood. Madankollu, il-kwistjonijiet indikati mill-kumpanija ma jistgħux ibiddlu d-determinazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Dan għaliex dawk id-determinazzjonijiet mhumiex ibbażati fuq l-informazzjoni li tinsab fl-ilment iżda fuq il-korp sħiħ ta’ evidenza fil-fajl. L-evidenza rilevanti li tappoġġa s-sejbiet tal-Kummissjoni hija stabbilita fid-dettall fit-taqsima 3.2.1.3, inklużi ċerti kjarifiki dwar xi wħud mill-operaturi tas-suq imsemmija mill-ilmentatur.

3.2.1.6.   Konklużjoni

(180)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex taħdem il-valur normali esklużivament fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ, li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, fuq il-bażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja.

3.2.2.   Pajjiż rappreżentattiv

3.2.2.1.   Kummenti ġenerali

(181)

L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (105);

Il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni f’dak il-pajjiż;

Id-disponibbiltà ta’ data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

Meta jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, ngħatat preferenza, fejn xieraq, lill-pajjiż b’livell adegwat ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

(182)

Kif spjegat fit-Taqsima 3.1, il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali: l-ewwel nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tad-19 ta’ Diċembru 2024 u t-tieni nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni tal-11 ta’ Marzu 2025. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti, u indirizzaw ukoll il-kummenti li rċevew il-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ, jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata.

Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ fejn isseħħ il-produzzjoni tal-plywood tal-injam iebes

(183)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat il-Belarussja, il-Brażil, l-Ekwador, l-Indoneżja, il-Messiku, il-Malażja, ir-Russja, it-Tajlandja, it-Turkija u l-Ukrajna bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri kollha huma kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn il-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni kienet magħrufa li sseħħ.

(184)

Il-Kummissjoni qieset li l-Belarussja, ir-Russja u l-Ukrajna ma kinux pajjiżi rappreżentattivi xierqa minħabba l-fatt li l-Unjoni imponiet pakketti suċċessivi ta’ sanzjonijiet fuq il-Belarussja u r-Russja minħabba l-aggressjoni militari mir-Russja kontra l-Ukrajna. Dawn il-miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja kienu jinkludu restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti tal-injam inkluż il-prodott taħt investigazzjoni mill-Unjoni lejn il-Belarussja (106). Fir-rigward tar-Russja, il-Kummissjoni nnotat li l-importazzjonijiet tal-plywood tal-betula huma soġġetti għal dazji anti-dumping mill-2021 (107). Barra minn hekk, l-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-Russja ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-Kapitolu 44 (inklużi l-plywood u l-fuljetta, li huma l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-plywood) huma soġġetti għal restrizzjonijiet mill-10 ta’ Lulju 2022 (108). Minbarra l-fatt li s-sitwazzjoni fl-Ukrajna kienet affettwata ħafna mill-kunflitt li għaddej mar-Russja, skont l-ilmentatur, l-Ukrajna pproduċiet primarjament plywood tal-injam iebes ta’ speċijiet ta’ betula, filwaqt li d-definizzjoni tal-prodott tinkludi diversi speċijiet oħra ta’ injam iebes (109).

(185)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li fost il-pajjiżi potenzjalment rappreżentattivi, l-Ekwador u l-Messiku kellhom produzzjoni prinċipalment ta’ speċijiet ta’ injam artab. Għalhekk, il-pajjiżi rappreżentattivi possibbli baqgħu l-Brażil, l-Indoneżja, il-Malażja, it-Tajlandja u t-Turkija.

Id-disponibbiltà ta’ data rilevanti faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv

(186)

Sussegwentement, il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx hemm data faċilment disponibbli fil-pajjiżi identifikati hawn fuq. L-ewwel innotat li fir-rigward tal-Indoneżja, ma kien hemm l-ebda data faċilment disponibbli f’m 3 , li hija l-unità ta’ kejl użata kemm mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, dwar l-importazzjonijiet ta’ fatturi ta’ produzzjoni fl-Indoneżja. Barra minn hekk, il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni tal-plywood tal-injam iebes fl-Indoneżja kienet prodotta minn speċijiet ta’ injam tropikali (u mhux minn luq jew betula, li kienu rrappreżentati l-aktar fir-RPĊ u fl-Unjoni). Barra minn hekk, filwaqt li l-istatistika kienet disponibbli għall-Brażil u għat-Tajlandja, iż-żewġ pajjiżi importaw volumi sinifikanti ta’ fuljetta mir-RPĊ. B’mod simili għall-Indoneżja, il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni tal-plywood tal-injam iebes fil-Malażja kienet prodotta minn speċijiet ta’ injam tropikali (u mhux minn luq u betula, li kienu rrappreżentati l-aktar fir-RPĊ u fl-Unjoni) u ma kien hemm l-ebda data dwar l-importazzjoni taz-zkuk tal-luq.

(187)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-Turkija kienet l-uniku pajjiż bi produzzjoni sinifikanti ta’ plywood tal-injam iebes tal-istess speċi ta’ injam (luq, betula, u ewkaliptu) li ġew prodotti fir-RPĊ, u li, fl-istess ħin, kienu fil-biċċa l-kbira importati fl-Unjoni mir-RPĊ. Il-Kummissjoni nnotat ukoll li t-Turkija kienet l-uniku pajjiż li għalih l-istatistika kien fiha data dwar l-importazzjonijiet tal-aktar fatturi importanti tal-produzzjoni, minkejja n-nuqqas ta’ data affidabbli dwar l-importazzjoni fuq il-fuljetta u dwar iz-zkuk tal-ewkaliptu.

(188)

Il-Kummissjoni identifikat ħames produtturi fit-Turkija b’informazzjoni finanzjarja disponibbli għall-pubbliku: Isik Ahsap Profil Lojistik Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi, Epalsan Orman Urunleri Nakliye Sanayi Ve Ticaret Linited Sirketi, Sakarya Kerestecilik Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi, Murat Sahin Orman Urunleri Insaat Mimarlik Nakliyat Sanayi Ve Ticaret Limited Sirketi, u AGL Ahsap Sanayi Anonim Sirketi.

(189)

Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tat-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv u tal-kumpaniji msemmija hawn fuq bħala produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv.

(190)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand il-produttur esportatur li kkoopera, Jiangshan Wood. Fil-kummenti tagħha wara l-Ewwel Nota, Jiangshan Wood qieset li l-Kummissjoni ma kellhiex twarrab lill-Indoneżja għar-raġuni li d-data dwar l-importazzjoni fl-istatistika ġiet irrapportata f’piż (kg) u mhux f’m 3 , minħabba li l-piż seta’ jiġi kkonvertit f’m 3 abbażi tal-proporzjonijiet ta’ konverżjoni pprovduti ta’ Jiangshan Wood. Jiangshan Wood argumentat li l-Indoneżja kienet l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li d-data statistika kien fiha l-importazzjonijiet tal-fatturi importanti kollha tal-produzzjoni, bi prezzijiet konformi mal-prezzijiet tas-suq. Barra minn hekk, hija indikat lill-kumpaniji fl-Indoneżja b’informazzjoni faċilment disponibbli.

(191)

Barra minn hekk, Jiangshan Wood sostniet li t-Turkija ma kinitx l-aktar pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni minħabba li ma kien hemm l-ebda data fl-istatistika, u minħabba li l-valur irrapportat fl-Eurostat għaz-zkuk tal-luq kien għoli wisq u ma kienx jikkorrispondi għall-valur tas-suq.

(192)

Il-Kummissjoni qieset li filwaqt li għal xi fatturi tal-produzzjoni, bħal tipi speċifiċi ta’ zkuk, jista’ jintuża fattur ta’ konverżjoni, għal xi oħrajn, bħall-fuljetta, il-kodiċi SA jkopri diversi speċijiet ta’ injam, u konverżjoni tkun preġudikata mill-fatt li l-fattur ta’ konverżjoni jvarja b’mod konsiderevoli skont l-injam użat għall-fuljetta. Barra minn hekk, il-plywood tal-injam iebes prodott fl-Indoneżja huwa prinċipalment minn speċijiet ta’ injam tropikali bħal teak, meranti, jew Sengon/Albasian (110), filwaqt li l-aktar speċijiet ta’ injam rappreżentati użati għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat importat mir-RPĊ għall-Unjoni huma l-luq, il-betula u l-ewkaliptu. Barra minn hekk, il-kwantitajiet tal-fatturi differenti tal-produzzjoni importati fl-Indoneżja fil-perjodu ta’ investigazzjoni (PI) kienu relattivament baxxi.

(193)

It-Turkija, min-naħa l-oħra, fil-PI kellha produzzjoni konsiderevoli ta’ plywood tal-injam iebes li fil-biċċa l-kbira tiegħu, juża speċijiet bħall-luq, il-betula u l-fagu. Ir-rieżami Annwali tas-Suq tal-Prodotti tal-Foresti tat-Turkija għall-2021 isemmi li fl-2020, il-produzzjoni tal-plywood kienet ta’ 300 000 m 3 , u l-istess volum kien previst għall-2021 (111). Għalkemm l-istatistika kienet relatata mal-2020 (u l-previżjoni kienet għall-2021), ġie preżunt li kien hemm livell simili ta’ produzzjoni matul il-PI. Għalhekk, il-Kummissjoni żammet l-għażla tagħha tat-Turkija bħala l-pajjiż rappreżentattiv u l-argumenti mqajma minn Jiangshan Wood ġew miċħuda.

Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

(194)

Wara li ġie stabbilit li t-Turkija kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv xieraq disponibbli, abbażi tal-elementi kollha ta’ hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku.

3.2.2.2.   Konklużjoni

(195)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Turkija ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.2.3.   Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

(196)

Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi tal-produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera, użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni minn Jiangshan Wood. F’din in-nota, il-Kummissjoni identifikat l-importazzjonijiet fil-pajjiżi rappreżentattivi possibbli tal-fatturi ewlenin tal-produzzjoni u nnotat li d-data dwar l-importazzjonijiet fit-Turkija kien fiha data dwar l-importazzjonijiet għall-aktar fatturi importanti tal-produzzjoni, minkejja n-nuqqas ta’ data affidabbli dwar l-importazzjoni fuq folji għall-fuljetti għall-plywood u għaz-zkuk tal-ewkaliptu. Għalhekk, f’termini ta’ data statistika dwar l-importazzjonijiet tal-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aktar data dettaljata kienet disponibbli fit-Turkija. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’din in-nota.

(197)

Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni kompliet teżamina kif tistabbilixxi valur referenzjarju għall-fatturi ta’ produzzjoni identifikati fl-Ewwel Nota, sabiex tibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. L-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku jippreskrivi l-użu ta’ data korrispondenti f’pajjiż rappreżentattiv xieraq “sakemm id-data rilevanti tkun disponibbli fil-pront”.

(198)

F’dan il-każ, għalkemm l-istatistika kien fiha data dwar l-importazzjonijiet taz-zkuk tal-luq u fuljetti tal-ewkaliptu fit-Turkija, dawn iż-żewġ fatturi ewlenin tal-produzzjoni ma ġewx importati lejn it-Turkija (u lanqas lejn xi pajjiż ieħor, inkluż il-pajjiżi rappreżentattivi possibbli l-oħra) fi kwantitajiet rappreżentattivi. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet ma kinux jirrapreżentaw il-prezzijiet tas-suq.

(199)

Għalhekk, il-Kummissjoni fittxet prezz referenzjarju ieħor rappreżentattiv għal prezz tas-suq. Hija identifikat l-akbar esportaturi madwar id-dinja ta’ zkuk tal-luq u l-fuljetti tal-ewkaliptu. Peress li l-istatistika dwar l-esportazzjonijiet mill-akbar pajjiżi esportaturi ta’ dawn iż-żewġ fatturi ta’ produzzjoni kien fiha data dwar volumi konsiderevoli ta’ esportazzjoni, il-Kummissjoni pproponiet, fit-Tieni Nota, li tibbaża l-prezz referenzjarju għaz-zkuk tal-luq u l-fuljetti tal-ewkaliptu fuq il-prezz tal-esportazzjoni mill-akbar pajjiżi esportaturi: l-esportazzjonijiet dinjija minn Franza għaz-zkuk tal-luq u l-esportazzjonijiet dinjija mill-Ukrajna għall-fuljetti tal-ewkaliptu.

(200)

Iż-żewġ fatturi importanti l-oħra li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni, il-karta tal-laminati u d-dqiq, ġew importati fil-pajjiż rappreżentattiv propost (it-Turkija) fi kwantitajiet indikattivi u għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-karta tal-laminati u tad-dqiq fit-Turkija (minbarra l-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (112)), kienu rappreżentattivi tal-prezzijiet tas-suq.

(201)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet se tuża l-istatistika Torka biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manodopera (113) u tal-enerġija (114).

(202)

Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-piż negliġibbli ta’ xi wħud mill-fatturi individwali tal-produzzjoni fil-kost totali tal-produzzjoni, dawn l-entrati individwali negliġibbli ġew raggruppati taħt “materjali konsumabbli”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat li kienet se tikkalkula l-perċentwal tal-materjal konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima u tapplika dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

3.2.3.1.   Kummenti dwar is-sorsi biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni proposti fit-Tieni Nota

(203)

Wara l-pubblikazzjoni tat-Tieni Nota, l-ilmentatur semma l-appoġġ tiegħu għall-għażla tal-Kummissjoni li tistabbilixxi kost ta’ sostituzzjoni għall-kostruzzjoni tal-valuri normali bl-użu tal-prezz medju tal-esportazzjonijiet ta’ Franza taz-zkuk tal-luq. Hija qieset li l-prezz medju tal-esportazzjonijiet ta’ Franza taz-zkuk tal-luq kif irrapportat fit-Tieni Nota (EUR 117/m 3 ) kien raġonevoli.

(204)

Jiangshan Wood sostniet ukoll li hija apprezzat l-approċċ raġonevoli tal-Kummissjoni dwar il-parametru referenzjarju għaz-zkuk tal-luq. Madankollu, hija semmiet li approċċ aktar raġonevoli jkun li tittieħed l-istatistika tal-importazzjoni intra-Unjoni bi prezzijiet konformi mal-prezzijiet kummerċjali bejn il-Kanada u l-Istati Uniti.

(205)

Il-Kummissjoni qieset il-kummenti, iżda sostniet li l-prezz medju tal-esportazzjonijiet ta’ Franza taz-zkuk tal-luq kien rappreżentattiv tal-prezz tas-suq, bħala l-akbar esportatur madwar id-dinja. Madankollu, il-Kummissjoni kkoreġiet żbalji klerikali li rriżultaw minn entrati doppji, u aġġornat il-prezz referenzjarju kif xieraq (ara t-Taqsima 3.2.3.2 Materja prima).

(206)

Fir-rigward tal-fuljetti tal-ewkaliptu, l-ilmentatur argumenta li l-Ukrajna ma pproduċietx (kabbritx/ħasditx) siġar tal-ewkaliptu fuq skala kummerċjali, minħabba kundizzjonijiet klimatiċi mhux xierqa, u għalhekk, il-volumi sinifikanti tal-esportazzjoni mill-Ukrajna taħt il-kodiċi SA 4408 90 kienu x’aktarx jikkorrispondu għall-fuljetti tal-ispeċijiet tal-betula u tal-fagu, jew speċijiet oħra mhux koniferi, iżda mhux għall-fuljetti tal-ewkaliptu. Hija qieset ukoll li l-prezz medju tal-esportazzjonijiet mill-Ukrajna (EUR 251,49/m 3 ) ma kienx jirrifletti l-prezzijiet tal-fuljetti tal-ewkaliptu, li kienu konsiderevolment ogħla, u li, għalhekk, il-parametru referenzjarju propost kien baxx wisq. Hija sostniet li l-prezz inizjali tal-fuljetti tal-ewkaliptu kien sa tliet darbiet ogħla mill-parametru referenzjarju tal-Kummissjoni, u li għandu jkun, bħala medja, madwar EUR 520/m 3 . Biex juri l-firxiet tal-prezzijiet, l-ilmentatur issottometta kontijiet sensittivi tal-fuljetti tal-ewkaliptu li joriġinaw mill-Urugwaj u mill-Paragwaj, li huwa qies bħala wieħed mill-akbar u l-aktar sorsi magħrufa għall-fuljetta tal-ewkaliptu għall-produzzjoni tal-plywood tal-injam iebes.

(207)

Bħala tweġiba għall-kummenti mill-ilmentatur, il-PTIA sostniet li l-prezz referenzjarju għall-fuljetti tal-ewkaliptu kien għoli wisq. Hija argumentat li minflok, il-Kummissjoni tista’ tuża l-prezz tal-importazzjonijiet Brażiljani fl-Unjoni taz-zkuk tal-ewkaliptu, li jirriżulta fi prezz referenzjarju ta’ madwar EUR 55/m 3 , jew inkella, il-prezz tal-importazzjoni taz-zkuk tal-ewkaliptu fir-RPĊ, li jinsab f’livell simili. Bħala evidenza addizzjonali, hija ppreżentat fatturi u kuntratti ta’ zkuk tal-ewkaliptu mill-Urugwaj u mill-Brażil.

(208)

Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li, tabilħaqq, il-kodiċi SA 4408 90 kien kodiċi tal-basket li kien jinkludi fuljetta magħmula minn speċijiet ta’ injam aktar iebes, u mhux biss tal-ewkaliptu. Hija aċċettat ukoll il-kumment mill-ilmentatur li peress li l-ewkaliptu ma kienx jitkabbar fl-Ukrajna, l-esportazzjonijiet taħt dak il-kodiċi mill-Ukrajna kienu aktar probabbli li jinkludu speċijiet oħra ta’ injam minflok l-ewkaliptu.

(209)

Madankollu, il-Kummissjoni ma qablitx mal-affermazzjoni tal-PTIA li l-prezz għall-fuljetti tal-ewkaliptu jista’ jkun ibbażat fuq il-prezz għal kull kg tal-importazzjonijiet tal-ewkaliptu ta’ zkuk lejn l-Unjoni jew lejn ir-RPĊ. L-istatistika għall-importazzjonijiet taz-zkuk tal-ewkaliptu kienet teżisti biss f’kg u għalhekk ma setgħetx tintuża direttament biex jiġi stabbilit prezz għal kull m 3 . Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi b’mod preċiż x’inhu l-konsum taz-zkuk tal-ewkaliptu għal kull m3 ta’ fuljetta, peress li l-proporzjon tal-konsum jiddependi ħafna fuq il-kwalità taz-zkuk u l-proċess tal-produzzjoni. Fl-aħħar nett, kwalunkwe prezz referenzjarju taz-zkuk tal-ewkaliptu jkollu jiġi aġġustat biex jitqies il-valur miżjud tal-proċess tal-produzzjoni għall-produzzjoni tal-fuljetti tal-ewkaliptu miz-zkuk. Għall-istess raġunijiet imsemmija hawn fuq, jiġifieri r-rilevanza tal-kwalità taz-zkuk u tal-proċess tal-produzzjoni, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tikkalkula b’mod preċiż tali valur miżjud. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni ma qablitx li f’dan il-każ speċifiku, parametru referenzjarju għall-eucalyptus veneer jenħtieġ li jkun ibbażat fuq il-prezz taz-zkuk tal-ewkaliptu, li huwa materjal ta’ input u prodott differenti mill-fuljetta.

(210)

Il-Kummissjoni qieset ukoll li anki jekk għażlet l-esportazzjonijiet tal-fuljetti tal-ewkaliptu minn pajjiż speċifiku ieħor fejn jitkabbar l-ewkaliptu, il-kodiċi SA kien se jibqa’ kodiċi tal-basket u kien jinkludi t-tipi kollha ta’ speċijiet tal-injam iebes, li wħud minnhom jistgħu jkunu konsiderevolment orħos mill-ewkaliptu, filwaqt li xi speċijiet oħra huma konsiderevolment aktar għaljin mill-ewkaliptu (bħal diversi speċijiet tropikali eżotiċi użati esklużivament bħala fuljetti tal-wiċċ tal-ogħla kwalità), inkluż għall-esportazzjonijiet mill-Urugwaj u mill-Paragwaj fejn jitkabbru aktar speċijiet tal-injam iebes. Peress li l-prezzijiet ibbażati fuq fatturi partikolari ma setgħux jitqiesu bħala evidenza rappreżentattiva biex jiġi stabbilit il-prezz tas-suq, il-Kummissjoni sabet li huwa l-aktar xieraq li jiġi stabbilit il-prezz referenzjarju bbażat fuq prezz medju tal-esportazzjoni (ta’ madwar EUR 443/m 3 ) mill-akbar pajjiżi esportaturi taħt il-kodiċi SA 4408 90 (inklużi l-ewkaliptu u l-fuljetta ta’ speċijiet simili għall-ewkaliptu), li kien konformi mal-prezz tal-esportazzjonijiet tal-ewkaliptu mill-Paragwaj u l-Urugwaj, ippreżentat mill-ilmentatur. Għalhekk, il-Kummissjoni adattat il-prezz referenzjarju skont dan.

(211)

Fir-rigward tal-parametru referenzjarju għad-dqiq, Jiangshan Wood qieset li s-suq tad-dqiq fit-Turkija kien distort u għalhekk il-prezz tal-importazzjonijiet ma kienx rappreżentattiv bħala prezz referenzjarju. Hija argumentat li t-Turkija stabbiliet sensiela ta’ miżuri li fixklu s-suq: minn Mejju 2023, tariffa ta’ 130 % fuq l-importazzjonijiet tal-qamħ (u 0 % jekk il-qamħ importat jiġi pproċessat fi dqiq jew għaġin li jiġi esportat), u tariffa ta’ 102,6 % fuq l-importazzjonijiet tad-dqiq tal-qamħ. Jiangshan Wood sostniet li t-tariffi kienu mfassla biex jipprojbixxu l-importazzjonijiet tad-dqiq u biex jippromwovu l-ipproċessar domestiku tal-qamħ importat irħis fid-dqiq għall-esportazzjoni. Hija sostniet ukoll li l-esportazzjonijiet tad-dqiq mit-Turkija naqsu b’mod sinifikanti li kien ifisser li matul il-PI, il-prezzijiet tad-dqiq fit-Turkija kienu distorti u minfuħa. Jiangshan Wood argumentat li, barra minn hekk, it-Turkija imponiet għadd ta’ restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni tad-dqiq, inklużi r-rekwiżiti ta’ liċenzjar u spezzjoni tal-importazzjoni. Għalhekk, Jiangshan Wood argumentat li l-Kummissjoni jenħtieġ li tuża prezz mingħajr distorsjoni għad-dqiq meta tiddetermina l-valur normali li jista’ jkun il-prezz tal-importazzjoni CIF (Kost, Assigurazzjoni u Nol) fit-Turkija, mingħajr ma tapplika t-taxxa fuq l-importazzjoni ta’ 102,6 %.

(212)

Jiangshan Wood sostniet ukoll li l-kodiċi SA użat mill-Kummissjoni (SA 1101 00 00 ) kien fih dqiq użat għal prodotti tal-ikel, u mhux biss għall-plywood tal-injam iebes. Hija sostniet li meta tiddetermina l-prezz referenzjarju għad-dqiq, il-Kummissjoni jenħtieġ li minflok tuża l-kodiċi SA 1101 00 15 (il-kodiċi SA għall-qamħ jew għad-dqiq tal-meslin tal-qamħ komuni u tal-ispelt).

(213)

Il-Kummissjoni ċaħdet l-argument li, minħabba l-allegati distorsjonijiet fis-suq Tork, jenħtieġ li ma tikkunsidrax id-dazju tal-importazzjoni. Il-kwantitajiet ta’ dqiq importat fit-Turkija kienu sinifikanti, u għalhekk kien hemm domanda għad-dqiq bi prezzijiet li kienu jinkludu d-dazji tal-importazzjoni. Għalhekk, il-prezz tiegħu tqies bħala rappreżentattiv ta’ prezz tas-suq. B’hekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni li l-prezz tad-dqiq ma kienx jikkostitwixxi parametru referenzjarju rappreżentattiv u żammet l-approċċ tagħha kif spjegat hawn fuq. Madankollu, il-Kummissjoni aċċettat l-argument ta’ Jiangshan Wood li tuża l-kodiċi SA 1101 00 15 biex tistabbilixxi l-prezz, minflok il-kodiċi ġenerali għad-dqiq (SA 1101 00 00 ).

(214)

Jiangshan Wood sostniet ukoll li l-parametru referenzjarju għax-xogħol u l-elettriku kien esaġerat bla bżonn peress li l-Kummissjoni, l-ewwel, ikkonvertiet il-Lira Torka (“TRY”) għal EUR u mbagħad minn EUR għal Yuan Ċiniż (“CNY”) u li, għalhekk, kienet influwenzata minn TRY bilaterali għal fluttwazzjonijiet fir-rati tal-kambju f’EUR. Hija sostniet li l-Kummissjoni għandha tikkonverti TRY għal CNY b’mod dirett, permezz tar-rata tal-kambju medja ta’ 0,22211, ippubblikata fuq https://www.xe.com/.

(215)

Il-Kummissjoni ċaħdet id-dikjarazzjoni. Tabilħaqq, ir-rati tal-kambju ppubblikati minn sorsi oħra bħal dik imsemmija minn Jiangshan Wood jistgħu jvarjaw minn dawk użati mill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-prezz referenzjarju. Madankollu, il-Kummissjoni bbażat ruħha, f’konformità mal-prattika tagħha, fuq ir-rati tal-kambju uffiċjali ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew, li kienu r-rati tal-kambju uffiċjali fil-PI. Ir-rati tal-kambju ppubblikati mill-Bank Ċentrali Ewropew jippermettu lill-Kummissjoni tiddetermina konverżjoni diretta minn TRY għal EUR (f’dan il-każ speċifiku bl-użu tar-rata tal-kambju 0,2434). Il-prezz referenzjarju ddeterminat abbażi tal-konverżjoni jwassal għall-istess prezz referenzjarju f’CNY kif iddeterminat mill-Kummissjoni. Għalhekk, id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

3.2.3.2.   Fatturi ta’ produzzjoni

(216)

Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

Tabella 1

Fatturi tal-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi SA

Sors

Valur mingħajr distorsjoni

Unità ta’ kejl

Materja prima

Zkuk tal-luq

4403 97

Atlas tal-Kummerċ Globali (“GTA”, Global Trade Atlas) (115)

1 003,09 CNY

m 3

Fuljetta tal-ewkaliptu

4408 90

GTA

4 232,09 CNY

m 3

Karta tal-laminati

4811 49

GTA

25,38 CNY

kg

Dqiq

1101 00 15

GTA

5,31 CNY

kg

Materjal konsumabbli

 

Manodopera

 

 

mhux applikabbli

Statistika nazzjonali

43,76 CNY

siegħa

Enerġija

 

Elettriku

mhux applikabbli

L-Awtorità Regolatorja Torka tas-Suq tal-Enerġija

0,77 CNY

kWh

(217)

Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Sabiex tistabbilixxi dan l-ammont, il-Kummissjoni esprimiet il-kost ġenerali tal-manifattura mġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni bħala perċentwal tal-kost reali tal-materja prima użata u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex tikseb il-kost ġenerali mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Il-Kummissjoni qieset li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet ġenerali rrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet ġenerali tal-manifattura mingħajr distorsjoni meta jiġu kkonsenjati lill-fabbrika tal-kumpanija.

3.2.3.3.   Materja prima

(218)

Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni ta’ żewġ materja prima ewlenija, iz-zkuk tal-luq u l-fuljetti tal-ewkaliptu, il-Kummissjoni użat prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tal-akbar esportaturi ta’ dawn il-materjali madwar id-dinja – Franza fil-każ ta’ zkuk tal-luq u medja tal-pajjiżi esportaturi ewlenin fil-każ tal-filjetti tal-ewkaliptu (116). Il-prezzijiet tal-esportazzjoni kienu fil-livell tal-Kost, l-Assigurazzjoni u l-Merkanzija (“CIF”), li magħhom il-Kummissjoni żiedet dazji tal-importazzjoni ta’ 4,1 % fil-każ taz-zkuk tal-luq u 2,5 % fil-każ tal-fuljetta tal-ewkaliptu, li kien meqjus raġonevoli, u konformi mad-dazji medji tal-importazzjoni imposti mill-akbar għaxar pajjiżi importaturi li jkopru bejn 84 % u 99 % tal-importazzjonijiet dinjija ta’ dawn il-prodotti tal-injam.

(219)

Għaż-żewġ materja prima l-oħra li jifdal, il-karta laminata u d-dqiq, il-Kummissjoni stabbiliet il-parametru referenzjarju abbażi tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni lejn il-pajjiż rappreżentattiv, kif irrapportat fil-GTA, li miegħu żdiedu d-dazji tal-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha minbarra r-RPĊ u l-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 (117). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv, peress li fit-taqsima 3.2.1.5 ta’ hawn fuq ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni.

(220)

Għal għadd ta’ fatturi ta’ produzzjoni, il-kostijiet effettivi mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Peress li l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi dawk il-kostijiet fil-materjal konsumabbli. Il-Kummissjoni kkalkolat il-persentaġġ tal-materjal konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-persentaġġ għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-prezzijiet stabbiliti mingħajr distorsjoni.

(221)

Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni żiedet id-dazji tal-importazzjoni rilevanti mal-valur CIF irreġistrat fl-istatistika dwar l-importazzjoni tal-pajjiż rappreżentattiv, kif disponibbli fil-GTA.

(222)

Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista tal-materja prima bħala persentaġġ tal-kost effettiv ta’ tali materja prima u mbagħad applikat l-istess persentaġġ għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost tat-trasport mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni biex jiġu stmati l-kostijiet tat-trasport mingħajr distorsjoni tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija.

3.2.3.4.   Manodopera

(223)

L-Istitut Tork tal-Istatistika jippubblika informazzjoni dettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Turkija (118). Il-Kummissjoni użat l-aħħar statistika disponibbli li tkopri l-2022 għall-kost lavorattiv medju għall-attività ekonomika C.16 Il-manifattura tal-injam u tal-prodotti tal-injam u tas-sufra, għajr l-għamara; manifattura ta’ oġġetti tat-tiben u materjali tad-dfir) skont il-klassifikazzjoni NACE Rev.2. Il-valur medju ta’ kull xahar tal-2022 ġie aġġustat kif xieraq għall-inflazzjoni bl-użu tal-indiċi tal-kost lavorattiv kif ippubblikat mill-Istitut Tork tal-Istatistika biex jadatta għall-PI (mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024) (119).

3.2.3.5.   Elettriku

(224)

Il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-prezzijiet tal-elettriku ppubblikata mill-Awtorità Regolatorja tas-Suq tal-Enerġija (EMRA) fl-istqarrijiet għall-istampa regolari tagħha. Il-Kummissjoni użat id-data tal-prezzijiet tal-elettriku industrijali f’kWh għas-settur industrijali li jkopri l-PI (mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024) (120).

3.2.3.6.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG & A, profitti u deprezzament

(225)

Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq.

(226)

Meta stabbiliet punti ta’ riferiment għall-SG & A u l-profitt, il-Kummissjoni inizjalment ipproponiet li tuża data finanzjarja ta’ ħames kumpaniji Torok, li kienet disponibbli fil-bażi tad-data ORBIS għal perjodu qabel il-PI.

(227)

Kemm Jiangshan Wood kif ukoll il-PTIA sostnew li l-kumpanija Torka Isik Ahsap Profil Lojistik Sanayi Ve Ticaret Anonim Sirketi (“Isik”) ma pproduċietx plywood iżda prodotti oħra tal-injam bħal pannelli tal-ħitan, pavimenti magħmula minn MDF, chipboards jew bord tal-partikoli, u għalhekk, li d-data tagħha jenħtieġ li tiġi eskluża mill-kalkoli.

(228)

Jiangshan Wood sostniet ukoll li fir-rigward tal-SG & A ta’ Murat Sahin Orman Urunleri Insaat Mimarlik Nakliyat Sanayi Ve Ticaret Limited Sirketi (li l-isem kummerċjali tiegħu huwa Tokpan) kif ukoll għal Isik, il-Kummissjoni trid tnaqqas ammont għal spejjeż ta’ bejgħ dirett mill-SG & A. Il-Kummissjoni finalment użat id-data dwar l-SG & A u l-profitt mill-istatistika Torka għaliex id-data finanzjarja tal-ħames kumpaniji Torok li kienet disponibbli fid-database tal-ORBIS, ma kinitx tikkoinċidi mal-PI u l-ebda aġġornament reċenti ta’ din id-data ma kien disponibbli f’ORBIS. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża d-data tal-gvern Tork dwar l-ispejjeż operattivi medji u l-profitt operattiv tal-kumpaniji ppubblikata mill-Bank Ċentrali tat-Turkija dwar ir-riżultati finanzjarji tat-3 121 kumpanija b’attivitajiet fis-settur tal-manifattura ta’ prodotti tal-injam, sufra, tiben u materjali tal-insiġ (NACE – C-162), li hija qieset bħala uffiċjali u affidabbli. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kellhiex bżonn tindirizza aktar il-kummenti ta’ Jiangshan Wood u l-PTIA dwar id-data finanzjarja tal-ħames produtturi Torok.

(229)

Fuq din il-bażi, il-SG & A espressi bħala perċentwal tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa (“COGS”) u li ġew applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammontaw għal 16,1 %. Il-profitt, espress bħala perċentwal tal-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 8,4 %.

3.2.3.7.   Kalkolu

(230)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

(231)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ta’ unità mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali ta’ produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Dawn ir-rati ta’ konsum ipprovduti mill-produttur esportatur li kkoopera ġew ivverifikati matul il-verifika. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt f’din it-taqsima.

(232)

Ladarba ġew stabbiliti l-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni applikat għall-kostijiet mingħajr distorsjoni l-kostijiet ġenerali tal-manifattura u d-deprezzament, sabiex tasal għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni.

(233)

Għall-kostijiet tal-produzzjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni applikat l-SG & A (121) u l-profitt (122) stabbilit kif deskritt hawn fuq.

(234)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

3.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(235)

Jiangshan Wood esportat lejn l-Unjoni permezz ta’ negozjanti mhux relatati fir-RPĊ. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew pagabbli mill-ewwel klijent mhux relatat (negozjant domestiku) għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.4.   Tqabbil

(236)

L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel konċessjoni għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ta’ Jiangshan Wood fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, ma sar l-ebda aġġustament għall-valur normali mill-fabbrika u lanqas għall-prezz tal-esportazzjoni mill-fabbrika, kif irrapportat minn Jiangshan Wood.

(237)

Madankollu, il-valur CIF stabbilit biex jintuża bħala denominatur għall-kalkoli tad-dumping kien ibbażat fuq il-prezz mill-fabbrika ta’ Jiangshan Wood li miegħu l-Kummissjoni żiedet il-kostijiet tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar, kif ukoll l-SG & A u l-profitt ta’ negozjant mhux relatat. Sabiex tistabbilixxi dawn l-aġġustamenti biex tasal mill-prezz mill-fabbrika għall-valur CIF, il-Kummissjoni qagħdet fuq informazzjoni disponibbli għall-pubbliku (l-Indiċi Dinji tal-Kontejners Drewry) fil-każ ta’ merkanzija bil-baħar (123), u fuq ir-rapport finanzjarju ta’ wieħed min-negozjanti mhux relatati pprovdut minn Jiangshan Wood. Il-Kummissjoni stiednet lin-negozjanti mhux relatati ma’ Jiangshan Wood biex jikkooperaw biex jipprovdu d-data attwali tagħhom dwar il-kostijiet tat-trasport bil-baħar, il-SG & A u l-profitt. Peress li l-Kummissjoni għadha ma rċevietx tweġiba fl-istadju provviżorju tal-investigazzjoni, il-livell ta’ dawn l-aġġustamenti jista’ jinbidel fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni.

3.4.1.   Aġġustamenti magħmula fil-valur normali

(238)

Il-valur normali ġie stabbilit fil-livell tal-kummerċ mill-fabbrika billi ntużaw il-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti għall-SG & A u l-profitt, li tqiesu raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament biex il-valur normali jinnettja lura għal-livell mill-fabbrika.

(239)

Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni għaliex għamlet xi konċessjoni għall-valur normali, u lanqas ma ġew iddikjarati tali konċessjonijiet mill-produttur esportatur.

3.4.2.   Aġġustamenti magħmula fil-prezz tal-esportazzjoni

(240)

Peress li Jiangshan Wood biegħ f’livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, ma sar l-ebda aġġustament fil-prezz tal-esportazzjoni.

3.5.   Marġni tad-dumping

(241)

Kif ġie spjegat fit-Taqsima 1.5 tar-Regolament, il-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għad-determinazzjoni tad-dumping, f’konformità mal-Artikolu 17(4), it-tieni paragrafu tar-Regolament bażiku, u li tagħti eżami individwali lil Pizhou Jianghsan Wood Co., Ltd, bħala l-unika kumpanija li pprovdiet tweġiba xierqa u f’waqtha għall-kwestjonarju li setgħet tiġi vverifikata f’konformità mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament bażiku.

(242)

Sabiex tiddetermina l-marġni tad-dumping għal Jiangshan Wood, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. Fuq din il-bażi, il-marġni medju ponderat tad-dumping provviżorju espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping proviżorju (%)

Pizhou Jiangshan Wood Co., Ltd

25,1

(243)

Għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(244)

Għal dan l-għan, il-Kummissjoni bbażat il-marġni tad-dumping fuq tqabbil tal-valur normali medju ponderat kif stabbilit għal Jiangshan Wood mal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet kif irrapportat fl-Eurostat. Fil-fehma tal-Kummissjoni, dik l-istatistika tal-esportazzjoni kienet tirrappreżenta indikatur raġonevoli għall-imġiba tad-dumping tal-produtturi esportaturi li ma kkooperawx. Dan ġie kkonfermat bl-analiżi tal-prezzijiet medji tal-esportazzjoni kif irrappurtati mill-produtturi esportaturi li ppreżentaw ruħhom fl-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni, li kienu fl-istess firxa bħad-data tal-Eurostat.

(245)

Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping proviżorju (%)

Pizhou Jiangshan Wood Co., Ltd

25,1

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-RPĊ

62,4

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(246)

Il-prodott simili kien manifatturat minn sitta u għoxrin produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(247)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbilita għal madwar 1 664 963 metru kubu (m 3 ) jew 1 082 031 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħall-ilment u t-tweġiba għall-kwestjonarju makro mill-Federazzjoni Ewropea tal-Panel, l-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni tal-plywood tal-injam iebes. Kif indikat fil-premessa (27) tar-Regolament, it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 28 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(248)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-bejgħ tal-UE u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha li seħħew f’dik is-sena abbażi ta’ (a) data ppreżentata mill-ilmentatur dwar il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni, kif kontroverifikata mal-volumi tal-bejgħ irrapportati mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun; u (b) l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni mill-pajjiżi terzi kollha, kif irrapportat fl-Eurostat.

(249)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (m 3 )

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Konsum totali tal-Unjoni

3 737 311

3 411 779

2 536 966

2 600 550

Indiċi

100

91

68

70

Sors:

Ilment, l-industrija tal-Unjoni, Eurostat.

(250)

Kien hemm tnaqqis sinifikanti (-30 %) fil-konsum totali tal-Unjoni tal-prodott taħt investigazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2021 u l-2022, it-tendenza ’l isfel kienet moderata. It-tnaqqis fil-konsum aċċellera fl-2023, iżda reġa’ rkupra ftit fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni sabet li t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni kien ir-riżultat ta’ diversi fatturi: l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet ekonomiċi fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-injam, inkluż il-prodott taħt investigazzjoni, li joriġinaw mir-Russja u mill-Belarussja f’Lulju 2022 wara l-gwerra ta’ aggressjoni fuq skala sħiħa tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-kumulazzjoni ta’ riżerva mill-importaturi fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-plywood tal-betula li joriġinaw mir-Russja fl-2021, u t-tmiem tal-irkupru ekonomiku li segwa l-pandemija tal-COVID-19. L-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet ekonomiċi wasslet għall-esklużjoni mis-suq tal-Unjoni ta’ 1,4 miljun m 3 ta’ plywood tal-injam iebes li joriġina mir-Russja (124) u mill-Belarussja (125). Is-suq irċieva xokk fil-provvista u naqas minħabba li la l-industrija tal-Unjoni u lanqas pajjiżi produtturi oħra ma setgħu jissostitwixxu bis-sħiħ il-plywood tal-injam iebes Russu u Belarussu. Is-siġar tal-betula u tal-luq jilħqu l-età t-tajba għall-qtugħ tas-siġar bejn l-10 snin l-40 sena. Għalhekk, iridu jgħaddu ftit snin biex jiżdied in-numru ta’ siġar maħsuba għall-produzzjoni tal-injam iebes billi z-zkuk jiġu ttrasferiti mill-produzzjoni tal-karta u tal-injam għall-plywood (ara l-premessa (326)).

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(251)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tat-tqabbil tal-volum tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni.

(252)

Il-Kummissjoni sabet data distorta fl-istatistika rrapportata fil-livell tal-unità supplimentari (m 3 f’dan il-każ). Għalhekk, għall-finijiet ta’ tqabbil, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkonverti l-piż irrapportat (tunnellati), sett ta’ data aktar affidabbli u stabbli, f’m 3 .

(253)

Il-konverżjoni kienet ibbażata fuq id-densità, ikkalkulata abbażi tal-piż diviż bl-unità supplimentari, tal-pannelli. Jekk id-densità kienet f’medda ta’ densità predefinita prevista għal kull kodiċi SA, l-unità supplimentari rrapportata ġiet aċċettata. Jekk kienet barra mill-medda, id-densità rrapportata ġiet sostitwita bid-densità medja ta’ dak il-kodiċi SA.

(254)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Kwantitajiet tal-importazzjonijiet u sehem mis-suq

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Kwantità ta’ importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (m 3 )

683 984

900 104

750 083

794 899

Indiċi

100

132

110

116

Sehem mis-suq (%)

18

26

30

31

Indiċi (2021=100 %)

100

144

162

167

Sors:

Eurostat.

(255)

L-importazzjonijiet tal-plywood tal-injam iebes miċ-Ċina żdiedu b’mod ġenerali b’16 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn laħqu l-quċċata tagħhom fis-sena 2022, b’żieda ta’ 32 % meta mqabbla mal-volum tal-importazzjonijiet fl-2021. Wara tnaqqis fil-volum tal-importazzjoni fl-2023, l-ammont ta’ plywood tal-injam iebes importat reġa’ żdied fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(256)

Waħda mir-raġunijiet għaż-żieda qawwija fl-importazzjonijiet miċ-Ċina kienet is-sostituzzjoni fis-suq tal-Unjoni tal-plywood tal-injam iebes li joriġina mir-Russja u mill-Belarussja mill-plywood tal-injam iebes Ċiniż. L-istokkijiet mhux sfruttati ta’ plywood tal-injam iebes mibnija fiċ-Ċina bħala riżultat tat-tnaqqis fir-ritmu tal-industrija tal-kostruzzjoni Ċiniża ġew mobilizzati malajr biex jimlew il-vojt li ħalla l-plywood tal-injam iebes Russu u Belarussu fis-suq tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (250) hawn fuq.

(257)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni żviluppa skont il-bidla fil-flussi kummerċjali u t-tnaqqis fil-konsum deskritti hawn fuq. F’dan il-kuntest, iż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi wasslet għal żieda fis-sehem mis-suq tagħhom b’67 punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

4.3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz

(258)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tal-istatistika tal-Eurostat EUR/m 3 , kif deskritt fil-premessi (251) sa (253).

(259)

Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/m 3 )

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Iċ-Ċina

373

529

438

418

Indiċi

100

142

118

112

Sors:

Eurostat

(260)

Il-prezz tal-importazzjonijiet miċ-Ċina l-ewwel żdied bi 42 % bejn l-2021 u l-2022 minħabba ż-żieda f’daqqa fid-domanda fis-suq tal-Unjoni wara l-esklużjoni ta’ 1,4 miljun m 3 ta’ plywood tal-injam iebes mir-Russja u l-Belarussja minħabba s-sanzjonijiet ekonomiċi u l-irkupru ekonomiku wara l-pandemija tal-COVID. Madankollu, din iż-żieda kienet ta’ natura temporanja: il-prezzijiet reġgħu lura għal livelli li jixbhu mill-qrib il-prezz tal-2021 fl-2023 u l-PI.

(261)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell mill-fabbrika, u l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produttur li kkoopera lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

(262)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, bl-aġġustament dovut meta neċessarju, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala persentaġġ tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz b’medja ponderata ta’ 46,3 %.

(263)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kif irrapportati fit-Tabella 4 hawn fuq, kienu konsistentement aktar baxxi mill-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni u l-kostijiet medji tal-produzzjoni ta’ unità kif irrapportat hawn taħt fit-Tabella 8.

4.4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Kummenti ġenerali

(264)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(265)

Kif imsemmi fil-premessa (27), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(266)

Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-ilmentatur relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni, kontroverifikata fejn meħtieġ mat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(267)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

(268)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(269)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 5

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Kwantità tal-produzzjoni (m 3 )

1 872 902

1 845 776

1 699 086

1 664 963

Indiċi

100

99

91

89

Il-kapaċità tal-produzzjoni (m 3 )

2 496 000

2 496 000

2 552 000

2 538 000

Indiċi

100

100

101

102

Użu tal-kapaċità (%)

75

74

67

66

Indiċi

100

99

90

87

Sors:

L-ilmentatur u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(270)

Il-volum tal-produzzjoni ta’ 1 872 902 m 3 tal-industrija tal-Unjoni fl-2021 baqa’ fil-biċċa l-kbira stabbli fis-sena 2022, b’1 845 776 m 3 ta’ plywood tal-injam iebes manifatturat (– 1 %). Madankollu, fl-2023 u l-PI meta mqabbla mal-2021, kien hemm tnaqqis qawwi ta’ 9 % u 11 % fil-produzzjoni tal-UE, b’1 664 963 m 3 biss prodotti mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika mill-esklużjoni tal-plywood tal-injam iebes Russu u Belarussu fis-suq tal-Unjoni minħabba s-sanzjonijiet ekonomiċi biex jiżdied il-volum tal-produzzjoni tagħha. Għall-kuntrarju, hija kienet imġiegħla tnaqqas il-produzzjoni tagħha mis-sena 2022 minħabba ż-żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi (+ 32% fl-2022, + 10% fl-2023 u + 16% fil-PI) mibjugħa bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti, jiġifieri bi 11 %.

(271)

L-iżvilupp tal-kapaċità tal-produzzjoni, li żdiedet bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat wara l-investimenti magħmula mill-industrija tal-Unjoni, jixhed l-isforzi tal-industrija tal-Unjoni biex tissostitwixxi l-plywood tal-injam iebes Russu u Belarussu eskluż mis-sanzjonijiet mis-suq tal-Unjoni.

(272)

L-użu tal-kapaċità ta’ 75 % kien diġà baxx fl-2021 meta l-COVID affettwat b’mod negattiv id-domanda. Fl-2022, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm dan il-livell, biex tara biss tnaqqis ta’ 10 % fl-2023 u 13 % fil-PI, meta mqabbel mal-livell tal-2021.

4.4.2.2.   Kwantità tal-bejgħ u sehem mis-suq

(273)

Il-kwantità tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

Kwantità tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Kwantità totali tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (m 3 )

1 355 645

1 294 971

1 167 185

1 190 402

Indiċi

100

96

86

88

Sehem mis-suq (%)

38

38

46

46

Indiċi

100

105

127

126

Sors:

L-ilmentatur, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-Eurostat.

(274)

Il-kwantità tal-bejgħ fis-suq tal-UE mill-industrija tal-Unjoni segwiet tendenza ’l isfel bejn l-2021 u l-2023 qabel ma rkuprat ftit fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kwantità totali tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqset b’mod sinifikanti bi 12 %.

(275)

It-tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni huwa proporzjonat mat-tnaqqis fil-kwantità tal-produzzjoni tagħha.

(276)

Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kien ta’ 38 % fl-2021, li huwa meta l-plywood tal-injam iebes Russu u Belarussu kien għadu importat fl-Unjoni. Is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, din iż-żieda jenħtieġ li titqies fil-kuntest tat-tnaqqis sinifikanti ġenerali fid-daqs tas-suq (– 30 % minħabba l-esklużjoni tal-prodotti tal-plywood tal-injam iebes Russu u Belarussu mis-suq tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (250) hawn fuq). Bħala tali, minkejja t-tnaqqis fil-kwantità tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, is-sehem mis-suq tagħha żdied għal 46 % fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(277)

Iż-żieda ta’ 26 punti perċentwali tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni jenħtieġ li titqies ukoll fid-dawl taż-żieda ta’ żewġ terzi (67 %) tas-sehem mis-suq tal-produtturi Ċiniżi li żdied minn 18 % għal 31 % matul il-perjodu kkunsidrat, kif muri fil-premessa (254).

4.4.2.3.   Tkabbir

(278)

Filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied matul il-perjodu kkunsidrat, l-evoluzzjoni tal-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ, kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi, ħadet xejra ’l isfel matul il-perjodu kkunsidrat. Kif muri hawn taħt fil-premessa (280), l-impjiegi ddeterjoraw ftit ukoll.

4.4.2.4.   Impjiegi u produttività

(279)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

Impjiegi u produttività

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Għadd ta’ impjegati (FTE)

11 308

11 367

11 179

11 101

Indiċi

100

101

99

98

Produttività (m 3 /impjegat)

166

162

152

150

Indiċi

100

98

92

91

Sors:

L-ilmentatur u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(280)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-livell tal-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni naqas bi 2 %. Fl-2022, kien hemm żieda ta’ 1 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Madankollu, fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-livell tal-impjiegi naqas b’1 % u 2 %, rispettivament.

(281)

Il-livell relattivament stabbli ta’ impjiegi bejn l-2021 u t-tmiem tal-PI kien dovut għar-riluttanza tal-industrija tal-Unjoni li tnaqqas il-forza tax-xogħol imħarrġa ħafna tagħha. Kif muri wkoll fl-evoluzzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni, kif stabbilit fil-premessa (271), l-industrija tal-Unjoni kienet konxja li hemm domanda kontinwa għall-prodott tagħha fl-Unjoni, iżda sofriet pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi, kif spjegat f’aktar dettall hawn taħt fil-premessa (288), li waqqafha milli żżid il-produzzjoni u l-bejgħ.

(282)

Bħala riżultat tat-tnaqqis fil-produzzjoni, kif muri fil-premessa (270), u l-livell relattivament stabbli ta’ impjiegi, kif ippreżentat fil-premessa (280), il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla f’m 3 għal kull impjegat prodott fis-sena, naqset b’9 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(283)

Il-marġnijiet tad-dumping kollha kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, b’kunsiderazzjoni tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat.

(284)

Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Miżuri anti-dumping li jvarjaw minn 14,4 sa 15,8 % ġew imposti f’Novembru 2021 fuq l-importazzjonijiet tal-plywood tal-betula li joriġina mir-Russja (126). Il-plywood tal-betula jaqa’ fl-ambitu tal-prodott taħt investigazzjoni.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(285)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni fis-suq totali (EUR/ m 3 )

726

1 084

1 112

1 023

Indiċi

100

149

153

141

Il-kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/ m 3 )

685

976

1 078

1 074

Indiċi

100

143

157

157

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(286)

Il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni żdiedu b’41 % matul il-perjodu kkunsidrat. Tali żieda kienet xprunata minn żieda qawwija fil-kostijiet tal-materja prima, speċjalment iz-zkuk, kif spjegat hawn taħt fil-premessa (287). Iż-żieda fil-prezzijiet tal-UE fl-2022 u fl-2023 fid-dawl tal-isplużjoni ekonomika ta’ wara l-COVID kienet saħansitra aktar qawwija, b’49 % u 53 %, rispettivament. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ naqsu bi 12 % meta mqabbla mal-quċċata tagħhom fl-2023.

(287)

Il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. L-ewwel żdied bi 43 % fl-2022 meta mqabbel mal-2021 u kompla jiżdied fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li jirrifletti żieda ta’ 57 % fil-kost unitarju tal-produzzjoni meta mqabbel mal-2021. L-ixprun ewlieni taż-żieda fil-kostijiet kien xejra ’l fuq fil-prezzijiet taz-zkuk tal-injam, li rduppjaw f’ċerti żoni tal-Unjoni.

(288)

Fl-2022, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b’mod sinifikanti biex taqbel maż-żieda qawwija fil-kostijiet unitarji. Madankollu, mill-2023 u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħaddi ż-żieda ulterjuri fil-kostijiet lill-konsumaturi billi żżid il-prezzijiet kif xieraq minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet ikkawżata mill-importazzjonijiet Ċiniżi. L-industrija tal-Unjoni kienet imġiegħla żżomm ċertu livell ta’ prezzijiet sabiex ma titlifx ċertu livell ta’ bejgħ, li, meta jitqies it-tnaqqis fil-konsum, dan issarraf fil-fatt li l-industrija tal-Unjoni setgħet iżżid is-sehem mis-suq tagħha fis-suq tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (257).

4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(289)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR/FTE)

32 992

35 885

35 408

38 671

Indiċi

100

109

107

117

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(290)

Matul il-perjodu kkonċernat, il-kostijiet lavorattivi żdiedu bi 17 %. Għall-ewwel, il-kostijiet lavorattivi żdiedu b’9 % fl-2022 qabel ma naqsu bi ftit fl-2023. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kost lavorattiv reġa’ żdied bħala konsegwenza tar-ristrutturar ta’ xi produtturi tal-Unjoni.

4.4.3.3.   Inventarji

(291)

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Stokkijiet

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Stokk tal-għeluq (m 3 )

32 504

47 952

42 609

40 504

Indiċi

100

148

131

125

Stokks tal-għeluq bħala persentaġġ tal-produzzjoni (%)

1,74

2,60

2,51

2,43

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(292)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-livelli tal-istokkijiet żdiedu b’25 %. Fl-2022, kien hemm żieda qawwija ta’ 48 % fl-istokkijiet tal-għeluq meta l-industrija tal-Unjoni ppruvat tissostitwixxi xi wħud mill-plywood tal-injam iebes Russu u Belarussu eskluż, biss biex tara l-isforzi tagħha mminati minn żieda fl-importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina. Il-livelli tal-inventarju sussegwentement naqsu iżda xorta baqgħu ferm ogħla mil-livelli tal-istokk tal-għeluq tal-2021 fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

4.4.3.4.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(293)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

7

12

4

–2

Indiċi

100

187

57

–37

Fluss tal-flus (EUR)

36 169 036

40 537 498

26 041 480

–2 993 860

Indiċi

100

112

72

–8

Investimenti (EUR)

22 388 097

21 166 045

14 321 929

15 499 246

Indiċi

100

95

64

69

Redditu fuq l-investimenti (%)

7

16

2

–5

Indiċi

100

217

32

–62

Sors:

Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(294)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Iż-żieda ta’ 49 % fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-UE fl-2022 flimkien ma’ żieda ta’ 43% fl-ispiża tal-produzzjoni, kif spjegat fil-premessi (285) sa (288) hawn fuq, irriżultaw f’livelli ogħla ta’ profittabbiltà f’dik is-sena. Madankollu, din iż-żieda kienet temporanja, peress li l-profittabbiltà sussegwentement naqset għad-dominju negattiv fil-perjodu ta’ investigazzjoni hekk kif il-kost tal-produzzjoni kompla jiżdied (57 %) iżda ma setax jiġi akkumpanjat minn żieda korrispondenti fil-prezz (41 %). Fi kliem ieħor, l-industrija tal-Unjoni naqqset b;mod sinifikanti s-sehem tas-suq tagħha fl-2023 u bdiet tagħmel it-telf matul il-perjodu ta’ investigazzjoni peress li ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tkopri ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni. L-evidenza, għalhekk, indikat l-eżistenza ta’ soppressjoni tal-prezzijiet fl-2023 u l-PI.

(295)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett segwiet dik tal-profittabbiltà fejn is-sitwazzjoni marret għall-agħar wara l-2022 minn sitwazzjoni pożittiva għal waħda negattiva tal-fluss tal-flus.

(296)

L-investimenti mill-industrija tal-Unjoni naqsu b’31 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn l-investimenti kienu jikkonsistu prinċipalment fil-modernizzazzjoni tat-tagħmir tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni.

(297)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żdied drastikament fis-sena 2022, wara l-pandemija tal-COVID-19 meta l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet iżda naqset fl-2023 u saret negattiva fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(298)

Meta wieħed iqis id-deterjorament ta’ diversi indikaturi bħall-produzzjoni, il-bejgħ, il-profittabbiltà u r-redditu fuq l-investiment, il-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun li jiġġeneraw il-kapital marret għall-agħar ukoll matul il-perjodu kkunsidrat.

4.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(299)

Il-konsum tal-plywood tal-injam iebes fis-suq tal-Unjoni naqas bi 30 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni bħala konsegwenza ta’ diversi fatturi, bħas-sanzjonijiet ekonomiċi imposti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni li joriġina mir-Russja u mill-Belarussja, ir-rilaxx fis-suq tal-Unjoni tal-importazzjonijiet Russi maħżuna fl-2021 li ma ġewx irreġistrati bħala konsum fl-2022 u fis-snin sussegwenti, u t-tmiem tal-irkupru ekonomiku ta’ wara l-COVID-19. F’dan il-kuntest, il-kwantità ta’ plywood tal-injam iebes importat miċ-Ċina żdiedet b’mod sinifikanti fil-perjodu kkunsidrat, kemm f’termini assoluti kif ukoll f’termini relattivi.

(300)

Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kwantitajiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu għal 16 % ogħla mil-livell tagħhom tal-2021. Is-sehem mis-suq tagħhom żdied minn 18 % fl-2021 għal 31 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni (+ 67 %). Il-prezz tal-importazzjonijiet miċ-Ċina inizjalment żdied bi 42 % fl-2022 meta mqabbel mal-2021, qabel ma naqas kontinwament wara. Fil-PI, il-prezz tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien 12 % ogħla mil-livell tal-2021, li kien f’kuntrast qawwi mal-evoluzzjoni tal-prezz tal-industrija tal-Unjoni jew ta’ pajjiżi terzi oħra fl-Unjoni, li żdied b’mod sinifikanti (+ 41 % u + 34 % rispettivament) fl-istess perjodu.

(301)

Il-biċċa l-kbira tal-makroindikaturi u tal-mikroindikaturi ddeterjoraw matul il-perjodu kkunsidrat. Il-kwantità tal-bejgħ, il-kwantità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi – 12 %, – 11 % u – 13 % rispettivament matul il-perjodu kkunsidrat. F’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum (– 30 %), l-industrija tal-Unjoni żiedet is-sehem mis-suq tagħha bi 8 punti perċentwali għal 46 % peress li l-bejgħ tagħha naqas inqas mit-tnaqqis fil-konsum. Iż-żieda fis-sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni jenħtieġ li titqies ukoll fil-kuntest tal-importazzjonijiet Ċiniżi li jżidu wkoll b’mod sinifikanti s-sehem mis-suq tagħhom fis-suq tal-Unjoni. Barra minn hekk, wara t-tnaqqis fil-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni, il-ħażniet żdiedu b’25 %, u dan kellu effett negattiv fuq il-fluss tal-flus tagħhom. Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdiedet bi ftit bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat iżda fl-istess ħin l-investimenti naqsu b’– 31 %. L-impjiegi naqsu bi – 2 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(302)

Filwaqt li l-prezz medju tal-bejgħ tal-UE żdied b’41 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-kostijiet unitarji tal-produzzjoni żdiedu ħafna aktar (+ 57 %) matul l-istess perjodu. Mill-2023 ’il quddiem, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tkopri din l-ispiża tal-produzzjoni li dejjem tiżdied minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi, tant li l-industrija tal-Unjoni għaddiet minn sitwazzjoni fejn kienet tagħmel profitt fl-2021 u l-2022, għal profitt imnaqqas b’mod sinifikanti fl-2023 u għal telf fil-perjodu ta’ investigazzjoni (– 2 %). Il-kostijiet lavorattivi wrew ukoll deterjorament b’żieda ta’ 17 % bħala konsegwenza tar-ristrutturar li għaddew minnu xi produtturi tal-Unjoni. Il-fluss tal-flus nett u r-redditu tal-investiment tal-industrija tal-Unjoni segwew ix-xejra tal-profittabbiltà billi marru negattivi fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(303)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

(304)

F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra apparti l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, it-tnaqqis fil-konsum tal-UE u l-kriżi tal-enerġija, kif iddikjarat mill-partijiet interessati.

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(305)

Id-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kkoinċida mal-penetrazzjoni dejjem akbar fis-suq tal-importazzjonijiet tal-plywood tal-injam iebes li joriġina miċ-Ċina, li konsistentement waqqa’ l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, peress li l-prezzijiet Ċiniżi baqgħu konsistentement aktar baxxi mill-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u l-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz li nstab kien għoli sa 46,3 %. L-influss ta’ importazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx wassal għal soppressjoni tal-prezzijiet fl-2023 u l-PI, kif spjegat fil-premessa (255), li impedixxa wkoll lill-industrija tal-Unjoni milli tissostitwixxi fl-istess perjodu parti mill-plywood tal-betula mir-Russja u l-Belarussja pprojbita mis-suq tal-Unjoni fl-2022. L-evoluzzjoni tal-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni, kif riflessa fit-Tabelli 3 u 4 hawn fuq, uriet li l-livelli tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni ġew imrażżna, ara t-Tabella 8, u b’hekk ġiet stabbilita rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(306)

L-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu b’16 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn 683 984 m 3 fl-2021 għal 794 899 m3 fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li jirrappreżenta sehem mis-suq ta’ 31 %. Dawn l-importazzjonijiet saru bi prezzijiet ferm aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn l-importazzjonijiet bi prezz baxx f’volumi dejjem jiżdiedu żammew lill-industrija tal-Unjoni milli tgħolli l-prezzijiet tagħha f’konformità maż-żieda fil-kost tal-produzzjoni.

(307)

F’sitwazzjoni ta’ żieda fil-kostijiet u l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tistabbilixxi prezzijiet sostenibbli, li rriżultaw fi tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà, minn marġni pożittiv ta’ 7 % fl-2021 u ta’ 12 % fl-2022, għal marġni sinifikament aktar baxx ta’ 4 % fl-2023 u telf ta’ – 2 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-2023 u fil-PI, l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat żieda ulterjuri fil-kostijiet, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jonqsu, bi kważi 20 % fl-2023 meta mqabbla mal-2022, u fil-PI saħansitra komplew jonqsu. Indikaturi finanzjarji oħra, bħall-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment, ukoll saru negattivi fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(308)

Għalhekk, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-plywood tal-injam iebes miċ-Ċina, ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ prezz u volum.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(309)

Il-kwantità tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppat kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Il-Federazzjoni Russa

Kwantità (m 3 )

1 170 940

602 859

134

0

 

Indiċi

100

51

0

0

 

Sehem mis-suq (%)

31

18

0

0

 

Prezz medju (EUR/m 3 )

524

703

793

0

 

Indiċi

100

134

151

0

Il-Belarussja

Kwantità (m 3 )

194 609

117 361

40

0

 

Indiċi

100

60

0

0

 

Sehem mis-suq (%)

5

3

0

0

 

Prezz medju (EUR/m 3 )

431

532

381

0

 

Indiċi

100

123

88

0

Il-Każakistan

Kwantità (m 3 )

0

31 108

143 490

113 501

 

Indiċi

0

100

461

365

 

Sehem mis-suq (%)

0

1

6

4

 

Prezz medju (EUR/m 3 )

0

685

606

562

 

Indiċi

0

100

88

82

Pajjiżi terzi oħra

Kwantità (m 3 )

332 132

465 376

476 034

501 747

 

Indiċi

100

140

143

151

 

Sehem mis-suq (%)

9

14

19

19

 

Prezz medju (EUR/m 3 )

719

951

848

782

 

Indiċi

100

132

118

109

Il-pajjiżi terzi kollha minbarra ċ-Ċina

Kwantità (m 3 )

1 697 681

1 216 704

619 698

615 248

 

Indiċi

100

72

37

36

 

Sehem mis-suq (%)

45

36

24

24

 

Prezz medju (EUR/m 3 )

552

781

792

741

 

Indiċi

100

141

143

134

Sors:

Eurostat.

(310)

Bl-esklużjoni tal-plywood tal-injam iebes Russu u Belarussu mis-suq tal-Unjoni fl-2022, l-importazzjonijiet minn sorsi oħra rrappreżentaw biss madwar 63 % tal-volum importat miċ-Ċina. F’termini assoluti, kien hemm tnaqqis żgħir fil-volumi tal-importazzjonijiet mill-2023 sal-perjodu ta’ investigazzjoni minn dawn is-sorsi. Għaldaqstant, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi għajr iċ-Ċina, ir-Russja u l-Belarussja fil-perjodu ta’ investigazzjoni baqa’ ferm taħt is-sehem mis-suq ta’ 31 % tal-produtturi Ċiniżi.

(311)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi għajr iċ-Ċina, ir-Russja u l-Belarussja nbiegħu bi prezzijiet li huma kważi d-doppju tal-prezz tal-importazzjonijiet miċ-Ċina. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-prezz medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kien ta’ 56 % tal-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi għajr iċ-Ċina, ir-Russja u l-Belarussja.

(312)

Abbażi tal-volum limitat, is-sehem mis-suq stabbli u l-prezz għoli tal-importazzjonijiet minn sorsi oħra għajr iċ-Ċina, ir-Russja u l-Belarussja, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma naqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni.

5.2.2.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(313)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej:

Tabella 13

Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

 

2021

2022

2023

Perjodu ta’ investigazzjoni

Volum tal-esportazzjonijiet (m 3 )

408 876

258 316

293 481

295 536

Indiċi

100

63

72

72

Prezz medju (EUR/m 3 )

733

1 103

1 135

1 085

Indiċi

100

150

155

148

Sors:

L-Eurostat u l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(314)

L-industrija tal-Unjoni esperjenzat tnaqqis ta’ – 37 % fil-volumi tal-esportazzjoni fl-2022 meta mqabbla mal-2021, x’aktarx marbut mad-disponibbiltà mhux mistennija fis-suq internazzjonali tal-plywood Russu u Belarussu wara l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet ekonomiċi tal-UE li rriżultaw fil-projbizzjoni tal-bejgħ ta’ dawn il-prodotti fis-suq tal-Unjoni. Id-devjazzjoni ta’ dawn il-volumi kompliet tnaqqas il-bejgħ tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Fil-perjodu kkunsidrat, il-bejgħ għall-esportazzjoni naqas minn 28 % tal-volum totali tal-bejgħ mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni għal 23 %, jew b’113 340 m 3 f’numri assoluti.

(315)

Kif muri fil-premessi(259), (286) u (309), fl-2022, kien hemm żieda ta’ madwar 35–50 % fil-prezzijiet tas-suq dinji. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-UE ġeneralment segwew l-istess xejra bħall-prezzijiet mitluba fl-UE. L-industrija tal-Unjoni setgħet tgħolli l-prezzijiet tal-esportazzjoni għal 150 % tal-livell tal-2021 fl-2022, iżda l-prezzijiet niżlu għal 148 % fil-PI.

(316)

L-impatt tal-evoluzzjoni negattiva fil-volumi tal-esportazzjoni ġie mmitigat mill-kwantità assoluta baxxa tagħhom (295 536 m 3 fil-PI) u s-sehem tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni (18,6 % fil-PI), flimkien maż-żieda fil-prezzijiet medji tal-esportazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma naqqsitx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.3.    Konsum

(317)

Il-Kummissjoni sabet li l-esklużjoni mis-suq tal-Unjoni tal-importazzjonijiet tal-plywood tal-injam iebes li joriġina mir-Russja u mill-Belarussja fl-2022 kellha impatt kbir fuq il-konsum tal-UE. Fl-2021, is-sena ta’ qabel l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet ekonomiċi li jikkonċernaw ċerti prodotti tal-injam mir-Russja u l-Belarussja, dawn il-pajjiżi esportaw 1 365 549 m 3 ta’ plywood tal-injam iebes lejn is-suq tal-Unjoni, li jammontaw għal sehem mis-suq ikkombinat fis-suq tal-Unjoni ta’ 36 %. Sal-2023, l-ewwel sena sħiħa meta ġew applikati s-sanzjonijiet, il-volum tal-importazzjonijiet ikkombinati tagħhom ta’ plywood tal-injam iebes fl-Unjoni tnaqqas għal 174 m 3 (jew sehem mis-suq ta’ 0 %).

(318)

Kien hemm movimenti fis-suq li kkumpensaw għall-esklużjoni tal-plywood tal-injam iebes Russu u Belarussu. B’mod partikolari, iċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping u ta’ sanzjonijiet permezz tal-Każakistan ta’ 143 490 m 3 u 113 501 m 3 ta’ plywood tal-injam iebes fl-2023, u l-perjodu ta’ investigazzjoni, rispettivament; iż-żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra b’169 615 m 3 u, fl-aħħar nett, iż-żieda b’ 110 916 m 3 ta’ importazzjonijiet Ċiniżi fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Madankollu, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 30 % fil-PI.

(319)

Il-Kummissjoni eżaminat ir-raġunijiet għaliex il-maġġoranza tal-plywood Russu u Belarussu eskluż ma ġietx sostitwita immedjatament jew fuq terminu qasir mill-industrija tal-Unjoni, u ddikjarat kapaċità ta’ riżerva ta’ 873 037 m 3 fil-perjodu ta’ investigazzjoni, jew minn importazzjonijiet minn pajjiżi oħra.

(320)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-industrija tal-Unjoni, in-nuqqas ta’ disponibbiltà immedjata tal-materja prima ewlenija, iz-zkuk, li hija karatteristika ġenerali ta’ din l-industrija li tiddependi fuq materjal ta’ input li mhux innegozjat ħafna, impona limitu fuq żieda f’daqqa fil-produzzjoni. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni pproduċiet skont l-ordni u mhux skont l-istokk. Għalhekk, ma kellhiex kwantitajiet kbar ta’ plywood tal-injam iebes li jistgħu jiġu mobilizzati minnufih ladarba s-sanzjonijiet ekonomiċi joħorġu l-plywood tal-injam iebes Russu u Belarussu mis-suq tal-Unjoni. Fit-terminu medju, l-industrija tal-Unjoni għandha l-kapaċità kemm f’termini ta’ produzzjoni kif ukoll ta’ materja prima li tissostitwixxi l-maġġoranza tal-volumi esklużi mis-suq, dment li jiġu restawrati l-kundizzjonijiet ekwi.

(321)

Ir-reazzjoni tal-produtturi Ċiniżi u ta’ pajjiżi terzi oħra għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet ekonomiċi fl-UE kienet aktar rapida. L-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-bqija tad-dinja, ħlief ir-Russja u l-Belarussja, żdiedu immedjatament bi 32 % u 49 %, fl-2022, rispettivament. Madankollu, iż-żieda kkombinata fl-importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-bqija tad-dinja kienet biss ta’ 353 491 m 3 fl-2023. Iż-żieda fl-importazzjonijiet ma setgħetx tikkumpensa għall-esklużjoni ta’ 1 427 973 m 3 ta’ plywood tal-injam iebes Russu u Belarussu.

(322)

Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li t-tnaqqis fil-konsum ma naqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.3.1.   L-allegat tnaqqis fid-domanda fis-suq tal-Unjoni

(323)

Il-PTIA affermat li r-raġuni għat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni wara l-2022 mhijiex l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet ekonomiċi fuq il-plywood tal-injam iebes Russu u Belarussu, iżda pjuttost kollass tad-domanda minħabba tnaqqis fir-ritmu tal-industrija tal-kostruzzjoni tal-Unjoni. Huma argumentaw li l-inabbiltà tal-industrija tal-plywood tal-injam iebes tal-UE li timla l-vojt li ħalla l-plywood Russu u Belarussu eskluż uriet li kien hemm tnaqqis fid-domanda fis-suq tal-UE aktar milli tnaqqis fil-provvista. Dan it-tnaqqis fid-domanda allegatament kien il-kawża ewlenija tad-dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(324)

Il-Kummissjoni qieset li s-settur tal-kostruzzjoni tal-Unjoni esperjenza quċċata ta’ wara l-Covid fis-snin 2021 u 2022, segwita minn tnaqqis fir-ritmu. Madankollu, il-produzzjoni u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’mod sinifikanti inqas (– 12 % u – 11 %, rispettivament fl-2023 u fil-PI) mit-tnaqqis fil-konsum (– 30 %), li juri li anki f’suq li qed jiċkien, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tkompli tipproduċi u tbigħ kwantitajiet sinifikanti, minkejja li l-pressjoni mill-manifatturi Ċiniżi, li kontinwament żiedet il-volumi tal-importazzjoni tagħhom bi prezzijiet ferm aktar baxxi, inħasset dejjem aktar u kkawżat dannu materjali.

(325)

Barra minn hekk, iċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri anti-dumping u r-restrizzjonijiet tas-sanzjonijiet ekonomiċi li jikkonċernaw il-plywood tal-injam iebes li joriġina mir-Russja u mill-Belarussja via l-Każakistan u t-Turkija (127) wrew li d-domanda fis-suq tal-Unjoni kienet għadha għolja. Fil-fatt, is-sitwazzjoni tas-suq tal-Unjoni tista’ tiġi deskritta l-aħjar bħala kontrazzjoni tal-provvista aktar milli dik tad-domanda.

(326)

Il-Kummissjoni sabet li n-nuqqas ta’ disponibbiltà immedjata taż-żieda fl-ammonti miżjuda ta’ zkuk tal-betula u tal-luq, ara l-premessa (320), il-materja prima ewlenija tal-plywood tal-injam iebes, imbagħad irriżulta f’nuqqas ta’ disponibbiltà immedjata ta’ plywood tal-injam iebes innifsu, u b’hekk jikkostitwixxi kontrazzjoni tal-provvista u għalhekk joħloq tnaqqis fil-konsum ġenerali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni qieset il-kwistjonijiet marbuta man-nuqqas ta’ disponibbiltà taz-zkuk bħala kompletament fiżjoloġiċi u waħda mill-karatteristiċi ġenerali tal-industrija tal-plywood. B’mod aktar speċifiku, is-siġar li huma tal-età t-tajba għall-produzzjoni tal-plywood tal-injam iebes jitħawlu bejn 10 snin u 40 sena qabel ma jkunu jistgħu jinqatgħu. Il-manifatturi tal-plywood tal-injam iebes għandhom pjantaġġuni jew jixtru mingħand fornituri għal perjodu fit-tul b’kuntratti pluriennali, għalkemm f’xi swieq fl-irkanti tal-Unjoni huma komuni wkoll. Din il-konġestjoni fil-provvista tal-materja prima ma ppermettietx bidla immedjata għal volumi ta’ produzzjoni ogħla b’mod sinifikanti ta’ plywood tal-injam iebes. Madankollu, bidla gradwali fit-terminu medju minn zkuk destinati għall-produzzjoni tal-karta u tal-injam għall-plywood hija possibbli jekk l-industrija tal-plywood tal-injam iebes tal-Unjoni tkun tista’ titlob prezzijiet tas-suq ġusti. Barra minn hekk, l-hekk imsejħa pjantaġġuni ta’ riżerva li huma maturi iżda li ma nħasdux għal raġunijiet ambjentali, eż., iż-żamma tal-ħamrija, jistgħu jinqatgħu wkoll.

(327)

Instab li l-fornituri Ċiniżi tal-plywood tal-injam iebes kienu l-uniċi li setgħu jżidu b’mod sinifikanti l-volumi tal-bejgħ tagħhom fl-2022–2023, peress li kellhom stokkijiet kbar minħabba tnaqqis fir-ritmu tas-settur tal-kostruzzjoni Ċiniż li beda fl-2021. Fit-terminu medju, il-produtturi tal-UE ma tħallewx iżidu l-volumi tal-produzzjoni tagħhom minħabba dawn l-importazzjonijiet.

(328)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni u qieset li l-inabbiltà tal-industrija tal-Unjoni li tissostitwixxi l-plywood tal-injam iebes Russu u Belarussu pprojbit kienet dovuta għal żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u n-nuqqas ta’ zkuk li jistgħu jintużaw immedjatament. It-tnaqqis fil-konsum li beda fl-2022, li laħaq l-ogħla livell fl-2023 u li rkupra ftit fil-PI, irrappreżenta opportunità mitlufa għall-industrija tal-Unjoni u potenzjalment kien fattur li jikkontribwixxi għad-dannu mġarrab, mingħajr, madankollu, ma jnaqqas ir-rabta kawżali mal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping. Dawn l-importazzjonijiet matul il-perjodu kkunsidrat ikkaratterizzati minn suq tal-Unjoni li qed jiċkien, żdiedu b’mod qawwi fil-volum u naqsu fil-prezz minkejja żieda ġenerali fil-kostijiet esperjenzati mill-industrija tal-Unjoni (ara l-premessa (287)).

5.3.2.   Kriżi tal-enerġija

(329)

Il-PTIA sostniet li l-kriżi tal-enerġija fl-UE bħala riżultat tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja kienet fattur deċiżiv fiż-żieda tal-kostijiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(330)

Il-Kummissjoni sabet li l-kriżi tal-enerġija kellha biss impatt limitat fuq l-industrija tal-plywood tal-injam iebes. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun iġġeneraw l-enerġija tagħhom stess li taħdem bil-bijomassa (ċipep, qoxra tas-siġar, serratura tal-injam, fuljetti difettużi). Filwaqt li mhijiex immuni għaż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, marbuta wkoll maż-żieda fil-prezzijiet tat-trasport, l-industrija tal-Unjoni kienet relattivament protetta tajjeb mill-kriżi tal-enerġija.

(331)

Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet id-dikjarazzjoni u kkonkludiet b’mod provviżorju li l-prezzijiet għoljin tal-enerġija ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali.

5.4.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(332)

Il-Kummissjoni stabbiliet b’mod provviżorju rabta kawżali bejn id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina. Bħala riżultat taż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina bi prezzijiet dejjem jonqsu, l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat żieda ta’ 57 % fil-kostijiet tal-produzzjoni tagħha, kif muri fil-premessa (287), li pprekludietha milli tistabbilixxi prezzijiet sostenibbli li jirriżultaw f’deterjorament qawwi tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha. L-importazzjonijiet Ċiniżi wasslu għal effetti negattivi fuq il-prezzijiet għall-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni sabet twaqqigħ sinifikanti tal-prezz ikkawżat mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Il-Kummissjoni sabet ukoll soppressjoni sinifikanti tal-prezzijiet fl-2023 u fil-PI. Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset minn 7 % għal telf ta’ – 2 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment ukoll saru negattivi fil-PI.

(333)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti ta’ fatturi magħrufa oħrajn fuq l-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Il-Kummissjoni proviżorjament ikkunsidrat li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr iċ-Ċina, minħabba l-volumi limitati tagħhom u l-prezz relattivament għoli, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet ulterjorment b’mod provviżorju li t-tnaqqis fil-bejgħ għall-esportazzjoni u fil-konsum fis-suq tal-Unjoni ma kkontribwixxiex b’mod sinifikanti u dirett għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Bl-istess mod, il-Kummissjoni spjegat bir-reqqa fit-Taqsima 5.3.1 hawn fuq li n-nuqqas temporanju ta’ disponibbiltà ta’ zkuk, filwaqt li potenzjalment huwa fattur li jikkontribwixxi għad-dannu mġarrab, madankollu ma naqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping Ċiniżi u d-dannu materjali.

(334)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħra, ikkunsidrati individwalment u kollettivament, ma dgħajfux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. Id-dannu jikkonsisti fi tnaqqis fil-produzzjoni, fil-bejgħ, fil-produttività, fil-prezzijiet, fl-użu tal-kapaċità, fil-profittabbiltà, fil-fluss tal-flus u fir-redditu fuq l-investiment, kif ukoll f’żieda fil-kostijiet lavorattivi u fl-istokkijiet.

6.   LIVELL TAL-MIŻURI

(335)

F’dan il-każ, l-ilmentaturi sostnew l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, sabiex titwettaq il-valutazzjoni fuq il-livell xieraq ta’ miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Imbagħad eżaminat jekk il-marġni tad-dumping tal-produtturi esportaturi fil-kampjun ikunx ogħla mill-marġni tad-dannu tagħhom (ara l-premessi (346) sa (348) hawn taħt).

6.1.   Marġni tad-dannu

(336)

Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni kellha tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku.

(337)

F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż li qed jiġi investigat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R & Ż) u l-innovazzjoni (“IRI”), u l-livell ta’ profittabbiltà li għandu jkun mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx anqas minn 6 %.

(338)

F’dan ir-rigward, l-ilmentatur ikkunsidra li profitt fil-mira raġonevoli għandu jvarja bejn l-10 % u l-15 %.

(339)

Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Fir-rigward tal-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, ma kienx possibbli li jiġi stabbilit marġni ta’ profitt fuq il-bażi ta’ kwalunkwe waħda mis-snin immedjatament qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, peress li f’dawk is-snin l-industrija tal-Unjoni ġarrbet influss ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping minn oriġini oħra. Barra minn hekk, is-snin 2021 u 2022 instabu li kienu influwenzati ħafna mill-irkupru ekonomiku ta’ wara l-COVID-19 u ma dehrux xierqa biex jiġi stabbilit il-profitt fil-mira. Għalhekk, l-ebda waħda minn dawn is-snin ma setgħet tikkwalifika bħala sena b’sitwazzjoni kompetittiva normali fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset aktar xieraq li tuża l-livell ta’ profittabbiltà ta’ 13,43 % li ntlaħaq fl-2017.

(340)

L-industrija tal-Unjoni pprovdiet evidenza li l-livell tagħha ta’ investimenti, R & Ż u IRI matul il-perjodu kkunsidrat kien ikun ogħla f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Il-Kummissjoni vverifikat din l-informazzjoni matul iż-żjarat ta’ verifika fuq il-post billi vverifikat ir-rekords interni tal-kumpanija relatati mal-pjanijiet ta’ investiment, id-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji u sabet li t-talbiet kienu ġġustifikati. Biex tirrifletti dan fil-profitt fil-mira, il-Kummissjoni kkalkolat id-differenza bejn l-investimenti, l-ispejjeż tar-R & Ż u tal-IRI f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, kif ipprovduti mill-industrija tal-Unjoni u vverifikati mill-Kummissjoni, bi spejjeż reali korrispondenti matul il-perjodu kkunsidrat. Id-differenza, espressa bħala perċentwal tal-fatturat, kienet bejn 0,07 % u 1,18 % skont il-produtturi fil-kampjun.

(341)

Dan il-perċentwal żdied mal-profitt bażiku ta’ 13,4 %, imsemmi fil-premessa (339), li wassal għal profitt fil-mira ta’ 13,5 % u 14,6 %, skont is-sitwazzjoni tal-produtturi fil-kampjun.

(342)

F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala pass finali, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia tar-Regolament bażiku li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Abbażi tal-informazzjoni sottomessa, li kienet appoġġata mill-għodod ta’ rapportar u l-previżjonijiet tal-kumpaniji, il-Kummissjoni stabbiliet kost addizzjonali f’firxa ta’ bejn EUR 1,06/m 3 u EUR 5,55/m 3 , meta mqabbel mal-kost tal-konformità ma’ tali konvenzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Din l-ispiża addizzjonali ġiet miżjuda mal-prezz mhux dannuż.

(343)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mhux dannuż għal kull m 3 għall-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq (ara l-premessa (341)) għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u mbagħad żiedet l-aġġustamenti skont l-Artikolu 7(2d) fuq bażi ta’ tip b’tip.

(344)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell tal-marġni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fil-pajjiż ikkonċernat, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala persentaġġ tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni.

(345)

Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għall-“importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji.

Pajjiż

Kumpanija

Marġni tad-dumping (%)

Marġni tad-dannu (%)

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Pizhou Jiangshan Wood Co., Ltd

25,1

144,3

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-RPĊ

62,4

192,7

6.2.   Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni

(346)

Kif spjegat fin-Notifika tal-Bidu, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li fil-pajjiż ikkonċernat hemm distorsjonijiet fil-materja prima rigward il-prodott taħt investigazzjoni. Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, din l-investigazzjoni eżaminat id-distorsjonijiet allegati biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu.

(347)

Madankollu, peress li l-marġnijiet adegwati biex jitneħħa d-dannu kienu ogħla mill-marġnijiet tad-dumping, il-Kummissjoni qieset li, f’dan l-istadju, ma kienx meħtieġ li jiġi indirizzat dan l-aspett.

(348)

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ dazji provviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku.

6.3.   Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri

(349)

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, jenħtieġ li d-dazji anti-dumping proviżorji jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju ta’ anti-dumping proviżorju (%)

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Pizhou Jiangshan Wood Co., Ltd

25,1

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-RPĊ

62,4

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(350)

Wara li ddeċidiet li tapplika l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi, tal-bejjiegħa bl-ingrossa, tal-bejjiegħa bl-imnut u tal-utenti tal-Unjoni.

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(351)

L-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn madwar 26 kumpanija. Dawn jinsabu fl-Awstrija, fil-Bulgarija, fiċ-Ċekja, fl-Estonja, fil-Finlandja, fi Franza, fil-Ġermanja, fil-Greċja, fl-Ungerija, fl-Italja, fil-Latvja, fil-Polonja, fil-Portugall, fir-Rumanija, fis-Slovakkja, fis-Slovenja, fi Spanja u fl-Iżvezja, u jimpjegaw madwar 40 000 ħaddiem direttament u indirettament. L-industrija tal-plywood tal-injam iebes tipprovdi l-aktar impjiegi fiż-żoni rurali. Il-maġġoranza tal-produtturi tal-Unjoni, 17-il kumpanija b’kollox, appoġġaw l-ilment u l-ebda wieħed minnhom ma oppona l-bidu tal-investigazzjoni.

(352)

Il-livell attwali ta’ profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni mhuwiex sostenibbli. L-impożizzjoni ta’ miżuri hija mistennija li tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżid il-prezzijiet tal-bejgħ u terġa’ tikseb il-profittabbiltà tagħha.

(353)

In-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx li jkollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ trażżin ulterjuri tal-prezzijiet u tnaqqis ulterjuri tal-bejgħ, li jwassal għal aktar telf, l-għeluq tal-faċilitajiet tal-produzzjoni u sensji.

(354)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

7.2.   Interess ta’ importaturi mhux relatati

(355)

Tnejn u ħamsin importatur irreġistraw bħala partijiet interessati u waslu numru ta’ sottomissjonijiet u kummenti mingħand xi wħud minnhom. Dsatax-il importatur iffurmaw il-PTIA, alleanza ad hoc ta’ importaturi tal-Unjoni. Kif imsemmi fil-premessa (29), il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet importaturi. Tnejn mill-importaturi fil-kampjun ippreżentaw tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju u importatur wieħed issottometta tweġiba parzjali għall-kwestjonarju.

(356)

Diversi importaturi argumentaw li l-industrija tal-Unjoni ma għandhiex il-kapaċità li tissodisfa d-domanda fl-Unjoni, u allegaw li l-miżuri joħolqu nuqqas fis-suq. L-importaturi sostnew ukoll li l-prezzijiet ogħla li jirriżultaw mill-impożizzjoni possibbli ta’ dazji anti-dumping għoljin ma jistgħux jiġu mgħoddija lill-klijenti u se joħorġuhom mis-suq. Barra minn hekk, tqajmu dikjarazzjonijiet dwar in-nuqqas ta’ interess tal-produtturi tal-Unjoni fil-provvista ta’ ċerti tipi ta’ plywood tal-injam iebes.

(357)

Fir-rigward tar-riskju ta’ nuqqas ta’ plywood tal-injam iebes fis-suq tal-Unjoni bħala konsegwenza tal-miżuri, il-Kummissjoni qieset li dan ir-riskju huwa limitat. L-ewwel nett, l-industrija tal-Unjoni għandha l-kapaċità li żżid il-produzzjoni. It-tieni, hemm ħafna sorsi oħra ta’ provvista għajr iċ-Ċina. Fl-aħħar nett, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jistgħu jkomplu jesportaw lejn l-Unjoni bi prezzijiet ġusti.

(358)

Il-plywood tal-injam iebes importat miċ-Ċina huwa komponent sinifikanti u profittabbli tal-offerta tal-prodott tal-importaturi, flimkien mal-plywood tal-injam iebes importat minn pajjiżi għajr iċ-Ċina. L-impożizzjoni tal-miżuri tista’ tbiddel it-taħlita tal-prodott offruta mill-importaturi u n-negozjanti billi żżid is-sehem tal-plywood tal-injam iebes ta’ oriġini mhux Ċiniża, iżda huwa improbabbli li l-impożizzjoni tal-miżuri se tikkawża waqfien totali tal-importazzjonijiet miċ-Ċina.

(359)

L-investigazzjoni sabet li l-industrija tal-Unjoni hija lesta u kapaċi tforni s-segmenti kollha tas-suq tal-Unjoni, iżda bħalissa ma tistax tagħmel dan minħabba t-twaqqigħ tal-prezzijiet f’ċerti segmenti tas-suq minn importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping. Ċerti tipi ta’ pannelli tal-plywood tal-injam iebes huma importati bi prezzijiet li tant huma baxxi b’mod inġust li huma taħt il-kost tal-produzzjoni tal-manifatturi tal-Unjoni.

(360)

Bħala konklużjoni, il-miżuri anti-dumping fil-livell stabbilit hawn fuq jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv ċerti importaturi mhux relatati. Impatt bħal dan jenħtieġ li ma jkunx sinifikanti b’mod ġenerali minħabba d-disponibbiltà ta’ sorsi alternattivi ta’ plywood tal-injam iebes lejn iċ-Ċina, u l-kapaċità tal-importaturi li jgħaddu mill-inqas parti miż-żieda fil-kostijiet lill-klijenti tagħhom. Abbażi tat-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju, l-importaturi fil-kampjun kisbu livelli b’saħħithom ta’ profittabbiltà fil-PI.

(361)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet b’mod provviżorju li kwalunkwe impatt negattiv tal-miżuri fuq l-importaturi mhux relatati b’mod ġenerali huwa mistenni li jkun limitat u mhux se jegħleb l-effett pożittiv tal-miżuri fuq il-produtturi tal-Unjoni.

7.3.   L-interess tal-utenti u tal-fornituri

(362)

Utent wieħed u assoċjazzjoni waħda tal-utenti, kif ukoll żewġ fornituri, bejjiegħa bl-ingrossa/bl-imnut, irreġistraw bħala partijiet interessati. Utent wieħed, Bouwmaat, issottometta tweġiba parzjali għall-kwestjonarju. Ma tqajmet l-ebda dikjarazzjoni speċifika mill-utenti iżda l-PTIA, l-assoċjazzjoni tal-importaturi u n-negozjanti, ipprovdiet osservazzjonijiet relatati mal-parti tal-interess tal-Unjoni tal-ilment li jargumenta kontra l-impożizzjoni ta’ dazji għoljin mill-perspettiva tal-utenti finali wkoll.

(363)

L-impożizzjoni ta’ miżuri x’aktarx li se jkollha impatt fuq l-utenti. Madankollu, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni ma kellhiex data mill-utenti, peress li l-unika tweġiba parzjali għall-kwestjonarju li waslet ma ppermettietx lill-Kummissjoni tanalizza fid-dettall l-impatt tal-miżuri.

(364)

Il-Kummissjoni vvalutat l-impatt probabbli fuq l-utenti tal-miżuri u sabet, b’mod provviżorju, li għall-biċċa l-kbira tal-utenti industrijali l-kost tal-pannelli tal-plywood tal-injam iebes użati fl-attività ewlenija tagħhom, eż., l-armar tax-xaters għall-kostruzzjoni, mhuwiex sinifikanti ħafna fir-rigward tal-kostijiet totali tiegħu. L-istess japplika għas-settur tat-trasport, eż., il-kost tal-plywood irqiq tal-injam iebes użat għat-tagħmir ta’ ġewwa ta’ vettura rikreattiva jew ta’ bastiment, li huwa negliġibbli meta mqabbel mal-prezz totali tiegħu. Għaldaqstant, l-impatt fuq il-biċċa l-kbira tal-utenti industrijali, li jammonta għal aktar minn 60 % tal-klijenti finali u l-fornituri tagħhom, se jkun limitat. L-utenti mhux industrijali u l-fornituri tagħhom se jiġu affettwati aktar miż-żieda mistennija fil-prezz. L-utenti fl-industrija tal-għamara, tal-manifattura tal-kabinetti u tal-istrumenti mużikali se jkollhom ukoll xi impatt, għalkemm il-plywood tal-injam iebes ġeneralment jintuża għal prodotti ta’ kwalità għolja li jkunu qed jinbigħu bi prezz primjum, u b’hekk titnaqqas l-importanza tal-kost tal-materja prima. Il-Kummissjoni sabet li kwalunkwe impatt negattiv tal-miżuri fuq l-utenti mhux se jegħleb l-effett pożittiv tal-miżuri fuq il-produtturi tal-Unjoni.

7.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(365)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex jiġi deċiż li ċarament ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-plywood tal-injam iebes li joriġina miċ-Ċina f’dan l-istadju tal-investigazzjoni.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI

(366)

Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

(367)

Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ prodott li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (349) li l-livell xieraq biex jitneħħa d-dannu jenħtieġ li jkun il-marġni tad-dumping.

(368)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rati tad-dazju anti-dumping proviżorji, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju ta’ anti-dumping proviżorju (%)

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Pizhou Jiangshan Wood Co., Ltd.

25,1

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-RPĊ

62,4

(369)

Ir-rata tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikata f’dan ir-Regolament ġiet stabbilita abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, din tirrifletti s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ din il-kumpanija. Din ir-rata tad-dazju hija applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u li huwa magħmul mill-entità legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dik imsemmija speċifikament, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-RPĊ”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali.

(370)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, l-importazzjonijiet jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat”.

(371)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tkun tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-kontrolli normali tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti dwar it-trasport fuq l-ilma, eċċ.), sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(372)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija tar-rata(i) tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju applikabbli għall-pajjiż kollu.

9.   REĠISTRAZZJONI

(373)

Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku.

(374)

Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet titwaqqaf.

(375)

F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet ebda deċiżjoni dwar applikazzjoni retroattiva possibbli ta’ miżuri anti-dumping.

10.   INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU

(376)

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni saret disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali permezz tas-sit web tad-DĠ KUMMERĊ U SIGURTÀ EKONOMIKA. Il-partijiet interessati ngħataw tliet ijiem ta’ xogħol sabiex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom.

(377)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Industrija tal-Prodotti tal-Foresti taċ-Ċina u diversi produtturi esportaturi Ċiniżi. Il-partijiet talbu, fost l-oħrajn, lill-Kummissjoni biex tiddivulga l-kalkoli u l-metodoloġija għall-istabbiliment tal-marġni tad-dumping għall-“importazzjonijiet l-oħra kollha”.

(378)

Il-Kummissjoni ma qablitx. L-għan tal-informazzjoni pprovduta fl-istadju provviżorju kien li l-partijiet interessati jkunu jistgħu jikkummentaw dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli, u mhux dwar il-metodoloġija. Il-metodoloġija biex tiġi stabbilita r-rata tad-dazju għall-“Importazzjonijiet l-oħra kollha” hija spjegata fit-Taqsima 3.5 tar-Regolament, u l-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw, kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) hawn taħt. Il-kalkoli attwali li kienu bbażati fuq il-valur normali ta’ Jiangshan Wood, madankollu, ma setgħux jiġu żvelati mingħajr ma tiġi żvelata data kunfidenzjali tal-kumpanija. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjoni.

(379)

Ma wasal l-ebda kumment ieħor.

11.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(380)

Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa.

(381)

Il-konklużjonijiet rigward l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni.

(382)

L-ilmentatur indika prattiki allegati ta’ ċirkomvenzjoni li kienu diġà preżenti fl-istadju tar-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat (128). Din l-allegata prattika kienet tikkonsisti fit-tqegħid ta’ saffi ta’ barra rqaq ħafna ta’ fuljetta tal-injam artab fuq il-fuljetta tal-plywood tal-injam iebes. Prattika bħal din iġġiegħel lill-prodott jaqa’ taħt kodiċijiet doganali li mhumiex soġġetti għar-reġistrazzjoni, mingħajr ma jinbidlu l-karatteristiċi essenzjali tiegħu. Konsegwentement, sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li timmonitorja tali importazzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li jinħolqu kodiċijiet TARIC separati għall-importazzjonijiet ta’ prodotti bħal dawn fi ħdan il-kodiċijiet NM 4412 10 00 u 4412 39 00 . L-informazzjoni miġbura waqt il-monitoraġġ ta’ importazzjonijiet bħal dawn tista’ tintuża wkoll biex tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping provviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet tal-plywood li jikkonsisti biss minn fuljetti tal-injam għajr il-bambù u l-okoumé, b’kull folja ma taqbiżx il-ħxuna ta’ 6 mm, b’mill-inqas saff wieħed fuq barra ta’ injam tropikali jew injam mhux koniferu, tal-ispeċijiet speċifikati fis-subintestaturi 4412 31 , 4412 33 u 4412 34 , kemm jekk miksija jew bil-wiċċ miksi kif ukoll jekk le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM u TARIC 4412 31 10 80, 4412 31 90 00, 4412 33 10 12, 4412 33 10 22, 4412 33 10 82, 4412 33 20 10, 4412 33 30 10, 4412 33 90 10, u 4412 34 00 10, u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

Pajjiż ta’ oriġini

Kumpanija

Dazju ta’ anti-dumping proviżorju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Pizhou Jiangshan Wood Co., Ltd

25,1

89MK

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-RPĊ

62,4

8999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat/a, niċċertifika li l-(volum) tal-plywood tal-injam iebes mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi preżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw fir-RPĊ.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.

5.   L-importazzjonijiet ta’ plywood biż-żewġ saffi ta’ barra magħmula minn injam koniferu jew bambu u b’qalba li fiha saffi ta’ speċi speċifikati taħt is-subintestaturi 4412 31 , 4412 33 u 4412 34 , kemm jekk miksi jew mgħotti bil-wiċċ jew le, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 4412 10 00 u ex 4412 39 00 (kodiċijiet TARIC 4412 10 00 10 u 4412 39 00 20) għandhom jiġu mmonitorjati mill-Kummissjoni.

6.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.

Artikolu 3

1.   L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3140.

2.   Id-data miġbura fir-rigward ta’ prodotti li daħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ġunju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.

(2)  Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping rigward l-importazzjonijiet ta’ plywood ta’ injam iebes li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2024/6048, 11.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6048/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3140 tas-17 ta’ Diċembru 2024 li jagħmel importazzjonijiet ta’ plywood ta’ injam iebes li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2024/3140, 18.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3140/oj).

(4)  Il-PTIA hija assoċjazzjoni ta’ 19-il importatur.

(5)  Ilment, Verżjoni Miftuħa, premessa 179.

(6)   https://www.euwid-wood-products.com/.

(7)  Numru tar-reġistrazzjoni Tron t24.008678.

(8)  L-iskadenza biex tingħata t-tweġiba għall-kwestjonarju tal-kumpaniji inizjalment inklużi fil-kampjun skadiet fil-25 ta’ Novembru 2024.

(9)   https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2753.

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1930 tat-8 ta’ Novembru 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-plywood tal-betula li joriġina mir-Russja (ĠU L 394, 9.11.2021, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1930/oj).

(11)  Idem, premessa 26.

(12)  Idem.

(13)  Ara, ex pluribus, is-Sentenza tal-21 ta’ Settembru 2023, China Chamber of Commerce for Import and Export of Machinery and Electronic Products et al. vs Il-Kummissjoni, C-478/21 P, ECLI:EU:C:2023:685, paragrafu 168, 290; Is-sentenza tal-21 ta’ Settembru 2023, il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi u Oħrajn vs Il-Kummissjoni, C-478/21 P, ECLI:EU:C:2023:685, paragrafu 167, li tiċċita s-sentenza tal-20 ta’ Jannar 2022, Il-Kummissjoni vs Hubei Xinyegang Special Tube, C-891/19 P, ECLI:EU:C:2022:38, paragrafi 78 sa 81, 110 u 111.

(14)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-10 ta’ April 2024 (SWD(2024) 91 final).

(15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1159 tat-13 ta’ Ġunju 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-okoumé plywood li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza (ĠU L 153, 14.6.2023, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1159/oj), il-premessa 83.

(16)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1159, il-premessa 53.

(17)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1159, il-premessa 53(b’referenza għad-Dipartiment tal-Forestrija tal-Provinċja ta’ Hunan, The wood processing industry in Shandong Province develops rapidly, ara fuq: https://lyj.hunan.gov.cn/tslm_71206/lysc/scxx/201512/t20151227_2693076.html (aċċessat fl-14 ta’ Jannar 2025)); Luli Group huwa attiv f’varjetà ta’ prodotti tal-plywood tal-injam iebes, ara fuq: https://luligroup.en.alibaba.com/productgrouplist-212925526/Plywood.html?spm=a2700.shop_index.88.17 (aċċessat fl-14 ta’ Jannar 2025).

(18)  Ara l-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Kumpaniji jew il-Linji Gwida dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida, maħruġa mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP fl-2020 (ara hawn taħt).

(19)  L-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tal-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Industrija tal-Prodotti tal-Foresta, adottat fil-21 ta’ April 2009, ara fuq: http://www.cnfpia.org/about-law.html (aċċessat fl-14 ta’ Jannar 2025).

(20)  Ir-Rapport, Kapitolu 3, p. 40.

(21)  Il-Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida, ara fuq: www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (aċċessat fl-14 ta’ Jannar 2025).

(22)  Ara wkoll fuq: https://www.ft.com/content/582411f6-fc3b-4e4d-9916-c30a29ad010e?shareType=nongift (aċċessat fl-14 ta’ Jannar 2025).

(23)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1159, il-premessa 58.

(24)  Ara fuq: https://baike.baidu.com/item/%E8%96%9B%E8%8C%82%E6%9E%97/6365322; https://baike.baidu.com/item/%E9%87%91%E6%9C%88%E5%8D%8E/17587851?fr=ge_ala (aċċessat fl-14 ta’ Jannar 2025).

(25)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1159, it-Taqsima 3.3.1.5.

(26)  Ara fuq: https://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/content_5449193.htm; Https://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf (aċċessat fl-14 ta’ Jannar 2025).

(27)  Ara fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-02/13/5673332/files/97808c86c2454133b6416abe7eae2c55.pdf (aċċessats fl-14 ta’ Jannar 2025).

(28)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1159, il-premessa 61.

(29)  Ara fuq: https://www.gov.cn/xinwen/2019-02/19/content_5366730.htm (aċċessat fl-14 ta’ Jannar 2025).

(30)  Ara l-Akkademja Ċiniża tal-Forestrija, l-Istitut tar-Riċerka tal-Politika u l-Informazzjoni tal-Forestrija, Studju tal-każ fl-industrija tal-plywood fiċ-Ċina, Rieżami Biennali 2015–2016.

(31)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 tal-1 ta’ April 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 108, 6.4.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/492/oj), il-premessi 139–141.

(32)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1159, il-premessa 64.

(33)  Ara l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura, tan-Nazzjonijiet Uniti, Bażi tad-Data FAOLEX iċ-Ċina, aġġornata fit-22 ta’ Novembru 2019 (ara fuq: https://www.fao.org/faolex/results/details/en/c/LEX-FAOC191311/ (aċċessat fl-14 ta’ Jannar 2025)).

(34)  Ara l-Akkademja Ċiniża tal-Forestrija, l-Istitut tar-Riċerka tal-Politika u l-Informazzjoni tal-Forestrija, Studju tal-każ fl-industrija tal-plywood fiċ-Ċina, Rieżami Biennali 2015–2016, p. 46.

(35)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492, il-premessa 143.

(36)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492, il-premessa 143; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1159, il-premessa 67; Ir-Rapport, p. 337–341.

(37)  Ir-Rapport, Kapitolu 6, p. 148–149.

(38)  Ir-Rapport, Kapitolu 5, p. 137–165.

(39)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/1159, il-premessa 74.

(40)  Ara l-Amministrazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Istati Uniti, Memorandum ta’ Deċiżjoni għad-Determinazzjoni Preliminari tal-Affermazzjoni: Investigazzjoni tad-Dazju Kumpensatorju ta’ Ċerti Prodotti tal-Plywood tal-Injam Iebes mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, is-17 ta’ April 2017.

(41)  Ir-Rapport, Kapitolu 2, p. 7.

(42)  Ibid., p. 7–8.

(43)  Ibid., p. 10–18.

(44)  Ara fuq: http://www.npc.gov.cn/zgrdw/englishnpc/Constitution/node_2825.html (aċċessat fit-30 ta’ Jannar 2025).

(45)  Ir-Rapport, p. 29–30.

(46)  Ibid., p. 57–92.

(47)  Ir-Rapport, p. 149–150.

(48)  Ibid., p. 153–171.

(49)  Ibid., p. 204–205.

(50)  Ibid., p. 207–208, 242–243.

(51)  Ibid., p. 19–24, 69, 99–100, 130–131.

(52)  Ara fuq: http://www.gxlyjt.com/lyjt/columns/1 (aċċessat fis-27 ta’ Jannar 2025).

(53)  Ara fuq: https://en.sumec.com/men/index.html (aċċessat fit-23 ta’ Jannar 2025).

(54)  Ara p. 252 tar-rapport annwali tal-2023 ta’ Jiangsu High Hope Group, disponibbli fuq: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2024/2024-4/2024-04-29/10135358.PDF (aċċessat fit-22 ta’ Jannar 2025).

(55)  Ara fuq: http://www.highhope.com/xinxigongkai/chengyuanqiye/huihongyasen/qiyejibenxinxi/2022-03-08/3061.html (aċċessat fit-23 ta’ Jannar 2025).

(56)  Ara fuq: lyj.hunan.gov.cn/tslm_71206/lysc/scxx/201512/t20151227_2693076.html (aċċessat fit-22 ta’ Jannar 2025).

(57)  Ara fuq: https://m.thepaper.cn/baijiahao_5438304 (aċċessat fis-27 ta’ Marzu 2025).

(58)  Ara pereżempju l-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tad-Dritt Soċjetarju taċ-Ċina jew il-Linji Gwida dwar it-tisħiħ tal-ħidma ta’ Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida maħruġin mill-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP fl-2020.

(59)  Ara t-Taqsima I.1.39, p. 4, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf, (aċċessat fit-23 ta’ Jannar 2025).

(60)  Ara t-Taqsima I.1.7, p. 11, disponibbli fuq:

https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/fzggwl/202312/P020231229700886191069.pdf, (aċċessat fit-23 ta’ Jannar 2025).

(61)  Ara t-Taqsima II.1.9 p. 81, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/xinwen/2019 11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf; u t-Taqsima II1.7, p. 85, disponibbli fuq: https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/fzggwl/202312/P020231229700886191069.pdf, (it-tnejn li huma aċċessati fit-23 ta’ Jannar 2025).

(62)  Ir-Rapport, Kapitolu 2, p. 24–27.

(63)  Ara fuq: http://www.cnfpia.org/about-law.html (aċċessat fit-22 ta’ Jannar 2025).

(64)  Ara fuq: http://www.highhope.com/dongtaizixun/huihongdongtai/2019-07-29/1394.html (aċċessat fit-23 ta’ Jannar 2025).

(65)  Ara fuq: https://www.luligroup.com/index.php?m=content&c=index&a=show&catid=9125&id=2177 (aċċessat fit-23 ta’ Jannar 2025).

(66)  Ara fuq: https://www.cnwood.org.cn/article/11_1102_0_0.html?shId=226 (aċċessat fit-23 ta’ Jannar 2025).

(67)  Ibid.

(68)  Ara fuq: https://www.cnwood.org.cn/article/12_12887_0_0.html?shId=226 (aċċessat fit-23 ta’ Jannar 2023).

(69)  Ir-Rapport, Kapitolu 3, p. 40.

(70)  Bħala eżempju, tista’ tara: Blanchette, J. – Xi’s Gamble: The Race to Consolidate Power and Stave off Disaster; Affarijiet Barranin, vol. 100, nru 4, Lulju/Awwissu 2021, p. 10–19.

(71)  Ir-Rapport, Kapitolu 3, p. 41.

(72)  Ara fuq: https://merics.org/en/comment/who-ccp-chinas-communist-party-infographics (aċċessat fit-30 ta’ Jannar 2025).

(73)  Ara l-Linji Gwida tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Kumitat Ċentrali tas-CCP dwar it-tisħiħ tal-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat għall-era l-ġdida, disponibbli fuq: www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (aċċessat fid-29 ta’ Jannar 2025).

(74)  Ara l-Financial Times (2020), Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise, ara fuq: https://on.ft.com/3mYxP4j (aċċessat fid-29 ta’ Jannar 2025).

(75)  Ibid.

(76)  Ara fuq: http://gxlyjt.com/lyjt/doc/820 (aċċessat fis-27 ta’ Jannar 2025).

(77)  Ara fuq: http://www.gxlyjt.com/lyjt/doc/2711 (aċċessat fit-28 ta’ Jannar 2025).

(78)  Ara r-Rapport Annwali ta’ SUMEC 2023, p. 37, disponibbli fuq: https://static.sse.com.cn/disclosure/listedinfo/announcement/c/new/2024-04-13/600710_20240413_DL95.pdf (aċċessat fit-23 ta’ Jannar 2025).

(79)  Ara fuq: https://www.gov.cn/xinwen/2022-08/03/content_5704115.htm, (aċċessat fit-23 ta’ Jannar 2025).

(80)  Ara fuq: https://guancai.lgmi.com/html/202302/03/4616.htm (aċċessat fit-28 ta’ Jannar 2025).

(81)  Ir-Rapport, Kapitolu 12.

(82)  Ir-Rapport, Kapitolu 4, p. 56–57, 99–100.

(83)  Ara fuq: https://www.gov.cn/xinwen/2019-02/19/content_5366730.htm (aċċessat fis-27 ta’ Jannar 2025).

(84)  Ibid. Ara t-Taqsima III.

(85)  Ibid. Ara t-Taqsima IV.

(86)  Ara t-Taqsimiet XI.1 u XV.3 tal-pjan, disponibbli fuq: https://www.ndrc.gov.cn/fggz/fzzlgh/dffzgh/202106/t20210617_1283435.html (aċċessat fis-27 ta’ Jannar 2025).

(87)  Ara fuq: https://shyang.investchn.com/news/detail/id/512215.html (aċċessat fis-27 ta’ Jannar 2025).

(88)  Ir-Rapport, Kapitolu 6, p. 171–179.

(89)  Ir-Rapport, il-Kapitolu 9, p. 260–261.

(90)  Ibid., p. 257–260.

(91)  Ibid., p. 252–254.

(92)  Ir-Rapport, Kapitolu 13, p. 360–361, 364–370.

(93)  Ibid., p. 366.

(94)  Ibid., p. 370–373.

(95)  Ir-Rapport, Kapitolu 6, p. 137–140.

(96)  Ibid., p. 146–149.

(97)  Ir-Rapport, Kapitolu 6, p. 149.

(98)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ tliet snin għat-titjib tal-governanza korporattiva tas-setturi bankarji u tal-assigurazzjoni (2020–2022) maħruġ mill-Kummissjoni Regolatorja Bankarja u tal-Assigurazzjoni taċ-Ċina (“CBIRC”) fit-28 ta’ Awwissu 2020, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2020-08/30/content_5538504.htm (aċċessat fit-30 ta’ Jannar 2025). Il-Pjan jagħti struzzjonijiet biex “ikompli jiġi implimentat l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz tar-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju”. Barra minn hekk, it-Taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “se nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri […] Kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni ewlenin iridu jkunu ġew diskussi mill-Kumitat tal-Partit qabel ma jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew il-maniġment superjuri”.

(99)  Ara L-Avviż dwar il-metodu ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali maħruġ mis-CBIRC fil-15 ta’ Diċembru 2020, disponibbli fuq: http://jrs.mof.gov.cn/gongzuotongzhi/202101/t20210104_3638904.htm (aċċessat fil-31 ta’ Jannar 2025).

(100)  Ir-Rapport, Kapitolu 6, p. 157–158.

(101)  Ir-Rapport, Kapitolu 6, p. 150–152, 156–160, 165–171.

(102)  OECD (2019), OECD Economic Surveys: China 2019, OECD Publishing, Pariġi. p. 29 (ara fuq: https://doi.org/10.1787/eco_surveys-chn-2019-en (aċċessat fil-31 ta’ Jannar 2025)).

(103)  Ara fuq: http://www.gov.cn/xinwen/2020-04/20/content_5504241.htm (aċċessat fl-31 ta’ Jannar 2025).

(104)  Is-Sentenza tal-11 ta’ Lulju 2017, Viraj Profiles vs il-Kunsill, T-67/14, ECLI:EU:T:2017:481, il-punt 98.

(105)  World Bank Open Data — Upper Middle Income (https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income).

(106)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/765/oj).

(107)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1930.

(108)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/833/oj).

(109)  Il-verżjoni miftuħa tal-ilment, il-premessa 115.

(110)   https://megaplywoodindonesia.com/plywood-industry-tips/the-existence-of-indonesian-plywood-now-going-global/.

(111)  Turkey Forest Products Annual Market Review 2021 (turkey-country-market-statement-2021.pdf).

(112)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj).

(113)   https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Labour-Cost-Statistics-2022-49571.

(114)  epdk.gov.tr = > Stqarrijiet għall-istampa = > agħżel id-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Suq tal-Elettriku.

(115)   http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm.

(116)  L-esportazzjonijiet lejn ir-RPĊ kienu esklużi.

(117)  L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.

(118)   http://www.turkstat.gov.tr => Stqarrijiet għall-istampa => agħżel Statistika dwar il-Kost Lavorattiv.

(119)  TurkStat, Labour Input Indices, Quarter lV: Ottubru-Diċembru, 2024 (https://data.tuik.gov.tr/Bulten/Index?p=Labour-Input-Indices-Quarter-IV:-October-December,-2024-53685).

(120)  epdk.gov.tr = > Stqarrijiet għall-istampa = > agħżel id-deċiżjonijiet tal-Bord tas-Suq tal-Elettriku.

(121)  Il-SG & A ġew stmati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ wieħed min-negozjanti mhux relatati fir-RPĊ.

(122)  Il-profitt kien ibbażat fuq il-profitt medju ta’ tliet importaturi li kkooperaw fl-Unjoni.

(123)  It-trasport bil-baħar tal-merkanzija ġie stmat ibbażat fuq l-Indiċi Dinji tal-Kontejners Drewry, ikkonsultat fis-26 ta’ Marzu 2025 (https://en.macromicro.me/collections/4356/freight/44756/drewry-world-container-index).

(124)   http://data.europa.eu/eli/reg/2014/833/oj.

(125)   http://data.europa.eu/eli/reg/2006/765/oj.

(126)  Ara n-nota 10 f’qiegħ il-paġna.

(127)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1287 tat-13 ta’ Mejju 2024 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1930 fuq l-importazzjonijiet tal-plywood tal-betula li joriġinaw mir-Russja għall-importazzjonijiet tal-plywood tal-betula kkonsenjati mit-Turkija u mill-Każakistan, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Turkija u mill-Każakistan kif ukoll jekk le (ĠU L, 2024/1287, 14.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1287/oj).

(128)  Ara n-nota 3 f’qiegħ il-paġna.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1139/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top