This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R1081
Council Implementing Regulation (EU) 2025/1081 of 26 May 2025 implementing Regulation (EU) 2024/1485 concerning restrictive measures in view of the situation in Russia
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1081 tas-26 ta’ Mejju 2025 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2024/1485 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1081 tas-26 ta’ Mejju 2025 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2024/1485 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja
ST/8608/2025/INIT
ĠU L, 2025/1081, 27.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1081/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1081 |
27.5.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1081
tas-26 ta’ Mejju 2025
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2024/1485 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1485 tas-27 ta’ Mejju 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Mejju 2024, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2024/1485. |
|
(2) |
Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484 (2), il-Kunsill iqis li l-entrati għal żewġ persuni fiżiċi jenħtieġ li jiġu emendati. |
|
(3) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) 2024/1485 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2024/1485 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
C. SIEKIERSKI
(1) ĠU L, 2024/1485, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1485/oj.
(2) Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/1484 tas-27 ta’ Mejju 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Russja (ĠU L, 2024/1484, 27.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1484/oj).
ANNESS
Fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2024/1485, fit-taqsima “A. Persuni fiżiċi”, l-entrati numru 11 u 18 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
“11. |
Kirill Sergeevich NIKIFOROV (Кирилл Сергеевич НИКИФОРОВ) |
Pożizzjoni: Imħallef tal-Qorti Reġjonali ta’ Vladimir Oblast Eks Imħallef tal-Kovrov City Court ta’ Vladimir Oblast Data tat-twelid: 14.3.1992 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Kirill Sergeevich Nikiforov kien Imħallef tal-Kovrov City Court ta’ Vladimir Oblast. Mill-2022, huwa kien involut direttament fil-ħolqien u ż-żamma ta’ kundizzjonijiet ta’ tortura għal Alexei Navalny billi ċaħad ripetutament il-pretensjonijiet ta’ Alexei Navalny kontra l-kolonja penali IK-6 fir-rigward tat-trattament tiegħu, fejn kien qed jiskonta piena ta’ 12-il sena imposta b’riżultat ta’ prosekuzzjoni politikament motivata. Għalhekk, Kirill Sergeevich Nikiforov huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż it-tortura, u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, detenzjonijiet arbitrarji, u l-ksur sistematiku tal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. Huwa għadu attiv fis-sistema ġudizzjarja fir-Russja u f’Diċembru 2024 ġie promoss għall-kariga ta’ Mħallef tal-Qorti Reġjonali ta’ Vladimir Oblast. |
27.5.2024. |
|
18. |
Oksana Vasilyevna DEMYASHEVA (Оксана Васильевна ДЕМЯШЕВА) |
Pożizzjoni: Viċi President tal-Kalininsky District Court ta’ San Pietruburgu Eks Imħallef tal-Vasileostrovsky District Court ta’ San Pietruburgu Data tat-twelid: 10.3.1980 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Fl-eks pożizzjoni tagħha bħala Mħallef tal-Vasileostrovsky District Court ta’ San Pietruburgu, Oksana Vasilyevna Demyasheva kkundanat lil Alexandra Skochilenko, artista, għal seba’ snin ħabs fuq akkużi politikament motivati talli xerrdet hekk imsejħa ‘aħbarijiet foloz’ dwar l-armata Russa. Skochilenko ġiet arrestata talli ssostitwiet tikketti tal-prezzijiet ġewwa supermarket bi stickers kontra l-gwerra. Saret waħda mill-ewwel persuni akkużati taħt il-liġi kriminali li kienet għadha kif ġiet adottata li tipprojbixxi hekk imsejħa ‘aħbarijiet foloz’ dwar l-armata Russa, u l-proċess tagħha attira attenzjoni kbira mill-pubbliku minħabba l-pressjoni mingħajr preċedent li Skochilenko esperjenzat mill-amministrazzjoni tal-ħabs, l-Imħallef, u l-prosekuzzjoni. Għaldaqstant, Oksana Vasilyevna Demyasheva hija responsabbli għal ksur serju ta’ drittijiet tal-bniedem fir-Russja billi kisret il-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni. Hija għadha attiva fis-sistema ġudizzjarja fir-Russja u f’Ġunju 2024 inħatret għall-kariga ta’ viċi president tal-Kalininsky District Court ta’ San Pietruburgu. |
27.5.2024”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1081/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)