This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025D0377
Council Decision (CFSP) 2025/377 of 24 February 2025 amending Decision (CFSP) 2023/2135 concerning restrictive measures in view of activities undermining the stability and political transition of Sudan
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/377 tal-24 ta’ Frar 2025 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/377 tal-24 ta’ Frar 2025 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
ST/5867/2025/INIT
ĠU L, 2025/377, 25.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/377/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2025/377 |
25.2.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/377
tal-24 ta’ Frar 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta’ attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fid-9 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 (1). |
(2) |
Fit-8 ta’ Novembru 2024, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1591(2005) tal-KSNU żied żewġ persuni fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi. |
(3) |
Jenħtieġ li l-entrati għaż-żewġ persuni elenkati mill-Kumitat tal-KSNU stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1591 (2005) tal-KSNU f’Novembru 2024 jitħassru mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135. |
(4) |
Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135 tad-9 ta' Ottubru 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan (ĠU L, 2023/2135, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2135/oj).
ANNESS
Fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/2135, taħt l-intestatura “A. Lista ta’ persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 2(1)”, jitħassru ż-żewġ entrati li ġejjin:
4. |
Abdulrahman JUMA BARAKALLAH; |
10. |
Osman Mohamed HAMID. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/377/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)