This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D1096
Council Decision (CFSP) 2025/1096 of 27 May 2025 amending Decision 2013/255/CFSP concerning restrictive measures in view of the situation in Syria
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1096 tas-27 ta’ Mejju 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1096 tas-27 ta’ Mejju 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
ST/8869/2025/INIT
ĠU L, 2025/1096, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1096/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1096 |
28.5.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1096
tas-27 ta’ Mejju 2025
li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK (1). |
|
(2) |
Fis-27 ta' Mejju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1510 (2) li testendi l-miżuri restrittivi li jinsabu fid-Deċiżjoni 2013/255/PESK sal-1 ta' Ġunju 2025. |
|
(3) |
Wara l-waqgħa tar-reġim ta' al-Assad fis-Sirja, fl-24 ta' Frar 2025, il-Kunsill taffa għadd ta' miżuri restrittivi tal-Unjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja sabiex jiffaċilita l-involviment mal-pajjiż, mal-poplu u man-negozji tiegħu fl-oqsma tal-enerġija, tat-trasport u tar-rikostruzzjoni, kif ukoll biex jiffaċilita t-tranżazzjonijiet finanzjarji u bankarji assoċjati. |
|
(4) |
Fl-istess jum, il-Kunsill ħareġ dikjarazzjoni li tiddikjara li d-deżinjazzjonijiet relatati mar-reġim al-Assad, mas-settur tal-armi kimiċi u mal-kummerċ illeċitu tad-droga jenħtieġ li jinżammu. Il-Kunsill iddikjara wkoll li ser ikompli jeżamina jekk is-sospensjonijiet għadhomx adatti, abbażi tal-monitoraġġ mill-qrib tas-sitwazzjoni fil-pajjiż, u ser jikkunsidra l-passi meħuda mis-Sirja għal tranżizzjoni inklużiva f'konformità mad-dikjarazzjonijiet tal-awtoritajiet tranżizzjonali, inkluż l-irfigħ tar-responsabbiltà għar-reati tar-reġim ta' al-Assad, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tas-Sirjani kollha b'ebda tip ta' distinzjoni, u l-istat tad-dritt u d-dritt internazzjonali. Il-Kunsill appella biex tintemm l-interferenza fil-pajjiż ta' atturi barranin destabbilizzanti, filwaqt li fakkar fir-rispett għas-sovranità, l-integrità territorjali u l-għaqda tas-Sirja. |
|
(5) |
Fl-20 ta' Marzu 2025, il-Kunsill Ewropew issottolinja l-importanza ta' tranżizzjoni paċifika u inklużiva fis-Sirja, ħielsa minn interferenza barranija dannuża, u l-protezzjoni tad-drittijiet tas-Sirjani minn kull sfond etniku u reliġjuż mingħajr diskriminazzjoni. Il-Kunsill Ewropew enfasizza ukoll li l-ġustizzja tranżizzjonali komprensiva, b'mod partikolari, hija essenzjali fit-triq lejn ir-rikonċiljazzjoni. Il-Kunsill Ewropew iddeskriva s-sospensjoni tal-miżuri restrittivi mill-Unjoni bħala parti minn approċċ gradwali u riversibbli abbażi ta' monitoraġġ mill-qrib tas-sitwazzjoni fis-Sirja. |
|
(6) |
Fl-20 ta' Mejju 2025, il-Kunsill ħabbar id-deċiżjoni politika tiegħu li jneħħi s-sanzjonijiet ekonomiċi tiegħu fuq is-Sirja, biex jappoġġa lill-poplu Sirjan fir-riunifikazzjoni u l-bini mill-ġdid ta' Sirja ġdida, inklużiva, pluralistika u paċifika ħielsa minn interferenza barranija dannuża. |
|
(7) |
Abbażi ta' dan, il-Kunsill iqis li l-miżuri restrittivi settorjali kollha jenħtieġ li jitneħħew, bl-eċċezzjoni ta' dawk ibbażati fuq raġunijiet ta' sigurtà. |
|
(8) |
Minkejja l-waqgħa tar-reġim ta' al-Assad u l-istabbiliment tal-awtoritajiet tranżizzjonali, is-sitwazzjoni fis-Sirja għadha instabbli u n-network ta' al-Assad, mifrux ġewwa s-Sirja u barra, għadu ma nżammx responsabbli u ma jistax jitqies bħala xolt. Għad hemm riskju kredibbli ta' destabbilizzazzjoni u qawmien mill-ġdid potenzjali tal-influwenza tar-reġim preċedenti, kif muri mill-inċidenti b'appoġġ għar-reġim ta' al-Assad immirati biex idgħajfu l-proċess tranżitorju, li wasslu għat-tixrid tad-demm fir-reġjun kostali tas-Sirja. L-individwi u l-entitajiet iddeżinjati marbuta mar-reġim ta' al-Assad għad għandhom rwoli influwenti qawwija u, permezz ta' finanzjament jew mezzi oħra, jippreżentaw ir-riskju li jappoġġaw kunflitt armat ulterjuri, u jista' jkollhom sehem f'tentattivi biex titreġġa' lura t-tranżizzjoni. Fid-dikjarazzjoni tagħha tal-11 ta' Marzu 2025 f'isem l-Unjoni, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà esprimiet tħassib serju dwar il-vjolenza mifruxa fir-reġjun kostali tas-Sirja u kkundannat bil-qawwa l-attakki mill-milizzji favur Assad kontra l-forzi tas-sigurtà u d-delitti orribbli mwettqa kontra persuni ċivili, inkluż qtil sommarju, u enfasizzat f'dan ir-rigward li għandhom jittieħdu miżuri effettivi biex jiġi evitat li tali delitti jerġgħu jseħħu. |
|
(9) |
Il-membri tal-familji al-Assad u Makhlouf u l-individwi assoċjati għad iridu jinżammu responsabbli għall-involviment tagħhom fir-repressjoni brutali kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja u jippreżentaw riskju li jippruvaw jeskalaw il-kunflitt u jfixklu t-tranżizzjoni paċifika fis-Sirja. |
|
(10) |
Il-Ministri tal-Gvern Sirjan fil-poter wara Mejju 2011 taħt ir-reġim preċedenti ta' al-Assad għandhom jitqiesu responsabbli in solidum għall-politika ta' repressjoni li biha mexa r-reġim preċedenti ta' al-Assad u jkomplu jippreżentaw riskju għat-tranżizzjoni paċifika fis-Sirja. |
|
(11) |
Il-milizzji, il-gruppi armati, il-forzi tas-sigurtà u l-korpi tal-intelligence marbuta mar-reġim preċedenti ta' al-Assad u leali għar-reġim preċedenti jippreżentaw riskju ta' eskalazzjoni u repressjoni ulterjuri kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja. |
|
(12) |
Fadal aktar minn 100 sit suspettat ta' armi kimiċi fis-Sirja wara l-waqgħa tar-reġim ta' al-Assad, għadd ferm ogħla minn kemm qatt kienu rikonoxxuti qabel il-waqgħa tar-reġim ta' al-Assad. Il-qerda tal-ħażniet ta’ armi kimiċi li fadal tas-Sirja tibqa' prijorità biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-popolazzjoni Sirjana, kif deskritt fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2024. |
|
(13) |
Negozjanti ewlenin li joperaw fis-Sirja marbuta mar-reġim ta' al-Assad u li akkwistaw ġid u poter sostanzjali minħabba din il-konnessjoni għadhom influwenti u n-networks tagħhom għadhom hemm. Għalhekk, dawn l-individwi jippreżentaw riskju inerenti ta' repressjoni vjolenti tas-soċjetà ċivili u t-tranżizzjoni paċifika fis-Sirja. |
|
(14) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi li jinsabu fiha jiġu estiżi sal-1 ta' Ġunju 2026. |
|
(15) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 27, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b'dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-tranżitu minnhom, tal-persuni responsabbli mir-repressjoni vjolenti kontra l-popolazzjoni ċivili fis-Sirja, ta' persuni li jibbenefikaw minn jew li jappoġġaw ir-reġim preċedenti ta' al-Assad, u ta' persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness I. 2. Skont il-valutazzjonijiet u d-determinazzjonijiet magħmula mill-Kunsill fil-kuntest tas-sitwazzjoni fis-Sirja kif stipulat fil-premessi 5 sa 12 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1836 (*1) u premessi 8 sa 13 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1096 (*2), l-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-tranżitu mit-territorji tagħhom ta':
u persuni assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness I. (*1) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1836 tat-12 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 266, 13.10.2015, p. 75, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1836/oj)." (*2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1096 tas-27 ta’ Mejju 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L, 2025/1096, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1096/oj).”;" |
|
(2) |
l-Artikolu 28 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Artikolu 28a huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Artikolu 29 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 29 L-ebda pretensjoni, inkluż dik għal kumpens jew indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni ta' tpaċija, multi jew pretensjoni koperta minn garanzija, pretensjonijiet għal estensjoni jew pagament ta' bond, garanzija finanzjarja, inkluż pretensjonijiet li jirriżultaw minn ittri ta' kreditu u minn strumenti simili f'rabta ma' kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni li t-twettiq tagħhom kien ġie affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, m'għandha tingħata lill-persuni jew l-entitajiet indikati elenkati fl-Anness I , jew lil kwalunkwe persuna jew entità oħra fis-Sirja, inkluż il-Gvern tas-Sirja, il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu, jew lil kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta' jew għall-benefiċċju ta' kwalunkwe tali persuna jew entità.” |
|
(5) |
fl-Artikolu 30, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness I.” |
|
(6) |
Artikolu 31 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 31 1. L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għad-deżinjazzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati. 2. L-Anness I għandu jinkludi wkoll, meta tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni jew l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward ta' persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inkluż l-ismijiet assunti, id-data u l-post ta' twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaporti u tal-karti tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.” |
|
(7) |
Artikolu 34 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 34 1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-1 ta' Ġunju 2026. Għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux. L-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 28a(1) sa (4) fir-rigward tal-Artikolu 28(1), (2) u (5) għandhom jiġu rieżaminati f'intervalli regolari, u mill-inqas kull 12-il xahar, jew fuq talba urġenti ta' kwalunkwe Stat Membru, tar-Rappreżentant Għoli jew tal-Kummissjoni wara bidla fundamentali fiċ-ċirkostanzi. 2. Il-Kunsill jissottolinja l-importanza tal-prevenzjoni tal-ksur tad-drittijiet sovrani tal-Istati Membri fiż-żoni marittimi tagħhom f'konformità mal-liġi tal-baħar. Fuq talba ta' Stat Membru, kwalunkwe ksur bħal dan għandu immedjatament jiskatta diskussjoni għall-emenda ta' miżuri restrittivi, fil-kuntest tar-rieżami kostanti tal-miżuri restrittivi.” |
|
(8) |
Artikoli 5, 6, 7, 7a, 8, 9, 10, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26 u 28b jitħassru; |
|
(9) |
Anness II jitħassar; |
|
(10) |
Anness III jitħassar. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta' Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/255/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1510 tas-27 ta' Mejju 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L, 2024/1510, 28.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1510/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1096/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)