Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025R0243R(01)

Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/243 tat-30 ta’ Jannar 2025 li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u l-prodotti ġerminali tagħhom (ĠU L, 2025/243, 7.2.2025)

C/2025/2296

ĠU L, 2025/90325, 15.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/243/corrigendum/2025-04-15/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/243/corrigendum/2025-04-15/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/90325

15.4.2025

Rettifika tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/243 tat-30 ta’ Jannar 2025 li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u l-prodotti ġerminali tagħhom

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L, 2025/243, tas-7 ta’ Frar 2025 )

Fil-paġna 12, fl-Anness, fil-punt 1, fl-emenda tal-Kapitolu 1, il-punt II.2.10.1.3, tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403,

minflok:

(2) u/jew

[II.2.10.1.3.

l-annimali jkunu ġew soġġetti għal kwarantina għal mill-inqas 30 jum qabel it-tluq u jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-virus-1 tal-erpete bovina (BoHV-1) sħiħ b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fil-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 b’riżultat negattiv, imwettaq fuq kampjun meħud matul l-aħħar 15-il jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna]]]]”,

aqra:

(2) u/jew

[II.2.10.1.3.

l-annimali jkunu ġew soġġetti għal kwarantina għal mill-inqas 30 jum qabel it-tluq u jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-virus-1 tal-erpete bovina (BoHV-1) sħiħ jew, fil-każ tal-annimali mlaqqma bil-vaċċin bil-gE mħassra, l-antikorpi kontra l-proteina gE tal-BoHV-1, b’wieħed mill-metodi dijanjostiċi previsti fl-Anness I, il-Parti 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/688 b’riżultat negattiv, imwettaq fuq kampjun meħud matul l-aħħar 15-il jum qabel id-data tat-tluq tal-kunsinna]]]]”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/243/corrigendum/2025-04-15/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top