This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D1110
Council Decision (CFSP) 2025/1110 of 28 May 2025 amending Decision (CFSP) 2020/1999 concerning restrictive measures against serious human rights violations and abuses
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1110 tat-28 ta’ Mejju 2025 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1110 tat-28 ta’ Mejju 2025 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
ST/9165/2025/INIT
ĠU L, 2025/1110, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1110/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2025/1110 |
28.5.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1110
tat-28 ta’ Mejju 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-7 ta' Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 (1). |
(2) |
Fit-8 ta' Diċembru 2020, permezz tad-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) f'isem l-Unjoni Ewropea dwar ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta' ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-realizzazzjoni tat-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem għal kull persuna hija għan strateġiku tal-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem huwa valur fundamentali tal-Unjoni u tal-politika estera u ta' sigurtà komuni tagħha. |
(3) |
F'Marzu 2025, mewġa ta' vjolenza fir-reġjun kostali tas-Sirja ħolqot għadd kbir ta' vittmi, inkluż ħafna persuni ċivili. Fil-11 ta' Marzu 2025, ir-Rappreżentant Għoli ħarġet dikjarazzjoni f'isem l-Unjoni li fiha l-Unjoni kkundannat id-delitti orribbli mwettqa kontra persuni ċivili fil-kuntest ta’ dik il-vjolenza, inkluż qtil arbitrarju. |
(4) |
F'dak il-kuntest, jenħtieġ li żewġ persuni u tliet entitajiet jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999. |
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat f'konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 tas-7 ta' Diċembru 2020 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1999/oj).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:
|
(2) |
l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1110/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)