Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32025D0528

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/528 tal-14 ta’ Marzu 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ST/5646/2025/INIT

ĠU L, 2025/528, 15.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/528/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/528/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/528

15.3.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/528

tal-14 ta’ Marzu 2025

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

Fit-12 ta' Settembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2456 (2), u b'hekk ġedded il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK għal sitt xhur oħra.

(3)

Fid-19 ta' Diċembru 2024, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet li fihom, fost l-oħrajn, tenna l-kundanna qawwija tiegħu tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, u afferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu li jibqa' jingħata għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment.

(4)

Sakemm l-azzjonijiet illegali mill-Federazzjoni Russa jkomplu jiksru r-regoli fundamentali tad-dritt internazzjonali, inkluż, b'mod partikolari, il-projbizzjoni fuq l-użu tal-forza minquxa fl-Artikolu 2(4) tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, jew tad-dritt umanitarju internazzjonali, huwa xieraq li jinżammu fis-seħħ il-miżuri kollha imposti mill-Unjoni u li jittieħdu miżuri addizzjonali, jekk ikun meħtieġ. Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġġedded għal sitt xhur oħra.

(5)

Abbażi ta' rieżami mill-Kunsill dwar id-deżinjazzjonijiet individwali li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, jenħtieġ li tiġi aġġornata l-informazzjoni dwar 126 individwu u 36 entità. Barra minn hekk, jenħtieġ li minn dak l-Anness jitħassru l-entrati għal tliet persuni deċeduti u erba’ persuni oħra, kif ukoll tliet entrati duplikati.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta’ Settembru 2025.”

;

(2)

l-Anness huwa emendat f’konformità mal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Marzu 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

A. SZŁAPKA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/145(1)/oj).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2456 tat-12 ta' Settembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L, 2024/2456, 13.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2456/oj).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

taħt l-intestatura “persuni”, jitħassru l-entrati li jikkonċernaw il-persuni deċeduti li ġejjin:

12.

Nikolai Ivanovich RYZHKOV (Николай Иванович РЫЖКОВ);

1118.

Andrei Nikolaevich ERMISHKO (Андрей Николаевич ЕРМИШКО);

1128.

Aleksei Viacheslavovich BOLSHAKOV (Алексей Вячеславович БОЛЬШАКОВ);

(2)

taħt l-intestatura “persuni”, jitħassru l-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin:

79.

Mikhail Vladimirovich DEGTYARYOV (Михаил Владимирович ДЕГТЯРËВ);

893.

Vladimir Valerievich RASHEVSKY (Владимир Валерьевич РАШЕВСКИЙ);

896.

Viatcheslav Moshe KANTOR (Вячеслав Моше КАНТОР);

1110.

Gulbakhor ISMAILOVA (Гульбахор ИСМАИЛОВА);

(3)

taħt l-intestatura “persuni”, titħassar l-entrata duplikata li ġejja:

1615.

Nikolay Ivanovich BULAEV (Николай Иванович БУЛАЕВ);

(4)

taħt l-intestatura “entitajiet”, jitħassru l-entrati duplikati li ġejjin:

259.

LLC “CST”;

326.

JSC Arsenyev Aviation Company Progress;

(5)

l-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“1.

Sergey Valeryevich AKSYONOV

Sergei Valerievich AKSENOV (Сергей Валерьевич АКСЁНОВ)

Serhiy Valeriyovych AKSYONOV (Сергiй Валерiйович АКСЬОНОВ)

Data tat-twelid: 26.11.1972

Post tat-twelid: Beltsy (Bălți), USSR (illum Republic of Moldova)

Sess: raġel

Sergey Aksyonov ġie elett ‘Prim Ministru tal-Krimea’ fil-Verkhovna Rada tal-Krimea fis-27 ta' Frar 2014 fil-preżenza ta' persuni armati favur ir-Russja. L-‘elezzjoni’ tiegħu ġiet iddikjarata li tmur kontra l-kostituzzjoni mill-aġent President Ukren Oleksandr Turchynov fl-1 ta' Marzu 2014. Għamel pressjoni attiva favur ir-‘referendum’ tas-16 ta' Marzu 2014 u kien wieħed mill-kofirmatarji tat-‘trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa’ tat-18 ta' Marzu 2014. Fid-9 ta' April 2014 inħatar aġent ‘Kap’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’ mill-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Fid-9 ta' Ottubru 2014, ġie ‘elett’ formalment ‘Kap’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’. Huwa ‘Reġa’‘ġie elett’ f'din il-pożizzjoni f'Settembru 2019 u f'Settembru 2024.

Membru tal-Kunsill tal-Istat tar-Russja. Minn Jannar 2017 membru tal-Kunsill Għoli tal-partit United Russia.

Għall-involviment tiegħu fil-proċess tal-annessjoni ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu ‘Għall-Mertu lejn il-Patrija’ – l-ewwel grad.

Wara l-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, baqa' attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti, inkluż in-‘nazzjonalizzazzjoni’ ta' assi tal-politiċi Ukreni fir-Repubblika tal-Krimea.

Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

17.3.2014

2.

Vladimir Andreevich KONSTANTINOV

(Владимир Андреевич КОНСТАНТИНОВ)

Volodymyr Andriyovych KONSTANTINOV

(Володимир Андрiйович КОНСТАНТИНОВ)

Data tat-twelid: 19.11.1956

Post tat-twelid: Vladimirovka (magħrufa wkoll bħala Vladimirovca), Slobozia Region, USSR (illum Republic of Moldova) jew Bogomol, USSR (illum Republic of Moldova)

Sess: raġel

Bħala speaker tal-Kunsill Suprem tar-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’, Vladimir Konstantinov kellu rwol rilevanti fid-deċiżjonijiet meħuda mill-‘Kunsill Suprem’ rigward ir-‘referendum’ kontra l-integrità territorjali tal-Ukrajna u appella lill-votanti biex jivvutaw favur l-indipendenza tal-Krimea fir-‘referendum’ tas-16 ta' Marzu 2014. Kien wieħed mill-kofirmatarji tat-‘trattat dwar l-adeżjoni tal-Krimea mal-Federazzjoni Russa’ tat-18 ta' Marzu 2014.

Mis-17 ta' Marzu 2014‘President’ tal-‘Kunsill tal-Istat’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’. ‘Reġa’ ġie elett" f'din il-pożizzjoni f'Settembru 2019 u f'Settembru 2024.

Wara l-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, baqa' attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti, inkluż in-‘nazzjonalizzazzjoni’ ta' assi tal-politiċi Ukreni fir-‘Repubblika tal-Krimea’.

Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

17.3.2014

8.

Sergey Pavlovych TSEKOV

(Сергей Павлович ЦЕКОВ)

Serhiy Pavlovych TSEKOV

(Сергiй Павлович ЦЕКОВ)

Data tat-twelid: 28.9.1953 jew 28.8.1953

Post tat-twelid: Simferopol, USSR (illum Ukraine)

Sess: raġel

Bħala Viċi Speaker tal-Verkhovna Rada tal-Krimea, Sergey Tsekov, flimkien ma' Sergey Aksyonov, ta bidu għax-xoljiment illegali tal-gvern tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea (ARC). Involva lil Vladimir Konstantinov f'din l-azzjoni billi heddu li jitkeċċa. Irrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi jieħdu l-Verkhovna Rada tal-Krimea taħt il-kontroll tagħhom. Kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja.

Sergey Tsekov huwa eks membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa mill-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’. Attwalment huwa l-Ewwel Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’.

Wara l-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, baqa' attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet u politiki separatisti, inkluż in-‘nazzjonalizzazzjoni’ ta' assi tal-politiċi Ukreni fir-‘Repubblika tal-Krimea’.

Għalhekk huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

17.3.2014

23.

Sergey Yurievich GLAZYEV

(Сергей Юрьевич ГЛАЗЬЕВ)

Data tat-twelid: 1.1.1961

Post tat-twelid: Zaporizhzhia, USSR (illum Ukraine)

Sess: raġel

Eks konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa dwar l-iżvilupp ekonomiku. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea u jappoġġa l-gwerra kontra l-Ukrajna.

Eks Ministru għall-Integrazzjoni u l-Makroekonomija fil-Kummissjoni Ekonomika Ewrasjatika.

Attwalment għandu pożizzjonijiet akkademiċi differenti ta' grad għoli, b'mod partikolari fi ħdan il-Faculty of Social Sciences tal-Higher School of Economics u r-Russian Academy of Sciences.

21.3.2014

38.

Olga Fyodorovna KOVITIDI

(Ольга Фёдоровна КОВИТИДИ)

Sess: mara

Data tat-twelid: 7.5.1962

Post tat-twelid: Simferopol, USSR (illum Ukraine)

Eks membru tal-Kunsill Federali Russu mir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ annessa mill-2014, maħtura mill-ġdid fl-2019.

Membru tal-Kumitat tal-Kunsill Federali dwar il-Leġiżlazzjoni Kostituzzjonali u l-Bini tal-Istat.

29.4.2014

63.

Alexander KHODAKOVSKY

Oleksandr Serhiyovych KHODAKOVSKYY (KHODAKOVSKYI)

(Олександр Сергiйович ХОДАКОВСЬКИЙ)

Aleksandr Sergeyevich KHODAKOVSKII

(Александр Сергеевич ХОДАКОВСКИЙ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 18.12.1972

Post tat-twelid: Donetsk, USSR (illum Ukraine)

Dak li kien jissejjaħ eks ‘Ministru għas-Sigurtà tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’, bħala tali responsabbli għal attivitajiet ta' sigurtà separatisti tal-hekk imsejjaħ ‘gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti.

Kmandant tal-battaljun ‘Vostok’ tal-‘Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ li qed jiġġieled f'Mariupol u Viċi Kap tal-Gwardja Russa fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Għalhekk, huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

12.7.2014

74.

Nikolai Platonovich PATRUSHEV

(Николай Платонович ПАТРУШЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 11.7.1951

Post tat-twelid: Leningrad, USSR (illum Saint Petersburg, Russian Federation)

Eks Membru u Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta' sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Attwalment assistent presidenzjali dwar kwistjonijiet marbutin mal-bini tal-vapuri u l-President tal-Kulleġġ Marittimu (Maritime Collegium) tal-Federazzjoni Russa, stabbilit f'Awwissu 2024.

Appoġġa pubblikament l-indipendenza ta' Donetsk u Luhansk. Patrushev huwa wieħed mill-proponenti ewlenin tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna, jiġġustifika pubblikament l-invażjoni u jippromwovi l-għanijiet tal-gwerra.

25.7.2014

100.

Andrey Yurevich PINCHUK

(Андрей Юрьевич ПИНЧУК)

Andriy Yuriyovych PINCHUK

(Андрiй Юрiйович ПIНЧУК)

Sess: raġel

Data possibbli tat-twelid: 27.12.1977

Post tat-twelid: Tiraspol, USSR (illum Republic of Moldova)

Eks ‘Ministru għas-sigurtà statali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Uffiċjal għoli (Kurunell) tas-Servizz Federali tas-Sigurtà (Federal Security Service, FSB). Assoċjat ma' Vladimir Antyufeyev, li kien responsabbli għall-attivitajiet ‘governattivi’ separatisti tal-hekk imsejjaħ ‘gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta' azzjonijiet jew politiki separatisti. Direttur Eżekuttiv u president tal-Kunsill tal-Kmandanti tal-‘Union of Donbas volunteers’. Kmandant attwali tal-battaljun ‘BARS-13’, li jopera fl-Ukrajna.

12.9.2014

112.

Oleg Vladimirovich LEBEDEV

(Олег Владимирович ЛЕБЕДЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 21.3.1964

Post tat-twelid: Rudny, Kostanai region, USSR (illum Kazakhstan)

Eks membru tad-Duma tal-Istat u kien l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet tal-KSI, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta' Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali ‘dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-“Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda – ir-“Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol’.

Viċi Rettur attwali tal-Akkademja Presidenzjali għall-Interazzjoni mal-Awtoritajiet tal-Gvern (Presidential Academy for Interaction with Government Authorities).

Għadu attiv fl-appoġġ ta' politiki separatisti.

12.9.2014

117.

Aleksey Vasilevich NAUMETS

(Алексей Васильевич HAУМЕЦ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 11.2.1968

Maġġur Ġeneral tal-Armata Russa. Eks kmandant tas-76 diviżjoni tal-ajru li kienet involuta fil-preżenza militari Russa fit-territorju tal-Ukrajna, partikolarment waqt l-annessjoni illegali tal-Krimea. Mill-2018 Viċi Kap tal-Persunal tal-Forzi tal-Ajru.

Fis-27 ta' Settembru 2023, inħatar senatur mir-reġjun ta' Pskov. Bħalissa huwa membru tal-Kumitat tal-Kunsill Federali għad-Difiża u s-Sigurtà.

12.9.2014

132.

Vladyslav Mykolayovych DEYNEGO

(magħruf ukoll bħala Vladislav Nikolayevich DEYNEGO)

Vladislav Nikolaevich DEINEGO)

(Владислав Миколайович ДЕЙНЕГО)

(Владислав Николаевич ДЕЙНЕГО)

Data tat-twelid: 12.3.1964

Post tat-twelid: Romny, Sumy oblast, USSR (illum Ukraine)

jew possibbilment Hirnytskyi village, Perevalsk district, Luhansk oblast, USSR (illum Ukraine)

Sess: raġel

Eks hekk imsejjaħ ‘Viċi Kap’ tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ u eks hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Affarijiet Barranin’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

Rappreżentant attwali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa f'Luhansk.

Għalhekk billi assuma dawk il-kapaċitajiet u aġixxa fihom, b'mod attiv appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u komplew jiddestabbilizzaw lill-Ukrajna.

29.11.2014

147.

Anatoly Ivanovich ANTONOV

(Анатолий Иванович АНТОНОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.5.1955

Post tat-twelid: Omsk, USSR (illum Russian Federation)

L-Eks Viċi Ministru għad-Difiża, u f'dik il-kapaċità, involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukrajna.

Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità, huwa pparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Barranin.

Għandu pożizzjoni ta' Ambaxxatur fil-korp diplomatiku tal-Federazzjoni Russa.

16.2.2015

183.

Aleksandr Vladimirovich DVORNIKOV

(Александр Владимирович ДВОРНИКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 22.8.1961

Post tat-twelid: Ussuriysk, Primorskiy Krai, USSR (illum Russian Federation)

Ġeneral tal-Forzi Armati Russi. Huwa kien il-kmandant ewlieni tal-kamp tal-battalja fl-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna bejn April u Ġunju 2022. F'dik il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-operazzjonijiet militari kollha kontra l-Ukrajna. Għaldaqstant, Alexander Dvornikov b'mod attiv appoġġa u implimenta azzjonijiet jew politiki li dgħajfu jew heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Ukrajna.

Bħalissa huwa l-President tal-Voluntary Society for Assistance to the Army, Aviation and Navy of Russia.

Eks Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tal-Forzi Armati Russi. F'dik il-kapaċità, kien responsabbli għall-forzi militari fir-reġjun, inkluż fil-Krimea u Sevastopol annessi illegalment. F'dan ir-rwol, kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed u forzi militari oħra tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna fil-25 ta' Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta' Azov, u li b'hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni.

Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa.

15.3.2019

209.

Oleksandr Viktorovych YANUKOVYCH

(Олександр Вiкторович ЯНУКОВИЧ)

Data tat-twelid: 10.7.1973

Post tat-twelid: Yenakiyeve, Donetsk Oblast, USSR (illum Ukraine)

Nazzjonalità: Ukrena, Russa

Sess: raġel

Oleksandr Yanukovych huwa negozjant u iben l-eks President tal-Ukrajna Viktor Yanukovych. Matul il-presidenza ta' Viktor Yanukovych u bis-saħħa tar-rabta personali ma' grupp ta' persuni qrib missieru, żviluppa firxa wiesgħa ta' interessi kummerċjali u akkumula ħafna ġid. Għadu jmexxi l-attivitajiet kummerċjali tiegħu fir-reġjun ta' Donbas ikkontrollat mill-gruppi separatisti, speċjalment fis-setturi tal-enerġija, il-faħam, il-kostruzzjoni, il-banek u l-proprjetà immobbli. B'mod partikolari, bis-saħħa ta' rabtiet mill-qrib mas-separatisti favur ir-Russja akkwista assi ekonomiċi ewlenin fl-hekk imsejħa ‘Repubbliki tal-Poplu ta' Donetsk u Luhansk’, fost oħrajn fis-setturi tal-enerġija, il-faħam u l-proprjetà immobbli. Il-battaljun separatista OPLOT (elenkat minn Frar 2015) ipproteġa l-proġetti tiegħu ta' żvilupp tal-proprjetà immobbli fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

Il-kumpanija MAKO Holding ta' Oleksandr Yanukovych ġiet uffiċjalment trasferita għall-ġuriżdizzjoni Russa u issa hija rreġistrata f'Donetsk. Qabel it-tranżizzjoni lejn il-ġuriżdizzjoni Russa, il-grupp ta' kumpaniji MAKO kien de jure taħt ġuriżdizzjoni Ukrena.

Għalhekk Oleksandr Yanukovych huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u wettaq tranżazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta' Donbas tal-Ukrajna.

Barra minn hekk huwa assoċjat ma' missieru Viktor Yanukovych, li huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Istat.

4.8.2022

217.

Nikolay Anatolyevich YEVMENOV

(magħruf ukoll bħala Nikolai YEVMENOV)

(Николай Анатольевич ЕВМЕНОВ)

Data tat-twelid: 2.4.1962

Post tat-twelid: Moscow, USSR (illum Russian Federation)

Funzjoni: Kap tal-Military Training and Research Center (VUNC) ‘Naval Academy named after Admiral of the Fleet of the Soviet Union N. G. Kuznetsov’; eks Kap kmandant tal-Flotta Navali Russa

Grad: Ammiral

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Nikolay Yevmenov huwa l-eks Kap Kmandant tal-Flotta Navali Russa, fil-kariga sad-19 ta' Marzu 2024. Bħala tali, huwa kien responsabbli għall-perazzjonijiet kollha tal-flotta navali Russa matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fl-2024, inħatar Kap tal-Military Training and Research Center (VUNC) ‘Naval Academy named after Admiral of the Fleet of the Soviet Union N. G. Kuznetsov’.

Għalhekk huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni b'mod attiv ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna kif ukoll l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

23.2.2022

224.

Lyubov Valentinovna PRIGOZHINA

magħrufa wkoll bħala Lyubov Valentinovna KRYAZHEVA

(Любовь Валентиновна ПРИГОЖИНА

Любовь Валентиновна КРЯЖЕВА)

Individwi assoċjati: Pavel Prigozhin (iben)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Lyubov Prigozhina hija omm Pavel Prigozhin u proprjetarja ta' Agat LLC, sussidjarja ta' Concord Management and Consulting LLC, li hi proprjetà tal-grupp Concord, imwaqqaf minn żewġha deċedut, Yevgeniy Prigozhin, u proprjetà tiegħu sal-2019. Hija assoċjata ma' Pavel Prigozhin, li qed jibbenefika minn kuntratti pubbliċi kbar mal-Ministeru għad-Difiża Russu.

Għalhekk hija membru tal-familja immedjata ta' Pavel Prigozhin u tibbenefika minnu.

23.2.2022

225.

Denis Aleksandrovich BORTNIKOV

(Денис Александрович БОРТНИКОВ)

Data tat-twelid: 19.11.1974

Funzjoni: Viċi President u President tal-Bord ta' Tmexxija ta' VTB Bank

Nazzjonalità: Russa

Entitajiet assoċjati: VTB Bank

Sess: raġel

Denis Bortnikov huwa iben, u bħala tali huwa assoċjat ma', Alexander Bortnikov – Direttur tas-Servizz tas-Sigurtà Federali (FSB) u Membru Permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa, li kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Huwa l-viċi President u l-President tal-Bord ta' Tmexxija ta' VTB Bank, f'liema pożizzjoni jaħdem biex jilleġittimizza d-dħul parallel/illegali ta' missieru. Għaldaqstant qed jappoġġa wkoll finanzjarjament lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.

23.2.2022

226.

Andrei Leonidovich KOSTIN

(Андрей Леонидович КОСТИН)

Data tat-twelid: 21.9.1956

Post tat-twelid: Moscow, USSR (illum Russian Federation)

Funzjoni: President tal-Bord ta' Tmexxija ta' VTB Bank; President tal-Bord tad-Diretturi tal-United Shipbuilding Corporation

Entitajiet assoċjati: VTB Bank; JSC United Shipbuilding Corporation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Andrei Leonidovich Kostin huwa l-president ta' Vneshtorbank (VTB) – wieħed mill-banek ewlenin tal-Istat fir-Russja. Ilu l-president tal-Bord tad-Diretturi tal-United Shipbuilding Corporation mill-25 ta' Awwissu 2023, u huwa membru tal-Kunsill Suprem tal-partit politiku ‘United Russia’.

Huwa għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw l-annessjoni tal-Krimea u li jħeġġu liċ-ċittadini Russi biex iqattgħu l-vaganzi fil-Krimea. Huwa assoċjat ukoll ma', u skont ir-rapporti tal-media, huwa sid ta' fabbrika tal-inbid u lukanda lussuża fil-Krimea.

Għalhekk qed jappoġġa azzjonijiet u politika li jdgħajfu l-integrità territorjali tal-Ukrajna u qed jibbenefika mill-annessjoni tal-Krimea.

23.2.2022

234.

Yevgeniy Viktorovich PRIGOZHIN

(Евгений Викторович ПРИГОЖИН)

Data tat-twelid: 1.6.1961

Post tat-twelid: Leningrad, USSR (illum Saint Petersburg, Russian Federation)

Persuni assoċjati: Lyubov Valentinovna Prigozhina (konjuġi)

Entitajiet assoċjati: Wagner Group, Internet Research Agency, Concord company group, Concord Management and Consulting LLC, Megaline LLC

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Yevgeniy Prigozhin kien negozjant ewlieni Russu b'rabtiet mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u l-Ministeru għad-Difiża tar-Russja. Huwa ġie rrapurtat li miet f'tiġrif ta' ajruplan fit-23 ta' Awwissu 2023.

Ikkonferma pubblikament li waqqaf il-Wagner Group, entità militari mhux inkorporata bbażata fir-Russja li hija responsabbli għall-istazzjonament tal-merċenarji ta' Wagner Group fl-Ukrajna. Fl-2022 ġiet stabbilita u rreġistrata kumpanija b'ishma konġunti msejħa ‘PMC Wagner Center’ f'San Pietruburgu, bl-għan li ‘tipprovdi ambjent komdu għall-ġenerazzjoni ta' ideat ġodda biex tittejjeb il-kapaċità tad-difiża tar-Russja’. Wagner Group, immexxi minn Yevgeniy Prigozhin, kellu rwol importanti fil-ġlied u l-okkupazzjoni tat-territorji fil-Lvant tal-Ukrajna.

Concord, magħrufa wkoll bħala KOMBINAT PITANIYA KONKORD OOO, kumpanija li Prigozhin waqqaf u kellu s-sjieda tagħha sa Novembru 2019, kif ukoll grupp ta' kumpaniji oħra marbuta miegħu, inkluż Concord Management and Consulting LLC u Megaline LLC, kienu u għadhom qed jibbenefikaw minn kuntratti pubbliċi kbar mal-Ministeru għad-Difiża tar-Russja wara l-annessjoni illegali tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa u l-okkupazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna minn separatisti appoġġati mir-Russja.

Yevgeniy Prigozhin kien negozjant ewlieni li opera fir-Russja. Huwa kien responsabbli wkoll għal azzjonijiet li dgħajfu u heddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u implimentahom b'mod attiv. Barra minn hekk huwa bbenefika minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.

Iben Yevgeniy Prigozhin, Pavel Prigozhin, huwa l-werriet ewlieni u l-benefiċjarju tal-assi, tal-beni u tal-proprjetajiet tiegħu. Pavel Prigozhin huwa elenkat mill-Unjoni għall-involviment tiegħu f'operazzjonijiet militari kontra l-Ukrajna. Għalhekk, huwa xieraq li Yevgeniy Prigozhin jinżamm fil-lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għall-iffriżar tal-assi u l-projbizzjoni li jsiru disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi peress li hemm probabbiltà li l-assi kkonċernati nkella jintużaw biex jiffinanzjaw il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna jew azzjonijiet oħra li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

21.4.2022

649.

Vladislav Leonidovich BRUEV

(Владислав Леонидович БРУЕВ)

Data tat-twelid: 21.3.1977

Funzjoni: Kap tal-ewwel direttorat ewlieni tal-iState Border Committee; eks Kap tal-Gomel border group

Grad: Kurunell

Post tat-twelid: Kharkov, USSR (illum Ukraine)

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Vladislav Bruev huwa l-eks Kap tal-Gomel border group tal-Belarussja, u l-Kap attwali tal-ewwel direttorat ewlieni tal-iState Border Committee.

F'dawk il-kapaċitajiet, kien responsabbli għas-superviżjoni tas-sigurtà tal-fruntiera fl-oblast ta' Gomel, inkluż il-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Ukrajna, u l-passaġġ ta' individwi u merkanzija minn din il-fruntiera. Truppi Russi qasmu l-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Ukrajna fl-oblast ta' Gomel bħala parti mill-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fl-24 ta' Frar 2022. Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u jappoġġa dawn l-azzjonijiet b'mod attiv.

25.2.2022

651.

Dmitry Alexandrovich VINNIKOV

(Дмитрий Александрович ВИННИКОВ)

Data tat-twelid: 4.12.1979

Funzjoni: Kap tal-Gomel border group; eks Kap tal-Pinsk border detachment

Grad: Kurunell

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Dmitry Vinnikov huwa l-eks Kap tal-Pinsk border detachment tal-Belarussja u l-Kap attwali tal-Gomel border group.

F'dawk il-kapaċitajiet, kien responsabbli għas-superviżjoni tas-sigurtà tal-fruntiera fiż-żona ta' Pinsk, inkluż il-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Ukrajna, u l-passaġġ ta' individwi u merkanzija minn din il-fruntiera. Huwa parti mill-armata Belarussa, li appoġġat l-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna tal-24 ta' Frar 2022. Truppi Russi qasmu l-fruntiera bejn il-Belarussja u l-Ukrajna fiż-żona ta' Pinsk bħala parti mill-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u jappoġġa dawn l-azzjonijiet b'mod attiv.

25.2.2022

660.

Andrey Vladimirovich ZHUK

(Андрей Владимирович ЖУК)

Data tat-twelid: 6.8.1969

Post tat-twelid: Gorki, USSR (illum Belarus)

Funzjoni: eks Viċi Ministru għad-Difiża tal-Belarussja, Maġġur Ġeneral

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Andrey Zhuk huwa l-eks Viċi Ministru għad-Difiża tar-Repubblika tal-Belarussja. F'din il-kapaċita, ipparteċipa fl-eżerċizzji militari konġunti tar-Russja u l-Belarussja qabel it-tisħiħ tal-forzi militari mal-fruntiera Ukrena li ħejjew u ffaċilitaw l-aggressjoni militari Russa tal-24 ta' Frar 2022.

Għalhekk huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u jappoġġa dawn l-azzjonijiet b'mod attiv.

25.2.2022

674.

Petr Olegovich AVEN

(Пëтр Олегович АВЕН)

Data tat-twelid: 16.3.1955

Post tat-twelid: Moscow, USSR (illum Russian Federation)

Funzjoni: negozjant ewlieni qrib il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin; wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta' Alfa Group

Sess: raġel

Individwi assoċjati: il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin; Mikhail Fridman; German Borisovich Khan; Alexey Kuzmichev

Entitajiet assoċjati: JSC Voentorg

Petr Aven huwa negozjant Russu b'rabtiet mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, li jmorru lura għall-bidu tas-snin disgħin. Huwa għandu parteċipazzjoni azzjonarja sinifikanti f'ABH Holdings, li kienet tikkontrolla bank Russu ewlieni, Alfa Bank, u għadha tikkontrolla kumpaniji oħra ta' Alfa Group. It-trasferiment tal-ishma tiegħu f'A1, li hija parti mill-Alfa Group, jitqies bħala fittizju. Huwa wkoll azzjonist tad-ditta tal-investiment LetterOne.

Huwa wieħed minn madwar 50 negozjant għani Russu li jiltaqgħu regolarment mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin fil-Kremlin.

Fl-24 ta' Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, Petr Aven, flimkien ma' 36 negozjant ieħor, iltaqa' mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma' membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta' azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru taċ-ċirku l-aktar qrib tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin.

Il-kumpanija tal-assigurazzjoni AlfaStrakhovanie, li hija parti minn Alfa Group Consortium, tipprovdi assigurazzjoni lill-vetturi tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia), li l-unitajiet tiegħu joperaw fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll tar-Russja, kif ukoll il-vetturi tal-gwardja personali tal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin. AlfaStrakhovanie pprovdiet ukoll assigurazzjoni lil kumpaniji bħal JSC Kalashnikov Concern u Central Scientific — Research Institute for Precision Machine Engineering (TsNIITochMash), li l-armi tagħhom jintużaw b'mod mifrux mill-militar Russu fl-Ukrajna u ntużaw ukoll matul l-atroċitajiet f'Bucha. Barra minn hekk, X5 Retail Group, kumpanija oħra ta' Alfa Group Consortium, tikkoopera ma' JSC Voentorg, entità soġġetta għal miżuri restrittivi li tipprovdi servizzi ta' catering u ta' ħasil tal-ħwejjeġ, kif ukoll uniformijiet militari, lill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u li s-sussidjarja tagħha tbigħ T-shirts bis-simbolu militari ‘Z’ użat mill-propagandisti Russi biex jippromwovu l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Petr Aven huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. B'mod attiv appoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u bbenefika minnhom. Appoġġa wkoll azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Fl-2024, l-awtoritajiet Russi esproprjaw id-drittijiet ta' proprjetà ta’ kumpaniji azzjonarji tal-Unjoni fil-kumpanija azzjonarja Russa ta' Alfa Bank, JSC AB Holding, u stipulaw li azzjonisti indiretti, bħal Aven, kellhom isiru azzjonisti diretti tal-kumpanija azzjonarja Russa. Sussegwentement, Aven biegħ id-drittijiet ta' proprjetà diretti ġodda tiegħu lil parti terza, u b'hekk kiseb pagament konsiderevoli fir-Russja. Għalhekk huwa persuna li fixklet b'mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK. Huwa bbenefika wkoll minn trasferiment obbligatorju ta' sjieda jew kontroll ta' entità stabbilita fir-Russja, li qabel kienet proprjetà ta' entitajiet stabbiliti fl-Unjoni jew ikkontrollata minnhom, mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa permezz ta' liġijiet, regolamenti, strumenti leġiżlattivi oħra jew azzjoni oħra ta' awtorità pubblika Russa.

28.2.2022

675.

Mikhail Maratovich FRIDMAN

(Михаил Маратович ФРИДМАН)

Data tat-twelid: 21.4.1964

Post tat-twelid: Lviv, USSR (illum Ukraine)

Sess: raġel

Individwi assoċjati: il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin; Petr Aven; German Borisovich Khan; Alexey Kuzmichev

Entitajiet assoċjati: JSC Voentorg

Mikhail Fridman huwa negozjant Russu. Huwa wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta' ABH Holdings, li kienet tikkontrolla bank Russu ewlieni, Alfa Bank, u għadha tikkontrolla kumpaniji oħra fl-Alfa Group. It-trasferiment tal-ishma tiegħu f'A1, li huwa parti mill-Alfa Group, jitqies bħala fittizju.

Il-kumpanija tal-assigurazzjoni AlfaStrakhovanie, sussidjarja ta' Alfa Group Consortium, tipprovdi assigurazzjoni lill-vetturi tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia), li l-unitajiet tiegħu joperaw fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll tar-Russja, kif ukoll il-vetturi tal-gwardja personali tal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin. AlfaStrakhovanie pprovdiet ukoll assigurazzjoni lil kumpaniji bħal JSC Kalashnikov Concern u Central Scientific - Research Institute for Precision Machine Engineering (TsNIITochMash), li l-armi tagħhom jintużaw b'mod mifrux mill-militar Russu fl-Ukrajna u ntużaw ukoll matul l-atroċitajiet f'Bucha. Barra minn hekk, X5 Retail Group, sussidjarja oħra ta' Alfa Group Consortium, tikkoopera ma' JSC Voentorg, entità soġġetta għal miżuri restrittivi li tipprovdi servizzi ta' catering u ta' ħasil tal-ħwejjeġ, kif ukoll uniformijiet militari, lill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u li s-sussidjarja tagħha tbigħ T-shirts bis-simbolu militari ‘Z’ użat mill-propagandisti Russi biex jippromwovu l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Fridman għandu wkoll parteċipazzjoni azzjonarja sinifikanti fi Rosvodokanal, wieħed mill-operaturi privati ewlenin tal-utilitajiet tal-ilma fir-Russja.

Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. B'mod attiv appoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u bbenefika minnhom. Appoġġa wkoll azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Fl-2024, l-awtoritajiet Russi esproprjaw id-drittijiet ta' proprjetà tal-kumpaniji azzjonarji tal-Unjoni fil-kumpanija azzjonarja Russa ta' Alfa Bank, JSC AB Holding, u b'hekk Fridman sar azzjonist dirett tal-kumpanija Russa. Sussegwentement, huwa biegħ id-drittijiet ta' proprjetà diretti ġodda tiegħu lil parti terza, u b'hekk kiseb pagament konsiderevoli fir-Russja. Għalhekk huwa persuna li kien qiegħed ifixkel b'mod sinifikanti d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK. Huwa wkoll persuna li bbenefikat minn trasferiment obbligatorju ta' sjieda u kontroll ta' entità stabbilita fir-Russja, li qabel kienet proprjetà ta' entitajiet stabbiliti fl-Unjoni jew ikkontrollata minnhom, mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa permezz ta' liġijiet, regolamenti, strumenti leġiżlattivi oħra jew azzjoni oħra ta' awtorità pubblika Russa.

28.2.2022

695.

Alexey Alexandrovits MORDASHOV

(Алексей Александрович МОРДАШОВ)

Data tat-twelid: 26.9.1965

Post tat-twelid: Cherepovets, USSR (illum Russian Federation)

Funzjoni: President ta' Severstal u Severgroup

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Assoċjati: Yuriy Kovalchuk; Nikolay Shamalov

Alexey Mordashov huwa negozjant Russu b'rabtiet mill-qrib mal-gvern Russu. Fl-24 ta' Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, Alexey Mordashov, flimkien ma' 36 negozjant ieħor, iltaqa' mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma' membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta' azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru taċ-ċirku l-aktar qrib tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Barra minn hekk, kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tar-Russian Union of Industrialists and Entrepreneurs f'Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw ‘il-patrijottiżmu qabel il-profitt’. Alexey Mordashov huwa l-president u l-azzjonist maġġoritarju tal-kumpanija Severgroup, kumpanija ta' investiment privata b'portafoll diversifikat ta' assi, inkluż il-grupp ta' kumpaniji Cordiant, wieħed mill-manifatturi ewlenin tar-Russja ta' tajers, komponenti tal-karozzi, tagħmir termali u għodod elettriċi, li s-sussidjarja tagħha, Severstal, topera fis-settur tal-azzar u tal-estrazzjoni u tforni prodotti speċjali tal-azzar lill-industrija militari, inkluż azzar korazzat.

Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

Alexey Mordashov qed jappoġġa u jimplimenta wkoll azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

28.2.2022

702.

Dmitry Anatolievich MIHOLAP

(bir-Russu: Дмитрий Анатольевич МИХОЛАП;

bil-Belarussu: Дзмiтрый Анатольевiч МIХАЛАП)

Data tat-twelid: 28.12.1974

Post tat-twelid: Bukino, USSR (illum Belarus)

Funzjoni: Kap tal-Fakultà tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati; Viċi Kap tal-Akkademja Militari tal-Belarussja

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Dmitry Miholap kellu l-pożizzjoni ta' Viċi Kmandant tal-Forza tal-Ajru u tal-Forzi għad-Difiża tal-Ajru tal-Belarussja. F'Mejju 2024, inħatar bħala Kap tal-Fakultà tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati u Viċi Kap tal-Akkademja Militari tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta' persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-fjuwil għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f'attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Dmitry Miholap qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b'appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022

706.

Alexander Ivanovich BAS

(bir-Russu: Александр Иванович БАС)

(bil-Belarussu: Аляксандр Iванавiч БАС)

Data tat-twelid: 17.8.1971

Post tat-twelid: Khotomel, USSR (illum Belarus)

Funzjoni: Maġġur Ġeneral, Kmandant tat-truppi tal-Kmand Operazzjonali tal-Majjistral tal-Forzi Armati

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Alexander Bas ġie promoss għall-grad ta' Maġġur Ġeneral. Kien jokkupa l-kariga ta' Kap tad-Direttorat Ewlieni tat-Taħriġ għall-Ġlied tal-Forzi Armati. F'Lulju 2024 Alexander Bas inħatar kmandant tat-truppi tal-Kmand Operazzjonali tal-Majjistral tal-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Belarussja. Qabel Alexander Bas kien il-Viċi Kmandant tal-Kmand Operazzjonali tal-Punent tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fil-gwerra tar-Russja ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna billi tħalli lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja għal ġol-Ukrajna, tiffaċilita t-trasport ta' persunal militari u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari Russi fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tħalli l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fl-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti tar-riforniment fil-Belarussja għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f'attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi u tagħmir militari Russi fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Alexander Bas qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b'appoġġ għall-gwerra tar-Russja ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

2.3.2022.

710.

Aleksandr Viktorovich NAUMENKO (bir-Russu: Александр Викторович НАУМЕНКО)

Funzjoni: Viċi Ministru għad-Difiża tar-Repubblika tal-Belarussja, Maġġur Ġenerali

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Aleksandr Viktorovich Naumenko kien jokkupa l-pożizzjoni ta' Kmandant tat-Truppi tal-Kmand Operazzjonali tal-Majjistral tal-Belarussja. F'Lulju 2024, Alexander Naumenko nħatar Viċi Ministru għad-Difiża tar-Repubblika tal-Belarussja.

Il-Belarussja qed tipparteċipa fl-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukrajna billi qed tippermetti lir-Russja tispara missili ballistiċi mill-Belarussja lejn l-Ukrajna, tippermetti t-trasport ta' persunal militari Russu u armi tqal, tankijiet u trasportaturi militari fil-Belarussja (trasport bit-triq u bil-ferrovija) lejn l-Ukrajna, tippermetti l-inġenji tal-ajru militari Russi jtiru fuq l-ispazju tal-ajru Belarussu lejn l-Ukrajna, tipprovdi punti għar-riforniment tal-fjuwil għall-inġenji tal-ajru militari Russi involuti f'attivitajiet kontra l-Ukrajna, u taħżen armi Russi u tagħmir militari fil-Belarussja.

Peress li huwa membru għoli tal-forzi armati tal-Belarussja, Aleksandr Viktorovich Naumenko qed jipparteċipa fl-azzjonijiet tal-Belarussja b'appoġġ għall-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

2.3.2022.

721.

Andrey Igorevich MELNICHENKO

(Андрей Игоревич МЕЛЬНИЧЕНКО)

Data tat-twelid: 8.3.1972

Post tat-twelid: Gomel, USSR (illum Belarus)

Funzjoni: eks direttur mhux eżekuttiv ta' JSC SUEK; eks membru tal-Bord ta' Gvernaturi ta' EuroChem Group

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Andrey Melnichenko huwa industrijalist Russu li għadu jikkontrolla l-produttur ewlieni tal-fertilizzanti EuroChem Group u l-kumpanija tal-faħam SUEK. Fid-9 ta' Marzu 2022, Melnichenko trasferixxa l-interessi tiegħu f'SUEK u f'Eurochem Group lill-konjuġi tiegħu, Aleksandra Melnichenko. Għadu jibbenefika mill-ġid li trasferixxa lil martu. Il-ġid tiegħu żdied b'mod konsiderevoli ħafna fis- snin reċenti.

Andrey Melnichenko jappartjeni għaċ-ċirku l-aktar influwenti ta' negozjanti Russi b'rabtiet mill-qrib mal-gvern Russu, kif jidher mill-involviment tiegħu mar-Russian Union of Industrialists and Entrepreneurs, fejn għandu l-pożizzjoni ta' membru tal-Bureau tal-Bord u huwa l-President tal-Kumitat dwar il-Politika dwar il-Klima u r-Regolamentazzjoni tal-Karbonju. Fl-24 ta' Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, Andrey Melnichenko, flimkien ma' 36 negozjant ieħor, iltaqa' mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma' membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta' azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent, u b'hekk wera l-importanza tiegħu bħala negozjant ewlieni fir-Russja. Barra minn hekk kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tar-Russian Union of Industrialists and Entrepreneurs f'Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw il-‘patrijottiżmu qabel il-profitt’. F'April 2024, Melnichenko pparteċipa wkoll fil-kungress tar-Russian Union of Industrialists and Entrepreneurs, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, għamel diskors, fejn iddiskuta l-kooperazzjoni bejn l-istat Russu u l-kumpaniji ewlenin tal-pajjiż.

Dawn l-elementi juru li huwa negozjant ewlieni kif ukoll negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tar-Russja, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

9.3.2022

722.

Dmitry Alexandrovich PUMPYANSKY

(magħruf ukoll bħala Dmitry A. PUMPIANSKY)

(Дмитрий Алekcандрович ПУМПЯНСКИЙ)

Data tat-twelid: 22.3.1964

Post tat-twelid: Ulan-Ude, USSR (illum Russian Federation)

Funzjoni: President ta' Sverdlovsk regional Union of Industrialists and Entrepreneurs (SOSPP); Eks Viċi President tal-Bureau tal-Bord ta' Russian Union of Industrialists and Entrepreneurs; Kopresident tal-RSPP Committee on Industrial Policy and Technical Regulation, issa Committee on Technical Regulation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Dmitry Pumpyansky huwa negozjant ewlieni Russu li jopera fir-Russja. Huwa Kopresident tal-RSPP Committee on Industrial Policy and Technical Regulation, issa Committee on Technical Regulation. Huwa President ta' Sverdlovsk regional Union of Industrialists and Entrepreneurs (SOSPP).

Kellu pożizzjonijiet għolja f'intrapriżi metallurġiċi Russi kbar. Huwa l-eks President tal-Bord tad-Diretturi ta' TMK PAO u eks President u membru tal-Bord ta' Group Sinara. F'dawk il-kapaċitajiet appoġġa u bbenefika mill-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa u lil intrapriżi tal-Istat, fosthom Russian railways, Gazprom u Rosneft.

Kien is-sid ta' DRV Invest JSC, kumpanija involuta fl-investiment.

Fl-24 ta' Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, Dmitry Pumpyansky, flimkien ma' 36 negozjant ieħor, iltaqa' mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u ma' membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta' azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku l-aktar qrib tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

Barra minn hekk ingħata l-Ordni tal-Mertu għall-Patrija, grad IV, l-Ordni tal-Unur. Kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tar-Russian Union of Industrialists and Entrepreneurs f'Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw il-‘patrijottiżmu qabel il-profitt’.

Dawn l-elementi juru li huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tar-Russja, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

9.3.2022

724.

Galina Evgenyevna PUMPYANSKAYA

(Галина Евгеньевна ПУМПЯНСКАЯ)

Data tat-twelid: 10.2.1966

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Galina Pumpyanskaya hija l-konjuġi ta' Dmitry Pumpyansky, negozjant ewlieni Russu u President ta' Sverdlovsk regional Union of Industrialists and Entrepreneurs (SOSPP).

Ir-raġel tagħha huwa l-kopresident tal-RSPP Committee on Industrial Policy and Technical Regulation, issa Committee on Technical Regulation. Huwa wkoll eks President tal-Bord tad-Diretturi ta' PJSC Pipe Metallurgical Company u eks President u membru tal-Bord ta' Group Sinara. Iż-żewġ kumpaniji jappoġġaw u jibbenefikaw mill-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa u lil intrapriżi tal-Istat, fosthom Russian railways, Gazprom u Rosneft.

Għalhekk Galina Pumpyanskaya hija membru tal-familja immedjata li tibbenefika minn żewġha Dmitry Pumpyansky.

9.3.2022

728.

Vadim Nikolaevich MOSHKOVICH

(Вадим Николаевич МОШКОВИЧ)

Data tat-twelid: 6.4.1967

Post tat-twelid: Moscow, USSR (illum Russian Federation)

Funzjoni: eks President tal-Bord tad-Diretturi ta' Rusagro Group

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vadim Moshkovichhuwa imprenditur Russu b'interessi kummerċjali fl-agrikoltura u fl-iżvilupp tal-proprjetà immobbli. Fl-2004 Vadim Moshkovich waqqaf Rusagro Group, li huwa produttur ewlieni tal-laħam tal-majjal, xaħmijiet u zokkor, ikklassifikat l-ewwel fost l-azjendi agrikoli fir-Russja fl-2021. Għalhekk Vadim Moshkovic huwa negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

Fl-24 ta' Frar 2022, wara l-ewwel stadji tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, Vadim Moshkovich, flimkien ma' 36 negozjant ieħor, iltaqa' mal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, u ma' membri oħra tal-Gvern Russu biex jiddiskutu l-impatt tal-linja ta' azzjoni wara s-sanzjonijiet tal-Punent. Il-fatt li ġie mistieden jattendi din il-laqgħa juri li huwa membru fiċ-ċirku l-aktar qrib tal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, u li qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna. Dan juri wkoll li huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja.

Barra minn hekk, Rusagro Group huwa involut fl-industrija tad-difiża u fil-produzzjoni ta' droni użati mir-Russja fil-gwerra ta' aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, Vadim Moshkovich huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja b’interessi kummerċjali f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern Russu. Għaldaqstant, qed jappoġġa jew jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna, u qed jagħti appoġġ materjali lir-Russja fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

9.3.2022

730.

Andrey Andreevich GURYEV

(Андрей Aндреевич ГУРЬЕВ)

Data tat-twelid: 7.3.1982

Post tat-twelid: Moscow, USSR (illum Russian Federation)

Funzjoni: Uffiċjal Kap Eżekuttiv u President tal-Bord tat-Tmexxija ta' PJSC PhosAgro; ilu mill-2004 jaħdem ma' PhosAgro f'diversi pożizzjonijiet; mit-30 ta' Settembru 2019 Membru tal-Bureau tal-Bord tat-Tmexxija tar-Russian Union of Industrialists and Entrepreneurs (RSPP)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Andrey Guryev huwa azzjonist ta' PJSC PhosAgro u huwa l-President tar-Russian Association of Fertiliser Producers (RAPU). Barra minn hekk huwa Membru tal-Bureau tal-Bord tar-Russian Union of Industrialists and Entrepreneurs. Bħala tali, huwa involut b'mod attiv fil-faċilitazzjoni tal-esportazzjoni ta' fertilizzanti mir-Russja, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Gvern Russu. Ir-Russja hija l-akbar esportatur ta' fertilizzanti fid-dinja u PhosAgro hija waħda mill-produtturi ewlenin ta' fertilizzanti fosfatiċi.

Għalhekk Andrey Guryev huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u huwa involut f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, huwa responsabbli għall-fatt li appoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

9.3.2022

742.

Alexander Davidovich BASHKIN

(Александр Давыдович БАШКИН)

Data tat-twelid: 10.6.1962

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

743.

Andrey Alexandrovich BAZILEVSKY

(Андрей Александрович БАЗИЛЕВСКИЙ)

Data tat-twelid: 24.2.1967

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

744.

Mukharbek Oybertovich BARAKHOYEV

(Мухарбек Ойбертович БАРАХОЕВ)

Data tat-twelid: 4.1.1971

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

756.

Konstantin Konstantinovich DOLGOV

(Константин Константинович ДОЛГОВ)

Data tat-twelid: 12.8.1968

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta” Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

760.

Yury Viktorovich FEDOROV

(Юрий Викторович ФЁДОРОВ)

Data tat-twelid: 1.1.1972

Sess: raġel

Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. Fl-istqarrijiet pubbliċi tiegħu ripetutament esprima appoġġ għall-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

9.3.2022

761.

Nikolai Vasilyevich FYODOROV

(Николай Васильевич ФЁДОРОВ)

Data tat-twelid: 9.5.1958

Sess: raġel

Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. Fl-istqarrijiet pubbliċi tiegħu ripetutament esprima appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

9.3.2022

774.

Eduard Vladimirovich ISAKOV

(Эдуард Владимирович ИСАКОВ)

Data tat-twelid: 4.10.1973

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

787.

Oksana Vladimirovna KHLYAKINA

(Оксана Владимировна ХЛЯКИНА)

Data tat-twelid: 28.11.1969

Sess: mara

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

797.

Nina Germanovna KULIKOVSKIH

(Нина Германовна КУЛИКОВСКИХ)

Data tat-twelid: 5.2.1961

Sess: mara

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifikat id-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

809.

Farit Mubarakshevich MUKHAMETSHIN

(Фарит Мубаракшевич МУХАМЕТШИН)

Data tat-twelid: 31.1.1947

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

816.

Viktor Feodosyevich NOVOZHILOV

(Виктор Феодосьевич НОВОЖИЛОВ)

Data tat-twelid: 16.2.1965

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

819.

Alexei Maratovich ORLOV

(Алексей Маратович ОРЛОВ)

Data tat-twelid: 9.10.1961

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

825.

Margarita Nikolayevna PAVLOVA

(Маргарита Николаевна ПАВЛОВА)

Data tat-twelid: 22.1.1979

Sess: mara

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

831.

Vladimir Vladimirovich POLETAYEV

(Владимир Владимирович ПОЛЕТАЕВ)

Data tat-twelid: 23.5.1975

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

840.

Evgeny Stepanovich SAVCHENKO

(Евгений Степанович САВЧЕНКО)

Data tat-twelid: 8.4.1950

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

848.

Galina Nikolayevna SOLODUN

(Галина Николаевна СОЛОДУН)

Data tat-twelid: 26.1.1968

Sess: mara

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

851.

Valery Vladimirovich SEMYONOV

(Валерий Владимирович СЕМЁНОВ)

Data tat-twelid: 16.9.1960

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

853.

Pavel Vladimirovich TARAKANOV

(Павел Владимирович ТАРАКАНОВ)

Data tat-twelid: 21.6.1982

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

856.

Petr Nikolayevich TULTAEV

(Пётр Николаевич ТУЛТАЕВ)

Data tat-twelid: 1.1.1961

Sess: raġel

Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

858.

Valery Petrovich USATYUK

(Валерий Петрович УСАТЮК)

Data tat-twelid: 14.7.1948

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta” Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

869.

Irek Ishmukhametovich YALALOV

(Ирек Ишмухаметович ЯЛАЛОВ)

Data tat-twelid: 27.1.1961

Sess: raġel

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta’ Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

877.

Olga Sergeyevna ZABRALOVA

(Ольга Сергеевна ЗАБРАЛОВА)

Data tat-twelid: 30.3.1980

Sess: mara

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

878.

Yelena Gennadyevna ZLENKO

(Елена Геннадьевна ЗЛЕНКО)

Data tat-twelid: 20.6.1967

Sess: mara

Eks membru tal-Kunsill Federali li rratifika d-deċiżjonijiet tal-gvern dwar it-‘Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Assistenza Reċiproka bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk u bejn il-Federazzjoni Russa u r-Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’.

9.3.2022

879.

Roman Arkadyevich ABRAMOVICH

(Роман Аркадьевич АБРАМОВИЧ)

Data tat-twelid: 24.10.1966

Post tat-twelid: Saratov, USSR (illum Russian Federation)

Funzjoni: Negozjant ewlieni qrib il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin; azzjonist ewlieni ta' Evraz; eks Gvernatur ta' Chukotka

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Indirizz: 1 Lipovaya Aleya, Nemchinovo, Odinsovo district, Moscow, Russian Federation

Individwi assoċjati: il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin

Roman Abramovich huwa negozjant ewlieni Russu li għandu rabtiet fit-tul u mill-qrib ma l-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin. Kellu aċċess privileġġat għall-President u żamm relazzjonijiet tajbin ħafna miegħu. Din ir-rabta mal-mexxej Russu għenitu jżomm il-ġid konsiderevoli tiegħu. Huwa azzjonist ewlieni tal-grupp tal-azzar Evraz, li huwa wieħed mill-akbar kontribwenti fir-Russja. Roman Abramovich huwa wkoll azzjonist tal-kumpanija Russa Norilsk Nickel, wieħed mill-akbar produtturi tal-palladju fid-dinja u kumpanija ewlenija tan-nikil raffinat fis-settur tal-estrazzjoni minerarja, li tipprovdi dħul sostanzjali lill-gvern Russu.

Huwa għalhekk negozjant Russu ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

15.3.2022

880.

German Borisovich KHAN

(bir-Russu: Герман Борисович ХАН)

Data tat-twelid: 24.10.1961

Post tat-twelid: Kyiv, USSR (illum Ukraine)

Funzjoni: negozjant ewlieni qrib Vladimir Putin; wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta' Alfa Group

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: Vladimir Putin, Mikhail Fridman, Petr Aven, Alexey Kuzmichev

Entitajiet assoċjati: Alfa Group, Alfa Bank

German Khan huwa negozjant Russu li għandu relazzjoni mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, simili għal sħabu fin-negozju Mikhail Fridman, Petr Aven u Alexey Kuzmichev. F'Marzu 2022, ittrasferixxa l-ishma tiegħu f'ABH Holdings, li tikkontrolla bank Russu ewlieni, Alfa Bank, lil Andrei Kosogov li ilu snin twal sieħbu fin-negozju. Dan it-trasferiment madankollu ġie ddikjarat null u bla effett mill-Bank Nazzjonali tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, it-trasferiment tal-ishma tiegħu f'A1, li huwa parti mill-Alfa Group, jitqies bħala fittizju.

Khan għandu wkoll sehem importanti f'Rosvodokanal, kumpanija oħra ta' Alfa Group u wieħed mill-operaturi privati ewlenin tal-utilitajiet tal-ilma fir-Russja. Huwa wkoll azzjonist tad-ditta tal-investiment LetterOne.

Kompla jimmaniġġa l-assi bbażati fir-Russja ta' Alfa Group. Huwa maħsub li huwa wieħed mill-aktar persuni influwenti fir-Russja. Skambja xi pjaċiri mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin biex jingħata appoġġ politiku għan-negozju tiegħu u għal qligħ finanzjarju. Barra minn hekk kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tal-Unjoni Russa ta' Industrijalisti u Imprendituri f'Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw il-‘patrijottiżmu qabel il-profitt’.

Il-kumpanija tal-assigurazzjoni AlfaStrakhovanie, li hija parti minn Alfa Group Consortium, tipprovdi assigurazzjoni lill-vetturi tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia), li l-unitajiet tiegħu joperaw fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll tar-Russja, kif ukoll il-vetturi tal-gwardja personali tal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin. AlfaStrakhovanie pprovdiet ukoll assigurazzjoni lil kumpaniji bħal JSC Kalashnikov Concern u Central Scientific - Research Institute for Precision Machine Engineering (TsNIITochMash), li l-armi tagħhom jintużaw ħafna mill-militar Russu fl-Ukrajna u ntużaw ukoll matul l-atroċitajiet f'Bucha. Barra minn hekk, X5 Retail Group, kumpanija oħra ta' Alfa Group Consortium, tikkoopera ma' JSC Voentorg, entità soġġetta għal miżuri restrittivi li tipprovdi servizzi ta' catering u ta' ħasil tal-ħwejjeġ, kif ukoll uniformijiet militari, lill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u li s-sussidjarja tagħha tbigħ T-shirts bis-simbolu militari ‘Z’ użat mill-propagandisti Russi biex jippromwovu l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

German Khan huwa għalhekk negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

Jappoġġa wkoll materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u jibbenefika minnhom.

15.3.2022

881.

Viktor Filippovich RASHNIKOV

(bir-Russu: Виктор Филиппович РАШНИКОВ)

Data tat-twelid: 13.10.1948

Post tat-twelid: Magnitogorsk, USSR (illum Russian Federation)

Funzjoni: Negozjant ewlieni. Sid, President tal-Bord tad-Diretturi u President tal-Kumitat għall-Ippjanar Strateġiku ta' Magnitogorsk Iron & Steel Works (MMK).

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Viktor Rashnikov huwa negozjant Russu li huwa s-sid u l-President tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija Magnitogorsk Iron & Steel Works (MMK). MMK hija waħda mill-akbar kontribwenti fir-Russja. Dan l-aħħar żdied il-piż tat-taxxa fuq il-kumpanija, li rriżulta fi dħul konsiderevolment ogħla għall-baġit tal-Istat Russu. Viktor Rashnikov jirċievi wkoll appoġġ mill-Gvern Russu u minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet. Barra minn hekk kien fost in-negozjanti Russi ewlenin li pparteċipaw fil-kungress tal-Unjoni Russa ta' Industrijalisti u Imprendituri f'Marzu 2023, fejn il-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin għamel diskors u ħeġġeġ lill-biljunarji jipprijoritizzaw il-‘patrijottiżmu qabel il-profitt’.

Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u jibbenefika minnu.

15.3.2022

882.

Alexey Viktorovich KUZMICHEV

(magħruf ukoll bħala Alexey Viktorovich KUZMICHOV)

(bir-Russu: Алексей Викторович КУЗЬМИЧЁВ)

Funzjoni: negozjant ewlieni; wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta' Alfa Group.

Data tat-twelid: 15.10.1962

Post tat-twelid: Kirov, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: Mikhail Fridman, Petr Aven, German Khan

Entitajiet assoċjati: Alfa Group, Alfa Bank

Alexey Kuzmichev huwa azzjonist ewlieni ta' Alfa Group Consortium. Huwa klassifikat fost l-aktar persuni influwenti fir-Russja.

Kuzmichev huwa wkoll azzjonist importanti ta' X5 Retail Group, waħda mill-aktar kumpaniji importanti tal-bejgħ bl-imnut fir-Russja, kif ukoll ta' Rosvodokanal, kumpanija oħra ta' Alfa Group u wieħed mill-operaturi privati ewlenin tal-utilitajiet tal-ilma fir-Russja.

Barra minn hekk, it-trasferiment tal-ishma tiegħu f'A1, li huwa parti mill-Alfa Group, jitqies bħala fittizju.

Il-kumpanija tal-assigurazzjoni AlfaStrakhovanie, sussidjarja ta' Alfa Group Consortium, tipprovdi assigurazzjoni lill-vetturi tas-Servizz Federali tal-Gwardja Nazzjonali tal-Federazzjoni Russa (Rosgvardia), li l-unitajiet tiegħu joperaw fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna taħt il-kontroll tar-Russja, kif ukoll il-vetturi tal-gwardja personali tal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin.

AlfaStrakhovanie pprovdiet assigurazzjoni lil kumpaniji bħal JSC Kalashnikov Concern u Central Scientific - Research Institute for Precision Machine Engineering (TsNIITochMash), li l-armi tagħhom jintużaw ħafna mill-militar Russu fl-Ukrajna u ntużaw ukoll matul l-atroċitajiet f'Bucha.

Barra minn hekk, X5 Retail Group, sussidjarja oħra ta' Alfa Group Consortium, tikkoopera ma' JSC Voentorg, entità soġġetta għal miżuri restrittivi li tipprovdi servizzi ta' catering u ta' ħasil tal-ħwejjeġ, kif ukoll uniformijiet militari, lill-forzi armati tal-Federazzjoni Russa u li s-sussidjarja tagħha tbigħ T-shirts bis-simbolu militari ‘Z’ użat mill-propagandisti Russi biex jippromwovu l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Alexey Kuzmichev huwa għalhekk negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. B'mod attiv jappoġġa materjalment jew finanzjarjament lil persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja li huma responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u jibbenefika minnhom.

15.3.2022

883.

Alexander Alexandrovich MIKHEEV (bir-Russu: Александр Александрович Михеев)

Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' JSC Rosoboronexport

Data tat-twelid: 18.11.1961

Post tat-twelid: Moscow, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: Sergey Chemezov

Entitajiet assoċjati: Rosoboronexport

Alexander Mikheev huwa l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' Rosoboronexport, l-uniku intermedjarju statali uffiċjali tar-Russja għall-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' prodotti, teknoloġiji u servizzi militari u b'użu doppju. Rosoboronexport hija kumpanija sussidjarja ta' Rostec, korporazzjoni li tappartjeni lill-istat li tissorvelja r-riċerka u l-iżvilupp ta' teknoloġiji militari, u għandha diversi faċilitajiet ta' produzzjoni li għandhom rwol strumentali fl-użu ta' dawk it-teknoloġiji fil-kamp tal-battalja. Il-bejgħ tal-armi jipprovdi sors importanti ta' dħul għall-gvern Russu. Dan jintuża wkoll biex imexxi 'l quddiem l-objettivi ekonomiċi u strateġiċi tar-Russja. Mill-2000 sal-2020 Rosoboronexport biegħet armi b'valur ta' USD 180 biljun lil klijenti barranin.

Għalhekk huwa negozjant ewlieni involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

15.3.2022

908.

Kirill Nikolayevich SHAMALOV

(Кирилл Николаевич ШАМАЛОВ)

Data tat-twelid: 22.3.1982

Post tat-twelid: Leningrad, USSR (illum Saint Petersburg, Russian Federation)

Funzjoni: Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija ta' Sibur Holding PJSC; membru tal-Public Council of Rossotrudnichestvo (Federal Agency for the Commonwealth of Independent States, Compatriots Living Abroad, and International Humanitarian Cooperation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Kirill Shamalov huwa Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija u responsabbli għall-iżvilupp sostenibbli fi ħdan il-Kumitat tat-Tmexxija ta' Sibur Holding PJSC, l-akbar kumpanija integrata tal-petrokimiċi fir-Russja. Għadu azzjonist ta' Sibur Holding u jżomm pożizzjoni maniġerjali fil-kumpanija. Barra minn hekk qed jibbenefika mir-rabtiet personali tiegħu mal-Kremlin u kellu pożizzjonijiet għolja f'ħafna kumpaniji Russi kbar. Minn Ottubru 2024, Kirill Shamalov kien il-President tal-Bord tal-kooperattiva tad-dacha Ozero, komunità magħluqa ta’ negozjanti, qrib ta’ Vladimir Putin.

Għalhekk huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

Kirill Shamalov huwa wkoll il-Viċi President tal-Public Council of Rossotrudnichestvo (Federal Agency for the Commonwealth of Independent States, Compatriots Living Abroad, and International Humanitarian Cooperation) li stabbilixxa, fuq inizjattiva tiegħu, kummissjoni għall-interazzjoni mal-komunità tan-negozju.

8.4.2022

909.

Igor Albertovich KESAEV

(Игорь Альбертович КЕСАЕВ)

Data tat-twelid: 30.10.1966

Post tat-twelid: Vladikavkaz, North Ossetia, USSR (illum Russian Federation)

Funzjoni: koproprjetarju ta' Mercury Group

Nazzjonalità: Russa, Ċiprijotta

Sess: raġel

Igor Kesaev huwa koproprjetarju ta' Mercury Group, li kien assoċjat ma' Megapolis Group, id-distributur ewlieni tat-tabakk fir-Russja. Skont Forbes, għandu valur nett ta' USD 3,6 biljun. Huwa azzjonist ewlieni f'Mercury Group u Megapolis Group.

Igor Kesaev huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u negozjant involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

8.4.2022

920.

Boris Romanovich ROTENBERG

(Борис Романович РОТЕНБЕРГ)

Data tat-twelid: 3.1.1957

Post tat-twelid: Leningrad, USSR, (illum Saint Petersburg, Russian Federation)

Individwi assoċjati: Arkady Rotenberg (ħuh), Igor Rotenberg (neputi)

Entitajiet assoċjati: SGM (Stroygazmontazh)

Nazzjonalità: Russa, Finlandiża

Sess: raġel

Boris Rotenberg huwa negozjant biljunarju Russu, u ħu Arkady Rotenberg, negozjant biljunarju Russu, azzjonist tal-kumpanija tal-istat Gazprom Drilling u koproprjetarju ta' SGM (Stroygazmontazh) group. Ir-Rotenbergs huma assoċjati mill-qrib mal-President Vladimir Putin. Boris Rotenberg membru tal-Bord tad-Diretturi ta' SMP Bank u wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta' Gazprom Drillings li rċieva kuntratti statali kbar bis-saħħa tar-rabtiet mill-qrib tiegħu mal-President Putin. Għaldaqstant, Boris Rotenberg qed jibbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huma t-tnejn responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa persuna fiżika assoċjata ma' Arkady Rotenberg u l-President Putin, it-tnejn li huma elenkati taħt miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

921.

Igor Arkadyevich ROTENBERG

(Игорь Аркадьевич РОТЕНБЕРГ)

Data tat-twelid: 9.5.1973

Post tat-twelid: Leningrad, USSR (illum Saint Petersburg, Russian Federation)

Individwi assoċjati: Arkady Rotenberg (missier), Boris Rotenberg (ziju)

Entitajiet assoċjati: SGM (Stroygazmontazh) group

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Igor Rotenberg huwa negozjant ewlieni Russu, u l-ewwel iben ta' Arkady Rotenberg, negozjant prominenti Russu u eks koproprjetarju ta' SGM (Stroygazmontazh) group. Huwa l-eks sid ta' Gazprom Drilling u eks azzjonist fi Platon Electronic Toll Collection system. Ir-Rotenbergs huma assoċjati mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin. Minħabba l-pożizzjonijiet tiegħu fil-passat u fil-preżent f'intrapriżi Russi ewlenin li rċevew kuntratti tal-Istat kbar, kif ukoll ir-rabtiet tiegħu mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin, Igor Rotenberg għadu jibbenefika minn persuni li jieħdu d-deċiżjonijiet fir-Russja u mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, it-tnejn responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk huwa persuna fiżika assoċjata ma' Arkady Rotenberg u mal-President tal-Federazzjoni Russa, Vladimir Putin, it-tnejn li huma elenkati taħt miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

927.

Vladimir Leonidovich BOGDANOV

(Владимир Леонидович БОГДАНОВ)

Data tat-twelid: 28.5.1951

Post tat-twelid: Suerka, Tyumen Region, USSR (illum Russian Federation)

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' Surgutneftegas

Individwi assoċjati: President Vladimir Putin

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Vladimir Bogdanov huwa Direttur Ġenerali tal-kumpanija taż-żejt u l-gass Surgutneftegas, il-ħames l-akbar kumpanija privata u t-tielet l-akbar kumpanija taż-żejt fir-Russja b'sehem ta' aktar minn 10 % tal-produzzjoni globali taż-żejt tar-Russja, u b'hekk jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Sussidjarja ta' Surgutneftegas, Surgutneftegasbank CJSC, ipprovdiet self lill-gvern tar-reġjun ta' Tyumen fl-2021 li ammonta għal 1,6 biljun rublu biex jiffinanzja d-defiċit tiegħu. Vladimir Bogdanov għandu rabtiet mill-qrib mal-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-President Vladimir Putin. Vladimir Bogdanov huwa għalhekk negozjant ewlieni involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

8.4.2022

931.

Vladimir Viktorovich PAVLENKO

(Владимир Викторович ПАВЛЕНКО / Володимир Вiкторович ПАВЛЕНКО)

Data tat-twelid: 14.4.1962

Sess: raġel

Kien l-hekk imsejjaħ ‘Ministru għas-Sigurtà tal-Istat’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, huwa b'mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

933.

Aleksei Alexandrovich DIKIY

(Алексей Александрович ДИКИЙ / Олексiй Олександрович ДIКIЙ)

Data tat-twelid: 5.7.1974

Sess: raġel

Kien l-hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Affarijiet Interni’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, huwa b'mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

935.

Artem Alexandrovich KRAMARENKO

(Артем Александрович КРАМАРЕНКО)

Data tat-twelid: 13.1.1980

Post tat-twelid: Pavlov Khutor, USSR (illum Russian Federation)

Sess: raġel

L-hekk imsejjaħ ‘Viċi President tal-Gvern’ u l-hekk imsejjaħ ‘Ministru intermedjarju għall-Politika Agro-Industrijali u Alimentari’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Billi assuma dawk il-kapaċitajiet u aġixxa fihom, huwa b'mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

944.

Alexei Aleksandrovich KOSTRUBITSKIY

(Алексей Александрович КОСТРУБИЦКИЙ / Олексiй Олександрович КОСТРУБИЦЬКИЙ)

Data tat-twelid: 24.8.1978

Sess: raġel

Kien l-hekk imsejjaħ ‘Ministru għad-Difiża Ċivili, is-Sitwazzjonijiet ta' Emerġenza u l-Eliminazzjoni tal-Konsegwenzi tad-Diżastri Naturali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

Kap attwali tal-hekk imsejjaħ ‘Direttorat Ewlieni tal-Ministeru għas-Sitwazzjonijiet ta' Emerġenza tar-Russja għar-Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’.

Billi assuma dawk il-kapaċitajiet u aġixxa fihom, huwa b'mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

945.

Vladimir Mikhailovich RUSCHAK

(Владимир Михайлович РУЩАК / Володимир Михайлович РУЩАК)

Data tat-twelid: 2.9.1971

Sess: raġel

Kien l-hekk imsejjaħ ‘Viċi President tal-Gvern’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u l-hekk imsejjaħ eks ‘Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Billi assuma dawk il-kapaċitajiet u aġixxa fihom, huwa b'mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

953.

Yuriy Nikolaevich SIROVATKO

(Юрий Николаевич СИРОВАТКО / Юрiй Миколайович СИРОВАТКО)

Data tat-twelid: 17.4.1978

Sess: raġel

Kien l-hekk imsejjaħ ‘Ministru għall-Ġustizzja’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u Kap attwali tas-Servizz Federali Russu għar-Reġistrazzjoni tal-Istat, il-Katast u l-Kartografija fl-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk. Billi assuma dawk il-kapaċitajiet u aġixxa fihom, huwa b'mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

954.

Sergey Ivanovich KOZLOV

(Сергей Иванович КОЗЛОВ / Сергiй Iванович КОЗЛОВ)

Data tat-twelid: 7.11.1963

Sess: raġel

Kien l-hekk imsejjaħ ‘President tal-Gvern’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, huwa b'mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

960.

Evgeny Anatolievich KATSAVALOV

(Евгений Анатольевич КАЦАВАЛОВ)

Data tat-twelid: 11.2.1972

Sess: raġel

Kien l-hekk imsejjaħ ‘Ministru għal Sitwazzjonijiet ta' Emerġenza u l-Ġestjoni ta' Diżastri’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’; ingħata l-grad ta' Logutenent Ġeneral fl-2024. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, huwa b'mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

965.

Sergey Alekseevich BORODIN

(Сергей Алексеевич БОРОДИН)

Data tat-twelid: 15.1.1968

Sess: raġel

Kien l-hekk imsejjaħ ‘President tal-Kumitat tal-Istat għat-Taxxi u d-Dazji’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. Billi assuma din il-kapaċità u aġixxa fiha, huwa b'mod attiv dgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

977.

Yevgeny Dmitrievich GRITSENKO

(Евгений Дмитриевич ГРИЦЕНКО/ Євген Дмитрович ГРИЦЕНКО)

Data tat-twelid: 26.7.1977

Sess: raġel

Eks membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. B'hekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

978.

Andrey Sergeevich VOROSHILOV

(Андрей Сергеевич ВОРОШИЛОВ / Андрiй Сергiйович ВОРОШИЛОВ)

Data tat-twelid: 2.4.1978

Sess: raġel

Eks membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. B'hekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

984.

Svetlana Anatolievna KUMANOVA

(Светлана Анатольевна КУМАНОВА / Свiтлана Анатолiївна КУМАНОВА)

Data tat-twelid: 1.11.1966

Sess: mara

Eks membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. B'hekk appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

985.

Marina Vladimirovna MAGDALINA

(Марина Владимировна МАГДАЛИНА / Марина Володимирiвна МАГДАЛИНА)

Data tat-twelid: 4.1.1984

Sess: mara

Eks membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Għalhekk appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

988.

Yuri Igorevich MARTYNOV

bir-Russu: Юрий Игоревич МАРТЫНОВ

bl-Ukren: Юрiй Iгорович МАРТИНОВ

Data tat-twelid: 25.3.1991

Sess: raġel

L-hekk imsejjaħ Ministru għaż-Żgħażagħ, l-Isport u t-Turiżmu tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u eks Membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Għalhekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

990.

Vladimir Anatolievich MEDVEDEV

(Владимир Анатольевич МЕДВЕДЕВ / Володимир Анатолiйович МЕДВЕДЕВ)

Data tat-twelid: 27.10.1980

Sess: raġel

Kien membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’, mexxej tal-‘Free Donbass Public Movement’. B'hekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

991.

Yulia Valentinovna MIKHAILOVA

(Юлия Валентиновна МИХАЙЛОВА / Юлiя Валентинiвн МИХАЙЛОВА)

Data tat-twelid: 14.7.1991 jew 14.6.1991

Sess: mara

Eks membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u membru tal-Kumitat għax-Xogħol, il-Politika Soċjali u l-Affarijiet tal-Veterani. B'hekk appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

992.

Vladimir Evgenievich MOSHKIN

(Владимир Евгеньевич МОШКИН / Володимир Євгенович МОШКIН)

Data tat-twelid: 25.6.1980

Sess: raġel

Eks membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. B'hekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

993.

Alla Ivanovna OBOLENSKAYA

(Алла Ивановна ОБОЛЕНСКАЯ / Алла Iванiвна ОБОЛЕНСЬКА)

Data tat-twelid: 26.7.1964

Sess: mara

Eks membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. B'hekk appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

1010.

Alexander Vladimirovich KOROTKYI

Александр Владимирович КОРОТКИЙ)

Data tat-twelid: 13.3.1925

Sess: raġel

Membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. B'hekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

1048.

German Rustemovich KADYROV

(Герман Рустемович КАДЫРОВ / Герман Рустемович КАДИРОВ)

Data tat-twelid: 15.10.1965

Sess: raġel

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 617100120402

Membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. B'hekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

1053.

Gennady Evgenievich KOVALCHUK

(Геннадий Евгеньевич КОВАЛЬЧУК / Геннадiй Євгенович КОВАЛЬЧУК)

Data tat-twelid: 16.9.1969

Sess: raġel

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 614340600661

Membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. B'hekk appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

1093.

Elena Ivanovna RAKHMUKOVA

(Елена Ивановна РАХМУКОВА)

Data tat-twelid: 25.9.1956

Post tat-twelid: Antratsyt, USSR, (illum Ukraine)

Sess: mara

Eks membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. B'hekk appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

1106.

Nelli Akopovna ZADIRAKA

(Нелли Акоповна ЗАДИРАКА)

Data tat-twelid: 24.8.1949

Post tat-twelid: Akhaltsikhe, USSR (illum Georgia)

Sess: mara

Eks membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. B'hekk appoġġat u implimentat azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

8.4.2022

1111.

Azatbek Asanbekovich OMURBEKOV

(bir-Russu: Азатбек Асанбекович ОМУРБЕКОВ)

Kurunell, kmandant tas-64th Separate Motorised Rifle Brigade tat-35th Combined Arms Army of the Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Il-Kurunell Azatbek Asanbekovich Omurbekov, kap tat-329nd Military Training Center, huwa l-eks kmandant tas-64th Separate Motorised Rifle Brigade tat-35th Combined Arms Army tal-Federazzjoni Russa, li qatlet, stuprat u ttorturat nies ċivili f'Bucha, l-Ukrajna. Dawn l-atroċitajiet jikkostitwixxu delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra. Huwa ngħata t-titlu ta' Eroj tar-Russja.

Huwa kien qed imexxi l-azzjonijiet tal-unità militari tiegħu u ngħata l-laqam ‘il-Biċċier ta' Bucha’ minħabba r-responsabbiltà diretta tiegħu fil-qtil, l-istupri u t-tortura f'Bucha.

Għaldaqstant, huwa responsabbli għal li appoġġa jew implimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

3.6.2022

1156.

Marina Alexandrovna MORDASHOVA

(bir-Russu: Марина Александровна МОРДАШОВА)

Data tat-twelid: 17.5.1979

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Individwi assoċjati:

Alexey Mordashov (sieħeb)

Marina Mordashova hija s-sieħba ta' Alexey Mordashov, President tal-kumpanija Severgroup. Alexey Mordashov trasferixxa l-ishma tiegħu f'TUI, kumpanija kbira tal-ivvjaġġar, u fil-kumpanija tad-deheb Nordgold, li flimkien jiswew aktar minn EUR 1,5 biljun, lis-sieħba tiegħu Marina Mordashova permezz ta' diversi kumpaniji offshore, inkluż Unifirm Limited, Ondero Limited u Ranel Assets Limited li huma l-proprjetà ta' Marina Mordashova jew huma kkontrollati minnha. Għalhekk Marina Mordashova hija membru tal-familja immedjata li tibbenefika mis-sieħeb tagħha Alexey Mordashov.

3.6.2022

1174.

Pavel Evgenevich PRIGOZHIN

(Павел Евгеньевич ПРИГОЖИН)

Data tat-twelid: 18.6.1998

Nazzjonalità: Russa

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: 780103765308

Individwi assoċjati: Yevgeniy Viktorovich Prigozhin (missier), Lyubov Valentinovna Prigozhina (omm),

Sess: raġel

Pavel Prigozhin huwa iben il-mejjet Yevgeniy Prigozhin u werriet ewlieni tiegħu, u huwa negozjant ewlieni Russu li jopera fir-Russja b'rabtiet mill-qrib mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin u mal-Ministeru għad-Difiża tar-Russja. Yevgeniy Prigozhin kien il-fundatur u l-kap mhux uffiċjali ta' Wagner Group, entità militari mhux inkorporata bbażata fir-Russja li hija responsabbli għall-istazzjonament ta' merċenarji fl-Ukrajna.

Concord, magħrufa wkoll bħala KOMBINAT PITANIYA KONKORD OOO, kumpanija li Yevgeniy Prigozhin waqqaf u kellu s-sjieda tagħha sa Novembru 2019, kif ukoll grupp ta' kumpaniji oħra marbuta miegħu, inkluż Concord Management and Consulting LLC u Megaline LLC, kienu u għadhom qed jibbenefikaw minn kuntratti pubbliċi kbar mal-Ministeru għad-Difiża tar-Russja wara l-annessjoni illegali tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa u l-okkupazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna minn separatisti appoġġati mir-Russja.

Pavel Prigozhin huwa assoċjat ma' diversi kumpaniji li qabel kienu jappartjenu lil ommu Lyubov Valentinovna Prigozhina: Beta LLC, Turstatus, Lakhta Park Premium LLC, Lakhta Park LLC u Lakhta Plaza LLC. Barra minn hekk Pavel Prigozhin huwa assoċjat mal-kumpanija JSC Businessprof li hija sid iċ-Ċentru Kummerċjali Sinop f'San Pietruburgu.

Pavel Prigozhin huwa l-werriet ewlieni u l-benefiċjarju tal-assi, tal-beni u tal-proprjetajiet ta' Yevgeniy Prigozhin. Huwa għalhekk negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u li qed jibbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.

Pavel Prigozhin ikkonferma pubblikament li huwa l-kmandant tal-Wagner Group u li nnegozja mal-Gwardja Nazzjonali Russa (Rosgvardia), biex il-Wagner Group ikun jista' jkompli l-operazzjonijiet ta' ġlied fl-Ukrajna.

Barra minn hekk Pavel Prigozhin serva fil-Wagner Group fis-Sirja. Ikkonferma pubblikament li huwa involut fl-operazzjonijiet militari kontra l-Ukrajna billi jservi f'unità ta' Wagner Group fir-reġjun ta' Donbas. Għalhekk b'mod attiv jappoġġa azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

3.6.2022

1198.

Oleg Anatolyevich KRYUCHKOV

(Олег Анатольевич КРЮЧКОВ)

Data tat-twelid: 31.8.1973

Nazzjonalità: Ukrena

Sess: raġel

Oleg Kryuchkov huwa l-kelliem għall-awtorità tal-okkupazzjoni Russa fil-Krimea u konsulent għall-Kap tal-Krimea. Fl-istqarrijiet pubbliċi tiegħu, huwa kkonferma s-serq ta' qamħ mill-istat Ukren u minn bdiewa Ukreni fit-territorji okkupati mir-Russja, ikkonferma r-russifikazzjoni tal-iskejjel Ukreni fit-territorji okkupati, u ddikjara li r-Russja qed tippjana l-annessjoni tat-territorji okkupati fin-Nofsinhar tal-Ukrajna.

Għalhekk, huwa responsabbli għal u appoġġa azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

21.7.2022

1199.

Sergei Borissovich KOROLEV

(Сергей Борисович КОРОЛЕВ)

Data tat-twelid: 9.11.1952 jew 25.7.1952 jew 25.7.1962

Post tat-twelid: Bishkek, USSR (illum Kyrgyzstan)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Sergei Borissovich Korolev huwa l-Ewwel Viċi Direttur ta' Russian FSB, minn Frar 2021. Huwa rrappurtat li huwa assoċjat mill-qrib mad-Direttur tal-FSB Alexander Bortnikov, u man-negozjanti Arkadii u Boris Rotenberg. Huwa indikat bħala sostitut potenzjali għal Bortnikov fil-pożizzjoni ta' Kap tal-FSB. Huwa uffiċjal tal-karriera fl-FSB, li ilu jaqdi dmiru hemmhekk mis-snin 2000 u qabel serva bħala d-direttur tas-Servizz tas-Sigurtà Ekonomika tal-FSB. Fl-2021, Vladimir Putin ppremjah bil-grad ta' Ġeneral tal-Armata, li huwa premju distintiv ta' grad għoli. Għalhekk, huwa jappoġġa u jibbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.

L-FSB huwa wieħed mis-servizzi ta' intelligence li pprovdew informazzjoni ta' intelligence lil Vladimir Putin qabel il-bidu tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna fl-24 ta' Frar 2022. Sergei Borissovich Korolev huwa għalhekk responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

21.7.2022

1200.

Stanislav Sergeyevich CHEMEZOV

(Станислав Сергеевич ЧЕМЕЗОВ)

Data tat-twelid: 14.4.1973

Post tat-twelid: USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Stanislav Sergeyevich Chemezov huwa bin Sergei Chemezov, membru tal-Kunsill Suprem tar-‘Russja Magħquda’ u president tal-konglomerat Rostec, il-korporazzjoni ewlenija Russa tad-difiża u tal-manifattura industrijali li hija kkontrollata mill-istat. Stanislav Chemezov kien il-proprjetarju ta' kumpanija Offshore imsejħa Erlinglow Ltd li kienet qed tibbenefika mill-kostruzzjoni ta' superawtostrada tal-fibra ottika nazzjonali ta' $550 miljun minn Rostec. Barra minn hekk, huwa l-koproprjetarju ta' diversi kumpaniji offshore ma' Maya Bolotova, bint Nikolay Tokarev, inkluż Irvin-2, li rċeviet kuntratti b'valur ta' 8 biljun Rublu. Bħala premju għall-iskambju, il-familja Tokarev ppermettiet lill-familja Chemezov tnaqqas il-baġit ta' Transneft. Stanislanv Chemezov huwa wkoll proprjetarju tal-kumpanija Independent Insurance Group, li tamministra kuntratti tal-assigurazzjoni kbar fis-settur tad-difiża inkluż kuntratti għall-konglomerat tad-difiża Rostec, li fih is-CEO tiegħu huwa missieru, Sergei Chemezov. Għalhekk, Stanislav Chemezov huwa persuna fiżika assoċjata ma' persuna elenkata.

21.7.2022

1202.

Pavel EZUBOV

(Павел EЗУБОВ)

Data tat-twelid: Awwissu 1975

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Pavel Ezubov huwa l-kuġin ta' Oleg Deripaska, sid il-konglomerat industrijali Russian Machines li jinkludi Military Industrial Company, fornitur ewlieni tal-armi u t-tagħmir militari lill-forzi armati Russi. Oleg Deripaska trasferixxa assi kbar lil kuġinuh Pavel Ezubov, inkluż diversi proprjetajiet fi Franza permezz ta' kumpanija azzjonarja li tappartjeni lil Ezubov, lukanda f'Lech, l-Awstrija permezz tal-kumpanija azzjonarja bbażata fir-Russja Gost Hotel Management LLC li tappartjeni lil Ezubov, kif ukoll kontroll tal-kumpanija Terra Limited. Pavel Ezubov huwa għalhekk assoċjat ma' Oleg Deripaska.

21.7.2022

1243.

Nikolay Ivanovich BULAYEV

magħruf ukoll bħala Nikolay Ivanovich BULAEV

(Николай Иванович БУЛАЕВ)

Data tat-twelid: 1.9.1949

Post tat-twelid: Kazach'ya Sloboda, Shatsky District, Ryazan Oblast, l-eks USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Viċi president tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali Russa sa mill-2021. F'Settembru 2022, huwa kien responsabbli għas-sorveljanza tal-proċeduri ta' votazzjoni biex jitwettqu r-‘referenda’ illegali dwar l-annessjoni illegali tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’, tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’, u tar-Reġjuni tal-Ukrajna ta' Zaporozhzhia u Kherson mill-Federazzjoni Russa. Taħt il-gwida tiegħu, infetħu postijiet tal-votazzjoni fil-Federazzjoni Russa sabiex tiġi ffaċilitata din il-votazzjoni. F’Settembru 2023, il-Kumitat Elettorali Ċentrali organizza elezzjonijiet illegali f'partijiet okkupati tal-Ukrajna, u b'hekk prova jilleġittimizza l-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja u l-okkupazzjoni illegali ta' dawk il-partijiet tal-Ukrajna.

Għalhekk huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna.

6.10.2022

1319.

Viktoria Valerievna ABRAMCHENKO

(Виктория Валериевна АБРАМЧЕНКО)

Data tat-twelid: 22.5.1975

Post tat-twelid: Chernogorsk, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Viktoria Valerievna Abramchenko hija eks Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa, responsabbli għall-Kumpless Agroindustrijali, ir-Riżorsi Naturali u l-Ekoloġija. Kienet responsabbli għall-produzzjoni agrikola, inkluż il-ħabb, u responsabbli biex tgħin fil-ġlieda kontra s-sanzjonijiet imposti kontra r-Russja. F'dan ir-rwol, hija ssorveljat l-isforzi għad-devjazzjoni tal-ħabb mill-Ukrajna, mingħajr il-qbil tal-Ukrajna, u hija responsabbli għall-organizzazzjoni ta' avvenimenti bil-parteċipazzjoni diretta tar-rappreżentanti tal-Krimea annessa illegalment.

Minn Settembru 2024, hija Viċi President tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

Billi assumiet u aġixxiet f'dawk il-kapaċitajiet, hija responsabbli għall-appoġġ jew l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li jostakolaw il-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna.

16.12.2022

1439.

Alexey Sergeevich BESPROZVANNYKH

(Алексей Сергеевич БЕСПРОЗВАННЫХ)

Funzjoni: Gvernatur tar-reġjun ta' Kaliningrad

Data tat-twelid: 23.8.1979

Post tat-twelid: Leninogorsk, Kazakh Soviet Socialist Republic, USSR (illum Ridder, Kazakhstan)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 222408092578

Alexey Besprozvannykh huwa membru tal-partit fil-gvern United Russia u ilu l-aġent gvernatur tar-reġjun ta' Kaliningrad mid-9 ta' Settembru 2024. Qabel kien Viċi Ministru tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ mill-2017 sal-2024. Il-Ministeru jissorvelja l-industrija tal-armi u tad-difiża tar-Russja u għandu rwol kruċjali fl-akkwist ta' tagħmir militari użat fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi Ministru tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ, Alexey Besprozvannykh kien responsabbli għal azzjonijiet u attivitajiet tal-Ministeru li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa huwa wkoll persuna fiżika li tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

25.2.2023

1442.

Viktor Leonidovich YEVTUKHOV

(Виктор Леонидович ЕВТУХОВ)

Funzjoni: Kap tal-Presidential Department of the Russian Federation on State Policy in the Field of the Military-Industrial Complex (MIC); eks Viċi Ministru għall-Industrija u l-Kummerċ (2012-2014); eks Segretarju tal-Istat tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ (2014-2024)

Data tat-twelid: 2.3.1968

Post tat-twelid: Leningrad, USSR, (illum Saint Petersburg, Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 781001361883

Viktor Yevtukhov huwa l-Kap tal-Presidential Department of the Russian Federation on State Policy in the Field of the Military-Industrial Complex (MIC), li jiżgura l-implimentazzjoni tal-politika tal-istat kif stabbilit mill-President fil-qasam tal-MIC (inkluż li jassisti lill-President u jaġixxi f'ismu). F’dik il-kapaċità, Viktor Yevtukhov huwa responsabbli għal azzjonijiet u attivitajiet tad-Dipartiment Presidenzjali li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u huwa persuna fiżika li tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

Viktor Yevtukhov huwa wkoll eks Viċi Ministru tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ u eks Segretarju tal-Istat tal-Ministeru għall-Industrija u l-Kummerċ. F’dik il-kapaċità, kien responsabbli għal azzjonijiet u attivitajiet tal-Ministeru li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u huwa persuna fiżika li tappoġġa lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

25.2.2023

1456.

Sergey Yurievich TOLMACHEV

(Сергей Юрьевич ТОЛМАЧЕВ)

Funzjoni: eks Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Militari-Ċivili taz-‘Zaporizhzhia region’ anness illegalment; eks ‘Viċi Gvernatur’ taz-‘Zaporizhzhia region’ anness illegalment; eks ‘Viċi Gvernatur’ tas-City of Sevastopol annessa illegalment

Data tat-twelid: 5.7.1972

Post tat-twelid: Krasnoyarsk, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: il-President Vladimir Putin

Sergey Tolmachev huwa kien l-hekk imsejjaħ Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Militari-Ċivili tar-‘reġjun ta' Zaporizhzhia’. Huwa kien ukoll l-hekk imsejjaħ ‘Viċi Gvernatur tar-reġjun ta' Zaporizhzhia’ u eks Viċi Gvernatur tal-Belt ta' Sevastopol annessa illegalment. F'dawk ir-rwoli, Sergey Tolmachev kien involut fit-tħejjija tal-organizzazzjoni tal-‘elezzjonijiet’ lokali u parlamentari f'reġjun anness illegalment tal-Ukrajna. Sergey Tolmachev kien involut ukoll fl-organizzazzjoni tar-referenda illegali li saru f'Settembru 2022 fir-reġjun tal-Ukrajna Zaporizhzhia anness illegalment. F'dawk ir-rwoli, Sergey Tolmachev kien responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Istat, inkluż ir-rikonoxximent illegali tar-‘reġjun ta' Zaporizhzhia’ bħala parti mir-Russja. F'dik il-kapaċità, u permezz tal-azzjonijiet tiegħu, huwa għalhekk responsabbli li appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1475.

Viktoria Vyacheslavovna YAKIMOVA

(Виктория Вячеславовна ЯКИМОВА

Funzjoni: President tal-Bord tal-Gulfstream Foundation u kontributur għall-hekk imsejħa azzjoni ‘ta' karità’ tar-Russja ‘Into the Hands of Children’

Nazzjonalità: Russa

Post tat-twelid: Rovenky, Ukraine

Sess: mara

Viktoria Yakimova hija waħda mill-kontributuri ewlenin għall-hekk imsejħa ‘missjoni umanitarja’ tar-Russja bl-isem ‘Into the Hands of Children’. Fil-qafas tal-azzjoni ‘Into the Hands of Children’, l-awtoritajiet Russi – immexxija mill-Kummissjoni Russa għad-Drittijiet tat-Tfal – fittxew li jiddeportaw u jpoġġu għall-adozzjoni b'mod illegali tfal Ukreni bl-iskuża ta' ‘assistenza umanitarja’ matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. F'diversi dehriet pubbliċi, Viktoria Yakimova kkonfermat li hija kontributur attiv għall-azzjoni ‘Into the Hands of Children’. Regolarment isservi bħala kelliem ewlieni għall-hekk imsejħa ‘missjoni umanitarja’. Huwa importanti l-fatt li, mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna, ir-Russja ttrasferiet ħafna persuni ċivili Ukreni lejn żoni okkupati mir-Russja jew lejn ir-Russja nnifisha filwaqt li spiss evitat jew impediet li dawk il-persuni ċivili jkollhom passaġġ sikur lejn partijiet mhux okkupati tal-Ukrajna. Viktoria Yakimova hija waħda mill-persuni ewlenin involuti fid-deportazzjoni ta' tfal Ukreni bil-forza lejn ir-Russja u l-adozzjoni illegali sussegwenti tagħhom f'familji Russi. L-azzjonijiet ta' Viktoria Yakimova jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.

Għalhekk, Viktoria Yakimova hija responsabbli għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1478.

Alexandr Semenovich BROD

(Александр Семёнович БРОД)

Funzjoni: Membru tal-Presidential Council for the Development of Civil Society and Human Rights

President tal-kunsill ta' koordinazzjoni tal-organizzazzjoni pubblika pan-Russa ‘Lawyers for the rights and worthy life of a person’

Data tat-twelid: 19.8.1969

Post tat-twelid: Kuibyshev, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: il-President Vladimir Putin

Alexandr Brod huwa avukat Russu u difensur tad-drittijiet tal-bniedem leali lejn il-Kremlin. Huwa membru tal-Presidential Council for Civil Society and Human Rights. Mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni mir-Russja kontra l-Ukrajna, huwa ġġustifika l-invażjoni mir-Russja, u xerred propaganda u diżinformazzjoni Russa dwar il-gwerra. Huwa ċaħad ir-responsabbiltà tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa għal delitti tal-gwerra mwettqa f'Bucha, u akkuża b'mod falz lill-forzi Ukreni bil-massakru. Huwa xerred ukoll misinformazzjoni dwar delitti Nażisti allegati mwettqa mill-Gvern tal-Ukrajna kontra l-poplu tiegħu stess.

Għalhekk, huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1479.

Valery Aleksandrovich FADEYEV

(Валерий Алексаандрович ФАДЕЕВ)

Funzjoni: Ġurnalist, eks-segretarju tas-Civic Chamber of the Russian Federation, President attwali tal-Presidential Council for Civil Society and Human Rights

Data tat-twelid: 10.10.1960

Post tat-twelid: Tashkent, USSR (illum Uzbekistan)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: il-President Vladimir Putin

Valery Fadeyev huwa l-president tal-Presidential Council for Civil Society and Human Rights. Huwa għen biex dak il-korp jiġi subordinat għal-linja politika tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa mal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Huwa konsulent ta' Vladimir Putin.

Mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni mir-Russja kontra l-Ukrajna, huwa ġġustifika l-invażjoni mir-Russja, u xerred diżinformazzjoni Russa dwar il-gwerra u propaganda dwar il-gwerra. Huwa appoġġa l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa fl-2014, u r-referenda illegali fit-territorji okkupati temporanjament tal-Ukrajna fl-2022.

Għalhekk, huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1480.

Igor Stanislavovich ASHMANOV

(Игорь Станиславович АШМАНОВ)

Funzjoni: Membru tal-Presidential Council for Civil Society and Human Rights, espert tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni, Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' Ashmanov &Partners, President ta' Kribrum

Data tat-twelid: 9.1.1962

Post tat-twelid: Moscow, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: Valery Fadeyev

Igor Ashmanov huwa imprenditur Russu espert fl-IT. Huwa membru tal-Presidential Council for Civil Society and Human Rights. Huwa kien persuna ta' fiduċja tal-kandidat fil-kariga Vladimir Putin matul il-kampanja presidenzjali tiegħu fl-2018.

Mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni mir-Russja kontra l-Ukrajna, huwa ġġustifika l-invażjoni mir-Russja, u xerred propaganda u diżinformazzjoni Russa dwar il-gwerra. Huwa kien favur li tissaħħaħ iċ-ċensura tal-gwerra fil-Federazzjoni Russa.

Għalhekk, huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1482.

Alexandr Igorevich KOTS

(Александр Игоревич КОЦ)

Funzjoni: Membru tal-Presidential Council for Civil Society and Human Rights, Membru tal-grupp ta' ħidma dwar l-‘operazzjoni militari speċjali’ (gwerra) fl-Ukrajna, Korrispondent speċjali ta' Komsomolskaya Pravda

Data tat-twelid: 3.11.1978

Post tat-twelid: Sakhalinsk Oblast, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: Valery Fadeyev

Alexandr Kots huwa korrispondent speċjali tat-tabloid favur il-Kremlin, Komsomolskaya Pravda. Huwa membru tal-Presidential Council for the Development of Civil Society and Human Rights, fejn huwa parti mill-grupp ta' ħidma dwar l-‘operazzjoni militari speċjali’ (gwerra) fl-Ukrajna.

Huwa appoġġa l-gwerra ta' aggressjoni mir-Russja kontra l-Ukrajna. Huwa xerred diżinformazzjoni Russa dwar il-gwerra u propaganda dwar il-gwerra u r-referenda illegali fit-territorji okkupati temporanjament tal-Ukrajna. Huwa appella għal attakki Russi fuq l-infrastruttura ċivili tal-Ukrajna mingħajr ebda ħsieb dwar kif dan jaffettwa l-popolazzjoni ċivili tal-pajjiż.

Għalhekk, huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1546.

Muslim Magomedovich KHUCHIEV

(bir-Russu: Муслим Магомедович ХУЧИЕВ)

(bl-Ukren: Муслiм Магомедович ХУЧIЄВ)

Funzjoni: Assistent tal-Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa, eks President tal-Gvern taċ-Chechen Republic; eks President taċ-Chechen Republic

Data tat-twelid: 5.8.1971

Post tat-twelid: Zakan-yurt, Achkhoy-Martanovsky district, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: Ramzan Kadyrov

Muslim Khuchiev huwa Assistent tal-Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa u l-eks President tal-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċeċenja. F'dan ir-rwol, Muslim Khuchiev kien involut mill-qrib ma' Ramzan Kadyrov fil-pjanijiet ta' produzzjoni militari taċ-Ċeċenja għall-użu mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni tal-Ukrajna, ir-Russja ttrasferiet ħafna ċittadini Ukreni lejn ir-Repubblika taċ-Ċeċenja. Muslim Khuchiev kien wieħed mill-persuni ewlenin involuti fid-deportazzjoni bil-forza ta' tfal Ukreni bil-forza lejn ir-Russja u l-adozzjoni illegali sussegwenti tagħhom minn familji Russi. L-azzjonijiet tiegħu jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.

Għalhekk, Muslim Khuchieva huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.6.2023

1484.

Maxim Adolfovich ZAMSHEV

(Максим Адольфович ЗАМШЕВ)

Funzjoni: Membru tal-Presidential Council for Civil Society and Human Rights

Kap editur ta' Literaturnaya Gazeta, Viċi President tal-bord tal-fergħa ta' Moska tal-Union of Writers of Russia, Membru tal-Union of Journalists of Russia

Data tat-twelid: 27.4.1972

Post tat-twelid: Moscow, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: Valery Fadeyev

Maxim Zamshev huwa kittieb Russu. Huwa membru tal-Presidential Council for Civil Society and Human Rights. Huwa wkoll il-kap editur ta' Literaturnaya Gazeta. Mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni mir-Russja kontra l-Ukrajna, huwa appoġġa l-invażjoni mir-Russja, u xerred propaganda u diżinformazzjoni Russa dwar il-gwerra.

Għalhekk, huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1485.

Nikolai Fyodorovich IVANOV

(Николай Фёдорович ИВАНОВ)

Funzjoni: Membru tal-Presidential Council for Civil Society and Human Rights, President tal-Bord tal-organizzazzjoni pubblika pan-Russa ‘Union of Writers of Russia’

Data tat-twelid: 8.6.1956

Post tat-twelid: Strachovo, Briansk Oblast, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Individwi assoċjati: Valery Fadeyev

Nikolai Ivanov huwa kittieb u propagandist Russu. Huwa membru tal-Presidential Council for Civil Society and Human Rights. Huwa wkoll president tal-bord tal-Union of Writers of Russia.

Mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni mir-Russja kontra l-Ukrajna, huwa appoġġa l-azzjonijiet tar-Russja, u xerred propaganda u diżinformazzjoni Russa dwar il-gwerra. Huwa uża pubblikament is-simbolu militari ‘Z’, li ntuża mill-propaganda Russa biex tippromwovi l-gwerra ta' aggressjoni mir-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

1548.

Vladimir Mikhailovich MOROZOV

magħruf ukoll bħala Uladzimir Mikhailavich MAROZAU

(bir-Russu: Владимир Михайлович МОРОЗОВ)

(bil-Belarussu: Уладзiмiр Мiхайлавiч МАРОЗАЎ)

Funzjoni: eks Kap ta' Belarusian Railways

Data tat-twelid: 1965

Post tat-twelid: Buda-Koshelevo, Gome region, USSR (illum Belarus)

Nazzjonalità: Belarussa

Sess: raġel

Vladimir Morozov huwa l-eks Kap ta' Belarusian Railways, li joperaw servizz ferrovjarju bejn ir-Russja u l-Belarussja. F'dan ir-rwol, huwa appoġġa l-istazzjonament u t-trasport ta' persunal militari Russu u tagħmir involut fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Vladimir Morozov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.6.2023

1604.

Anna Evgenievna TSIVILEVA

magħrufa wkoll bħala Anna Evgenievna TSIVILYOVA

magħrufa wkoll bħala Anna Evgenievna TSIVILYOVA

(Анна Евгеньевна ЦИВИЛЁВА)

Funzjoni: Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa; President tal-Fondazzjoni ‘Defenders of the Fatherland’; President tal-Council for Guardianship in the Social Sphere of the Kemerovo Region

Membru tal-Council of the Eurasian Women's Forum under the Federation Council of Russia

Data tat-twelid: 9.5.1972

Post tat-twelid: Ivanovo, l-eks USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 771921270207

Sess: mara

Anna Tsivileva hija l-Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa u l-President tal-Fondazzjoni ‘Defenders of the Fatherland’. Hija l-mara ta' Sergey Evgenievich Tsivilev, li huwa l-gvernatur tal-Oblast Kemerovo. Hija wkoll qariba tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin.

Il-Fondazzjoni ‘Defenders of the Fatherland’ għandha rwol importanti fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna peress li tappoġġa lill-veterani li ħadu sehem fl-azzjonijiet militari fl-Ukrajna. Il-Fondazzjoni topera wkoll fit-territorji okkupati illegalment tal-Oblasts ta' Donetsk u Luhansk u l-Krimea. Il-Fondazzjoni kkonkludiet ftehimiet ma' diversi organizzazzjonijiet u gvernijiet lokali oħra għall-finijiet ta' appoġġ għall-veterani tal-gwerra ta' aggressjoni. Il-Fondazzjoni tappoġġa l-veterani, inkluż ġellieda minn Donetsk u Luhansk. Il-Fondazzjoni hija involuta wkoll fir-riabilitazzjoni tal-veterani għar-ritorn tagħhom fis-servizz attiv għall-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Anna Tsivileva setgħet issir President tal-Fondazzjoni ‘Defenders of the Fatherland’ bis-saħħa tar-relazzjoni mill-qrib tagħha mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin.

Għaldaqstant, Anna Tsivileva tibbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Fir-rwol tagħha, hija qed tappoġġa u timplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Hija wkoll assoċjata mal-Fondazzjoni ‘Defenders of the Fatherland’.

18.12.2023

1600.

Boris Viktorovich OBNOSOV

(Boris Viktorovič OBNOSOV)

(Борис Викторович ОБНОСОВ)

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' JSC Tactical Missiles Corporation

Data tat-twelid: 26.1.1953

Post tat-twelid: Moscow, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Indirizz: 7 Ilyicha Street, Korolov, Moskovskaya Oblast, Russian Federation

Sess: raġel

Boris Obnosov huwa d-Direttur Ġenerali ta' JSC Tactical Missiles Corporation. Tactical Missiles Corporation tiżviluppa, timmanifattura, timmodernizza, issewwi u tmantni sistemi tal-armi tal-avjazzjoni mill-ajru għall-art u mill-ajru għall-ajru strateġiċi u tattiċi ta' preċiżjoni għolja u sistemi tal-armi marittimi unifikati tal-Forzi Armati Russi. L-armi manifatturati minn Tactical Missiles Corporation jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Obnosov jiltaqa' regolarment mal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin biex jinfurmah dwar l-istatus kummerċjali ta' Tactical Missiles Corporation. Fl-2021 ġie ppremjat bl-ogħla titolu onorarju ‘Hero of the Russian Federation’. F'Jannar 2022, xahar qabel il-gwerra, Obnosov kellu laqgħa personali mal-President Vladimir Putin. F'April 2022 irċieva l-premju ta' ‘Marshal of the Soviet Union Georgy Zhukov’ fil-qasam tal-armamenti u t-tagħmir militari.

Għalhekk Boris Obnosov qed jappoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk qed jappoġġa u jibbenifika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Huwa wkoll negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u huwa assoċjat ma' JSC Tactical Missiles Corporation.

18.12.2023

1606.

Oleg Leonidovich KHOROKHORDIN

(Олег Леонидович ХОРОХОРДИН)

Funzjoni: eks Kap tal-Altai Republic

Data tat-twelid: 3.4.1972

Post tat-twelid: Glushinka, l-eks USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Oleg Khorokhordin huwa l-eks Kap ta' Altai, Repubblika tal-Federazzjoni Russa. Fir-rwol tiegħu bħala l-Kap tal-Altai Republic (Repubblika ta' Altai), huwa pparteċipa fl-isforzi ta' mobilizzazzjoni tal-gvern Russu biex jirrekluta suldati għall-gwerra ta' aggressjoni tiegħu kontra l-Ukrajna. Huwa dderieġa bidliet leġiżlattivi biex jiġu appoġġati s-suldati Russi u l-familji tagħhom. Huwa wassal ukoll personalment tagħmir militari pprovdut mir-Repubblika ta' Altai lil suldati skjerati fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Huwa ġġustifika b'mod konsistenti l-annessjoni illegali tal-Krimea u l-azzjonijiet tal-forzi armati tar-Russja fl-Ukrajna u ta medalji lis-suldati. Taħt it-tmexxija tiegħu, ir-Repubblika ta' Altai wiegħdet li tipparteċipa fir-restawr Russu tat-territorji okkupati illegalment tal-Ukrajna bl-għan li tintegrahom fil-Federazzjoni Russa. Għalhekk, Oleg Khorokhordin qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

18.12.2023

1648.

Igor Vladimirovich KRYLOV

(Игорь Владимирович КРЫЛОВ)

Funzjoni: Direttur Ġenerali tal-Joint-Stock Company ‘State Scientific and Production Enterprise “Region”’

Data tat-twelid: 22.7.1960

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Igor Krylov huwa d-Direttur Ġenerali tal-Kumpanija b'Ishma Konġunti (JSC) ‘State Scientific and Production Enterprise “Region”’, li hija żviluppatur u fornitur ewlieni Russu ta' bombi ggwidati għall-avjazzjoni tal-ewwel linja. JSC Region tipproduċi magni navali u tal-avjazzjoni u armamenti navali u tal-avjazzjoni, kif ukoll sistemi ta' kontromiżuri għall-mini għall-Ministeru tad-Difiża Russa. Barra minn hekk, JSC ‘State Scientific and Production Enterprise “Region”’ hija sussidjarja ta' JSC Tactical Missile Armament Corporation li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet militari u ta' difiża tar-Russja.

Għalhekk, fil-kapaċità tiegħu bħala d-Direttur Ġenerali ta' JSC ‘State Scientific and Production Enterprise “Region”’, Igor Krylov qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa qed jappoġġa wkoll materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed jibbenefika minnu.

23.2.2024

1664.

Artem Vladimirovich ZHOGA

magħruf ukoll bħala Artyom Vladimirovich ZHOGA

(Артём Владимирович ЖОГА)

Funzjoni: President tal-hekk imsejjaħ ‘People's Council of the Donetsk People's Republic’; Rappreżentant Plenipotenzjarju Presidenzjali għall-Urals Federal District

Kmandant preċedenti tal-Battaljun ta' Sparta

Data tat-twelid: 18.1.1975

Post tat-twelid: Shirokiy, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Artem Zhoga ilu l-President tal-hekk imsejjaħ ‘People's Council of the Donetsk People's Republic’ mill-20 ta' Settembru 2023 u r-Rappreżentant Plenipotenzjarju Presidenzjali għall-Urals Federal District mit-2 ta' Ottubru 2024. Minn Mejju 2022 sa Diċembru 2023, huwa kien il-Kmandant tal-Battaljun ta' Sparta, grupp separatista armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Billi assuma u aġixxa f'dawk il-kapaċitajiet, huwa qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

1667.

Alexey Gennadyevich DYUMIN

(Алексей Геннадьевич ДЮМИН)

Funzjoni: Assistent Presidenzjali tal-President tar-Russian Federation dwar il-kumpless militari-industrijali

Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu

Gvernatur tat-Tula Oblast

Data tat-twelid: 28.8.1972

Post tat-twelid: Kursk, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Alexey Dyumin ilu l-Assistent Presidenzjali tal-President tal-Federazzjoni Russa mill-14 ta' Mejju 2024, u membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Russu mit-30 ta' Settembru 2024. Fir-rwol tiegħu bħala Assistent Presidenzjali, huwa jissorvelja kwistjonijiet li jikkonċernaw il-kumpless militari-industrijali, jiżgura l-attivitajiet tal-Kunsill tal-Istat, u l-iżvilupp tal-isport. Huwa kien Gvernatur tat-Tula Oblast bejn l-2016 u l-2024. Preċedentement, mexxa l-Forzi tal-Operazzjonijiet Speċjali tal-militar Russu, u ssorvelja l-annessjoni tal-Krimea fl-2014.

Fil-kuntest tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, huwa ssorvelja personalment il-mobilizzazzjoni tas-suldati fit-Tula Oblast, kien involut fit-tnedija ta' skola għat-taħriġ dwar id-droni għal operaturi li jwettqu missjonijiet fl-Ukrajna, u stabbilixxa miżuri ta' appoġġ għall-produzzjoni ta' vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ fl-industrija tad-difiża fl-Oblast ta' Tula. Huwa kien responsabbli għall-koordinazzjoni tar-rispons armat għall-offensiva fit-territorju ta' Kursk f'Awwissu 2024.

Billi assuma u aġixxa f'dawk il-kapaċitajiet, huwa qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

1676.

Grigory Alexandrovich GUROV

(Григорий Александрович ГУРОВ)

Funzjoni: Kap tal-Federal Agency for Youth Affairs (Rosmolodezh); eks President tal-Bord tal-All-Russian Social and State movement of children and youth ‘Movement of the First’ (Moviment Soċjali u Statali Totalment Russu għat-Tfal u ż-Żgħażagħ ‘Movement of the First’)

Data tat-twelid: 31.10.1985

Post tat-twelid: Stavropol, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Grigory Gurov ilu l-Kap tal-Aġenzija Federali għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ (Rosmolodezh) mill-14 ta' Settembru 2024. Kien il-President tal-Bord tal-‘Movement of the First’, organizzazzjoni taż-żgħażagħ immexxija mill-istat fir-Russja, sal-2024. L-organizzazzjoni nħolqot fuq l-inizjattiva tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin biex tipprovdi attivitajiet edukattivi, inkluż ta' natura militarizzata, għal tfal ta' bejn is-6 u t-18-il sena, abbażi ta' ‘għanijiet spiritwali u morali tradizzjonali Russi’. Matul il-mandat tiegħu, it-tfal li huma membri tal-moviment kellhom laqgħat ma' suldati li ġġieldu fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, bagħtu kartolini u ittri ta' appoġġ lis-suldati kif ukoll ħejjew tagħmir biex jintuża fil-kamp tal-battalja, u tgħallmu kif iħaddmu d-droni. Barra minn hekk, il-moviment organizza logħob tal-gwerra għat-tfal, li rreplika u ssimula sitwazzjonijiet ta' battalja.

Dawn l-attivitajiet twettqu fir-reġjuni Russi kollha kif ukoll fil-Krimea annessa illegalment, u fit-territorji okkupati illegalment tal-Ukrajna tar-reġjuni ta' Donetsk, Luhansk, Kherson u Zaporizhzhia. Permezz tad-diversi programmi tiegħu, il-Moviment huwa għalhekk iwettaq riedukazzjoni tat-tfal Ukreni, inkluż dawk deportati lejn ir-Russja illegalment.

Billi assuma u aġixxa f'dawk il-kapaċitajiet, huwa qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

1738.

Kang Sun NAM

Funzjoni: eks Ministru għad-Difiża tad-Democratic People's Republic of Korea

Post tat-twelid: Democratic People's Republic of Korea

Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

Sess: raġel

Kang Sun Nam huwa l-eks Ministru għad-Difiża tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK). F’dik il-pożizzjoni, huwa ssorvelja l-iżvilupp tal-programm illegali ta' missili ballistiċi tar-RDPK u kien involut direttament fil-kooperazzjoni militari bejn ir-RDPK u l-Federazzjoni Russa, li wasslet biex ir-RDPK tipprovdi munizzjon lir-Russja sabiex tkompli l-gwerra ta' aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Il-missili ballistiċi ddisinjati, żviluppati u prodotti mir-RDPK tabilħaqq intużaw mill-Forzi Armati Russi kontra l-Ukrajna. Kang Sun Nam appoġġa u ġġustifika pubblikament il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Huwa b'hekk qed jappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

1758.

Alexander Alexeyevich MOISEYEV

(Александр Алексеевич МОИСЕЕВ)

Funzjoni: Ammiral; Kap Kmandant tal-Flotta Navali Russa

Data tat-twelid: 16.4.1962

Post tat-twelid: Borskoye, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

L-Ammiral Alexander Moiseyev ilu l-Kap Kmandant tal-Flotta Navali Russa mit-2 ta' April 2024. Għaldaqstant, huwa responsabbli għal kwalunkwe operazzjoni marittima tal-Flotta Navali Russa, inkluż kontra l-Ukrajna.

Billi assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

24.6.2024

1778.

Valery Alexandrovich GABRIEL

(Валерий Александрович ГАБРИЭЛЬ)

Funzjoni: azzjonist kokontrollanti tal-Volga Dnepr Group

Data tat-twelid: 1.3.1956 jew 3.1.1956

Post tat-twelid: Starobelsk, Luhansk region, USSR (illum Ukraine)

Nazzjonalità: Russa, Ġermaniża

Sess: raġel

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 732808701175

Numri tal-passaport: 7314052448, 7303853921, 719078124

Valery Gabriel huwa wieħed mill-azzjonisti kokontrollanti (b'sehem ta' 25 %) tal-Volga Dnepr Group, kumpanija azzjonarja ewlenija Russa tat-trasportatur tal-ajru, li tispeċjalizza fit-trasport ta' merkanzija tqila permezz ta' charters domestiċi u internazzjonali u operazzjonijiet skedati. Sa mill-bidu tal-gwerra ta aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-Volga Dnepr Group kellu rwol kruċjali fil-manutenzjoni tal-kumpless militari-industrijali tar-Russja u fl-għoti ta' servizzi tat-trasport bl-ajru għal finijiet militari Russi. Volga Dnepr Group huwa wkoll il-kumpanija prinċipali ta' Volga Dnepr Airlines LLC. Il-flotta ta' Volga Dnepr Group tikkonsisti minn 12-il ajruplan tat-tip Antonov An-124, ħames Boeing 747-8F u ħames IL-76TD-90VD (IV). Volga Dnepr Airlines LLC, għandha operazzjonijiet tal-ajru sinifikantiu tipprovdi servizzi tat-trasport f'setturi ta' sinifikat strateġiku għall-Gvern Russu, billi timporta minn pajjiżi terzi tagħmir elettroniku, tal-IT u tal-komunikazzjoni, li huma rilevanti għall-isforzi tar-Russja fil-gwerra ta' aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Għar-rwol kruċjali tiegħu fl-appoġġ tal-Federazzjoni Russa, il-Volga Dnepr Group irċieva sussidji ta' appoġġ mill-Gvern Russu.

Għalhekk, Valery Gabriel qed jappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed jibbenifika minnu.

24.6.2024

1782.

Vildan Khanifovich ZINUROV

(Вильдан Ханифович ЗИНУРОВ)

magħruf ukoll bħala Vildan Khanifovich ZINNUROV

magħrufa wkoll bħal Вильдан Ханифович ЗИHНУРОВ

Funzjoni: azzjonist kokontrollanti tal-Volga Dnepr Group

Data tat-twelid: 30.1.1964

Post tat-twelid: Pokhvistnevsky district, Samara region, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 732500186500

Numri tal-passaport: 7308664347, 7303853009

Vildan Zinurov huwa wieħed mill-azzjonisti kokontrollanti (b'sehem ta' 25 %) tal-Volga Dnepr Group, kumpanija azzjonarja ewlenija Russa tat-trasport bl-ajru, li tispeċjalizza fit-trasport ta' merkanzija tqila permezz ta' charters domestiċi u internazzjonali u operazzjonijiet skedati. Sa mill-bidu tal-gwerra ta aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-Volga Dnepr Group kellu rwol kruċjali fil-manutenzjoni tal-kumpless militari-industrijali tar-Russja u fl-għoti ta' servizzi tat-trasport bl-ajru għal finijiet militari Russi. Volga Dnepr Group huwa wkoll il-kumpanija prinċipali ta' Volga Dnepr Airlines LLC. Il-Volga Dnepr Goup tikkonsisti minn 12-il ajruplan tat-tip Antonov An 124, ħames Boeing 747-8F u ħames IL-76TD-90VD (IV). Volga Dnepr Airlines LLC, għandha operazzjonijiet tal-ajru sinifikantiu tipprovdi servizzi tat-trasport f'setturi ta' sinifikat strateġiku għall-Gvern Russu, billi timporta minn pajjiżi terzi tagħmir elettroniku, tal-IT u tal-komunikazzjoni, li huma rilevanti għall-isforzi tar-Russja fil-gwerra ta' aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Għar-rwol kruċjali tiegħu fl-appoġġ tal-Federazzjoni Russa, il-Volga Dnepr Group irċieva sussidji ta' appoġġ mill-Gvern Russu.

Għalhekk, Vildan Zinurov qed jappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed jibbenefika minnu.

24.6.2024

1807.

Roman Viktorovich TROTSENKO

(Роман Викторович ТРОЦЕНКО)

Funzjoni: Imprenditur Russu; konsulent tal-President tal-kumpanija tal-Istat Rosneft Igor Sechin; fundatur u koproprjetarju tal-kumpanija ta' investiment AEON Corporation; Direttur ta' Geopromining Investment (CYP) Limited

Nazzjonalità: Russa

Data tat-twelid: 9.12.1970

Post tat-twelid: Moscow, USSR (illum Russian Federation)

Sess: raġel

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 771500884353/ 771500884353

Roman Trotsenko huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja, b'interessi kummerċjali f'kumpaniji tal-minerali tal-ħadid u tal-azzar, tal-faħam, tal-infrastruttura u tal-enerġija, meqjus bħala wieħed mill-aktar persuni sinjuri fir-Russja. Huwa azzjonist prominenti f'AEON Corporation u Vorkutagol JSC, li jaħdmu f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Barra minn hekk, huwa azzjonist indirett importanti ta' Group Russian Energy LLC, permezz tal-parteċipazzjoni azzjonarja tiegħu f'kumpaniji oħra.

Għalhekk, Roman Trotsenko huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja. Barra minn hekk, fid-dawl tal-involviment tiegħu f'setturi ekonomiċi bħall-mineral tal-ħadid u l-azzar, il-faħam, u l-enerġija, huwa involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

24.6.2024

1808.

Polina Sergeevna GAGARINA

(Полина Сергеевна ГАГАРИНА)

Funzjoni: Kantanta, attriċi, awtriċi ta' kanzunetti, mudella

Data tat-twelid: 27.3.1987

Post tat-twelid: Мoscow, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: mara

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 770701954175, 311774631801199

Polina Gagarina hija kantanta, attriċi, awtriċi ta' kanzunetti u mudella Russa.

Polina Gagarina tagħti spettakli regolarment fil-qafas tal-avvenimenti ta' propaganda tal-Istat, pereżempju għaċ-ċelebrazzjoni tal-annessjoni illegali ta' erba' reġjuni Ukreni jew l-anniversarju tal-annessjoni tal-Krimea. Għalhekk hija tappoġġa azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

24.6.2024

1824.

Mikhail Rudolfovich KONTSEREV

(Михаил Рудольфович КОНЦЕРЕВ)

Funzjoni: Direttur Ġenerali ta' PJSC TransContainer

Data tat-twelid: 11.6.1970

Post tat-twelid: Leningrad, USSR (illum Saint Petersburg, Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta' Identifikazzjoni tat-Taxxa: I781400896256

Mikhail Kontserev huwa d-Direttur Ġenerali ta' Kumpanija Pubblika Konġunta tal-Istokks (PJSC) TransContainer. PJSC TransContainer hija kumpanija tat-trasport Russa, u l-akbar operatur tal-kontejners ferrovjarji tar-Russja, settur ekonomiku li qed jikber kontinwament fir-Russja. Id-dħul ta' PJSC TransContainer żdied mill-2023 'l hawn. Bħala Direttur Ġenerali, Mikhail Kontserev huwa għalhekk involut f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

PJSC TransContainer toffri s-servizzi tagħha fit-terminal il-ġdid ta' Alabuga Special Economic Zone (SEZ). Alabuga SEZ ilu jikkoopera mal-Ministeru għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati Iranjani biex jillokalizza s-sit tal-produzzjoni tad-droni kamikażi Shahed (l-isem tal-verżjoni Russa huwa ‘Geran’).

Barra minn hekk, PJSC TransContainer tappoġġa lill-Gvern Russu permezz tal-involviment tagħha fi skemi ta' kummerċ illegali tal-armi mar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK).

Għalhekk, fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur Ġenerali ta' PJSC TransContainer, Mikhail Kontserev qed jappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

24.6.2024

1901

SHIN Geum Cheol

bil-Korean: 신김금철

bir-Russu: СИН Гым Чхоль

magħruf ukoll bħala SIM, Kum-Chol

Funzjoni: Kap tad-Direttorat Operazzjonali Prinċipali tal-Istat Maġġur tal-Armata tal-Poplu Korean, Maġġur Ġeneral

Nazzjonalità: Nord Koreana

Sess: raġel

Shin Geum Cheol huwa l-Kap tad-Direttorat Operazzjonali Prinċipali tal-Istat Maġġur tal-Armata tal-Poplu Korean tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea. Huwa uffiċjal militari ta’ livell għoli li jissorvelja t-tmexxija prattika ta’ operazzjonijiet, bħall-koordinazzjoni militari. Huwa għandu l-kompitu li jxerred tattiċi tal-gwerra Russi u moderni, bħal operazzjonijiet tad-droni, tattiċi tal-artillerija u teknoloġiji elettroniċi tal-gwerra, lill-armata tal-Korea ta’ Fuq.

L-armata tal-Korea ta’ Fuq hija involuta f’operazzjonijiet militari fir-Russja u fl-Ukrajna. Għalhekk, Shin Geum Cheol huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet li jdgħajfu l-indipendenza tal-Ukrajna.

24.2.2025

1917.

Nshan Sergeevich GALUSTYAN

bir-Russu: Ншан Сергеевич Галустян

magħruf ukoll bħala Mikhail Sergeevich GALUSTYAN

magħruf ukoll bħala Михаил Сергеевич ГАЛУСТЯН

Data tat-twelid: 25.10.1979

Post tat-twelid: Sochi, Krasnodar Territory, USSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 232003782530

Nshan Galustyan huwa propagandist Russu, president tal-Federation of Military and Tactical Games u membru tat-tmexxija tal-All-Russian children’s and youth military-patriotic movement ‘Yunarmiya’, organizzazzjoni paramilitari Russa soġġetta għal miżuri restrittivi tal-Unjoni. Ilu żmien twil jappoġġa lil President Vladimir Putin u l-politiki tiegħu, u kien qed juża l-popolarità tiegħu biex ixerred messaġġi u narrattivi tal-propaganda tal-Kremlin.

Nshan Galustyan huwa membru tat-tmexxija ta’ Yunarmiya, li topera fergħat reġjonali li jinsabu fit-territorji okkupati illegalment u temporanjament tal-Ukrajna. Din torganizza wkoll ġbir ta’ fondi u attivitajiet biex tappoġġa l-kumbattenti li jieħdu sehem fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Yunarmiya u l-membri tagħha jappoġġaw il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u jxerrdu propaganda Russa dwar il-gwerra. Yunarmiya tuża s-simbolu militari ‘Z’, li jintuża mill-propaganda Russa biex tippromwovi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Barra minn hekk, Nshan Galustyan huwa direttament responsabbli għall-attivitajiet ta’ organizzazzjoni li tippromwovi l-militariżmu taż-żgħażagħ Russi. Huwa jappoġġa l-ħolqien ta’ kamp tat-taħriġ bil-ħsieb li jintuża għal logħbiet tattiċi militari u għat-taħriġ ta’ voluntiera għal ‘operazzjoni militari speċjali’ mwettqa minn ġellieda li ħadu sehem fil-gwerra kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, huwa qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

24.2.2025”;

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“53.

Bank Rossiya

(Банк ‘Россия’)

Imwaqqaf fis-27.6.1990

Indirizz: Pl Rastrelli 2 Liter A Saint Petersburg, 191124 Russian Federation

Sit web: Abr.ru

Individwi assoċjati: Yuriy Kovalchuk (l-akbar azzjonist)

Posta elettronika: bank@abr.ru

Numru tal-liċenzja: 328

INN: 7831000122

OGRN: 1027800000084

Il-Bank Rossiya huwa l-bank personali ta' Uffiċjali Għolja tal-Federazzjoni Russa. F'din il-kapaċità, il-Bank Rossiya jappoġġa u jibbenefika minn persuni Russi li jieħdu d-deċiżjonijiet responsabbli mill-annessjoni tal-Krimea jew għad-destabbilizzazzjoni tal-Lvant tal-Ukrajna.

Il-Bank Rossiya għandu interessi importanti fin-National Media Group li, min-naħa tiegħu, jikkontrolla l-istazzjonijiet televiżivi li jappoġġaw attivament il-politika tal-gvern Russu ta' destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Wara l-annessjoni illegali tal-Krimea, il-Bank Rossiya fetaħ fergħat fil-Krimea kollha u f'Sevastopol. Il-Bank Rossiya pprovda wkoll self lill-Intrapriża Unitarja tal-Istat Federali ‘Crimea Railway’ u jappoġġa l-kostruzzjoni tal-ferrovija fuq il-pont tal-Krimea. Għaldaqstant, il-Bank Rossiya jappoġġa finanzjarjament azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

Assoċjat ma' Yuriy Valentinovich Kovalchuk, l-akbar azzjonist tal-Bank Rossiya.

23.2.2022

62.

PJSC United Aircraft Corporation

(bir-Russu: ПАО Объединённая авиастроительная корпорация)

Indirizz: Bolshaya Pionerskaya 1, Moscow, 115054, Russian Federation

Tel: + 7 (495) 926-1421

Sit web: https://www.uacrussia.ru/ https://uacrussia.ru/ru/

Posta elettronika: office@uacrussia.ru, hello@uacrussia.ru

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 7708619320

Numru tar-reġistrazzjoni statali: 1067759884598

United Aircraft Corporation huwa manifattur Russu ta' inġenji tal-ajru ċivili u militari. Flimkien mal-kumpaniji affiljati tiegħu jikkontrolla 100 % tal-produzzjoni tal-inġenji tal-ajru militari tar-Russja.

L-inġenji tal-ajru tal-ġlied prodotti minn United Aircraft Corporation intużaw mir-Russja matul l-invażjoni illegali tal-Ukrajna fl-2022.

Għaldaqstant, United Aircraft Corporation huwa responsabbli talli appoġġa, b'mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

15.3.2022

70.

JSC UEC Klimov

(АО ‘ОДК-Климов’)

Indirizz: 11, Kantemirovskaya st., Saint Petersburg 194100, Russian Federation

Tel: + 7 (812) 454 71 00

Fax: + 7 (812) 647 00 29

Sit web: https://www.klimov.ru/en

Posta elettronika: klimov@klimov.ru

Kumpanija omm: Rostec

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 7802375335

Numru tar-reġistrazzjoni statali: 1069847546383

JSC UEC Klimov huwa disinjatur u produttur Russu ewlieni ta' magni b'turbini tal-gass għal inġenji tal-ajru militari u ċivili. Huwa parti minn United Engine Corporation.

Huwa jimmanifattura magni mmuntati fil-ħelikopters Ka-52 li ntużaw mir-Russja matul l-aggressjoni militari mhux provokata kontra l-Ukrajna fl-2022, inkluż matul il-battalja ta' Hostomel.

Għaldaqstant, JSC UEC Klimov huwa responsabbli talli appoġġa, b'mod materjali jew finanzjarju, azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

8.4.2022

79.

Otkritie FC Bank

(qabel magħruf bħala NOMOS Bank)

Tip ta' entità: kumpanija pubblika b'ishma konġunti

Indirizz: D. 2, str. 4, ul. Letnikovskaya, 115114, Moscow, Russian Federation

Sit web: https://www.open.ru/

Tel: + 7 (495) 224-44-00

Data tar-reġistrazzjoni: 15.12.1999

Numru tar-reġistrazzjoni: 1027739019208

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 7706092528

SWIFT/BIC: JSNMRUMM

Otkritie FC Bank, qabel magħruf bħala NOMOS Bank, huwa wieħed mill-akbar 10 banek tar-Russja u istituzzjoni finanzjarja sistemikament importanti għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Il-Bank Ċentrali tar-Russja huwa l-investitur ewlieni ta' Otkritie Bank, fejn għandu 99-100 % tal-ishma. Bħala waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ewlenin tar-Russja, Otkritie Bank jiġġenera dħul kbir għall-Bank Ċentrali tar-Russja u għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għalhekk Otkritie Bank huwa entità jew korp li jappoġġa materjalment jew finanzjarjament lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u jibbenefika minnu, kif ukoll jappoġġa lil persuna ġuridika, entità jew korp involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

8.4.2022

80.

Novikombank

Новикомбанк

Tip ta' entità: bank kummerċjali b'ishma konġunti

Indirizz: Bld.1, Polyanka Bolshaya str. 50/1, Moscow, 119180, Russian Federation

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

Numru tar-reġistrazzjoni: 1027739075891

Novikombank huwa sussidjarju ta' Rostec (Russian Technologies State Corporation), konglomerat tad-difiża ewlieni tal-istat Russu. Novikombank għandu rwol sinifikanti fl-implimentazzjoni ta' programmi tal-gvern Russu li huma mmirati lejn l-iżvilupp ta' industriji ta' teknoloġija għolja fir-Russja billi jipprovdi finanzjament għal proġetti militari u ċivili ewlenin. Novikombank iwettaq negozju f'setturi ta' sinifikat strateġiku għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa, b'mod partikolari s-settur tad-difiża. Novikombank huwa għalhekk entità jew korp li jappoġġa, materjalment jew finanzjarjament, lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa jew jibbenefika minnu, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna kif ukoll persuna ġuridika, entità jew korp involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

F'Ġunju 2022, id-Direttur tal-Bank iddikjara li l-bank kien lest biex jibda l-attivitajiet tiegħu fil-Krimea. Barra minn hekk, Novikombank jiffinanzja b'mod attiv kumpaniji li jaħdmu biex jissostitwixxu prodotti pprojbiti mill-esportazzjoni lejn ir-Russja, b'mod partikolari fl-ajrunawtika u l-armamenti. F'Awwissu 2022, Novikombank ħa sehem fil-forum ARMY 2022 (li jlaqqa' flimkien kumpaniji mill-kumpless militari-industrijali) u ffirma ftehimiet ta' finanzjament għal RUB 190 biljun (madwar EUR 3 biljun).

8.4.2022

82.

VTB Bank

ВТБ/Внешторгбанк

Tip ta' entità: kumpanija pubblika b'ishma konġunti

Indirizz: Vorontsovskaya Str., 43, Moscow, 109044, Russian Federation

Post tar-reġistrazzjoni: Degtyarnyy Pereulok, 11a, Saint Petersburg, 191144, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 17.10.1990

Numru tar-reġistrazzjoni: 1027739609391

Individwi assoċjati: Andrei Leonidovich Kostin (President u President tal-Bord ta' Tmexxija)

Il-VTB Bank huwa istituzzjoni finanzjarja sistemikament importanti għall-Gvern Russu, li min-naħa tiegħu huwa azzjonist ewlieni ta' VTB Bank. Il-bank innifsu għandu rabtiet mill-qrib mal-intelligence Russa, u l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tiegħu nħatar mill-President Vladimir Putin u ddefenda l-azzjonijiet tiegħu inkluż l-annessjoni tal-peniżola tal-Krimea. Bħala waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin tar-Russja, li fil-biċċa l-kbira hija proprjetà tal-Gvern tal-Federazzjoni Russa, VTB jiġġenera wkoll dħul għoli għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa. F'Ġunju 2022, VTB esprima l-intenzjoni tiegħu li jirkupra l-eks sussidjarja tiegħu, RNCB Bank (bank ewlieni fil-Krimea b'70 % tal-klijenti fil-peniżola), li ġie nazzjonalizzat wara s-sanzjonijiet tal-2014. F'Ottubru 2022, il-President Putin iffirma liġi li tawtorizza lill-gvern biex jittrasferixxi 100 % tal-ishma tal-RNCB lill-VTB. F'Novembru 2022, id-Direttur Ġenerali tal-VTB ħabbar it-tlestija tat-trasferiment tal-RNBC lill-VTB fl-ewwel tliet xhur tal-2023. B'hekk il-VTB isir il-bank ewlieni fil-Krimea.

VTB Bank huwa għalhekk entità jew korp li jappoġġa, materjalment jew finanzjarjament, lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa jew jibbenefika minnu, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna kif ukoll persuna ġuridika, entità jew korp involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

8.4.2022

113.

OJSC V.A. Degtyarev Plant

(bir-Russu: ОАО ‘Завод имени В.А. Дегтярева’)

magħruf ukoll bħala Degtyarev Plant

(bir-Russu: ‘Завод имени Дегтярева’)

magħruf ukoll bħala ZiD

(bir-Russu: ‘ЗиД’)

Indirizz: 4 Truda st., Kovrov 601900 Vladimir region, Russian Federation

Tel: + 8 (49232) 9-12-09

Sit web: www.zid.ru

Posta elettronika: zid@zid.ru

Kumpanija tad-difiża li tipprovdi armi lill-Forzi Armati Russi. Hija mmanifatturat il-missili Igla MANPADS, 9M119M ‘Refleks’ u 9M120 ‘Ataka’ u l-lanċaturi tal-missili 3UBK20 li ntużaw mill-Forzi Armati Russi matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-kumpanija tkompli tipproduċi armi għall-gwerra kif muri mill-parteċipazzjoni tagħha fil-forum ARMY 2022 f'Awwissu 2022 u pubblikazzjonijiet reċenti fuq is-sit tagħha.

Degtyarev Plant hija għalhekk responsabbli talli appoġġat, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

6.10.2022

115.

JSC Irkut Corporation

(bir-Russu: Корпорация ‘ИРКУТ’)

Indirizz: Leningradskiy Prospect 68, Moscow, 125315, Russian Federation

Tel: + 7 (495) 777-21-01

Sit web: www.irkut.com

Posta elettronika: office@irkut.com

Individwi assoċjati: Yuri Slyusar, CEO ta' PJSC ‘UAC’

Manifattur tal-inġenji tal-ajru Russu li jipprovdi inġenji tal-ajru tal-ġlied lill-Forzi Armati Russi.

Huwa mmanifattura l-inġenji tal-ajru tal-ġlied supermanuvrabbli Su-30SM li ntużaw mill-Forzi Armati Russi matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Huwa kien involut ukoll fl-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tal-inġenji tal-ajru militari Russi.

Għalhekk, Irkut Corporation huwa responsabbli talli appoġġa, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

6.10.2022

168.

JSC ‘Zavolzhsky plant of crawler vehicle Plant’ (‘ZZGT’)

(bir-Russu: ЗАО ‘Заволжский завод гусеничных тягачей’ (ЗЗГТ))

magħruf bħala JSC ‘Zavolzhsky plant of caterpillar tractors’

Indirizz: 606522, Nizhny Novgorod region, Gorodetsky district, Zavolzhye, Zheleznodorozhnaya str., 1, Russian Federation

Numru tar-reġistrazzjoni: 1115248002110

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 5248031980

Sit web: https://zzgt.ru/

Tel: + 7 (831) 612-14-00

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti

Data tar-reġistrazzjoni: 26.9.2011

Post tar-reġistrazzjoni: Nizhny Novgorod region, Russian Federation

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

JSC ‘Zavolzhsky plant of caterpillar tractors’ hija intrapriża Russa li tibni l-magni u li tipproduċi u tforni vetturi GAZ-3344-20 fuq iċ-ċineg għal kull xorta ta' terren.

JSC ‘Zavolzhsky plant of caterpillar tractors’ tipprovdi vetturi GAZ-3344-20 lill-Forzi Armati Russi li qed jintużaw fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għalhekk JSC ‘Zavolzhsky plant of caterpillar tractors’ hija responsabbli għall-fatt li appoġġat materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

16.12.2022

177.

Avrora JSC

(magħrufa wkoll bħala Avrora; magħrufa wkoll bħala Aurora; magħrufa wkoll bħala Concern Avrora Scientific and Production Association Joint Stock Company; magħrufa wkoll bħala AO ‘Kontsern’ NPO ‘Avrora’)

(bir-Russu: Акционерное Общество ‘Концерн’ Научно-Производственное Объединение ‘Аврора’)

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation (194021, Saint Petersburg, ul. Karbysheva, 15)

Data tar-reġistrazzjoni: 27.2.2009

Numru tar-reġistrazzjoni: 7802463197 (numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa)

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Avrora JSC hija intrapriża ewlenija fis-settur tad-difiża marittima tar-Russja. Avrora JSC għandha liċenzja mill-Ministeru Russu għall-Industrija u l-Kummerċ biex tiżviluppa armi u tagħmir militari, kif ukoll liċenzja mis-State Atomic Energy Corporation (Rosatom) biex taħdem fuq l-użu tal-enerġija atomika għal skopijiet ta' difiża, inkluż l-iżvilupp ta' armi nukleari u impjanti tal-enerġija nukleari għal skopijiet militari. Avrora JSC hija l-aktar magħrufa għall-attivitajiet tagħha fl-oqsma tal-iżvilupp, il-produzzjoni u l-provvista ta' sistemi ta' kontroll awtomatizzati għall-bastimenti tal-wiċċ u s-sottomarini tal-Flotta Navali tal-Federazzjoni Russa. B'mod speċifiku, Avrora JSC tiżviluppa, timmanifattura, tipprovdi, u tiżgura manutenzjoni u servizzjar taħt garanzija tas-sistemi ta' kontroll awtomatizzati tal-hardware abbord għas-sottomarini u l-bastimenti navali tal-wiċċ tal-forzi armati Russi.

Għalhekk, Avrora JSC qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed tibbenefika minnu.

25.2.2023

178.

Battery Company Rigel JSC

(magħrufa wkoll bħala Rigel; magħrufa wkoll bħala Joint Stock Company Battery Company ‘Rigel’)

(bir-Russu: Акционерное Общество Аккумуляторная Компания ‘Ригель’)

Post tar-reġistrazzjoni: Professora Popova st., 38, Saint Petersburg 197376, Russia

Data tar-reġistrazzjoni: 28.10.2002

Numru tar-reġistrazzjoni: 9728042468 (numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa)

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Battery Company Rigel JSC hija manifattur ta' idrur tal-metall tan-nikil u batteriji tal-fidda-żingu u ilha sservi ta' fornitur għall-flotta navali Russa għal aktar minn 15-il sena. Il-kumpanija tiddeskrivi lilha nnifisha bħala żviluppatur ewlieni ta' batteriji tal-litju-jon u batteriji għal sistemi tal-enerġija awtonomi u mingħajr interruzzjoni, komunikazzjoni, trasport, u tagħmir ieħor u tipprovdi ċiklu sħiħ ta' żvilupp, produzzjoni, u provvista ta' batteriji tal-litju għall-Flotta Navali Russa u l-Ministeru għad-Difiża Russu.

Għalhekk Battery Company Rigel JSC qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed tibbenefika minnu.

25.2.2023

180.

Dubnensky Machine-Building Plant JSC

(magħrufa wkoll bħala Dubna Machine-Building Plant;

magħrufa wkoll bħala Dubninsky machine-building plant;

magħrufa wkoll bħala Dubna Engineering Plant;

magħrufa wkoll bħala Joint-stock company ‘Dubnensky machine-building plant’ imsemmija għal N.P. Fedorov; magħrufa wkoll bħala Aktsionernoye obshchestvo ‘Dubnenskiy mashinostroitel'nyy zavod’ imeni N.P. Fodorova)

(bir-Russu: Акционерное общество ‘Дубненский машиностроительный завод’ имени Н.П.Фёдорова;

magħrufa wkoll bħala Дубненский машиностроительный завод; magħrufa wkoll bħala АО ДМЗ ИМ. Н.П. ФЕДОРОВА)

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation (141983, Moscow region, Dubna, Zhukovsky Str. 2, building 1)

Data tar-reġistrazzjoni: 26.2.2004

Numru tar-reġistrazzjoni: 5010030050 (numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa)

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Dubnensky Machine-Building Plant JSC hija entità li tikkontribwixxi b'mod attiv għall-kumpless militari industrijali tar-Russja. Il-kumpanija tiżviluppa droni ta' rikonjizzjoni u ta' attakki Orion, kif ukoll droni marittimi għall-forzi armati Russi. Id-droni manifatturati minn Dubnensky Machine-Building Plant JSC ġew mgħammra b'missili ggwidati. Dawn id-droni huma skjerati mill-forzi armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Bejn Frar u April 2022, kien hemm sitt każijiet ikkonfermati ta' qtil fl-Ukrajna mid-droni Russi Orion manifatturati minn Dubnensky Machine-Building Plant JSC.

Għalhekk, Dubnensky Machine-Building Plant JSC qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, Dubnensky Machine-Building Plant JSC hija entità li qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed tibbenefika minnu.

25.2.2023

181.

Elektropribor JSC

(magħrufa wkoll bħala Elektropribor;

magħrufa wkoll bħala State Research Center of the Russian Federation Concern CSRI Elektropribor, JSC;

magħrufa wkoll bħala Aktsionernoe Obshchestvo ‘Kontsern “Tsentralnyi Nauchno- Issledovatelskii Institut”“Elektropribor”’)

(bir-Russu: Акционерное Общество ‘Концерн “Центральный Научно-Исследовательский Институт”“Электроприбор”’)

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation (197046, Saint Petersburg, ul. Malaia Posadskaia, 30)

Data tar-reġistrazzjoni: 26.2.2009

Numru tar-reġistrazzjoni: 7813438763 (numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa)

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Elektropribor JSC hija kumpanija ewlenija fl-industrija tad-difiża marittima Russa. Elektropribor JSC tiżviluppa u timmanifattura navigazzjoni ta' preċiżjoni għolja, ġiroskopija, gravimetrija, u sistemi viżwali-elettroniċi għal sottomarini, kif ukoll sistemi ta' komunikazzjoni marittima. Elektropribor JSC għandha liċenzja attiva mill-Ministeru għall-Industrija tar-Russja għall-iżvilupp ta' armi, munizzjon, u tagħmir militari. B'mod partikolari, Elektropribor JSC tipproduċi sistemi ta' navigazzjoni għall-bastimenti tal-ġlied tal-Flotta Navali tal-Federazzjoni Russa. Il-kumpanija tiddeskrivi lilha nnifisha bħala kumpanija li tiżgura disponibbiltà operattiva għolja tal-forzi navali sottomarini tar-Russja.

Għalhekk, Elektropribor JSC qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, Elektropribor JSC hija entità li qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed tibbenefika minnu.

25.2.2023

182.

Morinformsystem Agat JSC

(magħrufa wkoll bħala Morinsis-agat; magħrufa wkoll bħala Aktsionernoe Obshchestvo Kontsern ‘Morinformsistema – Agat’)

(bir-Russu: Акционерное Общество Концерн ‘Моринформсистема – Агат’; magħrufa wkoll bħala Моринсис – Агат)

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation (105275, Moscow, sh. Entuziastov, 29)

Data tar-reġistrazzjoni: 6.2.2006

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 7720544208

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Sussidjarji:

JSC AKIN

OJSC Zavod Elektropribor

JSC KB Amethyst

JSC Comet

JSC NPP Salyut

JSC PO Binom

JSC Central Research Institute Kurs

JSC Plant Topaz

JSC Izumrud

JSC KGFI

JSC Morinsis-Agat- KIP

FSPC JSC NPO Mars

JSC NPF Meridian

AO Typhoon

Morinformsystem Agat JSC hija kumpanija ewlenija fl-industrija tal-bini tal-bastimenti Russa. Il-kumpanija hija speċjalizzata fl-iżvilupp, il-produzzjoni u l-manutenzjoni ta' sistemi ta' informazzjoni u kontroll tal-ġlied kif ukoll sistemi integrati, sistemi ta' awtomatizzazzjoni ta' kontroll integrat għall-formazzjonijiet tal-baħar, sistemi ta' kontroll tal-isparar ta' missili kruċieri u ballistiċi bbażati fuq il-baħar, sistemi ta' missili u radars kostali u bbażati fuq il-bastimenti, u sistemi tas-sonar. Din ġiet deskritta bħala organizzazzjoni umbrella fl-industrija tal-bini tal-bastimenti Russa li tispeċjalizza fl-oqsma tas-sistemi u t-teknoloġiji tal-informazzjoni, l-inġinerija tas-sistemi fl-isfera tat-tagħmir tal-informatika tad-data tal-baħar, il-kompatibbiltà elettromanjetika tal-faċilitajiet radjuelettroniċi, is-sistemi ta' degaussing, is-sistemi tal-kontroll tal-isparar ta' missili kruċieri u ballistiċi bbażati fuq il-baħar, is-sistemi ta' informazzjoni u kontroll tal-ġlied u s-sistemi ta' ġestjoni integrata għall-bastimenti tal-wiċċ u s-sottomarini. F'din il-kapaċità, Morinformsystem Agat JSC tikkostitwixxi entità ewlenija li tipprovdi appoġġ materjali lill-forzi navali Russi matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, Morinformsystem Agat JSC qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, Morinformsystem Agat JSC hija entità li qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed tibbenefika minnu.

25.2.2023

183.

Zelenodolsk Design Bureau JSC

(bir-Russu: AO Зеленодольский завод имени А. М. Горького)

Post tar-reġistrazzjoni: Zelenodolsk, Republic of Tatarstan, Russian Federation (422540, Republic of Tatarstan, r-n Zelenodolskii, Zelenodolsk, ul. Lenina, 41A)

Data tar-reġistrazzjoni: 27.5.2008

Numru tar-reġistrazzjoni: 1648024290 (numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa)

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Zelenodolsk Design Bureau JSC hija kumpanija ewlenija tal-bini tal-bastimenti fil-kumpless militari industrijali tar-Russja. Zelenodolsk Design Bureau JSC iddisinjat mill-inqas 17-il bastiment tal-gwerra differenti għall-forzi armati Russi u għandha għarfien espert partikolari fil-kostruzzjoni ta' bastimenti tal-ġlied kontra s-sottomarini, bastimenti ta' pattulja militari, u bastimenti spija. Diversi bastimenti tal-gwerra ddisinjati minn Zelenodolsk Design Bureau JSC – mgħammra b'missili kruċieri tat-tip Kalibr – ħadu sehem f'attakki bil-bombi kontra l-Ukrajna matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Barra minn hekk, f'Settembru 2022, Zelenodolsk Design Bureau JSC iffirmat kuntratt mal-forzi armati Russi biex tiddisinja żewġ bastimenti ta' spjunaġġ ġodda għall-Flotta Navali tal-Federazzjoni Russa.

Għalhekk, Zelenodolsk Design Bureau JSC qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, Zelenodolsk Design Bureau JSC hija entità li qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed tibbenefika minnu.

25.2.2023

184.

Avtodor

(magħrufa wkoll bħala State Unitary Enterprise of the Donetsk People's Republic ‘Avtodor’)

(bir-Russu: Государственное Унитарное Предприятие Донецкой Народной Республики ‘Автодор’)

Post tar-reġistrazzjoni: Ukraine (283001, Donetsk, Komsomolsky prospect, 6a)

Data tar-reġistrazzjoni: 4.9.2015

Numru tar-reġistrazzjoni: 9303014834 (numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa)

Post prinċipali tan-negozju: Ukraine

Avtodor hija kumpanija tal-kostruzzjoni subordinata għad-‘dipartiment tat-toroq’ tal-‘Ministeru għat-Trasport’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’. Mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, Avtodor irrestawrat b'mod attiv l-infrastruttura strateġika, bħal pontijiet u toroq, f'isem il-forzi okkupanti Russi. Avtodor ġiet ikkummissjonata mill-forzi okkupanti Russi biex tistabbilixxi konnessjonijiet tat-toroq bejn ir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna, kif ukoll biex tissostitwixxi s-sinjali tat-toroq Ukreni b'sinjali bil-lingwa Russa fiż-żoni okkupati. Ix-xogħol imwettaq minn Avtodor jagħmel parti minn strateġija usa' segwita mill-Federazzjoni Russa f'kooperazzjoni mal-forzi okkupanti fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ biex il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja tavvanza permezz ta' proġetti infrastrutturali.

Għalhekk, Avtodor qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, Avtodor hija entità li twettaq tranżazzjonijiet mal-gruppi separatisti fir-reġjun ta' Donbas tal-Ukrajna.

25.2.2023

185.

Nizhneangarsktransstroy

(magħrufa wkoll bħala OOO ‘NATS’)

(bir-Russu:, Общество С Ограниченной Ответственностью ‘Нижнеангарсктрансстрой’; magħrufa wkoll bħala ООО НАТС)

Post tar-reġistrazzjoni: Russian

Federation (Moscow, Proezd-12 Maryina Roshcha, d. 9, str. 1)

Data tar-reġistrazzjoni: 21.6.2012

Numru tar-reġistrazzjoni: 7717727466 (numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa)

Post prinċipali tan-negozju: Ukraine, Russian Federation

Nizhneangarsktransstroy hija kumpanija tal-kostruzzjoni bbażata f'Moska li tispeċjalizza fit-tiswijiet tat-toroq u tal-awtostradi. Nizhneangarsktransstroy, b'mod partikolari, ġiet ikkummissjonata mill-forzi Russi li jokkupaw l-Ukrajna biex terġa' tibni l-pont li jgħaqqad it-territorju tal-Federazzjoni Russa mal-peniżola Ukrena okkupata tal-Krimea, li fit-8 ta' Ottubru 2022 ġarrab ħsara wara splużjoni. It-tiswijiet imwettqa minn Nizhneangarsktransstroy huma ta' importanza strateġika partikolari għall-isforzi tal-gwerra tar-Russja. Il-pont tal-Krimea jiffunzjona bħala kuritur tal-art bejn il-Federazzjoni Russa u t-territorju okkupat tal-Ukrajna u l-aċċessibbiltà tiegħu taffettwa direttament il-kapaċità tar-Russja li tmexxi gwerra fin-Nofsinhar tal-Ukrajna.

Għalhekk, Nizhneangarsktransstroy qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, Nizhneangarsktransstroy hija entità li qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed tibbenefika minnu.

25.2.2023

187.

Kaluga-based Instrument-Making Plant Typhoon JSC

(magħrufa wkoll bħala Typhoon; magħrufa wkoll bħala Tyfun; magħrufa wkoll bħala Research and production enterprise ‘Kaluga instrument-making plant “Tyfun”’)

(bir-Russu: АКЦИОНЕРНОЕ ОБЩЕСТВО НАУЧНО-ПРОИЗВОДСТВ ЕННОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ ‘КАЛУЖСКИЙ ПРИБОРОСТРОИТЕЛЬНЫ Й ЗАВОД “ТАЙФУН”’; magħrufa wkoll bħala АО ‘Тайфун’)

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation (248600, Kaluga, Voskresenskiy per, 28)

Data tar-reġistrazzjoni: 10.7.2002

Numru tar-reġistrazzjoni: 4026005699 (numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa)

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

‘Typhoon’ JSC hija intrapriża ewlenija fil-kumpless militari-industrijali tar-Russja li tiżviluppa, timmanifattura u tforni sistemi ta' armi li jintużaw b'mod attiv mill-forzi armati Russi fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Pereżempju, is-sistema tal-missili kostali BAL-E li ‘Typhoon’ JSC żviluppat għall-Ministeru Russu għad-Difiża, intużat mill-forzi armati Russi biex jillanċjaw missili kruċieri kontra miri tal-art Ukreni fir-reġjun ta' Odesa f'Ġunju 2022. Barra minn hekk, is-sistema tal-missili tattiċi kostali Rubezh-ME żviluppata minn ‘Typhoon’ JSC ilha tintuża mill-forzi armati Russi biex jillanċjaw missili mill-peniżola tal-Krimea mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, ‘Typhoon’ JSC qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, ‘Typhoon’ JSC hija entità li tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed tibbenefika minnu.

25.2.2023

193.

Patriot Media Group

(bir-Russu: Медиагруппа ‘Патриот’)

Indirizz: 197374, Saint Petersburg, Prospect Primorsky, 78, building 1, Russian Federation

Tel: + 7 (981) 722 50 09

Sit web: https://mediapatriot.ru

Posta elettronika: media@mediapatriot.ru

Individwi assoċjati:

Yevgeny Prigozhin (Head of the Board of Trustees of the Patriot Media Group)

Entitajiet assoċjati:

Il-Patriot Media Group jikkonsisti fost l-oħrajn minn:

Federalnoye Agentsvo Novostey (RIA FAN)

Ekonomika Segodnya

Narodnye Novosti

Polityka Segodnya

Slovo i Delo

Zhurnalistskaya Pravda

PolitExpert

iReactor

NewInform

PolitRossiya

Nevskiye Novosti

Patriot Media Group hija organizzazzjoni tal-media Russa li l-Bord tal-Fiduċjarji tagħha huwa mmexxi minn Yevgeny Prigozhin. Hija xxerred propaganda favur il-Gvern u diżinformazzjoni dwar il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Patriot Media Group tiddefinixxi l-gwerra li għaddejja bħala ‘reklamazzjoni tal-artijiet Russi min-neonażisti fl-Ukrajna’ u jsostni li n-NATO qed tippjana attakk imminenti kontra l-Federazzjoni Russa.

Għalhekk Patriot Media Group hija responsabbli għall-appoġġ materjali f'azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

198.

Alfa-Bank JSC

(bir-Russu: Альфа-Банк)

Indirizz ta' kuntatt: 11 Mashi Poryvayevoy str. Moscow, 107078, Russian Federation

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: 27 Kalanchevskaya str. Moscow, 107078, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 26.7.2022

Numru tar-reġistrazzjoni: 1027700067328

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Individwi assoċjati:

Petr Aven

German Khan, Mikhail Fridman

Alfa-Bank JSC huwa l-akbar bank privat fil-Federazzjoni Russa. Il-Bank Ċentrali tar-Russja inkluda l-Alfa-Bank fil-lista tal-istituzzjonijiet ta' kreditu sistemikament importanti. Alfa-Bank jopera fis-settur tas-servizzi finanzjarji Russi u, b'mod aktar speċifiku, fis-settur bankarju. Fl-2023, is-settur tas-servizzi finanzjarji kien is-seba' l-akbar settur tal-ekonomija Russa skont is-sehem tal-PDG, li jammonta għal 5,2  % tal-PDG tal-Federazzjoni Russa. Din kienet żieda minn 4,8  % fl-2022. Barra minn hekk, is-settur bankarju jikkostitwixxi parti sostanzjali tas-settur finanzjarju Russu, peress li jammonta għal madwar 87 % tal-assi totali fis-settur finanzjarju. Is-settur bankarju kellu prestazzjoni tajba fl-2023, b'żidiet sinifikanti fl-assi totali, fis-self korporattiv u fis-self bl-imnut, u profitt nett ta' 3,3 triljun rublu fl-ewwel sitt xhur biss. Barra minn hekk, is-settur bankarju jappoġġa setturi oħra tal-ekonomija, li min-naħa tagħhom jiġġeneraw dħul għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

25.2.2023

200.

T-Bank JSC

bir-Russu: АО ‘Т-банк’

magħruf ukoll bħala Tinkoff Bank JSC

magħruf ukoll bħala АО ‘Тинькофф банк’

Indirizz: Moscow, 127994, st. Khutorskaya 2nd, 38A, building 26

Indirizz postali: PO Box 23, Moscow, 102001, Russian Federation

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: 127287, st. Khutorskaya 2nd, 38A, Moscow, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 28.11.2002

Numru tar-reġistrazzjoni: 1027739642281

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

T-Bank huwa wieħed mill-akbar tliet banek fir-Russja, abbażi tal-għadd tal-klijenti attivi tiegħu. Għandu pożizzjoni ewlenija fil-qasam tat-teknoloġiji finanzjarji, u l-Bank Ċentrali tar-Russja inkluda lit-Tinkoff Bank fil-lista tal-istituzzjonijiet ta' kreditu sistemikament importanti. Sal-5 ta' Ġunju 2024 T-Bank kien magħruf bħala Tinkoff Bank.

T-Bank jopera fis-settur tas-servizzi finanzjarji Russu u, b'mod aktar speċifiku, fis-settur bankarju.

Fl-2023, is-settur tas-servizzi finanzjarji kien is-seba' l-akbar settur tal-ekonomija Russa skont is-sehem tal-PDG, li jammonta għal 5,2  % tal-PDG tal-Federazzjoni Russa. Din kienet żieda minn 4,8  % fl-2022. Barra minn hekk, is-settur bankarju jikkostitwixxi parti sostanzjali tas-settur finanzjarju Russu, peress li jammonta għal madwar 87 % tal-assi totali fis-settur finanzjarju. Is-settur bankarju kellu prestazzjoni tajba fl-2023, b'żidiet sinifikanti fl-assi totali, fis-self korporattiv u fis-self bl-imnut, u profitt nett ta' 3,3 triljun rublu fl-ewwel sitt xhur biss. Barra minn hekk, is-settur bankarju jappoġġa setturi oħra tal-ekonomija, li min-naħa tagħhom jiġġeneraw dħul għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Għaldaqstant, T-Bank huwa involut f'setturi ekonomiċi li jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

25.2.2023

205.

AO Plasma

Ismijiet oħra: AKTCIONERNOE OBSHESTVO ‘NAUCHNO- ISSLEDOVATELSKIJ INSTITUT GAZORAZRYADNIH PRIBOROV “PLAZMA”’

(АО ‘Плазма’ АКЦИОНЕРНОЕ ОБЩЕСТВО ‘НАУЧНО-ИССЛЕДОВАТЕЛЬСКИЙ ИНСТИТУТ ГАЗОРАЗРЯДНЫХ ПРИБОРОВ “ПЛАЗМА”’)

Indirizz: 390023, Tsiolkovsky st, 24, Ryazan, Russian Federation

Tip ta' entità: Korporazzjoni statali

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 16.10.2002

Numru tar-reġistrazzjoni: TIN (INN): 6230005886

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Informazzjoni oħra:

KPP: 623001001

OKPO: 07626955

OGRN: 1026201102850

OKFS: 61 – Sjieda ta' korporazzjonijiet statali

OKOGU: 4100304 – State corporation to promote the development, production and export of high technology products ‘Russian Technologies’ (Korporazzjoni Statali ‘Russian Technologies’)

OKOPF: 12247 – Kumpaniji b'ishma konġunti miftuħa OKTMO: 61701000001

FSFR: 04700-A

OKATO: 61401375 – Ryazanskaya area, citya oblastnogo znacheniya Ryazanskoj area, Ryazan, Oktyabrskij

AO Plasma hija korporazzjoni statali u l-akbar żviluppatur u manifattur ta' prodotti elettroniċi plażma fir-Russja, inkluż lasers tal-gass u sistemi bbażati fuqhom, għodod għall-wiri ta' informazzjoni (pannelli plażma u monitors ibbażati fuqhom u apparati oħra), apparati tal-iswiċċjar għar-rilaxx tal-gass, u ċeramika industrijali. AO Plasma tipproduċi wkoll unitajiet taċ-ċeramika u l-metall densi taħt vakwu u Apparat ta' Antenna Passiv li jintuża mis-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita GLONASS. GLONASS hija sistema Russa ta' navigazzjoni bis-satellita ddisinjata għal navigazzjoni operattiva u appoġġ tal-ħin għal għadd bla limitu ta' utenti tal-art, tal-baħar, tal-ajru u tal-ispazju. Is-sistema GLONASS kontinwament tassisti lill-Forzi Armati Russi biex iwettqu attakki preċiżi b'missili tattiċi (eż. missili tattiċi Iskander) matul il-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, AO Plasma qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

25.2.2023

209.

SUN Ship Management (D) Ltd.

Post tar-reġistrazzjoni: Dubai, United Arab Emirates (Unit OT 17-32, Level 17, Central Park Offices, Dubai International Financial Centre, Dubai, PO Box 507065, United Arab Emirates)

Data tar-reġistrazzjoni: 2.8.2012

Numru tar-reġistrazzjoni: 1244

Postijiet prinċipali tan-negozju: United Arab Emirates, Russian Federation, European Union

Entitajiet assoċjati:

PAO Sovcomflot (kumpanija omm)

SUN Ship Management (D) Ltd., li qabel kienet magħrufa bħala SCF Management Services (Dubai) Ltd., hija kumpanija tal-ġestjoni tal-bastimenti bbażata f'Dubai, li tagħmel parti minn PAO Sovcomflot (SCF Group), l-akbar kumpanija tat-tbaħħir tar-Russja, li tispeċjalizza fit-trasport ta' gass likwifikat, żejt grezz u prodotti tal-petroleum, kif ukoll is-servizzjar fir-rigward tal-produzzjoni ta' enerġija offshore upstream. SUN Ship Management (D) Ltd timmaniġġa u topera flotta ta' kważi mitt bastiment taż-żejt, tal-gass naturali likwifikat u tal-kimika, b'kapaċità ta' aktar minn 150 000 tunnellaġġ ta' piż mejjet. Mill-bidu tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, SUN Ship Management (D) Ltd. kienet qed topera bħala waħda mill-kumpaniji ewlenin li jimmanniġġaw u joperaw it-trasport marittimu taż-żejt Russu. Huwa importanti l-fatt li, bħala parti mill-kumpanija tat-tbaħħir statali Russa PAO Sovcomflot, il-Federazzjoni Russa hija l-benefiċjarju aħħari tas-servizzi offruti minn SUN Ship Management (D) Ltd.. Tali servizzi jipprovdu sors sostanzjali ta' dħul lill-gvern tal-Federazzjoni Russa, li jammonta għal aktar minn 70 % tad-dħul mill-enerġija tar-Russja, u b'hekk jippermettu lill-Kremlin jiffinanzja l-gwerra ta' aggressjoni tiegħu kontra l-Ukrajna.

Għaldaqstant, SUN Ship Management (D) Ltd. hija entità li tappoġġa, materjalment u finanzjarjament, lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa. Barra minn hekk, SUN Ship Management (D) Ltd. hija entità involuta f'settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta' dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.

25.2.2023

239.

20th Guards Combined Arms Army

(20-я гвардейская Краснознаменная общевойсковая армия

magħrufa wkoll bħala 20-я гвардейская общевойсковая армия)

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation (606083, Nizhny Novgorod region, Volodarsky district, Mulino)

Data tar-reġistrazzjoni: 14.12.2009

Numru tar-reġistrazzjoni: 3666162144 (numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa)

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

It-20th Guards Combined Arms Army hija parti mill-Forzi tal-Art Russi u tipparteċipa direttament fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. It-20th Guards Combined Arms Army hija deskritta mill-Ministeru għad-Difiża Russu bħala l-akbar assoċjazzjoni tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa, li qed tipparteċipa fl-aktar avvenimenti sinifikanti fil-ħajja militari tal-pajjiż. Matul l-invażjoni tal-Ukrajna fuq skala sħiħa mir-Russja, it-20th Guards Combined Arms Army kkontribwiet direttament għall-offensiva tar-Russja mid-direzzjoni tal-Grigal.

Għalhekk, it-20th Guards Combined Arms Army hija responsabbli li tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.6.2023

241.

SPS CJSC

magħrufa wkoll bħala Non-Public Joint Stock Company ‘Research and Production Center’ Specialized Devices and Systems

magħrufa wkoll bħala Specialized Devices and Systems

(Непубличное Акционерное Общество ‘Научно-Производственный Центр “Специализированные Приборы И Системы”’)

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation (125080, Moscow, sh. Volokolamskoe, 1 str. 1, et 5; pom VI; kom 30B

Data tar-reġistrazzjoni: 22.8.2014

Numru tar-reġistrazzjoni: 7743937237 (numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa)

Postijiet prinċipali tan-negozju: Russian Federation, Netherlands

Informazzjoni oħra: Pavel Sergeevich Seleznev (maniġer ġenerali)

SPS CJSC hija entità bbażata fir-Russja li timmanifattura kompjuters u tagħmir elettroniku ieħor. SPS CJSC hija involuta b'mod attiv fiċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet permezz tas-sħubija tagħha ma' entità bbażata fl-UE, jiġifieri Woerd-Tech BV. Sa mill-impożizzjoni ta' sanzjonijiet tal-UE li jipprojbixxu l-esportazzjoni ta' semikondutturi lejn ir-Russja, l-entità bbażata fin-Netherlands Woerd-Tech BV ġiet issuspettata bil-kuntrabandu illegali ta' semikondutturi lejn il-Federazzjoni Russa. Sid Woerd-Tech BV ġie arrestat mill-awtorità kompetenti Netherlandiża fuq suspett ta' ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet. SPS CJSC iffunzjonat bħala faċilitatur ewlieni fl-operazzjoni ta' kuntrabandu illegali mmexxija minn Woerd-Tech BV, filwaqt li aġixxiet bħala r-riċevitur ibbażat fir-Russja ta' semikondutturi esportati illegalment.

Għalhekk, SPS CJSC hija entità li tevita l-miżuri restrittivi tal-Unjoni permezz ta' attivitajiet li għandhom l-għan jew ir-riżultat li jfixklu l-projbizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK u r-Regolament (UE) Nru 833/2014.

23.6.2023

243.

LLC ‘CST’

magħrufa wkoll bħala Zala Aero Group

magħrufa wkoll bħala Zala Aero

Indirizz: 426011, UR, Izhevsk, PO Box 9050

Tip ta' entità: kumpanija b'responsabbiltà limitata (LLC)

Post tar-reġistrazzjoni: Russia

Numru tar-reġistrazzjoni: 1101841007938

Data tar-reġistrazzjoni: 24.12.2010

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 1841015504

Entitajiet assoċjati: JCS Kalashnikov Concern

LLC ‘CST’, parti mill-Kalashnikov Group, hija kumpanija Russa li timmanifattura u tforni UAVs, b'mod partikolari ‘Lancet UAV’ u ‘KYB-UAV’, li ntużaw mill-militar Russu fil-gwerra ta' aggressjoni tiegħu kontra l-Ukrajna. Għalhekk, LLC ‘CST’ qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.6.2023

286.

JSC PROGRESS Arsenyev Aviation Company named after N.I. Sazikin

bir-Russu: Арсеньевская авиационная компания ‘Прогресс’ им. Н.И.Сазыкина

magħrufa wkoll bħala JSC Arsenyev Aviation Company Progress

magħrufa wkoll bħala AAC Progress

magħrufa wkoll bħala Арсеньевская авиационная компания

magħrufa wkoll bħala ‘AAC Прогресс’

Indirizz: 5 Ploshchad Lenina, Arsenyev, Primorsky Krai, Russian Federation 692335

Telefown: + 7 (42361) 4 55 91,4 52 31; + 7 (42361) 4-52-32, + 7 (42361) 2-52-32

Fax: + 7 (42361) 4 50 93

Indirizz elettroniku: info@aacprogress.ru

Sit web: https://www.rhc.aero

Data tar-reġistrazzjoni: 14.11.2002

Numru tar-reġistrazzjoni: 1022500510350

Post prinċipali tan-negozju: Arsenyev, Russian Federation

Progress Arsenyev Aviation Company hija kumpanija tal-industrija militari Russa. Hija tipprovdi ħelikopters lill-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa.

Timmanifattura l-ħelikopters tal-ġlied Ka-52 ‘Alligator’ li jintużaw mill-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, qed jappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed tibbenefika minnu.

18.12.2023

312.

PMC Tsarskie Volki

magħrufa wkoll bħala Tsar Wolves

Post tal-attivitajiet: Ukraine, Russian Federation

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Individwi assoċjati: Dmitry Rogozin

PMC Tsarskie Volki hija kumpanija militari privata Russa li tipparteċipa b'mod dirett f'operazzjonijiet Russi ta' ġlied fl-Ukrajna. Il-kumbattenti ta' PMC Tsarskie Volki jipparteċipaw b'mod attiv f'operazzjonijiet Russi fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u l-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’. L-organizzazzjoni tikkonsisti b'mod predominanti minn esperti militari-tekniċi li jaħdmu fuq l-iżvilupp ta' armi u materjali splussivi f'isem il-Forzi Armati Russi. PMC Tsarskie Volki pprovdiet assistenza militari-teknika lil unitajiet tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta' Donetsk’ u ‘Repubblika tal-Poplu ta' Luhansk’ u ħarrġithom f'attivitajiet ta' rikonjizzjoni u attakk. Barra minn hekk, PMC Tsarskie Volki ddisinjat u ttestjat mijiet ta' armi u splussivi fil-kuntest tal-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Pereżempju, PMC Tsarskie Volki żviluppat l-hekk imsejjaħ tank robotiku ‘Marker’ li serva biex qered vetturi armati Ukreni.

Għalhekk, PMC Tsarskie Volki qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

18.12.2023

357.

LLC ‘SMT-iLogic’

magħrufa wkoll bħala LLC SMT-Ailogik

magħrufa wkoll bħala LLC SMT iLogic

(ООО ‘СМТ-Айлогик’)

Indirizz: 195220, Russian Federation, Saint Petersburg, Nepokorennykh Avenue, 17, building 4, letter V, room 5-N

Tip ta' entità: kumpanija b'responsabbiltà limitata

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Numru tar-reġistrazzjoni: 1157847407156

Data tar-reġistrazzjoni: 27.11.2015

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 7804552300

KPP: 780401001

Entitajiet assoċjati: Special Technology Center Ltd. (magħrufa wkoll bħala STC, Ltd)

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Sit web: http://smt-ilogic.ru/

Tel./fax: + 7 (812) 244-19-87

Indirizz elettroniku: info@smt-ilogic.ru

LLC SMT-iLogic hija fornitur ta' diversi servizzi fil-qasam tal-iżvilupp tal-elettronika. Il-kumpanija tipprovdi servizzi għall-iżvilupp tal-elettronika u timmanifattura apparat għall-ġbir u l-ipproċessar tal-informazzjoni. LLC STC, il-manifattur affiljat mal-militar Russu tad-droni Orlan-10, tikseb komponenti barranin mingħand LLC SMT-iLogic. Il-Forzi Armati Russi jużaw droni Orlan-10 fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna.

Għalhekk, LLC SMT-iLogic qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Barra minn hekk, LLC SMT-iLogic hija assoċjata ma' LLC STC.

23.2.2024

359.

All-Russian public-state movement of children and youth ‘Movement of the First’

magħrufa wkoll bħala ‘Movement of the First’

(Движение первых)

Indirizz: Russian Federation, 109028, Moscow, Zemlyanoy Val street, 50A, building 2

Numru tar-reġistrazzjoni: 1227700776038

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 9709087880

KPP: 770901001

Tel:

+ 7 495 565 30 10,

+ 8 800 333 63 11

Sit web: https://будьвдвижении.рф

Indirizz elettroniku: zabota@rddm.team

info@rddm.team

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

‘Movement of the First’ hija organizzazzjoni taż-żgħażagħ fil-Federazzjoni Russa, li nħolqot f'Diċembru 2022 fuq l-inizjattiva tal-President tal-Federazzjoni Russa Vladimir Putin biex tipprovdi attivitajiet edukattivi, inkluż ta' natura militarizzata, għal tfal ta' bejn is-6 snin u t-18-il sena, abbażi ta' ‘objettivi spiritwali u morali tradizzjonali Russi’. It-tfal li huma membri tal-moviment jiltaqgħu mas-suldati li ġġieldu fil-gwerra ta' aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, jibagħtu kards u ittri ta' appoġġ lis-suldati kif ukoll iħejju tagħmir li għandu jintuża fil-kamp tal-battalja, u jitgħallmu kif jikkontrollaw id-droni. Barra minn hekk, il-moviment organizza logħob tal-gwerra għat-tfal, li jirreplika u jissimula sitwazzjonijiet ta' battalja.

Dawn l-attivitajiet jitwettqu fir-reġjuni Russi kollha kif ukoll fil-Krimea annessa illegalment, u fit-territorji okkupati illegalment tal-Ukrajna tar-reġjuni ta' Donetsk, Luhansk, Kherson u Zaporizhzhia. Għaldaqstant, permezz tad-diversi programmi tiegħu, il-moviment qed iwettaq riedukazzjoni tat-tfal Ukreni, inkluż dawk deportati lejn ir-Russja illegalment.

Għalhekk, Movement of the First qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

23.2.2024

364.

JSC NMZ

magħrufa wkoll bħala Nizhny Novgorod Machine-Building Plant

(АО ‘НМЗ’

magħrufa wkoll bħala Акционерное Общество ‘Нижегородский Машиностроительный Завод’)

magħrufa wkoll bħala JSC ‘NIZHNY NOVGOROD PLANT 70TH ANNIVERSARY OF VICTORY’

Indirizz: Russian Federation, 603052, Nizhny Novgorod region, Nizhny Novgorod, Sormovskoe highway, no. 21

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti

Data tar-reġistrazzjoni: 15.2.1994

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 5259008768

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

JSC NMZ (magħrufa wkoll bħala Nizhny Novgorod Machine-Building Plant) hija intrapriża statali militari-industrijali Russa li tiżviluppa sistemi tal-artillerija u sistemi ta' missili, inkluż is-sistemi ta' missili kontra l-inġenji tal-ajru S-300, użati mill-Forzi Armati Russi. Barra minn hekk, JSC NMZ hija parti mill-grupp Almaz-Antey, manifattur Russu tal-armi tal-istat li jiżviluppa sistemi ta' difiża kontra l-inġenji tal-ajru u missili kruċieri għall-militar Russu.

Għalhekk, JSC NMZ qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed tibbenefika minnu. Barra minn hekk, JSC NMZ hija assoċjata mal-grupp Almaz-Antey, li qed jappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

365.

JSC RIRV

magħrufa wkoll bħala Russian Institute of Radio Navigation and Time

magħrufa wkoll bħala RIRT

(Акционерное Общество ‘Российский Институт Радионавигации И Времени’

magħrufa wkoll bħala АО ‘РИРВ’)

Indirizz: Russian Federation, 192012, Saint Petersburg, Obukhovskaya Oborona Ave., 120

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti

Data tar-reġistrazzjoni: 5.5.2003

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 7825507108

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Entitajiet assoċjati: JSC ‘NORTH-WEST REGIONAL CENTER OF THE ALMAZ-ANTEY AIR AND SPACE DEFENCE CORPORATION – OBUKHOV PLANT’ (magħrufa wkoll bħala JSC Obukhov Plant)

JSC RIRV (magħrufa wkoll bħala Russian Institute of Radio Navigation and Time) hija intrapriża statali militari-industrijali Russa li tiżviluppa tagħmir tan-navigazzjoni għas-sistema Russa GLONASS użata mill-Forzi Armati Russi biex iwettqu attakki bi preċiżjoni għolja fuq l-infrastruttura ċivili u militari fl-Ukrajna. Barra minn hekk, JSC RIRV hija parti mill-grupp Almaz-Antey, manifattur Russu tal-armi tal-istat li jiżviluppa sistemi ta' difiża kontra l-inġenji tal-ajru u missili kruċieri għall-militar Russu.

Għalhekk, JSC RIRV qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed tibbenefika minnu. Barra minn hekk, JSC RIRV hija assoċjata mal-grupp Almaz-Antey, li qed jappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

23.2.2024

339.

Joint-Stock Company ‘State Scientific and Production Enterprise “Region”’

bir-Russu: АКЦИОНЕРНОЕ ОБЩЕСТВО ‘ГОСУДАРСТВЕННОЕ НАУЧНО-ПРОИЗВОДСТВЕННОЕ ПРЕДПРИЯТИЕ “РЕГИОН”’

magħrufa wkoll bħala АО ‘ГНПП “РЕГИОН”’

magħrufa wkoll bħala JSC ‘GNPP “REGION”’

magħrufa wkoll bħala CJSC ‘Region’ Open Joint Stock Company

magħrufa wkoll bħala Joint Stock Company ‘Scientific and Technical Development “Region”’

Indirizz: Russian Federation, 115230, g. Moscow, Kashire Highway, d. 13A

Tip ta' entità: kumpanija b'ishma konġunti

Post tar-reġistrazzjoni: Russian Federation

Numru tar-reġistrazzjoni: 1057747873875

Post prinċipali tan-negozju: Russian Federation

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 7724552070

JSC ‘State Scientific and Production Enterprise “Region”’ hija żviluppatur u fornitur ewlieni Russu ta' bombi ggwidati għall-avjazzjoni tal-ewwel linja. JSC ‘State Scientific and Production Enterprise “Region”’ tipproduċi magni navali u tal-avjazzjoni u armamenti navali u tal-avjazzjoni, kif ukoll sistemi ta' kontromiżuri għall-mini għall-Ministeru tad-Difiża Russa. Barra minn hekk, JSC ‘State Scientific and Production Enterprise “Region”’ hija sussidjarja ta' JSC Tactical Missile Armament Corporation li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet militari u ta' difiża tar-Russja.

Għalhekk JSC ‘State Scientific and Production Enterprise “Region”’ qed tappoġġa materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk hija qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna, u qed tibbenefika minnu.

23.2.2024

438.

Volga-Dnepr Group

magħruf ukoll bħala Volga-Dnepr Moscow

(Группа компаний ‘Волга-Днепр’,

magħruf ukoll bħala ‘Волга-Днепр Москва’)

Indirizz: Russian Federation, 41411, Moscow, Sh. Mezhdunarodnoye, 28B, Bldg. 3

Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

Data tar-reġistrazzjoni: 9.1.2016

Numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa: 7704223366

KPP: 774301001

OGRN: 1027700590521

Volga Dnepr Group huwa kumpanija azzjonarja ewlenija Russa tat-trasport tal-ajru, li tispeċjalizza fit-trasport ta' merkanzija tqila permezz ta' charters domestiċi u internazzjonali u operazzjonijiet skedati. Sa mill-bidu tal-gwerra ta aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-Volga Dnepr Group kellu rwol kruċjali fil-manutenzjoni tal-kumpless militari-industrijali tar-Russja u fl-għoti ta' servizzi tat-trasport bl-ajru għal finijiet militari Russi. Volga Dnepr Group huwa wkoll il-kumpanija prinċipali ta' Volga Dnepr Airlines LLC. Il-flotta tal-Volga Dnepr Group tikkonsisti minn 12-il ajruplan tat-tip Antonov An-124, ħames Boeing 747-8F u ħames IL-76TD-90VD (IV). Volga Dnepr Airlines LLC għandha operazzjonijiet tal-ajru sinifikanti u tipprovdi servizzi tat-trasport f'setturi ta' sinifikat strateġiku għall-Gvern Russu, billi timporta minn pajjiżi terzi tagħmir elettroniku, tal-IT u tal-komunikazzjoni, li huma rilevanti għall-isforzi tar-Russja fil-gwerra ta' aggressjoni kontra l-Ukrajna. Għar-rwol kruċjali tiegħu fl-appoġġ tal-Federazzjoni Russa, il-Volga Dnepr Group irċieva sussidji ta' appoġġ mill-Gvern Russu.

24.6.2024

472.

JSC Compel

magħrufa wkoll bħala JSC Kompel

(Акционерное Общество Компэл)

Indirizz: 109316, Russian Federation, Moscow, Volgogradsky Ave., 28A, pom. I, floor. 3, com. 6

Uffiċċji: 109052, Russian Federation, Moscow, Novokhokhlovskaya str., 23 bldg. 1 (Ring Park Business Park), 3rd floor 199034, Russian Federation, Saint Petersburg, VO, Bolshoy Prospekt, 18, lit. A (Andriyivskyi Shopping and Office Center)

JSC Compel hija waħda mill-akbar kumpaniji Russi li jfornu komponenti u moduli lill-manifatturi ta' tagħmir elettroniku. Hija tipparteċipa fi skemi ta' importazzjoni għal komponenti elettroniċi u tforni lill-industrija Russa (inkluż l-industrija militari) b'komponenti mikroelettroniċi ta' importanza strateġika, li huma integrali għall-kapaċitajiet militari Russi u meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' żvilupp industrijali fuq skala kbira. Għalhekk, JSC Compel qed tappoġġa materjalment lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

24.6.2024.

477.

International LLC ‘Rasperia Trading Limited’

(МКАО ‘Распериа Трейдинг Лимитед’)

Indirizz: 236006, Region Kaliningrad, Kaliningrad, Solnechny blvd., 25, premisch. A/60;

Indirizz: ul. Oktyabrskaya 37, office 7, 236006 Kaliningrad

Tip ta' entità: kumpanija internazzjonali b'responsabbiltà limitata

Data tar-reġistrazzjoni: 20.5.2019 (irreġistrata bħala intrapriża żgħira u ta' daqs medju);

10.7.2023 (irreġistrata bħala intrapriża żgħira)

Numru tar-reġistrazzjoni: 1193926007153

International LLC Rasperia Trading Limited (‘Rasperia’, ibbażata fir-Russja) għandha 28,5 miljun sehem fil-kumpanija Ewropea STRABAG SE. Dawk l-ishma ġew iffriżati minħabba li Rasperia kienet ikkontrollata minn Oleg Vladimirovich Deripaska, individwu soġġett għal miżuri restrittivi tal-Unjoni.

Oleg Deripaska kkoordina skema kumplessa ta' evażjoni ma' Dimitry Aleksandrovich Beloglazov, biex ibigħ l-ishma ffriżati ta' STRABAG. Għal dak l-għan, il-kumpanija ta' Beloglazov LLC Titul (ibbażata fir-Russja) stabbiliet sussidjarja, JSC Iliadis (ibbażata fir-Russja), li akkwistat is-sehem ta' Deripaska f'Rasperia, u b'hekk ukoll l-ishma ta' STRABAG iffriżati. Deripaska rċieva benefiċċju ekonomiku ekwivalenti għall-bejgħ ta' Rasperia.

28.6.2024”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/528/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top