This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D1464
Commission Implementing Decision (EU) 2025/1464 of 17 July 2025 on the harmonised standard EN 60335-2-14:2006 on particular requirements for kitchen machines drafted in support of Directive 2014/35/EU of the European Parliament and the Council
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1464 tas-17 ta’ Lulju 2025 dwar l-istandard armonizzat EN 60335-2-14:2006 dwar rekwiżiti partikolari għal magni li jintużaw fil-kċina abbozzat b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1464 tas-17 ta’ Lulju 2025 dwar l-istandard armonizzat EN 60335-2-14:2006 dwar rekwiżiti partikolari għal magni li jintużaw fil-kċina abbozzat b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
C/2025/4811
ĠU L, 2025/1464, 18.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1464/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1464 |
18.7.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1464
tas-17 ta’ Lulju 2025
dwar l-istandard armonizzat EN 60335-2-14:2006 dwar rekwiżiti partikolari għal magni li jintużaw fil-kċina abbozzat b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1)(a) tiegħu,
Wara li kkonsultat il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku manifatturat f’konformità ma’ standard armonizzat, li r-referenza għalih ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt li jikkonforma mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza koperti minn tali standard armonizzat. |
|
(2) |
Bl-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu lista sħiħa tat-titoli tal-istandards armonizzati u għall-abbozzar, ir-reviżjoni u t-tlestija ta’ standards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE (“it-talba”). |
|
(3) |
Abbażi ta’ din it-talba, is-CEN u s-CENELEC abbozzaw l-istandard armonizzat EN 60335-2-14:2006, dwar rekwiżiti partikolari għal magni li jintużaw fil-kċina, kif emendat b’EN 60335-2-14:2006/A12:2016, EN 60335-2-14:2006/A11:2012, EN 60335-2-14:2006/A1:2008 u kkoreġut b’EN 60335-2-14:2006/AC:2007 u EN 60335-2-14:2006/A11:2012/AC:2016. Ir-referenza tal-istandard ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2016/C 173/06 (3). |
|
(4) |
Fil-15 ta’ Diċembru 2014, il-Ġermanja qajmet oġġezzjoni formali f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 kontra l-istandard armonizzat EN 60335-2-14:2006, kif emendat b’EN 60335-2-14:2006/A12:2016, EN 60335-2-14:2006/A11:2012, EN 60335-2-14:2006/A1:2008 u kkoreġut b’EN 60335-2-14:2006/AC:2007 u EN 60335-2-14:2006/A11:2012/AC:2016. Il-Ġermanja spjegat li l-istandard armonizzat ma jissodisfax l-objettivi tas-sikurezza tal-punti 1(d), 2(a) u 2(c) tal-Anness I tad-Direttiva 2006/95/KE, peress li l-istandard jistabbilixxi dispożizzjonijiet inadegwati dwar il-fatt li x-xfafar li jaqtgħu fi blenders ma jistgħux jintmessu (bl-eċċezzjoni ta’ blenders li jinżammu fl-idejn) meta dawn ikunu qed jitħaddmu. Il-Ġermanja argumentat li s-sonda tat-test li tintuża skont l-istandard biex tivvaluta l-aċċessibbiltà tax-xfafar li jaqtgħu ta’ mikser, mhijiex ibbażata fuq id-dimensjonijiet tal-ġisem tal-bniedem jew fuq data antropometrika. |
|
(5) |
Fis-26 ta’ Frar 2014, ġiet adottata d-Direttiva 2014/35/UE, li biha tħassret id-Direttiva 2006/95/KE mill-20 ta’ April 2016. L-istandards armonizzati ġew ippubblikati għall-ewwel darba skont id-Direttiva 2014/35/UE permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2016/C 249/03 (4). Il-komunikazzjoni ma kinitx tinkludi referenza għall-istandard armonizzat EN 60335-2-14:2006, għalhekk ma setax jibqa’ jkun hemm preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. |
|
(6) |
Fit-12 ta’ Awwissu 2021, il-Ġermanja ressqet aġġornament sussegwenti dwar l-oġġezzjoni formali tal-15 ta’ Diċembru 2014 kontra l-istandard armonizzat EN 60335-2-14:2006, kif emendat l-aħħar b’EN 60335-2-14/A2:2021, fejn spjegat li dan xorta ma kienx jikkonforma bis-sħiħ mal-objettivi tas-sikurezza tal-punti 1(c), 2(a), 2(c) u 3(b) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/35/UE. |
|
(7) |
L-oġġezzjoni formali ġiet diskussa fil-Kumitat dwar it-Tagħmir Elettriku fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta’ Ġunju 2024. |
|
(8) |
Wara li eżaminat l-istandard EN 60335-2-14:2006, kif emendat u kkoreġut, flimkien mar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-Kumitat dwar it-Tagħmir Elettriku, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istandard armonizzat jonqos milli jilħaq l-objettivi tas-sikurezza stabbiliti fil-punti 1(c), 2(a), 2(c) u 3(b) tal-Anness I tad-Direttiva 2014/35/UE. |
|
(9) |
Filwaqt li jitqies dan ta’ hawn fuq, ir-referenza għall-istandard EN 60335-2-14:2006 “Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-14: Rekwiżiti partikolari għal magni li jintużaw fil-kċina” kif emendat b’EN 60335-2-14:2006/A12:2016, EN 60335-2-14:2006/A11:2012, EN 60335-2-14:2006/A1:2008 u kkoreġut b’EN 60335-2-14:2006/AC:2007 u EN 60335-2-14:2006/A11:2012/AC:2016, jenħtieġ li ma tiġix ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kummissjoni b’dan tiddeċiedi li ma tippubblikax ir-referenza għall-istandard armonizzat EN 60335-2-14:2006 “Apparati elettriċi domestiċi u apparati simili — Sikurezza — Parti 2-14: Rekwiżiti partikolari għal magni li jintużaw fil-kċina” kif emendat b’EN 60335-2-14:2006/A12:2016, EN 60335-2-14:2006/A11:2012, EN 60335-2-14:2006/A1:2008 u kkoreġut b’EN 60335-2-14:2006/AC:2007 u EN 60335-2-14:2006/A11:2012/AC:2016, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.
(2) Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ ( ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/35/oj).
(3) Ir-Rettifika għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 173, 13.5.2016, p. 162).
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 249, 8.7.2016, p. 62).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1464/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)