Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R2221

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2221 tas-6 ta’ Settembru 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċekinoċil, silikat tal-aluminju, emamektin, l-aċidi xaħmin C7 sa C20, pendimetalina, iż-żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza u triklopir

C/2024/6230

ĠU L, 2024/2221, 9.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2221/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2221/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2221

9.9.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2221

tas-6 ta’ Settembru 2024

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi aċekinoċil, silikat tal-aluminju, emamektin, l-aċidi xaħmin C7 sa C20, pendimetalina, iż-żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza u triklopir

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17, l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE (2) approvat is-sustanza attiva triklopir sal-31 ta’ Mejju 2017. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (3) approvat is-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, l-aċidi xaħmin u ż-żjut tal-pjanti / żejt tal-kolza sal-31 ta’ Awwissu 2019.

(2)

Skont l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, is-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (4) jitqiesu li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 828/2013 (5) approva s-sustanza attiva emamektin sat-30 ta’ April 2024. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2014 (6) approva s-sustanza attiva aċekinoċil sal-31 ta’ Awwissu 2024. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1114 (7) ġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva pendimetalina sal-31 ta’ Awwissu 2024.

(4)

L-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, l-aċidi xaħmin, iż-żjut tal-pjanti / żejt tal-kolza u triklopir, rispettivament, huma elenkati fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (8). L-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi aċekinoċil u emamektin, rispettivament, huma elenkati fil-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011. L-approvazzjoni tas-sustanza attiva pendimetalina hija elenkata fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2007 (9) jestendi l-perjodi ta’ approvazzjoni rispettivi tas-sustanzi attivi aċekinoċil, emamektin u pendimetalina sat-30 ta’ Novembru 2024.

(6)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1446 (10) jestendi l-perjodi ta’ approvazzjoni rispettivi tas-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, aċidi xaħmin, żjut tal-pjanti / żejt tal-kolza sal-15 ta’ Diċembru 2024.

(7)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/689 (11) jestendi l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva triklopir sal-15 ta’ Diċembru 2024.

(8)

L-applikazzjonijiet u l-fajls supplimentari għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet ta’ kull waħda minn dawn is-sustanzi attivi ġew sottomessi, f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 (12), 3 snin qabel id-data tal-iskadenza estiża tas-sustanzi attivi. Fit-23 ta’ Mejju 2023, fis-6 ta’ Diċembru 2016, fid-29 ta’ Frar 2016, fit-23 ta’ Awwissu 2022, fl-4 ta’ Ġunju 2018, fid-9 ta’ Diċembru 2015, fl-1 ta’ Frar 2022, fid-29 ta’ Settembru 2016 u fl-4 ta’ Settembru 2014 rispettivament, l-Istati Membri relaturi għall-aċekinoċil, għas-silikat tal-aluminju, għall-emamektin, għall-aċidi xaħmin C7 sa C20, għall-pendimetalina, għaż-żjut tal-pjanti / żejt tal-kolza u għat-triklopir, rispettivament infurmaw lill-Istat Membru korelatur, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) li kienu vvalutaw l-ammissibbiltà, b’mod partikolari l-kompletezza u t-tempestività, ta’ kull waħda minn dawn l-applikazzjonijiet, u kkonkludew li kienu ammissibbli.

(9)

Fir-rigward tat-tiġdid tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi aċekinoċil, emamektin, l-aċidi xaħmin C7 sa C20 u pendimetalina, rispettivament, l-Awtorità teħtieġ żmien addizzjonali biex tikkonkludi l-valutazzjoni tar-riskju mwettqa għal dawn is-sustanzi, inkluż, meta jkun xieraq, konsultazzjoni pubblika u konsultazzjoni tal-esperti. Huwa meħtieġ iktar żmien biex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni li tirriżulta dwar il-ġestjoni tar-riskju.

(10)

Għas-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, żjut tal-pjanti / żejt tal-kolza u triklopir, l-Awtorità ssottomettiet il-konklużjoni tagħha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ppreżentat rapport tat-tiġdid u abbozz ta’ Regolament dwar it-tiġdid tal-approvazzjonijiet ta’ dawn is-sustanzi attivi lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

(11)

Peress li x’aktarx li l-ebda deċiżjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dawn is-sustanzi attivi mhi se tkun tista’ tittieħed qabel l-iskadenza tal-perjodi ta’ approvazzjoni rispettivi tagħhom fil-15 ta’ Novembru 2024, fit-30 ta’ Novembru 2024 u fil-15 ta’ Diċembru 2024, u minħabba li r-raġunijiet għad-dewmien fil-proċeduri tat-tiġdid mhumiex fil-kontroll tal-applikanti rispettivi, jenħtieġ li l-perjodi ta’ approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi jiġu estiżi sabiex ikunu jistgħu jitlestew il-valutazzjonijiet meħtieġa u sabiex jiġu ffinalizzati l-proċeduri rispettivi dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni.

(12)

Billi l-Awtorità teħtieġ żmien addizzjonali biex tasal għal konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanzi attivi aċekinoċil, emamektin u l-aċidi xaħmin C7 sa C20, jenħtieġ li d-durata tal-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni għal dawn is-sustanzi attivi tiġi stabbilita għal 23 xahar u ġimagħtejn. Għas-sustanza attiva pendimetalina, huma meħtieġa xahrejn addizzjonali biex tiġi ffinalizzata l-konsultazzjoni pubblika skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740, għaldaqstant jenħtieġ li l-estensjoni tal-perjodu ta’ approvazzjoni għal din is-sustanza attiva tiġi stabbilita għal 25 xahar u ġimagħtejn.

(13)

Fir-rigward tas-sustanzi attivi silikat tal-aluminju, żjut tal-pjanti / żejt tal-kolza u triklopir, l-għoti ta’ opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf għadu pendenti, u fid-dawl taż-żmien meħtieġ biex titwettaq kull proċedura tat-tiġdid, jenħtieġ li d-durata tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni għal dawk is-sustanzi attivi jiġi stabbilit għal 15-il xahar u ġimagħtejn u għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat kif xieraq.

(14)

F’każ li l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma tiġġeddidx, il-Kummissjoni tiffissa d-data tal-iskadenza fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament jew fl-istess data kif kienet qabel l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, skont liema data tiġi l-aħħar. F’każ li l-Kummissjoni tadotta Regolament li jipprevedi t-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-eqreb data ta’ applikazzjoni possibbli kif ikun xieraq skont iċ-ċirkostanzi.

(15)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Settembru 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/74/KE tal-21 ta’ Awwissu 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tad-dichlorprop-P, il-metconazole, il-pyrimethanil u t-triclopyril bħala sustanzi attivi (ĠU L 235, 30.8.2006, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/74/oj).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta’ bosta sustanzi attivi (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/127/oj).

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1991/414/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 828/2013 tad-29 ta’ Awwissu 2013 li japprova s-sustanza attiva emamektin, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 232, 30.8.2013, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/828/oj).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 496/2014 tal-14 ta’ Mejju 2014 li japprova s-sustanza attiva aċekinoċil, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 143, 15.5.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/496/oj).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1114 tat-22 ta’ Ġunju 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva pendimethalin, bħala kandidat għal sostituzzjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 162, 23.6.2017, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1114/oj).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/540/oj).

(9)  Ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-kummissjoni (UE) 2020/2007 tat-8 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 1,4-dimetilnaftalina, 6-benżiladenina, aċekinoċil, Adoxophyes orana granulovirus, sulfat tal-aluminju, amisulbrom, Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), ażadiraktin, Bacillus pumilus QST 2808, benalaksil-M, bixafen, bupirimat, ir-razza O tal-Candida oleophila, klorantraniliprol, fosfonat tad-disodju, ditijanon, dodina, emamektin, flubendiammid, fluwometuron, fluksapirossad, flutriafol, eżitijażoss, imazamox, ipkonażol, isossaben, aċidu L-assorbiku, kubrit tal-ġir, żejt tal-larinġ, ir-razza FE9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, pendimethalin, penflufen, pentijopirad, fosfonati tal-potassju, prosulfuron, Pseudomonas sp. ir-razza DSMZ 13134, piridalil, pirjofenon, pirossulam, kinimerak, aċidu S-abxissiku, sedaxane, sintofen, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, spinetoram, spirotetramat, Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, tau-fluvalinat, tebufenożur, tembotrion, tijenkarbażon, valifenalat, fosfidu taż-żingu (ĠU L 414, 9.12.2020, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2007/oj).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1446 tat-12 ta’ Lulju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 2,5-dichlorobenzoic acid methylester, aċidu aċetiku, sulfat tal-ammonju tal-aluminju, aluminium phosphide, silikat tal-aluminju, calcium carbide, cymoxanil, dodemorph, ethylene, estratt mis-siġra tat-te, residwi mid-distillazzjoni tax-xaħam, aċidi grassi C7 sa C20, flonicamid (IKI-220), gibberellic acid, gibberellins, alosulfuron-metil, hydrolysed proteins, sulfat tal-ħadid, magnesium phosphide, maltodestrina, metamitron, żjut tal-pjanti/essenza tal-qronfol, żjut tal-pjanti/żejt tal-kolza, żjut tal-pjanti/żejt tan-nagħniegħ, piretrini, sulcotrione, tebuconazole u urea (ĠU L 178, 13.7.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1446/oj).

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/689 tal-20 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) ir-razza QST 713, Bacillus thuringiensis subsp. Aizawai tar-razez ABTS-1857 u GC-91, Bacillus thuringiensis subsp. Israeliensis (serotip H-14) tar-razza AM65-52, Bacillus thuringiensis subsp. Kurstaki tar-razez ABTS 351, PB 54, SA 11, SA12 u EG 2348, Beauveria bassiana tar-razez ATCC 74040 u GHA, klodinafop, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), ċiprodinil, diklorprop-P, fenpirossimat, fosetil, malatijon, mepanipirim, metkonażol, metrafenon, pirimikarb, piridaben, pirimetanil, rimsulfuron, spinosad, Trichoderma asperellum (qabel T. harzianum) tar-razez ICC012, T25 u TV1, Trichoderma atroviride (qabel T. harzianum) tar-razza T11, Trichoderma gamsii (qabel T. viride) tar-razza ICC080, Trichoderma harzianum tar-razez T-22 u ITEM 908, triklopir, trineksapak, tritikonażol u żiram (ĠU L 91, 29.3.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/689/oj).

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1740/oj).


ANNESS

1.

Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 136, triklopir, id-data hija sostitwita bid-data “Il-31 ta’ Marzu 2026”;

(2)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 220, silikat tal-aluminju, id-data hija sostitwita bid-data “Il-31 ta’ Marzu 2026”;

(3)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 242, żjut tal-pjanti / żejt tal-kolza, id-data hija sostitwita bid-data “Il-31 ta’ Marzu 2026”;

(4)

ir-ringiela 230, Aċidi xaħmin C7 sa C20, hija sostitwita b’dan li ġej:

Nru

Isem Komuni, Numri tal-Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità (1)

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“230

Aċidi xaħmin C7 sa C20

Nru CAS 112-05-0 (Aċidu Pelargoniku)

67701-09-1 (Aċidi xaħmin C7-C18 u mlieħ mhux saturati tal-potassju C18)

124-07-2 (Aċidu Kapriliku)

334-48-5 (Aċidu Kapriku)

Aċidu nonanojku

Aċidu Kapriliku, Aċidu Pelargoniku, Aċidu Kapriku, Aċidu Lawriku, Aċidu Olejku (ISO f’kull każ)

Aċidu Ottanojku, Aċidu Nonanojku, Aċidu Dekanojku, Aċidu Dodekanojku, Aċidu cis-9-Ottadekanojku (IUPAC f’kull każ)

Esteri Me tal-Aċidi xaħmin, C7-C10

≥ 889 g/kg (Aċidu Pelargoniku)

≥ 838 g/kg aċidi xaħmin

≥ 99 % esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin

L-1 ta’ Settembru 2009

L-1 ta’ Diċembru 2026

PARTI A

Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi bħala insettiċida, akariċida, erbiċida u bħala regolatur għat-tkabbir tal-pjanti.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar l-aċidi xaħmin (SANCO/2610/2008) u b’mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.”

143-07-7 (Aċidu Lawriku)

112-80-1 (Aċidu Olejku)

85566-26-3 (Esteri Me tal-Aċidi xaħmin C8-C10)

111-11-5 (Ottanoat tal-metil)

110-42-9 (Dekanoat tal-metil)

Nru CIPAC mhux assenjat

Aċidu Nonanojku

Aċidu Kapriliku, Aċidu Pelargoniku, Aċidu Kapriku, Aċidu Lawriku, Aċidu Olejku (ISO f’kull każ)

Aċidu Ottanojku, Aċidu Nonanojku, Aċidu Dekanojku, Aċidu Dodekanojku, Aċidu cis-9-Ottadekanojku (IUPAC f’kull każ)

Esteri Me tal-Aċidi xaħmin, C7-C10

≥ 889 g/kg (Aċidu Pelargoniku)

≥ 838 g/kg aċidi xaħmin

≥ 99 % esteri metiliċi tal-aċidi xaħmin

L-1 ta’ Settembru 2009

Il-31 ta’ Awwissu 2024

2.

Il-Parti B hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 49, emamektin, id-data hija sostitwita bid-data “Il-15 ta’ Novembru 2026”;

(2)

fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 72, aċekinoċil, id-data hija sostitwita bid-data “Il-15 ta’ Novembru 2026”;

3.

fil-Parti E, fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 7, pendimetalina, id-data hija sostitwita bid-data “Il-15 ta’ Jannar 2027”.


(1)  Fir-rapport tat-tiġdid jinsabu iktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2221/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top