This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R0205
Council Regulation (EU) 2025/205 of 30 January 2025 amending Regulation (EC) No 2580/2001 on specific restrictive measures directed against certain persons and entities with a view to combating terrorism
Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/205 tat-30 ta’ Jannar 2025 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/205 tat-30 ta’ Jannar 2025 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
ST/5238/2025/INIT
ĠU L, 2025/205, 31.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/205/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2025/205 |
31.1.2025 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2025/205
tat-30 ta’ Jannar 2025
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/204 tat-30 ta’ Jannar 2025 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (2) jagħti effett għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3). |
(2) |
Fid-19 ta’ Frar 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/628 (4), li fil-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK żiedet, għal perijodu inizjali ta’ 12-il xahar, eżenzjoni umanitarja għal miżuri ta’ ffriżar tal-assi applikabbli għal, u għar-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni lil, persuni, gruppi u entitajiet deżinjati, għall-benefiċċju tal-atturi msemmija fir-Riżoluzzjoni 2664 (2022) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, ta’ organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja, u ta’ organizzazzjonijiet u aġenziji li huma ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru, jew minn aġenzija speċjalizzata ta’ Stat Membru.Barra minn hekk, id-Deċiżjoni (PESK) 2024/628 introduċiet mekkaniżmu ta’ deroga għal dawk l-organizzazzjonijiet u l-atturi involuti f’attivitajiet umanitarji li ma jistgħux jibbenefikaw minn dik l-eżenzjoni umanitarja, u klawżola ta’ rieżami relatata ma’ dawk l-eċċezzjonijiet. |
(3) |
Fit-30 ta’ Jannar 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/204, li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK biex tittawwal l-applikazzjoni tal-eżenzjoni umanitarja sat-22 ta’ Frar 2027. |
(4) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għaldaqstant, notevolment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tagħhom. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 jiġi emendat skont dan. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-paragrafu (7), il-kliem “12-il xahar” huwa sostitwit bil-kliem “24 xahar”; |
(2) |
fil-paragrafu (8) id-data “sat-22 ta’ Frar 2025” hija sostitwita bid-data “sat-22 ta’ Frar 2027”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) ĠU L, 2025/204, 31.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/204/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2001/2580/oj).
(3) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93, ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2001/931/oj).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/628 tad-19 ta’ Frar 2024 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L, 2024/628, 20.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/628/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/205/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)