This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R0389
Council Implementing Regulation (EU) 2025/389 of 24 February 2025 implementing Regulation (EU) No 269/2014 concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/389 tal-24 ta’ Frar 2025 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/389 tal-24 ta’ Frar 2025 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ST/5506/2025/INIT
ĠU L, 2025/389, 24.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/389/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2025/389 |
24.2.2025 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/389
tal-24 ta’ Frar 2025
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(2) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta' Diċembru 2024, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna qawwija tiegħu tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u afferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu li jibqa' jingħata għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tagħha. Il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-isforzi sabiex tkompli tiġi limitata l-kapaċità tar-Russja li tiġġieled gwerra jridu jkomplu. Huwa esprima wkoll ir-rieda tal-Unjoni li żżid il-pressjoni fuq ir-Russja, inkluż billi timponi aktar sanzjonijiet. |
(3) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, huwa xieraq li jiġu adottati aktar miżuri restrittivi. |
(4) |
B'mod partikolari, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li 48 persuna u 35 entità responsabbli għal azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna jiżdiedu fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/269/oj.
ANNESS
Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014:
Persuni
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||||
“1880. |
Evgenii Anatolevich DRONOV bir-Russu: Евгений Анатольевич ДРОНОВ |
Funzjoni: Direttur Ġenerali ta’ JSC Tula Machine Building Plant Data tat-twelid: 20.10.1947 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 710600768047 Entità assoċjata: JSC Tula Machine Building Plant (magħrufa wkoll bħala Tulamashzavod) |
Evgenii Dronov huwa d-Direttur Ġenerali ta’ JSC Tula Machine Building Plant (magħrufa wkoll bħala Tulamashzavod). JSC Tula Machine Building Plant hija manifattur tad-difiża Russu bi speċjalizzazzjoni fil-produzzjoni ta’ tagħmir militari avvanzat, b’mod partikolari fil-qasam tal-armi kontra l-inġenji tal-ajru u s-sistemi tal-artillerija. Il-kumpanija hija responsabbli għall-iżvilupp u l-manifattura ta’ diversi sistemi ta’ difiża ewlenin, inkluż is-sistema tal-missili u l-artillerija kontra l-inġenji tal-ajru KASHTAN, is-sistema tal-artillerija kontra l-inġenji tal-ajru PALMA, u firxa ta’ kanuni awtomatiċi ta’ 30 mm u mitraljatriċijiet bħall-Gryazev-Shipunov GSh-6-30 u 2A72. Dawk is-sistemi huma integrati f’diversi pjattaformi militari, inkluż vetturi tal-ġlied tal-infanterija bħall-BMP-3 u l-BTR-80A, u huma mmuntati wkoll fuq assi strateġiċi bħall-aircraft carrier tal-klassi Kuznetsov. Il-prodotti tal-kumpanija ġew skjerati b’mod attiv f’diversi operazzjonijiet militari, inkluż il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, fejn ġie rrappurtat li nqerdu diversi sistemi bħall-vetturi tal-ġlied tal-infanterija BMP-3 u s-sistemi ta’ missili mill-wiċċ għall-ajru Pantsir-S1. Għalhekk, Evgenii Dronov qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1881. |
Yan Valentinovych NOVIKOV bir-Russu: Ян Валентинович НОВИКОВ |
Funzjoni: Direttur Ġenerali ta’ JSC Almaz-Antey air and space defence corporation Data tat-twelid: 3.10.1959 Post tat-twelid: Leningrad, USSR (issa St. Petersburg, Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Entità assoċjata: JSC Almaz-Antey air and space defence corporation |
Yan Novikov huwa Direttur Ġenerali ta’ JSC Almaz-Antey air and space defence corporation ("Almaz-Antey"). Almaz-Antey hija kumpanija ewlenija fi ħdan il-kumpless militari-industrijali Russu. Il-kumpaniji fl-istruttura azzjonarja ta’ Almaz-Antey jipproduċu diversi tipi ta’ hardware u tagħmir tad-difiża li jintużaw mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħhom kontra l-Ukrajna. Għalhekk, Yan Novikov qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa assoċjat ukoll ma’ JSC Almaz-Antey air and space defence corporation. |
24.2.2025 |
||||
1882. |
Igor Vladimirovich ZYUZIN bir-Russu: Игорь Владимирович ЗЮЗИН |
Funzjoni: President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Mechel PAO Data tat-twelid: 29.5.1960 Post tat-twelid: Kimovsk, USSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Igor Zyuzin huwa negozjant Russu, b’interessi kummerċjali fis-setturi tal-mineral tal-ħadid u tal-azzar, tal-faħam u tal-enerġija. Igor Zyuzin huwa azzjonist ewlieni u President tal-Bord tad-Diretturi ta’ Mechel PAO, kumpanija kbira Russa tal-estrazzjoni u tal-metalli involuta f’attivitajiet upstream u downstream fis-setturi Russi tal-estrazzjoni, tal-metalli u tal-enerġija. B’mod partikolari, Mechel PAO hija waħda mill-kumpaniji ewlenin Russi tal-esportazzjoni tal-faħam. Dawk is-setturi ekonomiċi jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, Igor Zyuzin huwa negozjant Russu involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. |
24.2.2025 |
||||
1883. |
Dmitry Yurievich LELIKOV bir-Russu: Дмитрий Юрьевич ЛЕЛИКОВ |
Funzjoni: Viċi Direttur Ġenerali ta’ Rostec u membru tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ Rostec Data tat-twelid: 9.5.1968 Post tat-twelid: Grozny, USSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Dmitry Lelikov huwa Viċi Direttur Ġenerali ta’ Rostec u membru tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ Rostec. Rostec hija kumpanija ewlenija fi ħdan il-kumpless militari-industrijali Russu u tipproduċi diversi tipi ta’ hardware u tagħmir tad-difiża li jintużaw mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħhom kontra l-Ukrajna. Għalhekk, Dmitry Lelikov qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1884. |
Ivan Georgyevich ANTSEV bir-Russu: Иван Георгиевич АНЦЕВ |
Funzjoni: Direttur Eżekuttiv ta’ JSC NPP Radar MMS Data tat-twelid: 4.8.1985 Post tat-twelid: Leningrad, USSR (issa St. Petersburg, Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Ivan Antsev huwa d-Direttur Eżekuttiv ta’ JSC NPP Radar MMS, li tipproduċi sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord fir-Russja. Xi wħud minn dawk is-sistemi jinkludu droni mhux militari, magħmula disponibbli wkoll għall-forzi armati Russi biex jintużaw fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. JSC NPP Radar MMS taħdem taħt kuntratti tal-gvern Russu u tikkoopera mal-industrija militari u tad-difiża. Bħala d-Direttur Eżekuttiv ta’ JSC NPP Radar MMS, Ivan Antsev għandu kontroll eżekuttiv aħħari fuq dik il-ħidma. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, Ivan Antsev qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1885. |
Andrii Leonidovich DERKACH bir-Russu: Андрей Леонидович ДЕРКАЧ bl-Ukren: Андрій Леонідович ДЕРКАЧ |
Funzjoni: Senatur tal-Federation Council Data tat-twelid: 19.8.1967 Post tat-twelid: Dnipropetrovsk, USSR (issa Dnipro, Ukraine) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Andrii Derkach huwa eks politiku Ukren, u ilu Senatur tal-Kunsill Federali mit-12 ta’ Settembru 2024 u membru tal-Kumitat għad-Difiża u s-Sigurtà ta’ dak il-Kunsill mit-23 ta’ Ottubru 2024. Minn mindu sar Senatur, huwa appoġġa politiki li jikkontribwixxu għall-annessjoni illegali tal-Krimea mir-Russja u għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Matul iż-żmien tiegħu bħala membru tal-parlament tal-Ukrajna qabel l-2022, huwa appoġġa b’mod attiv lill-Gvern Russu billi kkollabora mad-Direttorat Prinċipali tal-Intelligence tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU). Andrii Derkach irċieva fondi mill-GRU biex joħloq kumpaniji tas-sigurtà privata li r-Russja kien biħsiebha tużahom biex tinvadi lill-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, Andrii Derkach qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1886. |
Vasily Yuryevich BROVKO bir-Russu: Василий Юрьевич БРОВКО bl-Ukren: Василь Юрійович БРОВКО |
Funzjoni: Direttur għar-riċerka strateġika u l-komunikazzjoni f’Rostec Data tat-twelid: 2.6.1987 Post tat-twelid: Zhukovsky (Moscow region), USSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru tal-passaport: 514408357 |
Vasily Brovko huwa d-Direttur għar-riċerka strateġika u l-komunikazzjoni f’Rostec, il-korporazzjoni ewlenija Russa tad-difiża u tal-manifattura industrijali kkontrollata mill-istat. Huwa jissejjaħ ukoll Direttur għall-Proġetti Speċjali, li effettivament jagħmluh responsabbli għall-ħidma tal-IT u tar-relazzjonijiet pubbliċi tal-kumpanija, inkluż ir-relazzjonijiet pubbliċi għall-president ta’ Rostec Sergei Chemenzov. Rostec hija kumpanija ewlenija fi ħdan il-kumpless militari-industrijali Russu, li tipproduċi diversi tipi ta’ hardware u tagħmir tad-difiża li jintużaw mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħhom kontra l-Ukrajna. Għalhekk, Vasily Brovko qed jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1887. |
Igor Gennadievich KUDRYASHKIN bir-Russu: Игорь Геннадьевич КУДРЯШКИН |
Funzjoni: Azzjonist u Direttur Kummerċjali ta’ Ural Mining and Metallurgical Company Data tat-twelid: 22.11.1967 Post tat-twelid: Kirovgrad, Sverdlovsk Oblast, USSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 772871895851 |
Igor Kudryashkin huwa negozjant Russu b’interessi kummerċjali estensivi fis-setturi Russi tal-estrazzjoni u tal-metalli. B’mod partikolari, Kudryashkin huwa azzjonist u Direttur Kummerċjali ta’ Ural Mining and Metallurgical Company, kumpanija kbira Russa involuta fis-setturi Russi tal-estrazzjoni u tal-metalli. Dawk is-setturi ekonomiċi jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, Igor Kudryashkin huwa negozjant Russu involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. |
24.2.2025 |
||||
1888. |
Eduard Aleksandrovich CHUKHLEBOV bir-Russu: Эдуард Александрович ЧУХЛЕБОВ |
Funzjoni: Koproprjetarju ta’ Ural Mining and Metallurgical Company Data tat-twelid: 10.4.1962 Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 772818158789 |
Eduard Chukhlebov huwa negozjant Russu b’interessi kummerċjali estensivi fis-setturi Russi tal-estrazzjoni u tal-metalli. B’mod partikolari, Chukhlebov huwa koproprjetarju ta’ Ural Mining and Metallurgical Company, kumpanija kbira Russa involuta fis-setturi Russi tal-estrazzjoni u tal-metalli. Dawk is-setturi ekonomiċi jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, Eduard Chukhlebov huwa negozjant Russu involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. |
24.2.2025 |
||||
1889. |
Yury Petrovich NIMCHENKO bir-Russu: Юрий Петрович НИМЧЕНКО bl-Ukren: Юрій Петрович НIМЧЕНКО |
Funzjoni: Senatur tal-Federation Council tar-"Republic of Crimea" annessa illegalment Data tat-twelid: 4.6.1980 Post tat-twelid: Bukvarka, USSR (issa Ukraine) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Yury Nimchenko ilu mit-12 ta’ Settembru 2024 Senatur tal-Kunsill Federali tar-"Repubblika tal-Krimea" annessa illegalment u huwa Membru tal-Kumitat għad-Difiża u s-Sigurtà tal-Kunsill Federali. Huwa veteran tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, fejn kellu rwol ta’ sewwieq ta’ tank u għal dan ingħata t-titolu ta’ "Eroj tar-Russja" mill-President tal-Federazzjoni Russa. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1890. |
Sergey Alexandrovich KARYAKIN bir-Russu: Сергей Александрович КАРЯКИН bl-Ukren: Сергій Олександрович КАРЯКIН |
Funzjoni: Senatur tal-Federation Council tar-"Republic of Crimea" annessa illegalment Data tat-twelid: 12.1.1990 Post tat-twelid: Simferopol, USSR (issa Ukraine) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Sergey Karyakin ilu mit-12 ta’ Settembru 2024 Senatur tal-Kunsill Federali Russu, u jirrappreżenta lill-Krimea annessa illegalment. Qabel kien Grandmaster taċ-ċess, u ġie sospiż minħabba d-dikjarazzjonijiet tiegħu b’appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Huwa kompla jappoġġa l-gwerra, inkluż billi ppubblika ittra miftuħa lill-President Vladimir Putin, ivvjaġġa lejn it-territorji Ukreni okkupati mir-Russja u ġabar provvisti militari b’appoġġ għall-Forzi Armati Russi. Għal dawn l-azzjonijiet, ingħata l-midalja tal-Federazzjoni Russa "Għall-Mertu lejn il-Patrija". Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1891. |
Yan Vitalyevich LESHCHENKO bir-Russu: Ян Витальевич ЛЕЩЕНКО |
Funzjoni: Deputat tal-hekk imsejjaħ "Kunsill tal-Poplu" tal-hekk imsejħa "Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk" Data tat-twelid: 1.9.1980 Post tat-twelid: Voroshilovgrad, USSR (issa Luhansk, Ukraine) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Yan Leshchenko huwa deputat tal-hekk imsejjaħ "Kunsill tal-Poplu" tal-hekk imsejħa "Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk". Leshchenko huwa wkoll il-koordinatur reġjonali tal-azzjonijiet tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fit-territorju okkupat ta’ Luhansk. Huwa appoġġa l-gwerra f’azzjonijiet u f’dikjarazzjonijiet pubbliċi, inkluż l-appoġġ għal attakki speċifiċi mir-Russja fit-territorju Ukren. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1892. |
Anna Borissovna SOROKA bir-Russu: Анна Борисовна СОРОКА |
Funzjoni: L-hekk imsejħa Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-hekk imsejħa "Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk" Data tat-twelid: 26.5.1980 Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Anna Soroka ilha l-hekk imsejħa Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem fl-hekk imsejħa "Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk" minn Mejju 2024. Qabel dan, ħadmet bħala Assistenta għall-hekk imsejjaħ "Kap tar-Repubblika" fl-hekk imsejħa "Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk". Billi assumiet u aġixxiet f’din il-kapaċità, hija qed tappoġġa u timplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1893. |
Anna Valeryevna LISITSYNA bir-Russu: Анна Валерьевна ЛИСИЦЫНА |
Funzjoni: Deputat tal-hekk imsejjaħ "Kunsill tal-Poplu" tal-hekk imsejħa "Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk" Data tat-twelid: 4.3.1988 Post tat-twelid: Voroshilovgrad, USSR (issa Luhansk, Ukraine) Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Anna Lisitsyna hija deputat tal-hekk imsejjaħ "Kunsill tal-Poplu" tal-hekk imsejħa "Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk" u membru tal-Kumitat tiegħu għall-Kostruzzjoni, l-Akkomodazzjoni u l-Utilitajiet, l-Enerġija, it-Trasport u l-Komunikazzjoni. Billi assumiet u aġixxiet f’din il-kapaċità, hija qed tappoġġa u timplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1894. |
Svetlana Yanovna ALYOSHINA bir-Russu: Светлана Яновна АЛЁШИНА magħrufa wkoll bħala Svetlana Yanovna ALESHINA |
Funzjoni: Deputat tal-hekk imsejjaħ "Kunsill tal-Poplu" tal-hekk imsejħa "Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk" Data tat-twelid: 2.11.1964 Post tat-twelid: Stakhanov, USSR (issa Kadiivka, Ukraine) Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Svetlana Alyoshina hija deputat tal-hekk imsejjaħ "Kunsill tal-Poplu" tal-hekk imsejħa "Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk" u membru tal-Kumitat tiegħu għall-Kostruzzjoni, l-Akkomodazzjoni u l-Utilitajiet, l-Enerġija, it-Trasport u l-Komunikazzjoni. Billi assumiet u aġixxiet f’din il-kapaċità, hija qed tappoġġa u timplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1895. |
Anatoly Alexandrovich TURCHAK bir-Russu: Анатолий Александрович ТУРЧАК |
Funzjoni: President u proprejtarju ta’ JSC "Holding Company ‘Leninetz’" Data tat-twelid: 28.7.1945 Post tat-twelid: Leningrad, USSR (issa St. Petersburg, Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Entitajiet assoċjati:
|
Anatoly Turchak huwa l-azzjonist prinċipali u President ta’ JSC "Holding Company ‘Leninetz’", entità Russa li tikkontrolla lil PJSC "Central Scientific and Production Association ‘Leninetz’" (PJSC CSPA Leninetz). PJSC CSPA Leninetz hija kumpanija Russa speċjalizzata fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ tagħmir tar-radar u tan-navigazzjoni, inkluż għall-benefiċċju tal-militar Russu. B’mod partikolari, PSJC CSPA Leninetz hija involuta fil-produzzjoni u l-iżvilupp tar-radar mill-ajru Zaslon, li b’mod partikolari jattrezza inġenji tal-ajru MiG-31 użati mill-militar Russu fl-Ukrajna. Għalhekk, Anatoly Turchak qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1896. |
Boris Anatolyevich TURCHAK bir-Russu: Борис Анатольевич ТУРЧАК |
Funzjoni: Direttur Ġenerali ta’ JSC "Holding Company ‘Leninetz’" Data tat-twelid: 1970 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Individwi assoċjati: Anatoly Alexandrovich Turchak Entitajiet assoċjati:
|
Boris Turchak huwa d-Direttur Ġenerali ta’ JSC "Holding Company ‘Leninetz’", entità Russa proprjetà ta’ missieru, Anatoly Turchak, u li tikkontrolla lil PJSC "Central Scientific and Production Association ‘Leninetz’" (PJSC CSPA Leninetz). Boris Turchak huwa wkoll azzjonist ta’ PJSC CSPA Leninetz. PJSC CSPA Leninetz hija kumpanija Russa speċjalizzata fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ tagħmir tar-radar u tan-navigazzjoni, inkluż għall-benefiċċju tal-militar Russu. B’mod partikolari, PSJC CSPA Leninetz hija involuta fil-produzzjoni u l-iżvilupp tar-radar mill-ajru Zaslon, li b’mod partikolari jattrezza inġenji tal-ajru MiG-31 użati mill-militar Russu fl-Ukrajna. Għalhekk, Boris Turchak qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa assoċjat ukoll ma’ Anatoly Turchak. |
24.2.2025 |
||||
1897. |
Igor Valentinovich KAZAREZOV bir-Russu: Игорь Валентинович КАЗАРЕЗОВ |
Funzjoni: President taċ-Ċentru għat-Taħriġ Sportiv Militari u l-edukazzjoni patrijottika taż-żgħażagħ "WARRIOR" Data tat-twelid: 1965 Post tat-twelid: Azov, USSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Entitajiet assoċjati:
|
Igor Kazarezov huwa l-President taċ-Ċentru għat-Taħriġ Sportiv Militari u l-edukazzjoni patrijottika taż-żgħażagħ "WARRIOR". Iċ-Ċentru WARRIOR huwa organizzazzjoni taż-żgħażagħ immexxija mill-Istat stabbilita fil-Federazzjoni Russa biex trawwem l-edukazzjoni patrijottika u militari. Huwa appoġġat mill-President tal-Federazzjoni Russa, li ta struzzjonijiet liċ-Ċentru WARRIOR biex jaħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Iċ-Ċentru WARRIOR qed iwettaq ukoll attivitajiet fit-territorji okkupati illegalment tal-Ukrajna, permezz ta’ fergħat lokali. Iċ-Ċentru WARRIOR wettaq ukoll diversi proġetti mal-All-Russian public-state movement of children and youth "Movement of the First", entità elenkata mill-Unjoni. Għalhekk, Igor Kazarezov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Igor Kazarezov huwa assoċjat ukoll mal-All-Russian public-state movement of children and youth "Movement of the First". |
24.2.2025 |
||||
1898. |
Kristina Andreevna POTUPCHIK bir-Russu: Кристина Андреевна ПОТУПЧИК |
Funzjoni: Personalità tal-media Data tat-twelid: 19.1.1986 Post tat-twelid: Murom, USSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: mara Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 332891812110 |
Kristina Potupchik hija blogger u imprenditur tal-media Russa. Hija l-fundatriċi tal-aġenzija tal-komunikazzjoni K2 li tmexxi media soċjali u kampanji ta’ informazzjoni għall-klijenti, fil-biċċa l-kbira klijenti kkontrollati mill-Gvern Russu, li għalihom ixxerred miżinformazzjoni dwar il-gwerra fl-Ukrajna u tiddeleġittimizza l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna. Bħala kofundatriċi tal-Assoċjazzjoni tat-Teknoloġisti tal-Internet hija parti min-network ta’ ANO Digital u hija marbuta mill-qrib mal-politika ta’ miżinformazzjoni u propaganda ta’ ANO Digital. F’dak ir-rwol, Kristina Potupchik għamlet vjaġġi lejn ir-reġjuni tal-Ukrajna okkupati mir-Russja, speċjalment Mariupol, fejn xerrdet pubblikament informazzjoni falza dwar id-delitti tal-gwerra Russi u l-Gvern Ukren. Għalhekk, Kristina Potupchik qed tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali tal-Ukrajna, u tappoġġa u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. |
24.2.2025 |
||||
1899. |
Sergey Vladimirovich MOKEEV bir-Russu: Сергей Владимирович МОКЕЕВ |
Funzjoni: Direttur Ġenerali ta’ JSC "Novo-Vyatka" Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 661215725483 |
Sergey Mokeev huwa d-Direttur Ġenerali ta’ JSC Novo-Vyatka. Billi hija manifattur ta’ armi u munizzjon, JSC Novo-Vyatka hija entità tal-kumpless militari-industrijali Russu. Fl-2023 u l-2024, JSC Novo-Vyatka rċeviet sussidji mill-Istat taħt programm imfassal biex jiffinanzja t-taħriġ ta’ ħaddiema tal-industrija militari ta’ entitajiet magħżula. Billi huwa d-Direttur Ġenerali ta’ JSC Novo-Vyatka, Sergey Mokeev huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-kumpanija. Għalhekk, Sergey Mokeev jappoġġa u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1900. |
LEE Chang Ho bil-Korean: 리창호 bir-Russu: ЛИ Чхан Хо magħruf ukoll bħala RI, Chang Ho magħruf ukoll bħala RHEE, Chang Ho |
Funzjonijiet: Logutenent Ġeneral tal-Armata tal-Poplu Korean, Kap tal-Uffiċċju Ġenerali tar-Rekonjizzjoni tal-Korea ta’ Fuq, Kurunell Ġeneral Data tat-twelid: 1967 Nazzjonalità: Nord Koreana Sess: raġel |
Lee Chang Ho kkoordina suldati tal-Korea ta’ Fuq skjerati fil-kamp tal-battalja fl-Ukrajna, li setgħu ngħataw kompiti relatati mal-gwerra tal-gwerrilla irregolari. Għalhekk, huwa kien involut fil-parteċipazzjoni tas-suldati tal-Korea ta’ Fuq fil-gwerra kontra l-Ukrajna. Huwa mexxa unitajiet ta’ attakki ċibernetiċi bħal Lazarus u Kim Suki. Għalhekk, Lee Chang Ho huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet li jdgħajfu l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1901. |
SHIN Geum Cheol bil-Korean: 김금철 bir-Russu: СИН Гым Чхоль magħruf ukoll bħala KIM, Geum Cheol magħruf ukoll bħala KIM, Geum Chol magħruf ukoll bħala KIM, Kum-Chol magħruf ukoll bħala SIM, Kum-Chol |
Funzjoni: Kap tad-Direttorat Operazzjonali Prinċipali tal-Istat Maġġur tal-Armata tal-Poplu Korean, Maġġur Ġeneral Data tat-twelid: 1961 Nazzjonalità: Nord Koreana Sess: raġel |
Shin Geum Cheol huwa l-Kap tad-Direttorat Operazzjonali Prinċipali tal-Istat Maġġur tal-Armata tal-Poplu Korean tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Huwa uffiċjal militari ta’ livell għoli li jissorvelja t-tmexxija prattika ta’ operazzjonijiet, bħall-koordinazzjoni militari. Huwa għandu l-kompitu li jxerred tattiċi tal-gwerra Russi u moderni, bħal operazzjonijiet tad-droni, tattiċi tal-artillerija u teknoloġiji elettroniċi tal-gwerra, lill-armata tal-Korea ta’ Fuq. L-armata tal-Korea ta’ Fuq hija involuta f’operazzjonijiet militari fir-Russja u fl-Ukrajna. Għalhekk, Shin Geum Cheol huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet li jdgħajfu l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1902. |
Alexey Vladislavovich GORSHKOV bir-Russu: Алексей Владиславович ГОРШКОВ |
Funzjoni: Direttur Ġenerali ta’ JSC "Scientific Research Institute of Computing Complexes Named After M.A. Kartsev" Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 525716364389 Entitajiet assoċjati: JSC "Scientific Research Institute of Computing Complexes Named After M.A. Kartsev" |
Alexey Gorshkov huwa d-Direttur Ġenerali ta’ “JSC Scientific Research Institute of Computing Complexes Named After M.A. Kartsev”, istitut ta’ riċerka bbażat fir-Russja u involut fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAVs). Dan ipproduċa diversi tipi differenti ta’ UAVs, li ġew ittestjati jew ser jiġu ttestjati mill-forzi armati Russi fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk, bħala d-Direttur Ġenerali ta’ JSC “Scientific Research Institute of Computing Complexes Named After M.A. Kartsev”, Alexey Gorshkov qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa assoċjat ma’ JSC “Scientific Research Institute of Computing Complexes Named After M.A. Kartsev”. |
24.2.2025 |
||||
1903. |
Natalya Sergeevna VIRTUOZOVA bir-Russu: Наталья Сергеевна ВИРТУОЗОВА |
Funzjonijiet: Direttur Ġenerali tal-Autonomous Non-Commercial Organization "Directorate of the Exhibition of Achievements ‘Russia’"; Direttur Ġenerali tan-National Center "Russia" Data tat-twelid: 30.1.1978 Post tat-twelid: Akhalkalaki, USSR (issa Georgia) Nazzjonalità: Russa Sess: mara Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 772878714381 |
Natalya Virtuozova hija d-Direttur Ġenerali tal-Autonomous Non-Commercial Organization "Directorate of the Exhibition of Achievements ‘Russia’", li organizzat il-wirja u l-forum internazzjonali "Russia" u issa tmexxi n-National Center "Russia". Natalya Virtuozova hija wkoll id-Direttur Ġenerali tan-National Center "Russia". F’Lulju 2024, il-President Putin iffirma digriet li jistabbilixxi n-National Center "Russia" biex jippreserva l-wirt tal-wirja fuq bażi permanenti. Fil-wirja "Russia", kif ukoll fin-National Center "Russia", kien hemm wirjiet fuq it-territorji Ukreni okkupati illegalment, li huma ppreżentati bħala territorji tal-Federazzjoni Russa u jintwerew flimkien ma’ territorji Russi. Fil-wirja, isiru regolarment avvenimenti li jiċċelebraw l-okkupazzjoni Russa u l-annessjoni tat-territorji Ukreni. Għalhekk, bħala d-Direttur Ġenerali tal-Autonomous Non-Commercial Organization "Directorate of the Exhibition of Achievements ‘Russia’" u n-National Center "Russia", Natalya Virtuozova qed tappoġġa u timplimenta politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1904. |
Sergey Nikolaevich ATLIVANCHIK bir-Russu: Сергей Николаевич АТЛИВАНЧИК |
Funzjoni: Direttur Ġenerali ta’ LLC Eliars Data tat-twelid: 11.1.1980 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 773514103490 Entitajiet assoċjati: LLC Eliars |
Sergey Atlivanchik huwa d-Direttur Ġenerali ta’ LLC Eliars, li hija kumpanija Russa involuta fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ tagħmir tal-microwave. Żviluppat u pproduċiet is-sistema Zont (Umbrella), sistema kontra d-droni li tippermetti l-qerda tas-sinjal għal vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord. Is-sistema Zont intużat mill-forzi armati Russi fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk, fir-rwol tiegħu bħala d-Direttur Ġenerali ta’ LLC Eliars, Sergey Atlivanchik qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1905. |
Fidail Ilkhatovich BIKBULATOV bir-Russu: Фидаиль Ильхатович БИКБУЛАТОВ |
Funzjoni: Kap tal-Kwartieri Ġenerali Reġjonali tal-All-Russian "Young Army" Military Patriotic Social Movement (Yunarmiya) fir-reġjun ta’ Zaporizhzhia anness illegalment Data tat-twelid: 14.8.1994 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Entità assoċjata: All-Russian "Young Army" Military Patriotic Social Movement (Yunarmiya) |
Fidail Bikbulatov huwa l-Kap tal-Kwartieri Ġenerali Reġjonali tal-All-Russian "Young Army" Military Patriotic Social Movement (Yunarmiya) fir-reġjun ta’ Zaporizhzhia okkupat illegalment. Huwa kien involut fil-ħtif tal-massa, id-deportazzjoni illegali u t-trasferiment furzat ta’ tfal Ukreni minn territorji okkupati tal-Ukrajna lejn ir-Russja. Huwa ħa sehem attiv fil-militarizzazzjoni tat-tfal Ukreni fir-reġjun ta’ Zaporizhzhia okkupat illegalment. Huwa xerred ukoll propaganda favur ir-Russja u narrattivi kontra l-Ukrajna u ħeġġeġ lit-tfal jingħaqdu mal-Yunarmija, filwaqt li enfasizza t-taħriġ militari bħala wieħed mill-vantaġġi. Barra minn hekk, huwa kien involut b’mod attiv fir-reklutaġġ ta’ voluntiera biex jiġġieldu flimkien mal-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk, Fidail Bikbulatov qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa assoċjat ma’ Yunarmiya. |
24.2.2025 |
||||
1906. |
Sergey Georgievich DREGVAL bir-Russu: Сергей Георгиевич ДРЕГВАЛЬ |
Funzjoni: Direttur Ġenerali ta’ PJSC Inter RAO Data tat-twelid: 21.9.1971 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Sergey Dregval huwa d-Direttur Ġenerali u l-President tal-Bord tat-Tmexxija ta’ PJSC Inter RAO, li hija waħda mill-akbar kumpaniji tal-enerġija tar-Russja u li hija kkontrollata mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. L-azzjonisti ta’ PJSC Inter RAO jinkludu Rosneftgaz, wieħed mill-akbar kontribwenti ta’ dividendi għall-baġit tal-Federazzjoni Russa. PJSC Inter RAO hija l-importatur/esportatur ewlieni tal-elettriku fir-Russja. Fil-kapaċità tiegħu bħala d-Direttur Ġenerali tagħha, Sergey Dregval għandu l-kompitu li jiżgura s-sors ta’ dħul għall-Istat li jippermetti l-finanzjament tal-aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk Servey Dregval huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u huwa involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, qed jappoġġa finanzjarjament u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1907. |
Vladimir Petrovich KOLBIN bir-Russu: Владимир Петрович КОЛБИН |
Data tat-twelid: 10.6.1975 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 780518161631 Individwi assoċjati: Vladimir Putin; Gennady Timchenko |
Vladimir Kolbin huwa iben Peter Kolbin, ħabib tat-tfulija u soċju fin-negozju ta’ Vladimir Putin. Vladimir Kolbin qed jaġixxi bħala rappreżentant, direttur jew azzjonist ta’ diversi entitajiet li jappartjenu għal network ta’ kumpaniji u entitajiet azzjonarji li jiżguraw l-assi finanzjarji ta’ Vladimir Putin u Gennady Timchenko. Għalhekk Vladimir Kolin jibbenefika materjalment u finanzjarjament minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Huwa assoċjat ma’ Vladimir Putin u Gennady Timchenko. |
24.2.2025 |
||||
1908. |
Konstantin Ivanovich STRUKOV bir-Russu: Константин Иванович СТРУКОВ |
Funzjonijiet: President tal-Yuzhuralzoloto Group of Companies Data tat-twelid: 10.9.1958 Post tat-twelid: Dimitrovo, Ileksky district, Orenburg region, USSR (issa Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 741600653047 |
Konstantin Strukov huwa negozjant Russu. Huwa l-President u l-azzjonist ewlieni tal-Yuzhuralzoloto Group of Companies (li jinkludi UGC, waħda mill-kumpaniji ewlenin tad-deheb u tal-estrazzjoni fil-Federazzjoni Russa). Konstantin Strukov huwa għalhekk involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. |
24.2.2025 |
||||
1909. |
Zhou DACHUANG biċ-Ċiniż: 周大创 magħruf ukoll bħala Jason Zhou magħruf ukoll bħala Jason Chou |
Funzjoni: President taċ-China Head Aerospace Technology LLC Sess: raġel Nazzjonalità: Ċiniża |
Zhou Dachuang huwa l-President ta’ China Head Aerospace Technology LLC. Iċ-China Head Aerospace Technology hija ditta bbażata fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina speċjalizzata fil-produzzjoni ta’ immaġnijiet bis-satellita. Id-ditta hija fornitur uffiċjali ta’ data ta’ telerilevament lid-ditta Russa Rakurs, li hija fornitur tal-Ministeru għad-Difiża tar-Russja. Din il-kooperazzjoni kummerċjali, li daħlet fis-seħħ ftit ġimgħat wara l-bidu tal-gwerra fl-Ukrajna, inkludiet il-programm ta’ software fotogrammetriku PHOTOMOD li huwa s-sistema ta’ detezzjoni topografika ewlenija użata mid-Direttorat Topografiku Militari tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Fil-kuntest ta’ dak il-programm, China Head Aerospace Technology ipprovdiet settijiet ta’ data topografika u servizzi satellitari oħra, li Rakurs qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-klijenti ta’ PHOTOMOD, inkluż tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Billi appoġġa materjalment lill-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa permezz tal-forniment ta’ data topografika u servizzi satellitari bħala President taċ-China Head Aerospace Technology, Zhou Dachuang għalhekk jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità jew l-istabbiltà tal-Ukrajna, u jappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1910. |
Anatoly Andreevich KOVALEV bir-Russu: Анатолий Андреевич КОВАЛЕВ |
Funzjoni: Direttur Ġenerali ta’ JSC Zelenograd Nanotechnology Center Data tat-twelid: 7.1.1961 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 773500090210 Entitajiet assoċjati:
|
Anatoly Kovalev huwa d-Direttur Ġenerali ta’ JSC Zelenograd Nanotechnology Center, kumpanija Russa tar-riċerka u l-manifattura li qed tiżviluppa u tipproduċi komponenti elettroniċi ta’ teknoloġija avvanzata, inkluż għall-iżvilupp tal-kumpless militari-industrijali Russu. Qed topera fiż-Żona Ekonomika Speċjali "Technopolis Moscow". Għal kumpaniji li joperaw f’dik iż-żona ekonomika speċjali, il-Gvern Russu joffri reġim speċjali ta’ taxxa, li jinkludi taxxa fuq l-introjtu aktar baxxa u l-ebda taxxa fuq il-proprjetà, taxxa fuq it-trasport jew dazji doganali. Il-kumpanija tibbenefika mill-fatt li topera f’ambjent privileġġat offrut mill-Gvern Russu. Bħala d-Direttur Ġenerali ta’ JSC Zelenograd Nanotechnology Center, Anatoly Kovalev għalhekk qed jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. JSC Zelenograd Nanotechnology Center iffirmat ukoll ftehim ta’ kooperazzjoni fit-tul biex tiżviluppa l-inġinerija elettronika domestika Russa ma’ Mikron JSC, li hija l-akbar manifattur Russu tal-mikroelettronika, biex tipproduċi mikroċipep bl-għan li tissostitwixxi l-importazzjonijiet minn barra l-pajjiż. Mikron JSC għandha liċenzji amministrati mis-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB). Peress li ġie ffirmat ftehim ta’ kooperazzjoni fit-tul bejn iż-żewġ entitajiet għal attivitajiet konġunti, JSC Zelenograd Nanotechnology Center hija għalhekk assoċjata ma’ Mikron JSC, li tikkostitwixxi entità li topera fis-settur Russu tal-IT b’liċenzja amministrata miċ-Ċentru tal-FSB għall-Għoti ta’ Liċenzji, iċ-Ċertifikazzjoni u l-Ħarsien tas-Sigrieti tal-Istat. Bħala d-Direttur Ġenerali ta’ JSC Zelenograd Nanotechnology Center, Anatoly Kovalev huwa għalhekk assoċjat ma’ JSC Zelenograd Nanotechnology Center u Mikron JSC. |
24.2.2025 |
||||
1911. |
Igor Vladimirovich KHOMENKO bir-Russu: Игорь Владимирович ХОМЕНКО |
Funzjoni: Direttur Ġenerali ta’ LLC TROS Data tat-twelid: 23.8.1968 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 500103405838 |
Igor Khomenko huwa d-Direttur Ġenerali, kofundatur u azzjonist ta’ LLC TROS, li timmanifattura tagħmir tax-xogħol tal-metall u hija bejjiegħ bl-ingrossa ta’ għodod tal-magni. Hija tirreklama ċentri ta’ magni b’kapaċitajiet ta’ użu doppju u hija parti minn network ta’ akkwist biex tipprovdi tagħmir tax-xogħol tal-metall u għodod tal-magni fir-Russja. Il-kumpanija tissodisfa kuntratti tal-Gvern Russu kif ukoll kuntratti ma’ entitajiet li joperaw fis-settur tad-difiża Russu u elenkati mill-Unjoni talli appoġġaw lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Għalhekk, fir-rwol tiegħu bħala Direttur Ġenerali, kofundatur u azzjonist ta’ LLC TROS, Igor Khomenko qed jappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u huwa responsabbli għall-appoġġ ta’ attivitajiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1912. |
Sergey Petrovich USHKO bir-Russu: Сергей Петрович УШКО |
Funzjoni: CEO ta’ LLC TROS Data tat-twelid: 7.9.1969 Post tat-twelid: USSR (issa Belarus) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 500103405690 |
Segey Ushko huwa l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv, kofundatur u azzjonist ta’ LLC TROS, li timmanifattura tagħmir tax-xogħol tal-metall u hija bejjiegħ bl-ingrossa ta’ għodod tal-magni. Hija tirreklama ċentri ta’ magni b’kapaċitajiet ta’ użu doppju u hija parti minn network ta’ akkwist biex tipprovdi tagħmir tax-xogħol tal-metall u għodod tal-magni fir-Russja. Il-kumpanija tissodisfa kuntratti tal-Gvern Russu kif ukoll kuntratti ma’ entitajiet li joperaw fis-settur tad-difiża Russu u elenkati mill-Unjoni talli appoġġaw lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Għalhekk, fir-rwol tiegħu bħala Uffiċjal Kap Eżekuttiv, kofundatur u azzjonist ta’ LLC TROS, Sergey Ushko qed jappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u huwa responsabbli għall-appoġġ ta’ attivitajiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1913. |
Julia BARANOVSKAYA bir-Russu: Юлия БАРАНОВСКАЯ magħrufa wkoll bħala Yulia BARANOVSKAYA |
Funzjoni: Personalità tal-media Data tat-twelid: 30.6.1980 Post tat-twelid: Leningrad, USSR (issa St. Petersburg, Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: mara |
Julia Baranovskaya hija preżentatriċi tat-televiżjoni u personalità tal-media Russa. Sa mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, spiss appoġġat l-azzjonijiet tar-Russja li jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għal dak l-għan, Julia Baranovskaya ospitat spettakli ta’ propaganda sponsorjati mill-Kremlin li kellhom l-għan li jżidu l-appoġġ popolari Russu għall-invażjoni, inkluż billi jippromwovu pubblikament id-delitti tal-gwerra Russi bħad-deportazzjoni furzata ta’ tfal Ukreni. Julia Baranovskaya mexxiet il-ġbir ta’ fondi li kellhom l-għan li jiżguraw fondi għall-gwerra ta’ aggressjoni Russa, fejn pubblikament wiegħdet li toffri fondi personali bħala premjijiet għat-twettiq tal-objettivi militari Russi fl-Ukrajna. Barra minn hekk, Julia Baranovskaya vjaġġat ripetutament lejn reġjuni okkupati mir-Russja fl-Ukrajna fejn ipprovdiet appoġġ materjali lil gruppi separatisti sponsorjati mir-Russja. Għalhekk Julia Baranovskaya tappoġġa azzjonijiet jew politiki li jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u wettqet tranżazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta’ Donbas tal-Ukrajna. Hija tappoġġa wkoll lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1914. |
Alexey Valerievich SHADRIN bir-Russu: Алексей Валерьевич ШАДРИН |
Funzjoni: Kofundatur ta’ Promtech JSC. Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 500602952160 Entità assoċjata: Promtech JSC |
Alexey Shadrin huwa azzjonist u kofundatur ta’ Promtech JSC. Promtech JSC hija kumpanija azzjonarja Russa li importat ripetutament oġġetti ta’ oriġini Ewropea waqt li dawk il-prodotti kienu soġġetti għal restrizzjonijiet Ewropej fuq l-esportazzjoni. B’mod partikolari, Promtech JSC importat dawk l-oġġetti permezz ta’ network ta’ sussidjarji Russi u permezz tal-kumpanija Torka Enutek Makina Sanayi Ve Ticaret. Għalhekk, Alexey Shadrin iffaċilita l-ksur tal-projbizzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni tar-reġim ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni imposta fuq il-Federazzjoni Russa. |
24.2.2025 |
||||
1915. |
Valery Vladimirovich SHADRIN bir-Russu: Валерий Владимирович ШАДРИН |
Funzjoni: Direttur Ġenerali ta’ Promtech JSC Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 500601525214 Entità assoċjata: Promtech JSC |
Valery Shadrin huwa Direttur Ġenerali ta’ Promtech JSC. Promtech JSC hija kumpanija azzjonarja Russa li importat ripetutament oġġetti ta’ oriġini Ewropea waqt li dawk il-prodotti kienu soġġetti għal restrizzjonijiet Ewropej fuq l-esportazzjoni. B’mod partikolari, Promtech JSC importat dawk l-oġġetti permezz ta’ network ta’ sussidjarji Russi u permezz tal-kumpanija Torka Enutek Makina Sanayi Ve Ticaret. Għalhekk, Valery Shadrin iffaċilita l-ksur tal-projbizzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni tar-reġim ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni imposta fuq il-Federazzjoni Russa. |
24.2.2025 |
||||
1916. |
Albert Alikovich AVDOLYAN bir-Russu: Альберт Аликович АВДОЛЯН |
Funzjoni: Negozjant Russu Data tat-twelid: 8.11.1970 Post tat-twelid: Krasnodar, USSR (illum Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 771471507326 |
Albert Avdolyan huwa negozjant Russu b’interessi kummerċjali fis-settur tal-enerġija, speċjalment il-faħam u l-LNG. Permezz ta’ diversi kumpaniji, b’mod partikolari A-Property-Holdings u Elgaugol, Albert Avodlyan għandu interessi sinifikanti fis-settur tal-infrastruttura tal-enerġija Russu, speċjalment il-faħam u l-LNG. Dawk is-setturi ekonomiċi jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, Albert Avdolyan huwa negozjant Russu involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Minħabba l-interessi kummerċjali tiegħu, huwa assoċjat mill-qrib ma’ Rostec State Corporation. |
24.2.2025 |
||||
1917. |
Mikhail Sergeevich GALUSTYAN bir-Russu: Михаил Сергеевич ГАЛУСТЯН |
Data tat-twelid: 25.10.1970 Post tat-twelid: Sochi, Krasnodar Territory, USSR (illum Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 232003782530 |
Mikhail Galustyan huwa propagandist Russu, president tal-Federation of Military and Tactical Games u membru tat-tmexxija tal-All-Russian children’s and youth military-patriotic movement "Yunarmiya", organizzazzjoni paramilitari Russa soġġetta għal miżuri restrittivi tal-Unjoni. Ilu żmien twil jappoġġa lil President Vladimir Putin u l-politiki tiegħu, u kien qed juża l-popolarità tiegħu biex ixerred messaġġi u narrattivi tal-propaganda tal-Kremlin. Mikhail Galustyan huwa membru tat-tmexxija ta’ Yunarmiya, li topera fergħat reġjonali li jinsabu fit-territorji okkupati illegalment u temporanjament tal-Ukrajna. Din torganizza wkoll ġbir ta’ fondi u attivitajiet biex tappoġġa l-kumbattenti li jieħdu sehem fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Yunarmiya u l-membri tagħha jappoġġaw il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u jxerrdu propaganda Russa dwar il-gwerra. Yunarmiya tuża s-simbolu militari "Z", li jintuża mill-propaganda Russa biex tippromwovi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Barra minn hekk, Mikhail Galustyan huwa direttament responsabbli għall-attivitajiet ta’ organizzazzjoni li tippromwovi l-militariżmu taż-żgħażagħ Russi. Huwa jappoġġa l-ħolqien ta’ kamp tat-taħriġ bil-ħsieb li jintuża għal logħbiet tattiċi militari u għat-taħriġ ta’ voluntiera għal "operazzjoni militari speċjali" mwettqa minn ġellieda li ħadu sehem fil-gwerra kontra l-Ukrajna. Għalhekk, huwa qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1918. |
Ruslan Stanislavovich OSTASHKO bir-Russu: Руслан Станиславович ОСТАШКО |
Funzjoni: Preżentatur tat-televiżjoni, blogger Data tat-twelid: 18.2.1979 Post tat-twelid: Donetsk, Ukrainian SSR, USSR (issa Ukraine) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 771615340575 |
Ruslan Ostashko huwa personaġġ attiv fl-ispazju pubbliku Russu. Hu jaħdem bħala ġurnalist u preżentatur tat-televiżjoni fuq il-kanal TV Channel One tal-istat u huwa l-kantant ewlieni tal-grupp mużikali patrijottiku "Ours". Huwa wkoll il-kap editur tas-sit web "politrussia.com", sit web li jintuża biex jippromwovi n-narrattiva tal-Gvern Russu, inkluż dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Ruslan Ostashko huwa wkoll membru tal-organizzazzjoni mibdija minn Putin People’s Front Central Headquarters (li qabel kienet magħrufa bħala All-Russia People’s Front), entità elenkata taħt il-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Permezz tal-attivitajiet u l-pjattaformi ta’ komunikazzjoni, il-proġetti u l-kunċerti mużikali tiegħu, Ruslan Ostashko jippromwovi b’mod attiv u jfaħħar l-armata Russa li tiġġieled fl-Ukrajna. Jorganizza attivitajiet ta’ appoġġ u ġbir ta’ fondi u jinvolvi ruħu ma’ ġellieda Russi permezz ta’ diversi proġetti. Għalhekk, Ruslan Ostashko huwa responsabbli li b’mod attiv qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1919. |
Denis Sergeyevich CHERNOBAY bir-Russu: Денис Сергеевич ЧЕРНОБАЙ bl-Ukren: Денис Сергійович ЧЕРНОБАЙ |
Funzjoni: President tal-hekk imsejħa fergħa "Donetsk People Republic" ("Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk") tal-All-Russian public-state movement of children and youth "Movement of the First" Data tat-twelid: 7.8.2002 Post tat-twelid: Donetsk region, Ukraine Nazzjonalità: Ukrena Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 614024966788 |
Denis Chernobay huwa l-President tal-hekk imsejħa fergħa "Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk" tal-All-Russian public-state movement of children and youth "Movement of the First", entità elenkata mill-Unjoni. Fil-pożizzjoni tiegħu, Denis Chernobay kien involut b’mod attiv fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet edukattivi mmirati lejn il-militarizzazzjoni tal-edukazzjoni u l-promozzjoni ta’ propaganda tal-Federazzjoni Russa fir-reġjun okkupat illegalment ta’ Donetsk fl-Ukrajna. Fil-pożizzjoni tiegħu, huwa pprovda wkoll appoġġ lill-militar Russu fit-territorji okkupati illegalment tal-Ukrajna. Għalhekk, Denis Chernobay qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1920. |
Vladislav Yevgenyevich LOBAEV bir-Russu: Владислав Евгеньевич ЛОБАЕВ |
Funzjoni: President tal-Fondazzjoni "Lobaev Foundation" Data tat-twelid: 4.4.1972 Post tat-twelid: Rostov-On-Don, USSR (illum Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 402911672932 |
Vladislav Lobaev huwa l-Kap Disinjatur tal-LLC Design Bureau of Integration Systems (LLC KBIS). Huwa wkoll wieħed mill-fundaturi tal-grupp ta’ kumpaniji lobaev (inkluż LLC Trading House Lobaev Arms) u l-President tal-Fondazzjoni "Lobaev Foundation". "Lobaev Foundation" hija unità tal-grupp ta’ entitajiet Lobaev u tiġbor fondi biex tiffinanzja l-proġetti ta’ Lobaev Arms. L-azzarini ta’ Lobaev Arms jintużaw mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Billi huwa l-fundatur tal-grupp ta’ kumpaniji Lobaev u l-President tal-Fondazzjoni "Lobaev Foundation", Vladislav Lobaev huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-kumpaniji u għalhekk jappoġġa u jibbenefika finanzjarjament mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1921. |
Vladimir Petrovich YEVTUSHENKOV bir-Russu: Владимир Петрович ЕВТУШЕНКОВ magħruf ukoll bħala Vladimir Petrovich EVTUSHENKOV magħruf ukoll bħala Владимир Петрович ЕВТУШЕНКО |
Funzjoni: Fundatur u azzjonist ta’ Sistema Data tat-twelid: 25.9.1948 Post tat-twelid: Kamenshchina, Smolensk district, Smolensk region, USSR (illum Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 771000084662 |
Vladimir Yevtushenkov ilu azzjonist ta’ Sistema minn mindu l-kumpanija twaqqfet fl-1993. Sistema hija konglomerat b’interessi kummerċjali f’diversi setturi tal-ekonomija Russa li fihom hija rrappreżentata bis-sjieda jew bil-kontroll ta’ kumpaniji li jinkludu Agroholding Steppe (agrikoltura), BESK (enerġija), Binnofarm (farmaċewtika), Cosmos Hotel Group (turiżmu), Element (elettronika), Intourist (turiżmu), Medsi (kura tas-saħħa), Ozon (kummerċ elettroniku), Region AO (industrija militari) u Segezha (industrija tal-foresti, tax-xogħol bl-injam, tal-polpa u tal-karta). Sistema hija involuta wkoll fis-setturi tal-informazzjoni, il-komunikazzjoni u t-teknoloġiji diġitali, inkluż permezz tas-sehem tagħha fil-Mobile TeleSystems (MTS) Public Joint Stock Company, kif ukoll fis-servizzi bankarji, billi MTS-Bank hija proprjetà ta’ MTS Public Joint Stock Company permezz ta’ Mobile TeleSystems B.V.. Permezz ta’ BESK u s-sussidjarji tagħha Bashkirenergo, BSK u BESK Engineering, Sistema hija involuta fis-settur tal-enerġija li jipprovdi dħul sostanzjali għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Vladimir Yevtushenkov kien is-sid maġġoritarju f’Sistema sa April 2022 meta ttrasferixxa parti tas-sehem tiegħu lil ibnu, Felix Vladimirovich Yevtushenkov. Għalhekk, Vladimir Yevtushenkov huwa negozjant involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Vladimir Yevtushenkov għandu relazzjoni fit-tul mal-President Vladimir Putin u kien preżenti fil-laqgħa tan-negozjanti fil-Kremlin mal-President Putin dakinhar li bdiet l-invażjoni tal-Ukrajna fl-24 ta’ Frar 2022. Vladimir Yevtushenkov għandu sehem ta’ 49,2 % f’Sistema, jippresiedi l-Kumitat dwar il-Politika Industrijali tal-Unjoni Russa ta’ Industrijalisti u Imprendituri (RSPP), huwa membru tal-Bureau fil-Bord tal-RSPP, jikkopresiedi l-Kunsill Kummerċjali bejn ir-Russja u l-Arabja Sawdija u huwa membru tal-Kunsill Ekonomiku bejn ir-Russja u l-Arabja Sawdija kif ukoll tal-Kunsill Nazzjonali dwar il-Governanza Korporattiva. Għalhekk Vladimir Yevtushenkov huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja. |
24.2.2025 |
||||
1922. |
Boris Yurievich BOGATYREV bir-Russu: Борис Юрьевич БОГАТЫРЕВ |
Funzjoni: Direttur Ġenerali ta’ LLC Stan Data tat-twelid: 10.10.1962 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 772883227376 |
Boris Bogatyrev huwa d-Direttur Ġenerali tal-LLC Stan. LLC Stan hija kumpanija Russa attiva fil-qasam tad-disinn u l-produzzjoni ta’ tagħmir ta’ għodod tal-magni. LLC Stan tforni magni ta’ kontroll tat-tħaffir u tat-tħin għal industriji tat-teknoloġija avvanzata, u topera taħt it-tmexxija ta’ RT-Capital ta’ Rostec State Corporation. Il-magni tagħha (inkluż il-mudell VMB 55) jiġu pprovduti lill-kumpaniji fl-industriji tal-inġenji tal-ajru, tal-bini ta’ magni u tad-difiża. Għaldaqstant, LLC Stan tappoġġa u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Billi huwa d-Direttur Ġenerali ta’ LLC Stan, Boris Bogatyrev huwa responsabbli għall-azzjonijiet tal-kumpanija u huwa assoċjat mal-kumpanija. Barra minn hekk, Boris Bogatyrev huwa l-President ta’ Moscow Regional Union of Industrialists and Entrepreneurs, assoċjazzjoni reġjonali tal-impjegaturi. |
24.2.2025 |
||||
1923. |
Nikita Vladimirovich NAGORNY bir-Russu: Никита Владимирович НАГОРНЫЙ |
Funzjoni: Viċi President tal-Bord ta’ All-Russian Social and State movement of children and youth "Movement of the First" Data tat-twelid: 12.2.1997 Post tat-twelid: Rostov-on-Don, Russian Federation Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Nikita Nagorny huwa Viċi President tal-Bord ta’ All-Russian public-state movement of children and youth "Movement of the First" u l-eks kap tal-persunal ġenerali ta’ All-Russia "Young Army" Military Patriotic Social Movement (Yunarmiya). Huwa kien involut fil-ħtif tal-massa, id-deportazzjoni illegali u t-trasferiment furzat ta’ tfal Ukreni minn territorji okkupati tal-Ukrajna lejn ir-Russja. F’Marzu 2022, Nikita Nagorny offra li jibgħat rigali lit-truppi Russi li kienu qed jiġġieldu fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Nikita Nagorny huwa atleta prominenti b’udjenza kbira u influwenza sinifikanti fuq is-sostenituri tiegħu. Huwa appoġġa pubblikament l-azzjonijiet tal-Federazzjoni Russa fl-Ukrajna. Bl-influwenza tiegħu, huwa responsabbli għat-tixrid ta’ propaganda favur ir-Russja u diżinformazzjoni rigward il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kif ukoll għar-rwol attiv biex jiġbor l-appoġġ domestiku fir-Russa għall-gwerra kontra l-Ukrajna. Għalhekk, Nikita Nagorny qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1924. |
Aleksandr Vyacheslavovich SYCHUGOV bir-Russu: Александр Вячеславович СЫЧУГОВ |
Funzjoni: Direttur Ġenerali ta’ JSC "Voskresensky Aggregation Factory" Data tat-twelid: 29.9.1962 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel |
Aleksandr Sychugov huwa d-Direttur Ġenerali ta’ JSC "Voskresensky Aggregation Factory" u qabel kien id-Direttur Ġenerali ta’ Federal State Enterprise "Voskresensk State Aggregate Plant" mill-24 ta’ Settembru 2018 sar-riorganizzazzjoni tal-kumpanija fil-31 ta’ Jannar 2023. Għalhekk, Sychugov kien u għadu d-Direttur Ġenerali u għalhekk il-persuna ewlenija li tieħu d-deċiżjonijiet fi “Voskresensky Aggregation Factory” sa mill-24 ta’ Settembru 2018. JSC "Voskresensky Aggregation Factory" (li qabel kienet Federal State Enterprise "Voskresensk State Aggregate Plant") tibni missili ggwidati kontra l-inġenji tal-ajru, missili ggwidati mill-ajru għall-ajru u mill-ajru għall-wiċċ, missili kruċiera, bombi bi splussiv qawwi mitluqin mill-ajru (FABs) u FABs imtejba b’moduli unifikati ta’ gliding u korrezzjoni li jittrasformaw lil bombi Russi f’waqgħa ħielsa f’bombi ggwidati. Il-valur nett tal-assi ta’ JSC "Voskresensky Aggregation Factory" fil-31 ta’ Diċembru 2023 kien ta’ RUB 2 027 159 762,00. L-azzjonist ta’ JSC "Voskresensky Aggregation Factory" huwa JSC Concern VKO Almaz-Antey (entità elenkata taħt ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna), manifattur tal-armi tal-Istat Russu li jiżviluppa sistemi ta’ difiża u ta’ missili kruċieri kontra l-inġenji tal-ajru għall-militar Russu. B’hekk, JSC "Voskresensky Aggregation Factory" hija waħda mill-aktar manifatturi importanti ta’ sistemi ta’ missili tad-difiża tal-ajru fil-Federazzjoni Russa. Ir-Russja tuża armi minn JSC "Voskresensky Aggregation Factory" fl-Ukrajna, inkluż f’attakki fuq miri ċivili. Bħala d-Direttur Ġenerali, Sychugov ilu l-persuni ewlenija li tieħu d-deċiżjonijiet minn Settembru 2018. Għaldaqstant, huwa responsabbli għall-użu fl-Ukrajna ta’ armi manifatturati minn JSC "Voskresensky Aggregation Factory". Għalhekk, Aleksandr Sychugov, bħala d-Direttur Ġenerali ta’ JSC "Voskresensky Aggregation Factory" huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Peress li l-kumpanija hija fornitur ta’ tagħmir militari lill-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, Aleksandr Sychugov qed jibbenefika wkoll minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1925. |
Vadim Aleksandrovich BADEKHA bir-Russu: Вадим Александрович БАДЕХА |
Funzjoni: CEO ta’ United Aircraft Corporation Data tat-twelid: 27.7.1979 Post tat-twelid: Sosva settlement, Serovsky district, Sverdlovsk region, USSR (illum Russian Federation) Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 772614711927 Entità assoċjata: PJSC United Aircraft Corporation |
Vadim Badekha huwa d-Direttur Ġenerali ta’ United Aircraft Corporation (UAC). UAC hija manifattur Russu ta’ inġenji tal-ajru ċivili u militari u hija fornitur importanti għall-Ministeru għad-Difiża Russu, li qed jamministra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. L-inġenji tal-ajru tal-ġlied prodotti minn UAC jintużaw mir-Russja fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Għalhekk, permezz tal-pożizzjoni tiegħu bħala d-Direttur Ġenerali ta’ UAC, Vadim Badekha huwa responsabbli għall-appoġġ materjali ta’ azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Vadim Badekha huwa assoċjat ma’ PJSC United Aircraft Corporation. |
24.2.2025 |
||||
1926. |
Vadim Valerievich STARTSEV bir-Russu: Вадим Валерьевич СТАРЦЕВ |
Funzjoni: Maniġer Ġenerali ta’ JSC NPO "Orion" Data tat-twelid: 12.4.1970 Nazzjonalità: Russa Sess: raġel Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 770304284968 Entità assoċjata: JSC NPO "Orion" |
Vadim Startsev huwa l-Maniġer Ġenerali ta’ JSC NPO "Orion", kumpanija Russa tar-riċerka u l-manifattura li qed tiżviluppa u tipproduċi komponenti elettroniċi ta’ teknoloġija avvanzata, inkluż għall-iżvilupp tal-kumpless militari-industrijali Russu. JSC NPO “Orion” tappartjeni għall-impriża JSC Shvabe, li tipprovdi sistemi ottiċi u tal-laser manufatturati lill-Forzi Armati Russi, li jintużaw fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk, bħala l-Manaġer Ġenerali ta’ JSC NPO "Orion", Vadim Valerievich Startsev qed jappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa assoċjat ma’ JSC Shvabe, li hija responsabbli għall-appoġġ materjali ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
||||
1927. |
Aleksandr Vyacheslavovich ZAKHAROV bir-Russu: Александр Вячеславович ЗАХАРОВ magħruf ukoll bħala Aleksandr Vjačeslavovič ZACHAROV |
Funzjoni: Sid ta’ LLC CST Data tat-twelid: 21.9.1965 Post tat-twelid: Izhevsk, Udmurt Republic, USSR (illum Russian Federation) Nazzjonalità: Russa Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 183111242406 Entitajiet assoċjati:
|
Alexander Zakharov huwa azzjonist maġġoritarju ta’ LLC "CST" (magħrufa wkoll bħala Zala Aero), li hija involuta fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-operat ta’ kumplessi ta’ mmirar fl-ajru u vetturi tal-ajru mingħajr bdot (UAVs). LLC CST timmanifattura UAVs KUB u Lancet-1, użati mill-militar Russu fil-gwerra ta’ aggressjoni tiegħu kontra l-Ukrajna. LLC CST hija elenkata mill-Unjoni. JCS Kalashnikov Concern, entità elenkata mill-Unjoni, hija azzjonista importanti ta’ LLC CST. Alexander Zakharov huwa wkoll id-disinjatur ewlieni ta’ Aeroscan, li mill-inqas sa Ottubru 2023 kienet proprjetà ta’ ibnu. Aeroscan hija involuta wkoll, flimkien ma’ LLC CST, fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ UAVs użati mill-militar Russu fl-Ukrajna. Alexander Zakharov akkumpanja lill-President Vladimir Putin u lill-Ministru għad-Difiża Sergei Shoigu meta żaru s-sit tal-produzzjoni ta’ Aeroscan għall-UAVs Lancet f’Settembru 2023 u fi Frar 2024, rispettivament. Għalhekk, Alexander Zakharov qed jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna. Huwa qed jappoġġa wkoll materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u huwa assoċjat ma’ LLC CST u JSC Kalashnikov Concern. |
24.2.2025”; |
Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“508. |
Joint Stock Company NPO "Orion" bir-Russu: Акционерное общество НПО “Орион” magħrufa wkoll bħala Orion Scientific Production Association magħrufa wkoll bħala АО НПО Орион |
Indirizz: Trekhprudny 5, Moscow, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Post tar-reġistrazzjoni: Trekhprudny 5, Moscow, Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 27.12.2012 Numru tar-reġistrazzjoni: 1127747292738 Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7720770380 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
JSC NPO Orion hija kumpanija Russa tar-riċerka u l-manifattura li qed tiżviluppa u tipproduċi komponenti elettroniċi ta’ teknoloġija avvanzata, inkluż għall-iżvilupp tal-kumpless militari-industrijali Russu. Tappartjeni għall-impriża JSC Shvabe, li tipprovdi sistemi ottiċi u tal-laser manufatturati lill-Forzi Armati Russi, li jintużaw fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk, JSC NPO Orion qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, JSC NPO Orion hija assoċjata ma’ JSC Shvabe, li hija responsabbli għall-appoġġ materjali ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
509. |
Limited Liability Company “Alabuga Machinery” bir-Russu: Общество с ограниченной ответственностью “Алабуга Машинери” magħrufa wkoll bħala LLC Alabuga Machinery magħrufa wkoll bħala ООО Алабуга Машинери |
Indirizz: b. 5/12, SH-2 St., Special Economic Zone Alabuga, Yelabuga municipal district, municipality of Yelabuga, Tatarstan, Russian Federation, 432601 Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 1674003000 |
LLC Alabuga Machinery hija produttur Russu ta’ għodod tal-magni u gerijiet. Hija wkoll 100 % sussidjarja ta’ LLC Alabuga Development, li hija 100 % sussidjarja ta’ JSC Alabuga (soġġetta għal miżuri restrittivi tal-Unjoni mit-18 ta’ Diċembru 2023). JSC Alabuga hija għalhekk is-sid benefiċjarju aħħari ta’ LLC Alabuga Machinery. LLC Alabuga Machinery tintuża għall-importazzjoni u l-assemblaġġ tad-droni Iranjani Shahed-136 pprovduti lir-Russja, u għandha rwol importanti fil-katina tal-provvista ta’ dawk id-droni, li huma użati mill-Forzi Militari Russi waqt attakki fuq it-territorju tal-Ukrajna. Għaldaqstant, LLC Alabuga Machinery hija responsabbli għall-appoġġ materjali jew finanzjarju ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, hija assoċjata maż-Żona Ekonomika Speċjali JSC Alabuga, responsabbli wkoll għall-appoġġ materjali jew finanzjarju ta’ azzjonijiet li dgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
510. |
Public Joint Stock company "Central Scientific and Production Association ‘Leninetz’" bir-Russu: Публичное акционерное общество “Центральное Научно-Производственное Объединение ‘Ленинец’” magħrufa wkoll bħala PJSC "CSPA ‘LENINETZ’" magħrufa wkoll bħala PJSC "CSPA ‘LENINETS’" magħrufa wkoll bħala PJSC "NPO ‘LENINETZ’" magħrufa wkoll bħala ПAО "ЦНПО ‘ЛЕНИНЕЦ’" |
Indirizz: 212 Moskovsky Ave., St. Petersburg, Russian Federation Indirizz: 34 Yuri Gagarin Ave., St. Petersburg, Russian Federation, 196143 Tip ta’ entità: Kumpanija Pubblika b’Ishma Konġunti Post tar-reġistrazzjoni: St. Petersburg Numru tar-reġistrazzjoni: 1027804858146 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7810240719 Email: office@npo-leninetz.ru Tel: + 7 (812) 448-8001, + 7 (812) 610-9848 |
PJSC "Central Scientific and Production Association ‘Leninetz’" (PJSC CSPA Leninetz) hija kumpanija Russa speċjalizzata fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ tagħmir tar-radar u tan-navigazzjoni, inkluż għall-benefiċċju tal-militar Russu. B’mod partikolari, PSJC CSPA Leninetz hija involuta fil-produzzjoni u l-iżvilupp tar-radar mill-ajru Zaslon, li b’mod partikolari jattrezza inġenji tal-ajru MiG-31 użati mill-militar Russu fl-Ukrajna. Għalhekk, PJSC CSPA Leninetz qed tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
511. |
Joint Stock Company "Holding Company ‘LENINETZ’" bir-Russu: Акционерное Общество “Холдинговая Компания: “ЛЕНИНЕЦ” magħrufa wkoll bħala АО “ЛЕНИНЕЦ”- ХОЛДИНГ’ magħrufa wkoll bħala JSC ‘Holding Company “LENINETZ”‘ magħrufa wkoll bħala JSC "Holding Company ‘LENINETS’" |
Indirizz: 212 Moskovsky Ave., St. Petersburg, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Post tar-reġistrazzjoni: St. Petersburg, Russian Federation Numru tar-reġistrazzjoni: 1027804850369 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7810221748 |
JSC "Holding Company ‘LENINETZ’" hija entità Russa li tikkontrolla lil PJSC "Central Scientific and Production Association ‘Leninetz’" (PJSC "CSPA ‘Leninetz’"). PJSC CSPA Leninetz hija kumpanija Russa speċjalizzata fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ tagħmir tar-radar u tan-navigazzjoni, inkluż għall-benefiċċju tal-militar Russu. B’mod partikolari, PSJC CSPA Leninetz hija involuta fil-produzzjoni u l-iżvilupp tar-radar mill-ajru Zaslon, li b’mod partikolari jattrezza inġenji tal-ajru MiG-31 użati mill-militar Russu fl-Ukrajna. Għalhekk, JSC "Holding Company ‘LENINETZ’" qed tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
512. |
Center for Military Sports Training and patriotic education of youth "WARRIOR" bir-Russu: Центр военно-спортивной подготовки и патриотического воспитания молодежи magħruf ukoll bħala WARRIOR Center |
Indirizz: Moscow, Radio str., d. 7, Russian Federation Tel: + 7 (495) 098-00-00 Email: info@crvsp.ru Entitajiet assoċjati oħra: All-Russian public-state movement of children and youth "Movement of the First" |
Iċ-Ċentru għat-Taħriġ Sportiv Militari u l-edukazzjoni patrijottika taż-żgħażagħ "WARRIOR" huwa organizzazzjoni taż-żgħażagħ immexxija mill-Istat stabbilita fil-Federazzjoni Russa biex tiżviluppa edukazzjoni patrijottika u militari. Huwa appoġġat mill-President tal-Federazzjoni Russa, li ta struzzjonijiet liċ-Ċentru WARRIOR biex jaħdem f’relazzjoni mill-qrib mal-parteċipanti fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Iċ-Ċentru WARRIOR qed iwettaq ukoll attivitajiet fit-territorji okkupati illegalment tal-Ukrajna, permezz ta’ fergħat lokali. Iċ-Ċentru WARRIOR wettaq ukoll diversi proġetti mal-All-Russian public-state movement of children and youth "Movement of the First", entità elenkata mill-Unjoni. Għalhekk, iċ-Ċentru għat-Taħriġ Sportiv Militari u l-edukazzjoni patrijottika taż-żgħażagħ "WARRIOR" qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Jappoġġa wkoll, materjalment jew finanzjarjament, lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, jew jibbenefika minnu. Iċ-Ċentru għat-Taħriġ Sportiv Militari u l-edukazzjoni patrijottika taż-żgħażagħ "WARRIOR" huwa assoċjat ukoll mal-All-Russian public-state movement of children and youth "Movement of the First". |
24.2.2025 |
513. |
Joint Stock Company "53 Arsenal" bir-Russu: Акционерное общество "53 Арсенал" magħrufa wkoll bħala AO "53 Arsenal" magħrufa wkoll bħala 53 Arsenal PAO magħrufa wkoll bħala АО 53 Арсенал magħrufa ukoll bħala OAO 53 Арсенал |
Indirizz: 606077, Russian Federation, Nizhny Novgorod Oblast, r-n Volodarskii, rp. Iuganets, ul. Parkovaia, 1 Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 18.2.2010 Numru tar-reġistrazzjoni: 1105249001120 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 5214010100 KPP: 521401001 Entitajiet assoċjati: JSC Technodinamika |
JSC 53 Arsenal hija kumpanija tal-industrija militari Russa. JSC 53 Arsenal tirrestawra u tipproduċi munizzjon li jintuża mill-forzi militari Russi fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk, JSC 53 Arsenal tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed tibbenefika minnu. Barra minn hekk, il-kumpanija omm ta’ JSC 53 Arsenal hija JSC Technodinamika, u għalhekk JSC 53 Arsenal hija assoċjata ma’ JSC Technodinamika. JSC Technodinamika hija manifattur ta’ armi, munizzjon u prodotti tal-kimika u tal-avjazzjoni, u fornitriċi militari tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. |
24.2.2025 |
514. |
Federal State-Financed Institution of Science Physics and Technology Institute Named After A.F. Ioffe of the Russian Federation Academy of Sciences bir-Russu: Федеральное государственное бюджетное учреждение науки Физико-технический институт им. А.Ф. Иоффе Российской академии наук magħrufa wkoll bħala Ioffe Physics Institute magħrufa wkoll bħala Ioffe Institute magħrufa wkoll bħala Physical-Technical Institute named after A.F. Ioffe magħrufa wkoll bħala ФТИ им. А.Ф. Иоффе magħrufa wkoll bħala Физико-технический институт имени А.Ф. Иоффе РАН |
Indirizz: 194021, Russian Federation, St. Petersburg, Ul. Politekhnicheskaya, 26 Tip ta’ entità: Istituzzjoni Federali Ffinanzjata mill-Istat Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 3.1.2003 (ffundata fl-1918) Numru tar-reġistrazzjoni: 1037804006998 Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7802072267 KPP: 780201001 Tel: + 7 (812) 297-22-45, + 7 (812) 297-23-75, + 7 (812) 297-79-28, + 7 (921) 304-02-29 Email: post@mail.ioffe.ru, ftian@mail.ioffe.ru Sit web: http://ioffe.ru |
Physics and Technology Institute Named After A.F. Ioffe ("Ioffe Institute") huwa istituzzjoni Russa ffinanzjata mill-Istat li tiżviluppa u timmanifattura fl-oqsma tal-mikroelettronika, l-ottika u l-fiżika teknika. Il-Ioffe Institute jwettaq kompiti kritiċi ta’ żvilupp ta’ bażi ta’ komponenti domestiċi fil-qasam tal-ottoelettronika, b’mod partikolari lasers għal diversi applikazzjonijiet. Il-Ioffe Institute jirċievi appoġġ finanzjarju u istituzzjonali mill-Istat għal dawk il-proġetti. Barra minn hekk, it-teknoloġiji żviluppati mill-Ioffe Institute jintużaw biex jissostitwixxu teknoloġiji importati f’industriji Russi importanti, inkluż fl-industrija militari. Għalhekk, il-Ioffe Institute jappoġġa lil u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni illegali tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
515. |
Autonomous Non-Commercial Organization "Directorate of the Exhibition of Achievements “‘Russia’" bir-Russu: Автономная Некоммерческая Организация “Дирекция Выставки Достижений ‘Россия’” magħrufa wkoll bħala National Center "Russia" magħrufa wkoll bħala АНО "ДВД ‘Россия ‘" magħrufa wkoll bħala Национальный центр "Россия" |
Indirizz: Krasnopresnenskaya embankment 14, Moscow, Russian Federation Tip ta’ entità: Organizzazzjoni awtonoma mingħajr skop ta’ qligħ Post tar-reġistrazzjoni: Brodnikov pereulok 7, Moscow, Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 9.3.2023 Numru tar-reġistrazzjoni: 1237700185645 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 9703137862 |
L-Autonomous Non-Commercial Organization "Directorate of the Exhibition of Achievements ‘Russia’"organizzat il-wirja u forum internazzjonali "Russia" u issa tmexxi n-National Center "Russia". F’Lulju 2024, il-President Vladimir Putin iffirma ordni biex jistabbilixxi n-National Center "Russia" biex jippreserva l-wirt tal-wirja fuq bażi permanenti. Fil-wirja "Russia", kif ukoll fin-National Center "Russia", kien hemm wirjiet fuq it-territorji Ukreni okkupati illegalment, li huma ppreżentati bħala territorji tal-Federazzjoni Russa u jintwerew flimkien ma’ territorji Russi. Fil-wirja, isiru regolarment avvenimenti li jiċċelebraw l-okkupazzjoni Russa u l-annessjoni tat-territorji Ukreni. Għaldaqstant, l-Autonomous Non-Commercial Organization "Directorate of the Exhibition of Achievements ‘Russia’" qed tappoġġa u timplimenta politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
516. |
Limited Liability Company “Eliars” bir-Russu: Общество c ограниченной ответственностью “Элиарс” magħrufa wkoll bħala LLC Eliars magħrufa wkoll bħala ООО Элиарс |
Indirizz: Konstruktore Guskova 8, Moscow, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 12.2.2015 Numru tar-reġistrazzjoni: 1157746097629 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7735140825 Individwi assoċjati: Sergey Nikolaevich Atlivanchik – Direttur Ġenerali |
LLC Eliars hija kumpanija Russa involuta fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ tagħmir tal-mikromewġ. Żviluppat u pproduċiet is-sistema Zont (Umbrella), sistema kontra d-droni li tippermetti l-qerda tas-sinjali għal vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord. Is-sistema Zont intużat mill-forzi armati Russi fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, LLC Eliars qed tappoġġa, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li jheddu l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
517. |
Federal State Budgetary Educational Institution of Higher Education "Russian Presidential Academy of National Economy and Public Administration" bir-Russu: Российская Академия Народного Хозяйства и Государственной Службы При Президенте Российской Федерации magħrufa wkoll bħala Russian Presidential Academy of National Economy and Public Administration magħrufa wkoll bħala RANEPA magħrufa wkoll bħala ФГБОУ ВО "Российская Академия Народного Хозяйства и Государственной Службы При Президенте Российской Федерации" РАНХИГС |
Indirizz: Vernadskogo prospect 82, Moscow, Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 6.11.1992 Numru tar-reġistrazzjoni: 1027739610018 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7729050901 Individwi assoċjati: Alexey Gennadyevich Komissarov – rettur |
Il-Federal State Budgetary Educational Institution of Higher Education "Russian Presidential Academy of National Economy and Public Administration" (RANEPA) hija istituzzjoni federali ta’ edukazzjoni għolja fil-Federazzjoni Russa. RANEPA hija l-istituzzjoni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-hekk imsejjaħ programm "Time of Heroes", li tnieda fuq l-inizjattiva tal-President Russu biex jipprovdi taħriġ għas-suldati Russi li ġġieldu fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. L-għan tat-taħriġ huwa li jħejji lill-veterani Russi għal pożizzjonijiet maniġerjali fl-amministrazzjoni pubblika ta’ kumpaniji tal-Istat, u b’hekk joffrilhom spinta sinifikanti fil-karriera talli ħadu sehem fil-gwerra. Għaldaqstant, il-Federal State Budgetary Educational Institution of Higher Education "Russian Presidential Academy of National Economy and Public Administration" qed tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
518. |
Joint Stock Company “Scientific Research Institute of Computing Complexes Named After M.A. Kartsev” bir-Russu: Акционерное общество “Научно-Исследовательский Институт Вычислительных Комплексов им. М.А. Карцева” magħrufa wkoll bħala JSC “Scientific Research Institute of Computing Complexes Named After M.A. Kartsev” magħrufa wkoll bħala JSC "NIIVK IM. M.A. KARTSEV" magħrufa wkoll bħala Научно-Исследовательский Институт Вычислительных Комплексов им. М.А. Карцева magħrufa wkoll bħala АО "НИИВК ИМ. М.А. КАРЦЕВА" |
Indirizz: Profsoyuznaya street 108, Moscow, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 4.2.2003 Numru tar-reġistrazzjoni: 1037700128828 Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7728032882 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Individwi assoċjati: Alexey Vladislavovich Gorshkov – Direttur Ġenerali |
JSC “Scientific Research Institute of Computing Complexes Named After M.A. Kartsev” hija istitut ta’ riċerka bbażat fir-Russja u involut fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAVs). Ipproduċiet diversi tipi differenti ta’ UAVs, li ġew ittestjati jew ser jiġu ttestjati mill-forzi armati Russi fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għalhekk, JSC “Scientific Research Institute of Computing Complexes Named After M.A. Kartsev” qed tappoġġa azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
519. |
Joint Stock Company “Voskresensky Aggregation Factory” bir-Russu: Акционерное общество "Воскресенский агрегатный завод" magħrufa wkoll bħala JSC "Voskresensky Aggregation Factory" magħrufa wkoll bħala Voskresenskiy Aggregate Plant magħrufa wkoll bħala Federal State Enterprise "Voskresensk State Aggregate Plant" magħrufa wkoll bħala FKP VGKAZ magħrufa wkoll bħala АО "ВАЗ" magħrufa wkoll bħala АО “Воскресенский агрегатный завод” magħrufa wkoll bħala ФКП "Воскресенский Государственный Казенный Агрегатный Завод" magħrufa wkoll bħala Федеральное Казенное Предприятие “Воскресенский Государственный Казенный Агрегатный Завод” |
Indirizz:140250, Moscow region, Voskresensk urban district, Beloozersky town, Tsiolkovsky st., 6, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Data tar-reġistrazzjoni: 31.1.2023 Numru tar-reġistrazzjoni: 1235000011058 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation INN: 5005073080 OKPO: 80688660 Individwi assoċjati: Aleksandr Vyacheslavovich Sychugov – Maniġer Ġenerali Entità assoċjata: JSC Concern VKO Almaz-Antey |
JSC "Voskresensky Aggregation Factory" tibni missili ggwidati kontra l-inġenji tal-ajru, missili ggwidati mill-ajru għall-ajru u mill-ajru għall-wiċċ, missili kruċiera, bombi bi splussiv qawwi mitluqin mill-ajru (FABs) u FABs imtejba b’moduli unifikati ta’ gliding u korrezzjoni li jittrasformaw lil bombi Russi f’waqgħa ħielsa f’bombi ggwidati, għall-benefiċċju tal-militar Russu, inkluż għall-użu fl-Ukrajna. L-uniku azzjonist ta’ JSC Voskresensky Aggregation Factory huwa JSC Concern VKO Almaz-Antey, manifattur tal-armi tal-Istat Russu li jiżviluppa sistemi ta’ difiża u ta’ missili kruċieri kontra l-inġenji tal-ajru għall-militar Russu. Għalhekk, JSC Voskresensky Aggregation Factory qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, hija assoċjata ma’ Joint Stock Company Almaz-Antey air and space defence corporation, kumpanija tal-Istat Russu responsabbli għall-appoġġ materjali ta’ azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
520. |
Joint Stock Company “BTK Group” bir-Russu: Акционерное общество "БТК Групп" magħrufa wkoll bħala JSC BTK Group |
Indirizz: Prashskaya Street 10, 192241 St. Petersburg, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Numru tar-reġistrazzjoni: 1027807989879 INN: 7816043890 |
JSC BTK Group hija kumpanija Russa li tispeċjalizza f’uniformijiet u ħwejjeġ speċjali għal skopijiet militari. Hija fost il-kumpaniji inklużi fir-reġistru ta’ organizzazzjonijiet tal-kumpless tal-industrija tad-difiża tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ. JSC BTK Group twassal ħwejjeġ militari lill-Ministeru għad-Difiża Russu u lill-Gwardja Nazzjonali tar-Russja (Rosgvardia), inkluż għall-użu f’operazzjonijiet ta’ ġlied fl-Ukrajna. Għalhekk, JSC BTK Group qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
521. |
Oko Design Bureau bir-Russu: Конструкторское бюро "Око" magħruf ukoll bħala КБ "Око" |
Indirizz: St. Petersburg, Russian Federation Email: oko-kb@yandex.ru Sit web: http://oko-kb.ru/ |
Oko Design Bureau hija kumpanija maħluqa fl-2022 li tipproduċi żewġ tipi ta’ droni bl-isem Privet-82 u Privet-120. Id-droni Privet-82 ġew introdotti fuq il-front fil-gwerra fl-Ukrajna lill-unitajiet tal-Armata Russa fl-ewwel nofs tal-2023 u minn dak iż-żmien intużaw b’mod mifrux fil-ġlied. Id-droni Privet-82 prodotti minn Oko Design Bureau rċevew appoġġ sħiħ mill-Ministeru għad-Difiża Russu u lestew it-testijiet kollha. Oko Design Bureau ħa sehem fil-Forum Army2023 fejn ippreżenta l-prodotti tiegħu. Għalhekk, Oko Design Bureau qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, qed jappoġġa lil u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
522. |
China Head Aerospace Technology Company biċ-Ċiniż: 北京和德宇航技术有限公司 magħrufa wkoll bħala Beijing Head Aerospace Technology magħrufa wkoll bħala Beijing Hede Aerospace Technology |
Indirizz: 5F, Bldg 5, Science and Technology Park, A-2 North Xisanhuan Road, Haidian District, Beijing 100021, People’s Republic of China Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Numru tar-reġistrazzjoni: 110108010146888 Kodiċi ta’ Kreditu Soċjali Unifikat: 91110108661572276L |
Iċ-China Head Aerospace Technology hija ditta bbażata fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina speċjalizzata fil-produzzjoni ta’ immaġnijiet bis-satellita. Id-ditta hija fornitur uffiċjali ta’ data ta’ telerilevament lid-ditta Russa Rakurs, li hija fornitur tal-Ministeru għad-Difiża tar-Russja. Din il-kooperazzjoni kummerċjali, li daħlet fis-seħħ ftit ġimgħat wara l-bidu tal-gwerra fl-Ukrajna, inkludiet il-programm ta’ software fotogrammetriku PHOTOMOD li huwa s-sistema ta’ detezzjoni topografika ewlenija użata mid-Direttorat Topografiku Militari tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Fil-kuntest ta’ dan il-programm, China Head Aerospace Technology ipprovdiet settijiet ta’ data topografika u servizzi satellitari oħra, li Rakurs qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-klijenti ta’ PHOTOMOD, inkluż tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Billi appoġġat materjalment lill-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa permezz tal-forniment ta’ data topografika u servizzi satellitari, China Head Aerospace Technology għalhekk tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità jew l-istabbiltà tal-Ukrajna, u tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
523. |
Closed Joint Stock Company “Donobuv” bir-Russu: Закрытое Акционерное Общество "Донобувь" magħrufa wkoll bħala CJSC Donobuv |
Indirizz: 344006, Rostov region, Rostov-On-Don, Suvorova st., 25, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Magħluqa Numru tar-reġistrazzjoni: 1026103161930 INN: 6163013800 KPP: 616301001 |
CJSC Donobuv hija produttur ta’ żraben għall-Ministeru għad-Difiża Russu u hija fost l-organizzazzjonijiet inklużi fir-reġistru konsolidat ta’ organizzazzjonijiet tal-kumpless industrijali tad-difiża tar-Russja. Donobuv aġġustat il-produzzjoni tagħha għall-ħtiġijiet tal-Ministeru għad-Difiża. CJSC Donobuv timpjega wkoll parteċipanti fil-gwerra wara s-servizz tagħhom fl-Ukrajna. Għalhekk, CJSC Donobuv tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
524. |
Joint Stock Company “Zelenograd Nanotechnology Center” bir-Russu: Акционерное общество “Зеленоградский Нанотехнологический Центр” magħrufa wkoll bħala JSC “Zelenograd Nanotechnology Center” magħrufa wkoll bħala АО "ЗНТЦ" |
Indirizz: Solnechnaya 6, Zelenograd, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Data tar-reġistrazzjoni: 22.7.2010 Numru tar-reġistrazzjoni: 1107746582052 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7735570680 Individwi assoċjati: Anatoly Andreevich Kovalev – Direttur Ġenerali |
JSC Zelenograd Nanotechnology Center hija kumpanija Russa tar-riċerka u l-manifattura li qed tiżviluppa u tipproduċi komponenti elettroniċi ta’ teknoloġija avvanzata, inkluż għall-iżvilupp tal-kumpless militari-industrijali Russu. Qed topera fiż-Żona Ekonomika Speċjali "Technopolis Moscow". Għal kumpaniji li joperaw f’dik iż-żona ekonomika speċjali, il-Gvern Russu joffri reġim speċjali ta’ taxxa, li jinkludi taxxa fuq l-introjtu aktar baxxa u l-ebda taxxa fuq il-proprjetà, taxxa fuq it-trasport jew dazji doganali. Il-kumpanija tibbenefika mill-fatt li topera f’ambjent privileġġat offrut mill-Gvern Russu. Għalhekk, JSC Zelenograd Nanotechnology Center qed tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. JSC Zelenograd Nanotechnology Center iffirmat ukoll ftehim ta’ kooperazzjoni fit-tul biex tiżviluppa l-inġinerija elettronika domestika Russa ma’ Mikron JSC, li hija l-akbar manifattur Russu tal-mikroelettronika, biex tipproduċi mikroċipep bl-għan li tissostitwixxi l-importazzjonijiet minn barra l-pajjiż. Mikron JSC għandha liċenzji amministrati mis-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa (FSB). Peress li ġie ffirmat ftehim ta’ kooperazzjoni fit-tul bejn iż-żewġ entitajiet għal attivitajiet konġunti, JSC Zelenograd Nanotechnology Center hija għalhekk assoċjata ma’ Mikron JSC, li tikkostitwixxi entità li topera fis-settur Russu tal-IT b’liċenzja amministrata miċ-Ċentru tal-FSB għall-Għoti ta’ Liċenzji, iċ-Ċertifikazzjoni u l-Ħarsien tas-Sigrieti tal-Istat. |
24.2.2025 |
525. |
Limited Liability Company “Media Group NewsFront” bir-Russu: Общество с ограниченной ответственностью “Медиагрупп Ньюсфронт" magħrufa wkoll bħala LLC Media Group NewsFront magħrufa wkoll bħala NewsFront magħrufa wkoll bħala ООО "Медиагрупп Ньюсфронт" |
Indirizz: 298404, Autonomous Republic of Crimea, Bakhchysaray, Bakhchysaraysky district, st. Gagarina, 11, sq. 21, Ukraine Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Data tar-reġistrazzjoni: 2.4.2015 Numru tar-reġistrazzjoni: 1159102083238 Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 9104005842 Post prinċipali tan-negozju: Crimea Individwi assoċjati: Konstantin Knyrik – Direttur u fundatur |
LLC Media Group NewsFront (NewsFront) hija kumpanija bbażata fil-Krimea li jippreżenta interpretazzjonijiet qarrieqa tal-istorja u informazzjoni manipulata, f’konformità mal-messaġġi tal-Kremlin. Regolarment tipprovdi pjattaforma għar-rappreżentanti tal-gvern Russu u xxerred gideb u t-teoriji ta’ komplott dwar l-Ukrajna. NewsFront għandha fil-mira udjenzi Ewropej u dinjin u sservi bħala punt ta’ referenza għall-kumpaniji lokali ta’ diżinformazzjoni fl-Istati Membri tal-Unjoni. NewsFront għandha rabtiet mal-Kremlin u mas-servizzi sigrieti tar-Russja, jiġifieri s-Servizz Federali tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. LLC Media Group NewsFront inħolqot minn Konstantin Knyrik, attivist favur ir-Russja soġġett għal miżuri restrittivi tal-Unjoni, u hija proprjetà tiegħu. Għalhekk LLC Media Group NewsFront qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali tal-Ukrajna. Hija assoċjata wkoll ma’ Konstantin Knyrik. |
24.2.2025 |
526. |
Enutek Makina Sanayi Ve Ticaret |
Indirizz: C-32 Blok, No:15-24 Kocatepe Mahallesi Yag Iskelesi Caddesi, Bayrampasa Istanbul (Europe), Türkiye Tip ta’ entità: Kumpanija b’responsabbiltà limitata Post tar-reġistrazzjoni: Türkiye Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 3361229712 |
Enutek Makina Sanayi Ve Ticaret hija kumpanija Torka involuta fi skema ta’ ċirkomvenzjoni ċċentrata madwar il-kumpanija azzjonarja Russa Promtech JSC. Promtech JSC importat ripetutament oġġetti ta’ oriġini Ewropea waqt li dawk il-prodotti kienu soġġetti għal restrizzjonijiet Ewropej fuq l-esportazzjoni. B’mod partikolari, Promtech JSC importat dawk l-oġġetti permezz ta’ network ta’ sussidjarji Russi u permezz ta’ Enutek Makina Sanayi Ve Ticaret. Għalhekk, Enutek Makina Sanayi Ve Ticaret iffaċilitat il-ksur tal-projbizzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni tar-reġim ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni imposta fuq il-Federazzjoni Russa. |
24.2.2025 |
527. |
“Promtech” Joint Stock Company bir-Russu: Акционерное общество "Промтех" magħrufa wkoll bħala Promtech JSC magħrufa wkoll bħala Industrial Technologies Joint Stock Company magħrufa wkoll bħala Акционерное общество “Промышленные Технологии” magħrufa wkoll bħala "Промтех" |
Indirizz: 141984, Moscow region, Dubna, Science Avenue, Bldg. 14, K. 5, Room 7, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Numru tar-reġistrazzjoni: 1085024625510 Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 5024101198 Individwi assoċjati: Valery Vladimirovich Shadrin |
Promtech JSC hija kumpanija azzjonarja Russa li importat ripetutament oġġetti ta’ oriġini Ewropea waqt li dawk il-prodotti kienu soġġetti għal restrizzjonijiet Ewropej fuq l-esportazzjoni. B’mod partikolari, Promtech JSC importat dawk l-oġġetti permezz ta’ network ta’ sussidjarji Russi u permezz tal-kumpanija Torka Enutek Makina Sanayi Ve Ticaret. B’hekk, Promtech JSC iffaċilitat il-ksur tal-projbizzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni tar-reġim ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni imposta fuq il-Federazzjoni Russa. |
24.2.2025 |
528. |
Fund for the Development of Weapons Technologies and Production “Lobaev Foundation” bir-Russu: Фонд Развития Оружейных Технологий и Производств Фонд Лобаева (Фонд Лобаева) magħrufa wkoll bħala Lobaev Foundation |
Indirizz: 249100, Russian Federation, Kaluga region, Tarus district, Tarusa, Lenin street, Zd. 61, Str. 1, Office 1 Tip ta’ entità: Fondazzjoni tal-Karità Privata Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 4.4.2023 Numru tar-reġistrazzjoni: 1234000002521 Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 4000000400 KPP: 400001001 Sit web: lobaevfond.ru |
Fund for the Development of Weapons Technologies and Production “Lobaev Foundation” (Lobaev Foundation) hija unità tal-grupp ta’ entitajiet Lobaev u tiġbor fondi biex tiffinanzja l-proġetti ta’ LLC Trading House Lobaev Arms. L-azzarini ta’ Lobaev Arms jintużaw mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. L-użu popolari għamel l-azzarini ta’ Lobaev Arms wieħed mis-simboli tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja. Lobaev Foundation qed tiffinanzja żviluppi ġodda fis-settur tal-armi u l-produzzjoni ta’ vetturi tal-ajru mingħajr bdot, qed tittrasporta armi u munizzjon lis-servizzi speċjali u l-unitajiet militari, u qed tiġbor flus biex tiffinanzja dawk l-attivitajiet. Il-Fondazzjoni Lobaev tipprovdi assistenza lill-membri tas-servizz tal-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa u lis-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, il-Lobaev Foundation tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u tappoġġa u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
529. |
Joint Stock Company "Novo-Vyatka" bir-Russu: Акционерное общество “Ново-Вятка” magħrufa wkoll bħala АО Ново-Вятка magħrufa wkoll bħala JSC Novo-Vyatka magħrufa wkoll bħala JSC Novo-Viatka magħrufa wkoll bħala Mechanical Plant "Novo-Vyatka" |
Indirizz: 610008, Russian Federation, Kirovskaya Obl., Kirov, Ul. Sovetskaya, D. 51 Korp. 2 Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Mhux Pubblika Post tar-reġistrazzjoni: Kirov, Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 2.6.2003 Numru tar-reġistrazzjoni: 1034316578680 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 4345029946 KPP: 434501001 Sit web: nmz.ru Tel: + 7 (8332) 31-84-00 Indirizz elettroniku: info@nmz.ru |
JSC Novo-Vyatka hija manifattur ta’ armi u munizzjon, u għalhekk parti mill-kumpless militari-industrijali Russu. Fl-2023 u l-2024, JSC Novo-Vyatka rċeviet sussidji mill-Istat taħt programm imfassal biex jiffinanzja t-taħriġ ta’ ħaddiema tal-industrija militari ta’ entitajiet magħżula. Għalhekk, Novo-Vyatka tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed tibbenefika minnu. |
24.2.2025 |
530. |
Limited Liability Company “Invest Flot” bir-Russu: Общество с ограниченной ответственностью “Инвест Флот” magħrufa wkoll bħala LLC Invest Flot magħrufa wkoll bħala Invest Flot magħrufa wkoll bħala LLC Invest Fleet |
Indirizz: Vasi Alexeeva 14, St. Petersburg, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Responsabbiltà Limitata Post tar-reġistrazzjoni: St. Petersburg, Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 15.12.2023 Numru tar-reġistrazzjoni: 1237800143569 Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7805812079 |
LLC Invest Flot (Invest Fleet) hija kumpanija ġestita minn SKF Arktika, kumpanija li tappartjeni għall-grupp Sovcomflot. LLC Invest Flot twettaq trasport bil-baħar ta’ żejt mhux maħdum u prodotti taż-żejt, inkluż għal skopijiet ta’ esportazzjoni, billi timmaniġġa bosta tankers involuti f’tali esportazzjoni. Is-settur tal-enerġija, speċjalment iż-żejt, jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, LLC Invest Flot hija involuta f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Diversi tankers ġestiti minn LLC Invest Flot huma parti mill-hekk imsejħa "flotta mistura" responsabbli għall-esportazzjoni taż-żejt billi jevitaw il-mekkaniżmu tal-limitu massimu tal-prezz taż-żejt. Għalhekk, LLC Invest Flot qed tfixkel b’mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK u tar-Regolament (UE) Nru 833/2014. Hija assoċjata wkoll ma’ JSC Sovcomflot. |
24.2.2025 |
531. |
Limited Liability Company “SKF Arktika” bir-Russu: Общество с ограниченной ответственностью “СКФ Арктика” magħrufa wkoll bħala LLC SKF Arktika magħrufa wkoll bħala SKF Arktika magħrufa wkoll bħala SCF Arktika |
Indirizz: Moika embankment 3, St. Petersburg, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’responsabbiltà limitata Post tar-reġistrazzjoni: St. Petersburg, Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 25.4.2011 Numru tar-reġistrazzjoni: 1117847157086 Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7841443821 |
LLC SKF Arktika hija kumpanija azzjonarja tal-grupp Sovcomflot. Hija wkoll il-kumpanija maniġerjali ta’ LLC Yuzhny Flot (South Fleet) u LLC Invest Flot (Invest Fleet), li t-tnejn li huma joperaw tankers taż-żejt b’rabtiet preċedenti fit-tul ma’ Sovcomflot. Is-settur tal-enerġija, speċjalment iż-żejt, jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, LLC SKF Arktika hija involuta f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Diversi tankers ġestiti minn LLC Invest Flot u LLC Yuzhny Flot, it-tnejn ġestiti minn LLC SKF Arktika, huma parti mill-hekk imsejħa "flotta mistura" responsabbli għall-esportazzjoni taż-żejt billi jevitaw il-mekkaniżmu tal-limitu massimu tal-prezz taż-żejt. Għalhekk, LLC SKF Arktika qed tfixkel b’mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK u tar-Regolament (UE) 833/2014. Hija assoċjata wkoll ma’ JSC Sovcomflot. |
24.2.2025 |
532. |
Limited Liability Company “Yuzhny Flot” bir-Russu: Общество с ограниченной ответственностью “Южный Флот” magħrufa wkoll bħala LLC Yuzhny Flot magħrufa wkoll bħala Yuzhny Flot magħrufa wkoll bħala LLC South Fleet magħrufa wkoll bħala South Fleet |
Indirizz: Vasi Alexeeva 14, St. Petersburg, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’responsabbiltà limitata Post tar-reġistrazzjoni: St. Petersburg, Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 29.9.2022 Numru tar-reġistrazzjoni: 1227800127840 Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7840102191 |
LLC Yuzhny Flot (South Fleet) hija kumpanija ġestita minn SKF Arktika, kumpanija li tappartjeni għall-grupp Sovcomflot. LLC Yuzhny Flot twettaq trasport bil-baħar ta’ żejt mhux maħdum u prodotti taż-żejt, inkluż għal skopijiet ta’ esportazzjoni, billi timmaniġġa bosta tankers involuti f’tali esportazzjoni. Is-settur tal-enerġija, speċjalment iż-żejt, jipprovdi dħul sostanzjali lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, LLC Yuzhny Flot hija involuta f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Diversi tankers ġestiti minn LLC Invest Flot huma parti mill-hekk imsejħa "flotta mistura" responsabbli għall-esportazzjoni taż-żejt billi jevitaw il-mekkaniżmu tal-limitu massimu tal-prezz taż-żejt. Għalhekk, LLC Yuzhny Flot qed tfixkel b’mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK u tar-Regolament (UE) Nru 833/2014. Hija assoċjata wkoll ma’ JSC Sovcomflot. |
24.2.2025 |
533. |
Joint Stock Company "Asteis" bir-Russu: Акционерное общество “Астейс” magħrufa wkoll bħala АО "Aстейс" magħrufa wkoll bħala JSC Asteis magħrufa wkoll bħala JSC Asteys magħrufa wkoll bħala JSC Astais |
Indirizz: 423800, Russian Federation, Republic of Tatarstan, Naberezhnye Chelny city, Proezd Rezervnyi 28 Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Post tar-reġistrazzjoni: Tatarstan Republic, Russian Federation, Data tar-reġistrazzjoni: 12.2.2007 Numru tar-reġistrazzjoni: 1071650002874 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 1650153253 KPP: 165001001 Sit web: https://www.astais.ru/ Tel: + 7 (8552) 44-39-99, + 7 (8552) 44-39-98 Indirizz elettroniku: info@astais.ru, op@astais.ru |
JSC Asteis hija żviluppatur u produttur ta’ vetturi bi skop speċjali. Il-kumpanija hija waħda mill-akbar manifatturi ta’ tagħmir speċjali mmuntat fuq ix-xażi għal skopijiet ċivili u militari fir-Russja. JSC Asteis timmanifattura u tforni vetturi (inkluż vetturi armati Patrol-IV (Asteis 70202)) użati mill-militar Russu fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk, JSC Asteis tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi tforni vetturi armati lill-unitajiet militari Russi (b’mod partikolari lill-unitajiet tal-pulizija militari u lill-unitajiet tal-azzarini motorizzati), JSC Asteis tappoġġa wkoll u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
534. |
Joint Stock Company "Samara Electromechanical Plant" bir-Russu: Акционерное общество "Самарский Электромеханический Завод" magħrufa wkoll bħala JSC SEMZ magħrufa wkoll bħala AO “Самарский Электромеханический Завод” magħrufa wkoll bħala АО СЭМЗ |
Indirizz: 443099, Russian Federation, Samara Region, Samara, Stepan Razin Street, 16 Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Pubblika Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 27.9.2011 Numru tar-reġistrazzjoni: 1116317006299 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa 6317088527 KPP: 631701001 Sit web: https://smrsemz.ru Tel: +7 846 332-24-02 Indirizz elettroniku: mail@smrsemz.ru |
JSC "Samara Electromechanical Plant" (JSC SEMZ) hija kumpanija tal-industrija militari Russa. JSC SEMZ timmanifattura prodotti ta’ teknoloġija avvanzata, mekkanika ta’ preċiżjoni, elettronika u diversi partijiet ta’ magni, kif ukoll unitajiet ta’ tagħmir elettroniku għal kumplessi għal skopijiet speċjali. JSC SEMZ tipprovdi l-prodotti tagħha lil entitajiet tal-industrija tal-istat u militari, li jinkorporaw il-prodotti f’magni u tagħmir użati mill-militar Russu. Għalhekk, JSC SEMZ tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
535. |
Joint Stock Company Integral – "Integral" Holding Managing Company bir-Russu: Открытое Акционерное Общество “Интеграл” magħrufa wkoll bħala ОАО “Интеграл” – управляющая компания холдинга “Интеграл” magħrufa wkoll bħala JSC "Integral" |
Indirizz: Kazintsa I.P., 121A, room 327, Minsk, 220108, Belarus Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Post tar-reġistrazzjoni: Minsk, Belarus Data tar-reġistrazzjoni: 1.8.2013 Numru tar-reġistrazzjoni: 100386629 Post prinċipali tan-negozju: Belarus |
JSC Integral hija manifattur Belarussu ta’ semikondutturi, ċirkwiti integrati u oġġetti oħra ta’ teknoloġija avvanzata. Il-prodotti tagħha jinxtraw minn entitajiet Russi li jipparteċipaw fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (inkluż Roscosmos, aġenzija tal-Gvern Russu, Ulyanovsk Instrument Design Bureau u Radar MMS), u l-prodotti tagħha nstabu fil-kamp tal-battalja. Ordnijiet ta’ xiri bħal dawn huma kbar u jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tal-esportazzjonijiet tal-kumpanija. Is-semikondutturi huma vitali għall-isforz tal-gwerra tar-Russja u r-Russja diġà investiet USD 350 miljun f’JSC Integral. Għalhekk, JJSC Integral qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, JSC Integral tikkoopera ma’ Ulyanovsk Instrument Design Bureau u ma’ Radar MMS, u għalhekk hija assoċjata magħhom. |
24.2.2025 |
536. |
Joint Stock Company "Black Sea Development and Reconstruction Bank" bir-Russu: Акционерное общество “Черноморский Банк Развития и Реконструкции” |
Indirizz: 24 ul. Bolshevistskaya, Simferopol, Crimea, 295001, Ukraine Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Post tar-reġistrazzjoni: L-ewwel: Ukraine, imbagħad, wara l-annessjoni illegali tal-Krimea: Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 22.7.1992 (Ukraine), 13.8.2014 (Russian Federation) Numru tar-reġistrazzjoni: 1149102030186 INN: 9102019769 OKPO: 00204814 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation u Crimea |
Joint Stock Company "Black Sea Development and Reconstruction Bank" (ChBRR) huwa bank reġjonali b’network ta’ uffiċċji fil-bliet u ċ-ċentri distrettwali kollha fil-Krimea. Fost is-servizzi li jipprovdi ChBRR hemm is-self għal negozju, is-servizzi ta’ flus kontanti u ta’ saldu, is-self lill-konsumaturi, id-depożiti b’terminu fiss, is-servizzi ta’ ġestjoni tal-kontijiet remoti, u t-tranżazzjonijiet tal-munita. Bl-operat tiegħu fil-Krimea, ChBRR ikkonsolida l-peniżola okkupata fil-Federazzjoni Russa permezz tas-sistema finanzjarja. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, ChBRR kompla jopera f’territorji okkupati. Meta l-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna rrevoka l-liċenzja tiegħu u ddeċieda li jillikwida l-ChBRR, ChBRR kompla jopera fil-Krimea taħt is-superviżjoni tal-Bank Ċentrali tal-Federazzjoni Russa. Fl-2014, ChBRR kiseb liċenzja bankarja maħruġa mill-Bank Ċentrali tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, ChBRR huwa entità jew korp li jappoġġa, materjalment jew finanzjarjament, lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa jew jibbenefika minnu, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u huwa persuna ġuridika, entità jew korp involut f’setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
537. |
Joint Stock Company "Morion" bir-Russu: Акционерное общество "Морион" magħrufa wkoll bħala JSC Morion magħrufa wkoll bħala АО Морион |
Indirizz: 199155, Saint Petersburg, Pr. Kima D. 13 A, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 19.7.1993 Numru tar-reġistrazzjoni: 1037800001304 Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7801016421 OKPO: 07614320 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation |
JSC Morion hija intrapriża Russa ewlenija fl-iżvilupp u l-produzzjoni serjali ta’ apparati għall-istabbilizzazzjoni u l-għażla tal-frekwenza pjeżoelettrika(jiġifieri ġeneraturi tal-kwarz, filtri u reżonaturi), li hija tforni lill-industrija tad-difiża Russa. JSC Morion hija mgħammra b’tagħmir modern ta’ prestazzjoni għolja u tagħmir ta’ kejl ta’ preċiżjoni għolja u għandha teknoloġija avvanzata ta’ klassi dinjija. Għaldaqstant, JSC Morion hija responsabbli għall-appoġġ materjali jew finanzjarju ta’ azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Bħala fornitur għall-kumpless militari-industrijali tal-Federazzjoni Russa, JSC Morion qed tibbenefika wkoll minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
538. |
Joint Stock Company “Faraday” bir-Russu: Акционерное общество “Компания Фарадей” |
Indirizz: 117574 Moscow, Golubinskaya Str. 8, Russian Federation Tip ta’ entità: Kumpanija b’Ishma Konġunti Numru tar-reġistrazzjoni: 1037700016991 Data tar-reġistrazzjoni: 13.1.2003 Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 7728135260 KPP: 772801001 |
JSC Faraday hija manifattur taż-żraben għall-Armata Russa, kif ukoll għall-Ministeru għall-Intern Russu u għal Rosgvardia. JSC Faraday hija fost l-organizzazzjonijiet inklużi fir-reġistru konsolidat tal-organizzazzjonijiet tal-kumpless industrijali tad-difiża u rċeviet sussidji mill-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ biex tgħammar mill-ġdid il-fabbrika tagħha biex taqdi r-rekwiżiti militari. Il-prodotti ta’ Faraday intużaw mill-forzi Russi fl-Ukrajna. Għalhekk, JSC Faraday tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u tappoġġa u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. |
24.2.2025 |
539. |
State Unitary Enterprise of the Donetsk People’s Republic "Komtel" bir-Russu: Государственное Унитарное Предприятие Донецкой Народной Республики “Комтел” magħrufa wkoll bħala SUE DPR "KOMTEL" magħrufa wkoll bħala ГПУ ДНР "КОМТЕЛ" |
Indirizz: Komsomolsky Pr. 22, Donetsk city, Donetsk District, so-called "Donetsk People’s Republic" Tip ta’ entità: Intrapriża Unitarja Statali Post tar-reġistrazzjoni: Komsomolsky Pr. 22, Donetsk city, Donetsk District, so-called "Donetsk People’s Republic" Data tar-reġistrazzjoni inizjali: 28.2.2017 Data tar-reġistrazzjoni fil-Federazzjoni Russa (wara r-referenda illegali li saru fit-territorji okkupati tal-Ukrajna): 30.11.2022 Numru tar-reġistrazzjoni: 1229300115637 Post prinċipali tan-negozju: Non-government controlled areas of Ukraine, namely the oblasts of Donetsk and Luhansk (the so-called "Donetsk People’s Republic" and "Luhansk People’s Republic"), Kherson and Zaporizhzhia Entitajiet assoċjati: L-hekk imsejjaħ gvern tal-hekk imsejħa "Donetsk People’s Republic" |
State Unitary Enterprise of the Donetsk People’s Republic "Komtel" (SUE DPR "KOMTEL") hija operatur tat-telekomunikazzjoni li jopera fir-reġjun okkupat illegalment tal-Ukrajna ta’ Donetsk. Hija twaqqfet mill-hekk imsejħa "Donetsk People’s Republic" u hija ġestita mill-Ministeru għall-Komunikazzjoni tal-hekk imsejħa "Donetsk People’s Republic". Hija tipprovdi servizzi tat-telekomunikazzjoni, inkluż lill-awtoritajiet tal-hekk imsejħa "Donetsk People’s Republic", u ffaċilitat l-organizzazzjoni tal-hekk imsejjaħ referendum dwar l-annessjoni mal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, State Unitary Enterprise of the Donetsk People’s Republic hija responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Hija wkoll assoċjata mal-hekk imsejħa "Donetsk People’s Republic". |
24.2.2025 |
540. |
SouthFront bir-Russu: Южный фронт |
Data tar-reġistrazzjoni: 18.8.2023, qabel irreġistrat bħala southfront.org mit-30.4.2015 Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Indirizz elettroniku: info@southfront.press Siti web: https://southfront.press/category/southfront-tv/; https://southfront.press/; https://de.southfront.press/ |
SouthFront huwa sit web Russu involut f’messaġġi manipulattivi konsistenti f’diversi lingwi permezz ta’ diversi kanali online. Huwa jimmira udjenzi Ewropej u globali b’informazzjoni distorta u manipulata, f’konformità mal-messaġġi tal-Kremlin, li jfittxu b’mod partikolari li jdgħajfu s-sigurtà u l-istabbiltà tal-Ukrajna. SouthFront għandu rabtiet mas-Servizz tas-Sigurtà Federali tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, SouthFront qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
24.2.2025 |
541. |
Garantex |
Indirizz: Presnenskaya embankment 12, Moscow, Russian Federation Tip ta’ entità: Skambju tal-kriptovaluta Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation Indirizzi magħrufa tal-kartieri tal-blockchain ta’ Garantex: ETH: 0x002471b8A185f9980708d0eAEC5B289714F56f8d BTC: bc1qwtz3zv95x2flu4w26kgfepf529z50r2sqc5zml bc1qwxqxd25yk2dtw2ml04vxj9atq3huv4rdytf6vt 3My1ffQr5qQzmq4aBFgRqwRYqfB5zPAt8t BSC: 0x3051Ca7cB7f6C599fA2f27385AD75010cf0f2bbF TRX: TA1hsikRfsgGiW9nEBpT4tEXEySTNYLr2d |
Garantex huwa skambju tal-kriptovaluta bbażat fir-Russja. Il-fondi jistgħu jiġu ddepożitati ma’ Garantex u jiġu rtirati minn Garantex permezz ta’ kards bankarji ta’ Sberbank, T-Bank (li qabel kien Tinkoff Bank) u Alfa-Bank, li huma kollha elenkati fir-Regolament (UE) Nru 269/2014. Il-klijenti ta’ dawk il-banek jistgħu jiksbu aċċess għas-sistema finanzjarja globali permezz ta’ Garantex, peress li r-rubli mill-kontijiet bankarji jiġu skambjati fi kriptovaluta u sussegwentement il-kriptovaluta tiġi skambjata f’muniti oħra. Għalhekk, billi toffri servizzi ta’ depożitu u ta’ rtirar lill-klijenti ta’ dawk it-tliet banek, Garantex hija assoċjata ma’ Sberbank, T-Bank u Alfa-Bank, li huma elenkati fir-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
24.2.2025 |
542. |
Limited Liability Company “TRIMIX” bir-Russu: Общество с ограниченной ответственностью “ТРИМИКС” magħrufa wkoll bħala LLC TRIMIX magħrufa wkoll bħala LLC 3MX |
Indirizz: 194358, Russian Federation, St. Petersburg, 16, litera A, Ul. Khoshimina, Pomeshch. 2-n of. 3.1.17 Tip ta’ entità: Kumpanija b’responsabbiltà limitata Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation Data tar-reġistrazzjoni: 21.7.2023 Numru tar-reġistrazzjoni: 1237800084235 TIN: 7802942873 KPP: 780201001 Indirizz elettroniku: sales@3mx.ru Tel: + 7 (495) 077 04 29 |
LLC TRIMIX timmanifattura sistemi elettroniċi tal-gwerra u sistemi anti-UAV (vetturi tal-ajru mingħajr bdot). Il-prodotti tal-kumpanija (inkluż detetturi tad-dtorni Bulat) jintużaw mill-militar Russu fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Id-detettur tad-droni Bulat ġie ttestjat mid-Direttorat Ewlieni tal-Iżvilupp Innovattiv tal-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. Is-sistemi tal-gwerra elettronika u s-sistemi kontra l-UAV tal-kumpanija jinxtraw uffiċjalment mill-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk, LLC TRIMIX qed tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u qed tappoġġa u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. |
24.2.2025”. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/389/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)