This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R2642
Council Regulation (EU) 2024/2642 of 8 October 2024 concerning restrictive measures in view of Russia’s destabilizing activities
Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/2642 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
ST/8744/2024/INIT
ĠU L, 2024/2642, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2642/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
13/07/2026
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2642 |
9.10.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/2642
tat-8 ta’ Ottubru 2024
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2643 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti fir-Russja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-8 ta’ Ottubru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643, li tistabbilixxi qafas għal miżuri restrittivi mmirati fid-dawl tal-attivitajiet destabbilizzanti tar-Russja. Il-kuntest politiku u r-raġunijiet ta’ politika għall-istabbiliment tal-miżuri restrittivi huma ppreżentati fil-premessi ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2643 tipprevedi l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi ta’ ċerti persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness tagħha, u l-projbizzjoni li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom fondi u riżorsi ekonomiċi. Dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għaldaqstant, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex dawn jiġu implimentati. |
|
(3) |
L-istrumentalizzazzjoni tal-migranti minn Stati terzi jew atturi mhux Statali ostili jista’ jkollha impatt destabbilizzanti intenzjonat fuq l-Unjoni. Tali sitwazzjoni hija elaborata fir-Regolament (UE) 2024/1359 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li huwa għaldaqstant imsemmi fil-kriterji ta’ elenkar rilevanti għad-deżinjazzjoni ta’persuni u entitajiet li jippjanaw, jidderieġu, jinvolvu ruħhom, direttament jew indirettament, jappoġġaw jew jiffaċilitaw b’xi mod ieħor l-istrumentalizzazzjoni tal-migranti. Dan il-kontroreferenzjar għandu l-għan li tiżgura l-konsistenza minħabban-natura u l-impatt li qed jevolvu tal-kwistjoni u fil-modus operandi tal-atturi tal-Istati terzi jew l-atturi mhux Statali ostili kkonċernati. |
|
(4) |
Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, id-dritt għal difiża, u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi applikat f’konformità ma’ dawk id-drittijiet. |
|
(5) |
Huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-protezzjoni kontra r-responsabbiltà li tingħata lill-operaturi tal-Unjoni jekk ma jkunux jafu, u ma jkollhom ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri restrittivi tal-Unjoni ma tistax tiġi invokata meta l-operaturi tal-Unjoni jkunu naqsu milli jwettqu d-diliġenza dovuta xierqa. Huwa xieraq li l-informazzjoni disponibbli pubblikament jew faċilment disponibbli titqies b’mod dovut meta titwettaq tali diliġenza dovuta. Għalhekk, pereżempju, operatur tal-Unjoni ma jistax jinvoka b’suċċess tali protezzjoni meta jiġi akkużat bi ksur tal-miżuri restrittivi rilevanti minħabba li jkun naqas milli jwettaq verifiki jew spezzjonijiet sempliċi. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-proċedura għall-emendar tal-lista stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament tkun tinkludi l-għoti tar-raġunijiet għall-elenkar lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, lill-entitajiet jew lill-korpi indikati, sabiex ikollhom l-opportunità jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom. |
|
(7) |
Għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u sabiex tiġi ggarantita l-ogħla ċertezza ġuridika fl-Unjoni, jenħtieġ li jsiru pubbliċi l-ismijiet u data rilevanti oħra rigward persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom iridu jkunu ffriżati f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar ta’ data personali jikkonforma mar-Regolamenti (UE) 2016/679 (3) u (UE) 2018/1725 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri li jieħdu skont dan ir-Regolament u dwar kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b’rabta ma’ dan ir-Regolament. |
|
(9) |
L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Dawn il-pieni jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“pretensjoni” tfisser kwalunkwe pretensjoni, kemm jekk iddikjarata bi proċedimenti legali kif ukoll jekk le, li ssir qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, skont kuntratt jew tranżazzjoni jew b’rabta magħhom, u b’mod partikolari:
|
|
(b) |
“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni tkun kif tkun il-forma u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, sew jekk tikkonsisti f’kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew differenti; għal dak l-iskop “kuntratt” jinkludi bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew le, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni relatata li tirriżulta mit-tranżazzjoni jew li tkun marbuta magħha; |
|
(c) |
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II; |
|
(d) |
“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kull tip, kemm jekk tanġibbli kif ukoll jekk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi, li iżda jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi; |
|
(e) |
“iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta’ riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta’ fondi, oġġetti jew servizzi b’kwalunkwe mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom; |
|
(f) |
“iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni jew użu ta’, aċċess għal, jew in-negozjar b’fondi b’kwalunkwe mod li jirriżulta f’xi tibdil fil-volum, l-ammont, il-post, is-sjieda, il-pussess, in-natura jew id-destinazzjoni tagħhom jew tibdil ieħor li jippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż il-ġestjoni ta’ portafolli; |
|
(g) |
“fondi” tfisser assi u benefiċċji finanzjarji ta’ kull xorta, li jinkludu, iżda li mhumiex limitati għal:
|
|
(h) |
“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom. |
Artikolu 2
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I, jew li huma l-proprjetà, jew fil-pussess jew fil-kontroll tagħhom, għandhom jiġu ffriżati.
2. L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandha tkun disponibbli, direttament jew indirettament, lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, jew tkun għall-beneficċju tagħhom.
3. L-Anness I għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li:
|
(a) |
huma responsabbli għal, li jimplimentaw, jappoġġaw, jew jibbenefikaw minn azzjonijiet jew politiki mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f’wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, f’organizzazzjoni internazzjonali jew f’pajjiż terz, jew li jdgħajfu jew jheddu s-sovranità jew l-indipendenza ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha, jew ta’ pajjiż terz, permezz ta’ kwalunkwe waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:
|
|
(b) |
huma assoċjati mal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fil-punt (a) I; |
|
(c) |
jappoġġaw lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi involuti f’attivitajiet imsemmija fil-punt (a). |
Artikolu 3
1. B’deroga mill-Artikolu 2(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:
|
(a) |
neċessarji biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness I, u tal-membri dipendenti tal-familji ta’ dawn il-persuni fiżiċi, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattamenti mediċi, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u spejjeż tas-servizzi pubbliċi; |
|
(b) |
maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali; |
|
(c) |
maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi jew imposti ta’ servizzi ta’ kustodja jew ġestjoni normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; |
|
(d) |
neċessarji għal spejjeż straordinarji, dment li l-awtorità kompetenti rilevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li jenħtieġ li tingħata awtorizzazzjoni speċifika, mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni; |
|
(e) |
iridu jitħallsu fi jew jinħarġu minn kont ta’ missjoni diplomatika jew uffiċċju konsulari jew organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi minn immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, sa fejn tali pagamenti jkunu maħsuba biex jintużaw għall-iskopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew l-uffiċċju konsulari jew l-organizzazzjoni internazzjonali; |
|
(f) |
neċessarji għall-funzjonament tar-rappreżentanzi diplomatiċi u konsulari tal-Unjoni u tal-Istati Membri jew pajjiżi sħab fir-Russja, inkluż delegazzjonijiet, ambaxxati u missjonijiet, jew organizzazzjonijiet internazzjonali fir-Russja li jgawdu minn immunitajiet f’konformità mad-dritt internazzjonali; jew |
|
(g) |
neċessarji għall-forniment ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika minn operaturi tat-telekomunikazzjoni tal-Unjoni, u għall-forniment ta’ faċilitajiet u servizzi assoċjati neċessaarji għat-tħaddim, il-manutenzjoni u s-sigurtà ta’ tali servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika. |
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn minn dik l-awtorizzazzjoni.
Artikolu 4
1. L-Artikolu 2(1) u (2) ma għandux japplika għall-forniment, l-ipproċessar jew il-pagament ta’ fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra jew għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi li jkunu neċessarji biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem fejn tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu minn:
|
(a) |
in-Nazzjonijiet Uniti (NU), inkluż il-programmi, il-fondi u entitajiet u korpi oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha; |
|
(b) |
organizzazzjonijiet internazzjonali; |
|
(c) |
organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-NU u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji; |
|
(d) |
organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-NU, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati tan-NU, appelli oħra tan-NU jew raggruppamenti umanitarji koordinati mill-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji; |
|
(e) |
organizzazzjonijiet u aġenziji li lilhom l-Unjoni tkun tat iċ-Ċertifikat ta’ Sħubija Umanitarja jew li jkunu ċċertifikati jew rikonoxxuti minn Stat Membru f’konformità ma’ proċeduri nazzjonali; |
|
(f) |
aġenziji speċjalizzati tal-Istati Membri; jew |
|
(g) |
impjegati, benefiċjarji, sussidjarji jew sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) waqt li u sakemm ikunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet. |
2. L-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi identifikati b’asterisk fl-Anness I.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, u b’deroga mill-Artikolu 2(1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont il-kundizzjonijiet li jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-forniment ta’ tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jkun neċessarju biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jiġu appoġġati attivitajiet oħra li jsostnu l-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem.
4. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva, talba għall-informazzjoni jew notifika għal iktar żmien mill-awtorità kompetenti rilevanti fi żmien 5 ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla ta’ talba għall-awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1, dik l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat.
5. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan l-Artikolu fi żmien 4 ġimgħat minn tali awtorizzazzjoni.
Artikolu 5
1. B’deroga mill-Artikolu 2(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta’ deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 2 ikunu ġew elenkati fl-Anness I, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data; |
|
(b) |
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw esklużivament biex jiġu ssodisfati pretensjonijiet iggarantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f’tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet; |
|
(c) |
id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u |
|
(d) |
ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat. |
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn minn dik l-awtorizzazzjoni.
Artikolu 6
1. B’deroga mill-Artikolu 2(1) u dment li jkun dovut pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I skont kuntratt jew ftehim li jkun ġie konkluż minn, jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat qabel id-data ta’ meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, skont il-kundizzjonijiet li jqisu li jkunu adattati, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, dment li li l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:
|
(a) |
il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu ser jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u |
|
(b) |
il-pagament ma jiksirx l-Artikolu 2(2). |
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn minn dik l-awtorizzazzjoni.
Artikolu 7
1. L-Artikolu 2(2) ma għandux iwaqqaf l-ikkreditar ta’ kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, dment li kwalunkwe żieda ma’ dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti b’kull tali tranżazzjoni mingħajr dewmien.
2. L-Artikolu 2(2) ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:
|
(a) |
l-imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet; |
|
(b) |
pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 2 ikunu ġew inklużi fl-Anness I; jew |
|
(c) |
pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fi Stat Membru jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat,dment li kwalunkwe mgħax, dħul ieħor u pagament bħal dan ikun iffriżat skont l-Artikolu 2(1). |
Artikolu 8
1. Persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom:
|
(a) |
ifornu minnufih kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal informazzjoni dwar il-kontijiet u l-ammonti ffriżati f’konformità mal-Artikolu 2(1), lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u jittrażmettu tali informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru, lill-Kummissjoni; u |
|
(b) |
jikkooperaw mal-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a). |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għar-regoli nazzjonali jew regoli applikabbli oħra dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet ġudizzjarji, u konsistenti mar-rispett għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni bejn l-avukati u l-klijenti tagħhom iggarantita mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għal dak l-għan, tali komunikazzjonijiet jinkludu dawk relatati ma’ pariri legali pprovduti minn professjonisti ċċertifikati oħra li huma awtorizzati skont il-liġi nazzjonali biex jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom fi proċedimenti ġudizzjarji, sa fejn tali pariri legali jingħataw b’rabta ma’ proċedimenti ġudizzjarji pendenti jew prospettivi.
3. Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.
4. Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew riċevuta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun pprovduta jew riċevuta.
5. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet tal-infurzar, l-awtoritajiet doganali skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), kif ukoll l-amministraturi ta’ reġistri uffiċjali fejn huma rreġistrati persuni fiżiċi, persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi kif ukoll proprjetà immobbli jew mobbli, għandhom jipproċessaw u jiskambjaw mingħajr dewmien informazzjoni, inkluża data personali, u, jekk neċessarju, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ma’ awtoritajiet kompetenti oħra tal-Istat Membru tagħhom, ta’ Stati Membri oħra u l-Kummissjoni, jekk tali pproċessar u skambju jkun neċessarju biex jitwettqu l-kompiti tal-awtorità tal-ipproċessar jew tal-awtorità riċeventi skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari meta jidentifikaw każijiet ta’ ksur jew ċirkomvenzjoni, jew tentattivi ta’ ksur jew ċirkomvenzjoni, tal-projbizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 9
1. Għandha tkun ipprojbita l-parteċipazzjoni, konxja u intenzjonata, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun biex jiġu evitati l-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament, inkluż bil-parteċipazzjoni f’tali attivitajiet mingħajr it-tfittxija b’mod deliberat ta’ dak l-għan jew l-effett iżda bl-għarfien li l-parteċipazzjoni jista’ jkollha dak l-għan jew l-effett u l-aċċettazzjoni ta’ dik il-possibbiltà..
2. Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness I, għandhom:
|
(a) |
jirrapportaw fi żmien 6 ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru li jappartjenu lilhom, li huma proprjetà tagħhom, miżmuma jew ikkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawn il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi; u |
|
(b) |
jikkooperaw mal-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ tali informazzjoni. |
3. In-nuqqas ta’ konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jitqies bħala parteċipazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jiġu evitati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 2.
4. L-Istat Membru kkonċernt għandu jinforma lill-Kummissjoni fi żmien ġimagħtejn bl-informazzjoni li jkun irċieva skont il-paragrafu 2, il-punt (a).
5. Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew riċevuta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-għanijiet li għalihom tkun ipprovduta jew riċevuta.
6. Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali għandu jitwettaq f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2016/679 u r-Regolament (UE) 2018/1725, u safejn ikun neċessarju biss għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 10
1. L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew iċ-ċaħda li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq in bona fide abbażi tal-fatt li tali azzjoni tkun konformi ma’ dan ir-Regolament, ma għandu joħloq l-ebda tip ta’ responsabbiltà fir-rigward tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawhom, jew tad-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b’riżultat ta’ negliġenza.
2. Azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhom joħolqu l-ebda tip ta’ responsabbiltà min-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 11
1. L-ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn il-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b’mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kull forma, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:
|
(a) |
persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I; |
|
(b) |
kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu permezz ta’ waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-punt (a) jew inkella f’isimhom. |
2. Fi kwalunkwe proċediment għall-eżekuzzjoni ta’ pretensjoni, l-oneru tal-prova li l-issodisfar tal-pretensjoni ma huwiex ipprojbit bil-paragrafu 1 għandu jkun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-eżekuzzjoni ta’ dik il-pretensjoni.
3. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tan-noneżekuzzjoni ta’ obbligi kuntrattwali f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 12
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jikkondividu kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari informazzjoni dwar:
|
(a) |
fondi ffriżati skont l-Artikolu 2 u awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt id-derogi stabbiliti f’dan ir-Regolament; |
|
(b) |
problemi ta’ ksur u eżekuzzjoni u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali. |
2. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li tista’ taffettwa l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 13
1. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2, huwa għandu jemenda l-Anness I kif meħtieġ.
2. Il-Kunsill għandu jikkomunika deċiżjoni li tirriżulta mill-paragrafu 1, inkluż ir-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernati, kemm direttament jekk l-indirizz ikun magħruf u jekk tali komunikazzjoni tkun tista’ ssir, jew inkella permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, li jipprovdi lil dik il-persuna, l-entità jew il-korp l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom.
3. Fejn jitressqu osservazzjonijiet jew tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni kkonċernata u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernati kif meħtieġ.
4. Il-lista fl-Anness I għandha tiġi riveduta f’intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.
5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.
Artikolu 14
1. L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, tal-entitajiet jew tal-korpi kkonċernati.
2. L-Anness I għandu jinkludi, meta tkun disponibbli, l-informazzjoni neċessarja biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista’ tinkludi: l-ismijiet u l-psewdonimi; id-data u l-post tat-twelid; in-nazzjonalità; in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità; il-ġeneru; l-indirizz, jekk ikun magħruf; u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-persuni ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi, tali informazzjoni tista’ tinkludi ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni, u l-post tan-negozju.
Artikolu 15
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll il-miżuri xierqa ta’ konfiska tar-rikavat minn tali ksur.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.
Artikolu 16
1. Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jistgħu jipproċessaw data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Dawk il-kompiti jinkludu:
|
(a) |
fir-rigward tal-Kunsill, it-tħejjija u d-dħul ta’ emendi fl-Anness I; |
|
(b) |
fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, it-tħejjija ta’ emendi fl-Anness I; |
|
(c) |
fir-rigward tal-Kummissjoni:
|
2. Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli għandhom jipproċessaw, fejn dan japplika, data rilevanti relatata ma’ reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, ma’ kundanni kriminali ta’ tali persuni jew ma’ miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw lil tali persuni sal-punt biss li dan l-ipproċessar ikun neċessarju għat-tħejjija tal-Anness I.
3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli huma maħtura bħala “kontrollur” skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt 8, tar-Regolament (UE) 2018/1725 sabiex jiġi żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont dak ir-Regolament.
Artikolu 17
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fuq is-siti web elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet kollha fl-indirizzi tas-siti web tagħhom elenkati fl-Anness II.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u għandhom jinnotifikawha dwar kull emenda sussegwenti.
3. Meta dan ir-Regolament jistipula l-obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata jew infurmata, jew li ssir xi komunikazzjoni magħha b’xi mod ieħor, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.
Artikolu 18
Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew riċevuta- f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tintuża mill-Kummissjoni għall-għanijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta jew riċevuta biss.
Artikolu 19
Dan ir-Regolament għandu japplika:
|
(a) |
fit-territorju tal-Unjoni, inkluż fl-ispazju tal-ajru tagħha; |
|
(b) |
abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru; |
|
(c) |
għal kwalunkwe persuna fiżika fit-territorju jew barra mit-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadin ta’ Stat Membru; |
|
(d) |
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp ġuridiku, fit-territorju tal-Unjoni jew barra minnu, li jkunu inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru; |
|
(e) |
għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe kummerċ li jkun sar, interament jew parzjalment, fl-Unjoni. |
Artikolu 20
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
VARGA M.
(1) ĠU L, 2024/2643, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2643/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/1359 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jindirizza sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ta’ force majeure fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1147 (ĠU L, 2024/1359, 22.5.2024, ELI http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1359/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(7) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(8) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
ANNESS I
Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2
(…)
ANNESS II
Siti web b’informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
Il-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions
IĊ-ĊEKJA
https://fau.gov.cz/en/international-sanctions
ID-DANIMARKA
https://um.dk/udenrigspolitik/sanktioner
IL-ĠERMANJA
https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html
L-ESTONJA
https://vm.ee/sanktsioonid-ekspordi-ja-relvastuskontroll/rahvusvahelised-sanktsioonid
L-IRLANDA
https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955
L-ITALJA
ĊIPRU
IL-LATVJA
IL-LITWANJA
IL-LUSSEMBURGU
L-UNGERIJA
https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato
MALTA
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe
https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions
IL-PORTUGALL
https://portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas
IR-RUMANIJA
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
L-IŻVEZJA
https://www.regeringen.se/sanktioner
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
European Commission Directorate-General for Financial Stability, Financial Services and Capital Markets Union (DG FISMA) SPA2 The Pavillion Rue de Spa 2 B-1000 Brussels, Belgium
Email: relex-sanctions@ec.europa.eu
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2642/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)