Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R2897

Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2897 tat-18 ta’ Novembru 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1529 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar

ST/14498/2024/INIT

ĠU L, 2024/2897, 18.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2897/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2897/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2897

18.11.2024

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/2897

tat-18 ta’ Novembru 2024

li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1529 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2894 tat-18 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Lulju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532 (2) u r-Regolament (UE) 2023/1529 (3), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar.

(2)

Fit-18 ta’ Novembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2894, li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1532. Fid-dawl tal-appoġġ militari kontinwu tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u b’mod partikolari l-provvista mill-Iran ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs) u missili lir-Russja. Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2894 tintroduċi aktar miżuri restrittivi.

(3)

Il-miżuri jintroduċu projbizzjoni fuq l-esportazzjoni, il-bejgħ, it-trasferiment jew il-forniment mill-Unjoni lejn l-Iran ta’ komponenti ulterjuri użati fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ UAVs u ta’ komponenti użati fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ missili.

(4)

Barra minn hekk, il-miżuri jintroduċu projbizzjoni fuq it-tranżazzjonijiet li tipprojbixxi kwalunkwe tranżazzjoni ma’ portijiet u mgħalaq li huma ta’, operati minn jew ikkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi elenkati jew li jintużaw għat-trasferiment ta’ UAVs jew missili Iranjani jew teknoloġija relatata jew komponenti tagħhom lir-Russja b’appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Dak jinkludi l-aċċess għall-faċilitajiet tal-portijiet u l-imgħalaq elenkati u l-forniment ta’ kwalunkwe servizz lill-bastimenti. Hija inkluża eżenzjoni għas-sikurezza marittima.

(5)

Huwa xieraq ukoll li jiġu emendati l-kriterji tal-elenkar u jiġu pprovduti għal eċċezzjonijiet immirati.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni.

(7)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sabiex ma tiġix ipperikolata l-effettività tal-miżuri stabbiliti fih.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/1529 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2023/1529 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Għandu jkun ipprojbit il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament jew indirettament, tal-oġġetti u t-teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-kapaċità tal-Iran li timmanifattura Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ (UAVs) jew missili kif elenkat fl-Anness II, kemm jekk joriġinaw mill-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, fl-Iran jew għall-użu fl-Iran.

It-tranżitu mit-territorju tal-Iran tal-oġġetti u t-teknoloġija, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, esportati mill-Unjoni, għandu jkun ipprojbit.”

;

(2)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

1.   Għandu jkun ipprojbit l-involviment fi kwalunkwe tranżazzjoni, direttament jew indirettament, ma’ portijiet u mgħalaq elenkati fl-Anness IV.

2.   L-Anness IV għandu jinkludi portijiet u mgħalaq li huma:

(a)

proprjetà ta’, operati jew ikkontrollati minn kwalunkwe persuna, fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness III;

(b)

proprjetà ta’, operati jew ikkontrollati minn persuna ġuridika, entità jew korp li 50 % jew aktar tad-drittijiet proprjetarji tagħhom ikunu b’mod dirett jew indirett proprjetà ta’ entità elenkata fl-Anness III;

(c)

proprjetà ta’, operati jew ikkontrollati minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f’isem entità msemmija fil-punti (a) jew (b) ta’ dan il-paragrafu jew skont id-direzzjoni tagħha; jew

(d)

użati għat-trasferiment ta’ UAVs jew missili jew teknoloġiji jew komponenti relatati tagħhom Iranjani lir-Russja b’appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta’ bastiment fil-bżonn ta’ assistenza li qed ifittex post ta’ rifuġju, ta’ waqfa ta’ emerġenza f’port għal raġunijiet ta’ sikurezza marittima, jew għas-salvataġġ tal-ħajjiet fuq il-baħar, jew għall-finijiet umanitarji, jew għall-prevenzjoni jew il-mitigazzjoni urġenti ta’ avveniment li x’aktarx ikollu impatt serju u sinifikanti fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-bniedem jew l-ambjent, jew bħala rispons għal diżastri naturali.”

;

(3)

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew li huma proprjetà ta’, jew huma miżmuma jew ikkontrollati minn, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi:

(a)

responsabbli għall-programm tal-UAVs jew tal-missili tal-Iran, li jappoġġawh jew li huma involuti fih;

(b)

li jfornu, ibigħu jew li b’xi mod ieħor huma involuti fit-trasferiment ta’ UAVs jew missili jew teknoloġiji jew komponenti relatati tal-Iran:

(i)

lir-Russja b’appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna;

(ii)

lil gruppi armati u entitajiet li jimminaw il-paċi u s-sigurtà fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar;

(iii)

lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jaġixxu bi ksur tar-Riżoluzzjoni 2216 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; jew,

(c)

li huma assoċjati ma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fil-punt (a) jew (b);

kif elenkati fl-Anness III, għandhom jiġu ffriżati.”

;

(4)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3ca

“1.   B’deroga mill-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi lill-entitajiet elenkati taħt in-numri tal-entrati 10, 11 u 12 fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament, b’tali kundizzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti jqisu xierqa u wara li jkunu ddeterminaw li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għas-servizzi fuq l-art kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (23), tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

2.   B’deroga mill-Artikolu 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, skont il-kundizzjonijiet li jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma neċessarji biex jittrattaw kwistjonijiet ta’ sikurezza tal-ajru li huma kritiċi u identifikati b’mod ċar u wara konsultazzjoni minn qabel mal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu fi żmien ġimagħtejn minn tali awtorizzazzjoni.

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).”;"

(5)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3f

1.   L-Artikolu 3 ma għandux japplika għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li huma meħtieġa għal:

(a)

finijiet umanitarji, l-evakwazzjoni jew ir-ripatrijazzjoni ta’ persuni, jew għal inizjattivi li jipprovdu appoġġ lill-vittmi ta’ diżastri naturali, nukleari jew kimiċi;

(b)

l-operat ta’ titjiriet meħtieġa għall-attendenza ta’ laqgħat bl-għan li tinstab soluzzjoni għall-appoġġ militari Iranjan għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u għal gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar, jew għall-promozzjoni tal-għanijiet ta’ politika tal-miżuri restrittivi;

(c)

inżul, tlugħ jew titjir li jgħaddi minn fuq it-territorju f’każijiet ta’ emerġenza; jew

(d)

vjaġġar għal skopijiet uffiċjali ta’ membri ta’ missjonijiet diplomatiċi jew konsulari ta’ Stati Membri fl-Iran jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu immunitajiet f’konformità mad-dritt internazzjonali.

2.   Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma residenti, jinsabu, stabbiliti jew inkorporati dwar it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn minn meta jkunu saru disponibbli. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni li tasallu skont dan il-paragrafu fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċeviha.”

;

(6)

L-Artikolu 4 huwa mħassar

(7)

L-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(8)

L-Anness IV jiżdied f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L, 2024/2894, 18.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2894/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1532 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar (ĠU L 186, 25.7.2023, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1532/oj).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/1529 tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-appoġġ militari tal-Iran għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u lil gruppi armati u entitajiet fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Baħar l-Aħmar (ĠU L 186, 25.7.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1529/oj).


ANNESS I

L-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/1529 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS II

LISTA TA’ OĠĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2

NOTI INTRODUTTORJI

1.

Fejn ‘ex’ tippreċedi l-kodiċi SA/NM, l-oġġetti koperti mir-Regolament (UE) 2023/1529 jikkostitwixxu biss parti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kodiċi SA/NM u huma determinati kemm mid-deskrizzjoni mogħtija f’dan l-Anness kif ukoll mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-kodiċi SA/NM.

2.

Id-definizzjonijiet tat-termini bejn ‘virgoletti singoli’ jingħataw f’nota teknika mal-punt rilevanti.

3.

Id-definizzjonijiet tat-termini bejn ‘virgoletti doppji’ jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 2021/821.

Kategorija 1 — Materjali speċjali u tagħmir relatat

Deskrizzjoni

Kodiċi SA/NM

Materjali enerġetiċi kif ġej u taħlitiet tagħhom:

Pikrat tal-ammonju (CAS 131-74-8);

ex 2908 99 00

Trab iswed;

ex 3601 00 00

Eżanitrodifenilammina (CAS 131-73-7);

ex 2921 44 00

Difluworoammina (CAS 10405-27-3);

ex 2812 90 00

Nitrustarċ (CAS 9056-38-6);

ex 3505 10 50

Tetranitronaftalina; (CAS 28995-89-3, CAS 4793-98-0);

ex 2902 90 00

Trinitruaniżol; (CAS 606-35-9);

ex 2909 30 90

Trinitronaftalina; (CAS 55810-17-8, CAS 2243-94-9);

ex 2902 90 00

Trinitrossilen; (CAS 632-92-8);

ex 2902 41 00

ex 2902 42 00

ex 2902 43 00

ex 2902 44 00

N-metil-2-pirrolidinon; 1-metil-2-pirrolidinon (CAS 872-50-4);

ex 2939 79 90

Diottilmaleat (CAS 142-16-5);

ex 2917 19 80

Etileżilakrilat (CAS 103-11-7);

ex 2916 12 00

Trietilaluminju (TEA) (CAS 97-93-8), trimetilaluminju (TMA) (CAS 75-24-1), u alkili tal-metall piroforiċi oħra u arili tal-litju, sodju, manjeżju, żingu jew boron;

ex 2931 90 00

Nitroċelluloża (CAS 9004-70-0);

3912 20

Nitrogliċerina (jew gliċeroltrinitrat, trinitrogliċerina) (NG) (CAS 55-63-0);

ex 2920 90 70

2,4,6-trinitrutoluwen (TNT) (CAS 118-96-7);

ex 2904 20 00

Etilendiamminadinitrat (EDDN) (CAS 20829-66-7);

ex 2920 90 70

Pentaeritritoltetranitrat (PETN) (CAS 78-11-5);

ex 2920 90 70

Ażid taċ-ċomb (CAS 13424-46-9), stifnat taċ-ċomb normali (CAS 15245-44-0) u stifnat taċ-ċomb bażiku (CAS 12403-82-6) u splussivi primarji jew kompożizzjonijiet ta’ innesk li fihom ażidi jew kumplessi ta’ ażid;

ex 2850 00 60

ex 2908 99 00

Dietildifenilurea (CAS 85-98-3); dimetildifenilureja (CAS 611-92-7); urea tal-metiletildifenil

ex 2924 21 00

N,N-difenilurea (difenilurea mhux simetrika) (CAS 603-54-3);

ex 2924 21 00

Metil-N,N-difenilureja (difenilurea mhux simetrika) (CAS 13114-72-2);

ex 2924 21 00

Metil-N,N-difenilurea (difenilurea mhux simetrika tal-metil) (CAS 64544-71-4);

ex 2924 21 00

4-Nitrodifenilammina (4-NDPA) (CAS 836-30-6);

ex 2921 44 00

2,2-dinitropropanol (CAS 918-52-5);

ex 2905 59 98

Materjali fibrużi u filamentari, mhux ikkontrollati minn 1C010 (1) jew 1C210 (2), għall-użu fi strutturi ‘kompożiti’ u b’modulu speċifiku ta’ 3,18 x 106 m jew akbar u reżistenza għat-tensjoni speċifika ta’ 7,62 x 104 m jew akbar

ex 5402 11

ex 5501 11

ex 5503 11

ex 6815 11

ex 6815 12

ex 6815 19

ex 7019 19 10

Nanomaterjali kif ġej:

a.

Nanomaterjali semikondutturi;

b.

Nanomaterjali bbażati fuq il-komposti; jew

c.

Kwalunkwe wieħed minn dawn in-nanomaterjali bbażati fuq il-karbonju:

1.

Nanotubi tal-karbonju;

2.

Nanofibri tal-karbonju;

3.

Fullereni;

4.

Grafeni; jew

5.

Basal tal-karbonju.

Noti:

Għall-finijiet ta’ dan il-kontroll, nanomaterjal ifisser materjal li jissodisfa mill-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

1.

Jikkonsisti f’partiċelli, b’dimensjoni esterna waħda jew aktar fil-medda tad-daqs 1 – 100 nm għal aktar minn 1 % tad-distribuzzjoni dimensjonali numerika tagħhom;

2.

Għandu strutturi interni jew tal-wiċċ f’dimensjoni waħda jew aktar fil-firxa tad-daqs ta’ 1 - 100 nm; jew

3.

Għandu erja tal-wiċċ speċifika bil-volum akbar minn 60 m2/cm3, esklużi materjali li jikkonsistu f’partikoli b’daqs inqas minn 1 nm

ex 2805 30

ex 2846 10

ex 2846 90

ex 5402 11

ex 5501 11

ex 5503 11

ex 6815 11

ex 6815 12

ex 6815 13

ex 6815 19

ex 7019 12

ex 7019 19

Tungstenu, karbur tat-tungstenu u ligi, mhux ikkontrollati minn 1C117 (3), 1C226 (4), II.A1.013 (5) jew II.A1.017 (6), li fihom aktar minn 90 % ta’ tungstenu skont il-piż.

Nota 1:

Għall-finijiet ta’ dan il-kontroll, il-wajer huwa eskluż

Nota 2:

Għall-finijiet ta’ dan il-kontroll, l-istrumenti kirurġiċi jew mediċi huma esklużi

2849 90 30

ex 8101 10

ex 8101 94

ex 8101 97

ex 8101 99

Polietilen b’piż molekulari għoli ħafna (Ultra-High-Molecular-Weight Polyethylene, UHMWPE), mhux ikkontrollat b’1C010 (7) jew 1C210 (8), preżentat fi kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

a.

Forom primarji;

b.

Raden tal-filament jew monofilamenti;

c.

Stoppa tal-filamenti;

d.

Ftietel;

e.

Fibri ta’ qisien ta’ qosor predeterminat (staple) jew imqattgħin;

f.

Tessuti;

g.

Polpa jew qatgħat.

ex 3901 20 10

ex 3901 20 90

ex 5402 39

ex 5402 49

ex 5402 59

ex 5402 69

ex 5404 90 90

ex 5407 20 11

ex 5407 20 19

ex 5501 90

ex 5503 90

ex 5506 90

ex 5601 30

Kategorija 2 — L-ipproċessar ta’ materjali

Deskrizzjoni

Kodiċi SA/NM

Berings u sistemi ta’ berings mhux ikkontrollati minn 2A001 (9) u 2A101 (10):

a.

Ball bearings jew ball bearings solidi, li għandhom tolleranzi speċifikati mill-manifattur skont ABEC 7, ABEC 7P, jew ABEC 7T jew ISO Standard Klassi 4 jew aħjar (jew ekwivalenti) u li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin;

1.

Manifatturati għall-użu f’temperaturi operattivi ’l fuq minn 573 K (300 oC) jew bl-użu ta’ materjali speċjali jew bi trattament speċjali tas-sħana; jew

2.

B’elementi lubrikanti jew modifiki tal-komponenti li, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur, huma ddisinjati apposta biex jippermettu li l-berings jaħdmu f’veloċitajiet li jaqbżu ż-2,3 miljun ‘DN’;

b.

Berings tar-rombli solidi li jidjiequ, li għandhom tolleranzi speċifikati mill-manifattur skont il-Klassi 00 (pulzieri) tal-ANSI/ABMA jew tal-Klassi A (metrika) jew aħjar (jew l-ekwivalenti) u li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

B’elementi lubrikanti jew modifiki tal-komponenti li, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur, huma ddisinjati apposta biex jippermettu li l-berings jaħdmu f’veloċitajiet li jaqbżu ż-2,3 miljun ‘DN’; jew

2.

Manifatturati għall-użu f’temperaturi operattivi taħt 219 K (-54 oC) jew ogħla minn 423 K (150 oC);

c.

Bering tal-fojl lubrikat bil-gass manifatturat għall-użu f’temperaturi operattivi ta’ 561 K (288 oC) jew ogħla u kapaċità ta’ tagħbija ta’ unità ta’ aktar minn 1 MPa;

d.

Sistemi ta’ berings manjetiċi attivi;

e.

Berings li jiżżerżqu tal-ġurnal miksijin bi drapp jew miksijin bi drapp li jallinjaw waħedhom manifatturati għall-użu f’temperaturi operattivi taħt 219 K (-54 oC) jew ogħla minn 423 K (150 oC).

ex 8482 10

ex 8482 20

ex 8482 30

ex 8482 40

ex 8482 50

ex 8482 80

ex 8482 91

Noti Tekniċi:

1.

‘DN’ huwa l-prodott tad-dijametru tal-kanna tal-bering f’mm u l-veloċità rotazzjonali tal-bering f’rpm.

2.

It-temperaturi tat-tħaddim jinkludu dawk it-temperaturi miksuba meta magna b’turbini tal-gass tkun waqfet wara t-tħaddim

 

Tagħmir ta’ detezzjoni ta’ oġġetti moħbija li jopera fil-medda ta’ frekwenzi minn 30 GHz sa 3 000  GHz u li għandu riżoluzzjoni spazjali ta’ 0,1 mrad (milliradian) sa u inkluż 1 mrad (milliradian) f’distanza ta’ standoff ta’ 100 m; u komponenti, ħlief dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821.

Nota: It-tagħmir ta’ detezzjoni ta’ oġġetti moħbija jinkludi iżda mhux limitat għal tagħmir għall-iskrinjar ta’ nies, dokumenti, bagalji, effetti personali oħra, merkanzija u/jew posta.

Nota Teknika:

Il-firxa tal-frekwenzi hija mifruxa fuq dak li ġeneralment jitqies bħala r-reġjuni ta’ frekwenza millimetru-mewġa, submillimetru-mewġa u terahertz.

ex 8526 10

ex 8526 92

ex 8482 10 90

Unitajiet ta’ ‘kontroll numeriku’ għal magni għodda u magni għodda ‘ikkontrollati numerikament’, għajr dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821 (ara l-Lista ta’ Oġġetti Kontrollati):

a.

Unitajiet ta’ ‘kontroll numeriku’ għal għodda bil-magna:

1.

Li għandhom erba’ assi interpolanti li jistgħu jiġu kkoordinati simultanjament għall-kontroll tal-kontorn; jew

2.

Li għandhom żewġ assi jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-kontroll tal-kontorn u inkrement minimu programmabbli aħjar (inqas) minn 0,001  mm;

3.

Unitajiet ta’ ‘kontroll numeriku’ għal makkinarji għodda li għandhom żewġ, tlieta jew erba’ assi interpolanti li jistgħu jiġu kkoordinati simultanjament għall-kontroll tal-kontorn, u kapaċi jirċievu direttament (online) u jipproċessaw data tad-disinn assistit mill-kompjuter (computer-aided-design, CAD) għall-preparazzjoni interna ta’ struzzjonijiet tal-magni; jew

b.

Bords ta’ kontroll tal-moviment iddisinjati apposta għal għodda bil-magna u li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Interpolazzjoni f’aktar minn erba’ assi;

2.

Kapaċi jipproċessaw id-data f’ħin reali sabiex jimmodifikaw id-data dwar il-mogħdija tal-għodda, ir-rata tal-alimentazzjoni u l-fus, matul l-operazzjoni tal-immaxinjar, b’xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Kalkolu awtomatiku u modifika tad-data tal-programm parzjali għall-immaxinjar f’żewġ assi jew aktar permezz ta’ ċikli tal-kejl u aċċess għad-data tas-sors; jew

b.

Kontroll adattiv b’aktar minn varjabbli fiżiku wieħed imkejjel u pproċessat permezz ta’ mudell tal-kompjuter (strateġija) biex tinbidel struzzjoni waħda jew aktar ta’ mmaxinjar biex jiġi ottimizzat il-proċess; jew

3.

Kapaċi jirċievu u jipproċessaw data tas-CAD għat-tħejjija interna tal-istruzzjonijiet tal-magni;

c.

Makkinarji għodda ‘ikkontrollati numerikament’ li, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-manifattur, jistgħu jkunu mgħammra b’apparat elettroniku għall-kontroll tal-kontorn simultanju f’żewġ assi jew aktar u li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

1.

Żewġ assi jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-kontroll tal-kontorn; u

2.

Il-preċiżjoni tal-pożizzjonament skont l-ISO 230/2 (2006), bil-kumpensi kollha disponibbli:

a.

Aħjar minn 15 μm tul kwalunkwe assi lineari (pożizzjonament ġenerali) għal magni tat-tħin;

b.

Aħjar minn 15-il μm tul kwalunkwe assi lineari (pożizzjonament ġenerali) għal magni tat-tħin; jew

c.

Aħjar minn 15-il μm tul kwalunkwe assi lineari (pożizzjonament ġenerali) għal magni tat-turnjatura; jew

d.

Makkinarji għodda, kif ġej, għat-tneħħija jew qtugħ ta’ metalli, ċeramika jew ‘komposti’, li, skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-manifattur, jistgħu jkunu mgħammra b’apparat elettroniku għall-kontroll simultanju tal-kontorn f’żewġ assi jew aktar:

1.

Makkinarji għodda għat-tidwir, it-tħin, il-milling jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom, li għandhom żewġ assi jew aktar li jistgħu jkunu kkoordinati simultanjament għall-kontroll tal-kontorn u li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

a.

‘Fus tal-inklinazzjoni’ wieħed jew aktar tal-kontorn;

Nota:

dan japplika għal makkinarju għodda għat-tħin jew milling biss.

b.

‘Camming’ (spostament assjali) f’dawra waħda tal-fus inqas (aħjar) minn qari tal-indikatur totali (total indicator reading, TIR) ta’ 0,0006  mm;

Nota:

dan japplika għal makkinarju għodda għat-tidwir biss.

c.

‘Run out’ (out-of-true running) f’dawra waħda tal-fus inqas (aħjar) minn qari tal-indikatur totali (TIR) ta’ 0,0006  mm; jew

d.

Il-preċiżjoni tal-pożizzjonament, bil-kumpensi kollha disponibbli, hija inqas (aħjar) minn: 0,001 o fuq kwalunkwe assi rotatorju;

2.

Magni ta’ skariku elettriku (Electrical discharge machines, EDM) tat-tip ta’ alimentazzjoni tal-wajer li għandhom ħames assi jew aktar li jistgħu jiġu kkoordinati simultanjament għall-kontroll tal-kontorn.

ex 8537 10 10

ex 8537 10 98

ex 8456 30

ex 8457 10

ex 8457 20

ex 8457 30

ex 8458 11

ex 8458 91

ex 8459 10

ex 8459 31

ex 8459 51

ex 8459 61

ex 8460 12

ex 8460 22

ex 8460 23

ex 8460 24

Assemblaġġi, bordijiet ta’ ċirkwiti jew inserzjonijiet iddisinjati apposta għal makkinarji għodda ikkontrollati f’dan l-anness:

a.

Assemblaġġi tal-magħżel, li jikkonsistu f’magħżel u berings bħala assemblaġġ minimu, b’moviment tal-assi radjali (‘run-out’) jew assjali (‘camming’) f’dawra waħda tal-magħżel inqas (aħjar) minn qari tal-indikatur totali (TIR) ta’ 0,0006  mm;

b.

Inserzjonijiet ta’ għodda tal-qtugħ tad-djamant b’punt wieħed, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

Tarf tal-qtugħ bla difetti u bla ċippjaturi meta mkabbar 400 darba fi kwalunkwe direzzjoni;

2.

Raġġ ta’ qtugħ minn 0,1 sa 5 mm inklużivi; u

3.

Raġġ ta’ qtugħ barra mit-tond inqas (aħjar) minn 0,002  mm TIR.

c.

Bordijiet ta’ ċirkwiti stampati ddisinjati apposta b’komponenti mmuntati li kapaċi jtejbu, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur, unitajiet ta’ ‘kontroll numeriku’, makkinarji għodda jew apparat ta’ feed-back għal jew ogħla mil-livelli speċifikati f’dan l-Anness.

Nota Teknika:

Din l-entrata ma tikkontrollax is-sistemi ta’ kejl b’interferometri, mingħajr feedback permezz ta’ ċirkwit magħluq jew miftuħ, li jkun fihom laser li jkejjel żbalji ta’ moviment ta’ slides fil-makkinarji għodda, magni għall-ispezzjoni dimensjonali jew tagħmir simili.

ex 8207 19

ex 8207 20

ex 8207 50

ex 8207 60

ex 8207 90

ex 8466 10

ex 8466 20 20

ex 8466 20 91

ex 8466 20 98

ex 8466 30

ex 8466 93

‘Software’ iddisinjat apposta għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’ jew l-‘użu’ ta’ makkinarji għodda ikkontrollati f’dan l-Anness

 

Makkinarji għodda ‘ikkontrollati numerikament’, li għandhom assi lineari wieħed jew aktar b’tul ta’ tmexxija akbar minn 8 000  mm.

ex 8456

ex 8457

ex 8458

ex 8459

ex 8460

Kategorija 3 — Elettronika

Deskrizzjoni

Kodiċi SA/NM

Ċirkwiti integrati, kif ġej: Matriċi ta’ Gates Programmabbli mill-Utent (Field Programable Gate Array, FPGA), mikrokontrolluri, mikroproċessuri, proċessuri tas-sinjali, analizzaturi tas-sinjali, Konvertituri Analogu-Diġitali (Analogue-to-Digital Converters, ADC), regolaturi tal-voltaġġ, video encoders u konvertituri DC-DC

ex 8542 31

ex 8542 39

Amplifikaturi u apparati b’‘Ċirkwiti Integrati bil-Microwave Monolitiku’ (Monolithic Microwave Integrated Circuits, ‘MMIC’)

ex 8542 33

8543 70 02

Filtri RF jew filtri tal-Interferenza Elettromanjetika (Electromagnetic Interference, EMI)

ex 8548 00

Kapaċitaturi tat-Tantalju

8532 21

Kapaċitaturi tal-Aluminju elettrolitiku

8532 22

Kapaċitaturi dielettriċi taċ-ċeramika b’ħafna saffi

8532 24

Ċirkwiti integrati tal-ħżin, kif ġej:

a.

Memorji jinqraw biss, kanċellabbli u programmabbli bl-elettriku (electrically erasable programmable read-only memories, EEPROMs) b’kapaċità ta’ ħżin;

1.

Li jaqbżu s-16-il Mbit kull pakkett għal tipi ta’ memorja flash; jew

2.

ta’ aktar minn wieħed mil-limiti li ġejjin għat-tipi l-oħra kollha tal-EEPROM:

a.

Jaqbżu 1 Mbit kull pakkett; jew

b.

Jaqbżu l-256 kbit kull pakkett u ħin massimu ta’ aċċess ta’ inqas minn 80 ns;

b.

Memorji statiċi b’aċċess każwali (static random access memories, SRAMs) b’kapaċità ta’ ħżin li:

1.

Jaqbżu 1 Mbit kull pakkett; jew

2.

Jaqbżu l-256 kbit kull pakkett u b’ħin massimu ta’ aċċess ta’ inqas minn 25 ns

ex 8542 32

Kristalli pjeżoelettriċi mmuntati

8541 60

‘Apparat semikonduttur’ li jissodisfa l-istandard militari MIL-STD-750D jew standard ekwivalenti ieħor.

Nota teknika: Għall-finijiet ta’ dan il-kontroll, ‘apparati semikondutturi’ huma komponenti elettroniċi li jiddependu fuq il-proprjetajiet elettroniċi ta’ materjal semikonduttur, bħal dijodi, transducers, apparati fotosensittivi, tiristuri, dijaċi, trijaċi jew tranżisters, inklużi tranżisters b’effett ta’ kamp b’semikonduttur ossidumetalliku (MOSFETs), FETs, FinFETs, IGBT, eċċ

ex 8541 10

ex 8541 21

ex 8541 29

ex 8541 30

ex 8541 49

ex 8541 51

ex 8541 59

Plaggs, konnetturi, jacks, jumpers, terminals, sokits jew adapters tal-elettriku, li għandhom xi wieħed minn dan li ġej:

a.

Stmati għal tħaddim f’temperatura tal-ambjent ogħla minn 398K (125 oC);

b.

Stmati għal operazzjoni f’temperatura tal-post anqas minn 218K (- 55 oC); jew

c.

Stmati għal operazzjoni fuq il-marġni kollha ta’ temperatura tal-post minn 218K (- 55 oC) to 398K (125 oC).

ex 8536 69

ex 8536 90

Tagħmir għall-manifattura ta’ bords ta’ ċirkwit stampat (Printed Circuit Boards, PCBs) u komponenti u aċċessorji ddisinjati apposta għalih, kif ġej:

a.

Tagħmir għall-ipproċessar tal-films;

b.

Tagħmir għall-applikazzjoni ta’ kisja reżistenti għall-issaldjar;

c.

Tagħmir tal-plotter tar-ritratti;

d.

Tagħmir għall-kisi tal-ipplejtjar jew tal-elettroplejtjar;

e.

Kmamar u preses tal-vakwu;

f.

Laminaturi bir-rombli;

g.

Tagħmir ta’ allinjament; jew

h.

Tagħmir tal-inċiżjoni.

ex 8424 89 40

ex 8479 89 70

ex 8543 30 40

ex 8486 40

ex 8420 10 81

ex 8479 90 15

Tagħmir ta’ spezzjoni ottika awtomatizzata għall-ittestjar ta’ bords ta’ ċirkwit stampat (PCBs), ibbażat fuq sensuri ottiċi jew elettriċi, u li kapaċi jindividwa kwalunkwe wieħed mid-difetti fil-kwalità li ġejjin:

a.

L-ispazjar, l-erja, il-volum jew l-għoli;

b.

Bill boarding;

c.

Komponenti (preżenza, assenza, qlib, spostament, polarità, jew koeffiċjent ta’ assimetrija);

d.

Saldatura (pontijiet, ġonot insuffiċjenti tas-saldatura);

e.

Leads (pejst insuffiċjenti, lifting);

f.

Tombstoning; jew

g.

Elettriku (xorts, ftuħ, reżistenza, kapaċitanza, enerġija, prestazzjoni tal-grilja).

ex 9030 31

ex 9030 32

ex 9030 33 20

ex 9030 33 70

ex 9030 39 00

ex 9030 84

ex 9030 89

ex 9031 49 10

ex 9031 49 90

ex 9031 80 20

ex 9031 80 80

Kimiċi u materjali tat-tip użati fil-produzzjoni tal-bords ta’ ċirkwit stampat (PCBs), kif ġej:

a.

Sottostrati ‘komposti’ tal-PCB magħmulin mill-fibra tal-ħġieġ jew mill-qoton (pereż. FR-4, FR-2, FR 6, CEM-1, G-10, eċċ.);

b.

Sottostrati ta’ PCB b’diversi saffi, li fihom mill-inqas saff wieħed ta’ xi wieħed mill-materjali li ġejjin:

1.

Aluminju;

2.

Politetrafluworoetilen (PTFE); jew

3.

Materjali taċ-ċeramika (pereż. alumina, ossidu tat-titanju, eċċ.);

c.

Sustanzi kimiċi ta’ inċiżjoni;

1.

Klorur ferriku (7705-08-0);

2.

Klorur kupriku (7447-39-4);

3.

Persulfat tal-ammonju (7727-54-0);

4.

Persulfat tas-sodju (7775-27-1); jew

5.

Preparazzjonijiet kimiċi mfasslin apposta għall-inċiżjoni u li fihom xi waħda mill-kimiċi inklużi fil-punti 1 sa 4.

Nota:

Dan il-kontroll ma jikkontrollax ‘taħlitiet kimiċi’ li fihom waħda jew aktar mis-sustanzi kimiċi speċifikati f’din l-entrata fejn l-ebda sustanza kimika speċifikata individwalment ma tikkostitwixxi aktar minn 10 % tal-piż tat-taħlita.

d.

Fojl tar-ram b’purità minima ta’ 95 % u bi ħxuna ta’ inqas minn 100 μm;

e.

Sustanzi polimeriċi u films tagħhom ta’ ħxuna inqas minn 0,5  mm, kif ġej:

1.

Polimidi aromatiċi;

2.

Parileni;

3.

Benżoċiklobuteni (Benzocyclobutenes, BCBs); jew

4.

Polibenżossażoli.

ex 3921 90 55

ex 8534 00

ex 2827 39 20

ex 2827 39 85

ex 2833 40

ex 3824 99 96

ex 7410 11

ex 7410 21

ex 3919 10 80

ex 3919 90 80

‘Software’ iddisinjat apposta għall-ittestjar, l-‘iżvilupp’ jew il-‘produzzjoni’ tal-Bords ta’ Ċirkwiti Stampati (PCBs).

Mhux Applikabbli

Sistemi u tagħmir tal-frekwenzi tar-radju mhux inklużi fir-Regolament (UE) 2021/821, komponenti u aċċessorji, iddisinjati apposta jew modifikati biex jiżviluppaw xi waħda mill-funzjonijiet li ġejjin:

a.

Teħid ta’ kontroll u kmand tal-UAVs.

b.

Deliberatament u selettivament, jinterferixxu ma’, jiċħdu, jinibixxu, jiddegradaw jew iqarrqu bis-sinjali tal-frekwenza tar-radju għall-kontroll u l-kmand ta’ inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ.

c.

juża l-karatteristiċi speċifiċi tal-protokoll tal-frekwenza tar-radju użat mid-droni biex ifixkel it-tħaddim tagħhom.

ex 8517 62

ex 8517 71

ex 8517 79

ex 8525 50

ex 8526 92

ex 8529 10

ex 8543 70 90

Kategorija 4 — Kompjuters

Deskrizzjoni

Kodiċi SA/NM

Kompjuters elettroniċi u tagħmir relatat, u ‘assemblaġġi elettroniċi’ u komponenti ddisinjati apposta għalihom, iklassifikati biex jitħaddmu f’temperatura ambjentali ogħla minn 343 K (70 oC)

ex 8471

‘Kompjuters diġitali’, inkluż tagħmir ta’ ‘proċessar tas-sinjali’ jew ‘titjib tal-immaġni’, li għandhom ‘L-Ogħla Prestazzjoni Aġġustata’ (Adjusted Peak Performance, ‘APP’) ta’ 0,0128 TeraFLOPS Ponderati (WT) jew aktar;

ex 8471

Kompjuters ibridi u ‘assemblaġġi elettroniċi’ u komponenti ddisinjati apposta għalihom li fihom konvertituri analogi-diġitali li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

32 kanal jew iktar; u

b.

Riżoluzzjoni ta’ 14-il bit (plus sign bit) jew aktar b’rata ta’ konverżjoni ta’ 200 000  Hz jew aktar

ex 8471

Kategorija 5 — Telekomunikazzjoni u sigurtà tal-informazzjoni

Deskrizzjoni

Kodiċi SA/NM

Apparat, tagħmir jew magni tat-telekomunikazzjoni, għall-‘inġenji tal-ajru’

ex 8517 62

ex 8517 69

Kategorija 6 — Sensuri u lasers

Deskrizzjoni

Kodiċi SA/NM

Kameras għal stħarriġ mill-ajru

ex 9006 30

Sensuri Ottiċi kif ġej:

a.

Tubi għall-intensifikazzjoni tal-immaġni u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

1.

Tubi li jintensifikaw l-immaġni li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Rispons massimu fil-medda tal-frekwenza ta’ aktar minn 400 nm, iżda ta’ mhux aktar minn 1 050 nm;

b.

Plakka b’mikrokanali għall-amplifikazzjoni tal-immaġni tal-elettroni bl-ispazjar tat-toqob (minn ċentru sa ċentru) ta’ inqas minn 25 μm; u

c.

Li għandhom kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Fotokatodu S-20, S-25 jew fotokatodu multialkali; jew

2.

Fotokatodu GaAs jew GaInAs;

2.

Pjanċi b’mikrokanali ddisinjati apposta li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

15 000 tubu vojt jew aktar għal kull pjanċa; u

b.

L-ispazjar tat-toqob (minn ċentru sa ċentru) ta’ inqas minn 25 μm

b.

Tagħmir għall-immaġni ta’ viżjoni diretta li jaħdem fl-ispettru viżibbli jew infraaħmar, li jinkorpora tubi li jintensifikaw l-immaġni li jkollhom il-karatteristiċi tat-tubu li jintensifika l-immaġni inklużi f’dan il-kontroll.

ex 8529 90

ex 8542 39

ex 9006 91

ex 9013 80

ex 9025 80

ex 9025 90

ex 9026 80

ex 9026 90

ex 9027 50

ex 9032 10

Kameras għall-viżjoni bil-lejl

8525 83

Kameras li jissodisfaw il-kriterji tan-Nota 3 sa 6A003.b.4 (11)

ex 8525 89

ex 9006 30

Telemetri laser tal-ajru

ex 9013 20 00

ex 9013 80 00

ex 9013 90 80

ex 9015 10

ex 9015 80

ex 9015 90

ex 9031 80 20

ex 9031 80 80

ex 9031 90 00

ex 9033 00 90

‘Ċelloli primarji’ jew batteriji li għandhom densità tal-enerġija ta’ 150 Wh/kg jew aktar f’293 K (20 oC)

Noti Tekniċi:

1.

Għall-finijiet ta’ dan il-kontroll, ‘densità tal-enerġija’ (Wh/kg) hija kkalkulata mill-vultaġġ nominali mmultiplikat bil-kapaċità nominali f’ampere-sigħat (ampere-hours, Ah) diviż bil-massa f’kilogrammi. Jekk il-kapaċità nominali ma tkunx iddikjarata, id-densità tal-enerġija tiġi kkalkulata mill-vultaġġ nominali kwadrat imbagħad immultiplikat b’kemm idum l-iskariku f’sigħat diviża bit-tagħbija tal-iskarika f’ohms u l-massa f’kilogrammi.

2.

Għall-finijiet ta’ dan il-kontroll, ‘ċellula’ hija definita bħala apparat elettrokimiku, li għandu elettrodi pożittivi u negattivi, elettrolit, u hija sors ta’ enerġija elettrika. Din hija l-element kostitwenti bażiku ta’ batterija.

3.

Għall-finijiet ta’ dan il-kontroll, ‘ċellula primarja’ hija ‘ċellula’ li mhix iddisinjata sabiex tiġi kkargata minn xi sors ieħor.

ex 8506

Sistemi tar-radar, tagħmir u komponenti maġġuri, għajr dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821, u komponenti tagħhom iddisinjati apposta, kif ġej:

a.

Tagħmir tar-radar tal-ajru, għajr dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821, u komponenti tiegħu ddisinjat apposta;

b.

Radar bil-‘laser’‘ikkwalifikat għall-użu spazjali’ jew tagħmir għad-Detezzjoni u l-Kejl tad-Distanza bid-Dawl (Light Detection and Ranging, LIDAR), iddisinjat apposta għall-istħarriġ jew għall-osservazzjoni meteoroloġika;

c.

Sistemi għal viżjoni mtejba b’immaġni tar-radar b’mewġa millimetrika ‘ddisinjati apposta’ għal inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors u li għandhom dan kollu li ġej:

1.

Joperaw bi frekwenza ta’ 94 GHz;

2.

Potenza tal-output medja ta’ inqas minn 20 mW;

3.

Wisa’ tar-raġġ tar-radar ta’ 1 grad; u

4.

Medda operattiva daqs jew aktar minn 1 500  m

ex 8526 10

ex 8529 90

ex 9015 10

ex 90

‘Manjetometri’, sensuri elettromanjetiċi ‘Superkondutturi’, u l-komponenti ‘ddisinjati apposta’ għalihom, kif ġej:

a.

‘Manjetometri’, ħlief dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821, li jkollhom ‘sensittività’ anqas (aħjar) minn 1,0 nT (rms) għal kull għerq kwadrat ta’ Hz

Nota Teknika: Għall-finijiet ta’ dan il-kontroll ‘sensittività’ (livell ta’ ħoss) hija l-għerq tal-medja tal-kwadrati tal-livell minimu ta’ ħoss limitat bl-apparat li huwa l-aktar sinjal baxx li jista’ jitkejjel

b.

Sensuri elettromanjetiċi ‘superkonduttivi’, ‘komponenti’ mmanifatturati minn materjali ‘superkonduttivi’:

1.

Iddisinjati biex joperaw f’temperaturi taħt it-‘temperatura kritika’ ta’ mill-inqas wieħed mill-kostitwenti ‘superkonduttivi’ tagħhom (inkluż apparat bl-effett Josephson jew apparat ‘superkonduttiv’ b’interferenza kwantistika (‘superconductive’ quantum interference devices, SQUIDS));

2.

Iddisinjati biex jaqbdu l-varjazzjonijiet tal-kamp elettromanjetiku fi frekwenzi ta’ 1 kHz jew inqas; u

3.

Għandhom kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

a.

Jinkorporaw SQUIDS b’film irqiq b’daqs minimu tal-element ta’ inqas minn 2 μm u biċ-ċirkwiti assoċjati ta’ akkoppjament tal-input u tal-output;

b.

Iddisinjati sabiex jaħdmu b’oxxillazzjoni tal-kamp manjetiku li taqbeż il-1 x 106 kwanti ta’ fluss manjetiku kull sekonda;

c.

Iddisinjati sabiex jaħdmu mingħajr protezzjoni manjetika fil-kamp manjetiku tal-ambjent mingħajr tad-dinja; jew

d.

Li għandhom koeffiċenti tat-temperatura ta’ inqas (iżgħar) minn 0,1 kwantum/K ta' fluss manjetiku

ex 9015 80

ex 9031 80

Gravimetri (metri tal-gravità) iddisinjati jew modifikati għall-użu fuq l-art, għajr dak speċifikat fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821, kif ġej:

a.

Li għandhom preċiżjoni statika ta’ inqas (aħjar) minn 100 μGal; jew

b.

Li jkunu tat-tip tal-element kwarzuż (Worden)

ex 9015 80

‘Software’, għajr dak speċifikat fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821, iddisinjat apposta għall-‘iżvilupp’, il-‘produzzjoni’, jew l-‘użu’ ta’ oġġetti kkontrollati minn 6A002 (12), 6A003 (13), u radars, manjetometri u gravimetri inklużi fil-Kategorija 6 ta’ dan ir-Regolament.

Mhux Applikabbli

Kategorija 7 — Navigazzjoni u avjonika

Deskrizzjoni

Kodiċi SA/NM

Sistemi ta’ Navigazzjoni Inerzjali, Unità Inerzjali ta’ Kejl (IMU), aċċellerometri jew ġiroskopji, u parts u aċċessorji tagħhom

ex 9014 20

ex 9014 80

ex 9014 90

Antenni u rifletturi ta’ antenni għal ‘inġenji tal-ajru’ jew ‘sistemi ta’ gwida’, parts tajbin għall-użu magħhom

ex 8517 71

ex 8529 10

Tagħmir ta’ ‘sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita’, inklużi aerials u antennas adattati għar-riċezzjoni ta’ sinjali GNSS, u parts tagħhom

ex 8526 91

ex 8529 90

ex 8526 10

ex 8526 92

ex 8517 71

ex 8529 10

Reġistraturi diġitali tad-data tat-titjiriet

Nota: Dan il-kontroll ma jkoprix dawk ir-reġistraturi diġitali tad-data tat-titjira li jissodisfaw dan kollu li ġej:

a.

Ċertifikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta' Wassenaar; u

b.

Maħsuba għal ‘inġenji tal-ajru’ mhux militari li għalihom inħareġ xi wieħed minn dan li ġej mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-UE jew Stati Parteċipanti fil-Ftehim ta' Wassenaar għall-‘inġenji tal-ajru’ b'dan it-tip ta' magna speċifika:

1.

Ċertifikat tat-tip ċivili; jew

2.

Dokument ekwivalenti rikonoxxut mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO).

8543 70 04

Apparat għall-għajnuna bir-radjunavigazzjoni għall-‘inġenji tal-ajru’ u l-komponenti ddisinjati apposta tiegħu

ex 8526 91

ex 8529 90

Unitajiet ta’ kontroll tat-titjira għal ‘Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ’ (‘UAVs’), u parts tagħhom

ex 8537 10

ex 8807 30

Unitajiet ta’ kontroll mill-bogħod għal ‘Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ’ (‘UAVs’), u parts tagħhom

ex 8517 61

ex 8526 92

ex 8537 10

ex 8543 70 90

ex 8807 30

Kategorija 9 — Arjuspazju u propulsjoni

Deskrizzjoni

Kodiċi SA/NM

‘Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ’ (‘UAVs’) għajr dawk iddiżinjati biex iġorru passiġġieri, u parts tagħhom

8806 21

8806 22

8806 23

8806 24

8806 29

8806 91

8806 92

8806 93

8806 94

8806 99

ex 8807 30

Magni b’turbini tal-gass aero (turboprop, turboġett u turbofan) għall-‘inġenji tal-ajru’, u l-komponenti ddisinjati apposta tagħhom

ex 8411 11

ex 8411 12

ex 8411 21

ex 8411 22

ex 8411 91

Magni spark-ignition bil-moviment alternat jew magni rotatorji bil-pistuni b’kombustjoni interna, għall-‘inġenji tal-ajru’

8407 10

Parts tajbin għall-użu biss jew l-aktar ma’ magni tal-kombustjoni interna bil-pistuni għall-‘inġenji tal-ajru’

8409 10

Magni tal-kombustjoni interna bil-pistuni mqabbda bil-kompressjoni għall-‘inġenji tal-ajru’

ex 8408 90

Servomutur għal ‘Vetturi tal-Ajru Mingħajr Ekwipaġġ’ (‘UAVs’)

ex 8501

ex 8807 30

Sistemi ta’ llanċjar għal ‘UAVs’, u parts tagħhom

ex 8805 10

ex 8807 30

Tagħmir għall-appoġġ fuq l-art għal ‘UAVs’

ex 8805 10

Tagħmir tal-ittestjar għall-ajruspazju u l-propulsjoni u komponenti ddisinjati apposta għalihom, għajr dawk speċifikati fis-CML jew fir-Regolament (UE) 2021/821.

Nota: dan il-kontroll jinkludi l-oġġetti li ġejjin, u s- ‘software’ relatat:

Bank tat-test tar-rilaxx tat-tagħbija u faċilitajiet oħra biex jissimulaw separazzjoni sikura mill- ‘inġenju tal-ajru’ jew mis-sistema ta’ llanċjar.

Kompartimenti tal-isprej tal-melħ għall-firxiet tat-temperatura u tal-umdità biex jitwettqu t-testijiet tal-ossidazzjoni.

Kompartimenti għat-twettiq tat-testijiet tal-fungus.

Apparati għat-testijiet tal-aċċellerazzjoni, tax-xokkijiet u tax-xokkijiet tat-trasport.

Kompartimenti tal-vibrazzjoni b’meded ta’ altitudni, temperatura u umdità.

Kompartimenti għat-testijiet ta’ dekompressjoni splussiva.

Kompartimenti għat-testijiet tat-temperatura, tal-umdità u tar-radjazzjoni solari.

Apparati biex tiġi stmata r-radjazzjoni solari maqbuda għat-testijiet tar-radjazzjoni solari.

Vibraturi għal testijiet sinusojdali, aleatorji u ta’ xokk, li jistgħu jiġu kkombinati ma’ testijiet tal-altitudni, tat-temperatura u tal-umdità.

Tabella tal-vibrazzjoni għat-testijiet lonġitudinali u laterali flimkien ma’ kompartimenti tat-temperatura.

Kmamar ta’ pressjoni żejda.

ex 9031 20

ex 9031 80

Sistemi ta’ ‘terminazzjoni tat-titjira’ u komponenti ddisinjati speċifikament.

Nota: dan il-kontroll ikopri standards ta’ komunikazzjoni diġitali u analogi għal Sistemi ta’ Terminazzjoni tat-Titjira, inklużi modalitajiet operazzjonali kriptati.

Noti tekniċi:

1.

Għall-finijiet ta’ dan il-kontroll, ‘terminazzjoni tat-titjira’ tista’ tinvolvi nżul ikkontrollat, awtoqerda, jew detonazzjoni tat-testata biex jiġi minimizzat ir-riskju ta’ ħsara kollaterali

2.

Għall-finijiet ta’ dan il-kontroll, il-komponenti jinkludu tagħmir tal-art u abbord, eċċitaturi tal-kmand, encoders, kontrolluri amplifikaturi, riċevituri tal-verifika tal-kmand, amplifikaturi, trażmettituri, dekodifikaturi u riċevituri.

ex 8526 92

ex 8529 90

Kategorija 10 — Teknoloġija

‘Teknoloġija’, iddisinjata jew adottata speċifikament għall-ittestjar, l-iżvilupp jew il-produzzjoni tat-tagħmir ikkontrollata f'dan l-Anness

‘Teknoloġija’ għall- ‘użu’ ta’ makkinarju għodda kkontrollata f’dan l-Anness.”


(1)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821

(2)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821

(3)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821

(4)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821

(5)  Ref. l-Anness II tar-Regolament Nru (UE) 267/2012

(6)  Ref. l-Anness II tar-Regolament Nru (UE) 267/2012

(7)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821

(8)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821

(9)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821

(10)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821

(11)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821

(12)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821

(13)  Ref. l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/821


ANNESS II

Fir-Regolament (UE) 2023/1529 jiżdied l-Anness li ġej

“ANNESS IV

Lista ta’ portijiet u mgħalaq kif imsemmi fl-Artikolu 2a

 

Isem

Raġunijiet għall-inklużjoni

Data tal-applikazzjoni

1.

Il-Port ta’ Amirabad, l-Iran

L-Artikolu 2a(1), il-punt (d): użati għat-trasferiment ta’ UAVs jew missili Iranjani jew teknoloġiji relatati jew komponenti tagħhom lir-Russja b’appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna

18.11.2024

2.

Il-Port ta’ Anzali, l-Iran

L-Artikolu 2a(1), il-punt (d): użati għat-trasferiment ta’ UAVs jew missili Iranjani jew teknoloġiji relatati jew komponenti tagħhom lir-Russja b’appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna

18.11.2024”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2897/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top