Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1507

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1507 tat-22 ta’ Frar 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kriterji u l-fatturi li għandhom jitqiesu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, mill-Awtorità Bankarja Ewropea u mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-setgħat ta’ intervent tagħhom

C/2024/907

ĠU L, 2024/1507, 30.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1507/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1507/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1507

30.5.2024

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1507

tat-22 ta’ Frar 2024

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kriterji u l-fatturi li għandhom jitqiesu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, mill-Awtorità Bankarja Ewropea u mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-setgħat ta’ intervent tagħhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 103(8), l-Artikolu 104(8) u l-Artikolu 105(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta’ kriterji u fatturi li għandha titqies mill-awtoritajiet kompetenti, mill-ESMA u mill-EBA biex jiddeterminaw meta jkun hemm tħassib sinifikanti għall-investituri jew theddida għall-funzjonament ordnat u għall-integrità tas-swieq fil-kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni jew ta’ parti minnha jew ta’ mill-inqas ta’ Stat Membru wieħed, sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti filwaqt li tkun tista’ tittieħed azzjoni xierqa fejn iseħħu eventi jew żviluppi avversi mhux previsti. L-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u l-EBA jenħtieġ li jidentifikaw il-kriterji u l-fatturi li huma rilevanti għal każ speċifiku, u mbagħad iwettqu valutazzjoni ta’ dawk il-kriterji u l-fatturi determinati li jkunu l-aktar rilevanti għal dak il-każ. Dan ma għandux jipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti, lill-ESMA u lill-EBA milli jużaw setgħa ta’ intervent temporanju meta wieħed biss mill-fatturi jew mill-kriterji jwassal għal tali tħassib jew theddida.

(2)

Id-dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament huma marbuta mill-qrib, billi jittrattaw is-setgħat ta’ interventi fuq il-prodotti vestiti kemm fl-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif ukoll fl-ESMA u fl-EBA. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn dawn id-dispożizzjonijiet li jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin, u sabiex tiġi ffaċilitata perspettiva komprensiva tal-kriterji għall-partijiet ikkonċernati u b’mod partikolari għall-ESMA, għall-EBA u għall-awtoritajiet kompetenti li jeżerċitaw dawn is-setgħat ta’ intervent, huwa meħtieġ li dawn id-dispożizzjonijiet jinġabru f’Regolament Delegat wieħed,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kriterji u fatturi għall-finijiet tas-setgħat ta’ intervent temporanju mill-ESMA

L-ESMA għandha tqis il-fatturi u l-kriterji li ġejjin sabiex tiddetermina jekk hemmx tħassib sinifikanti marbut mal-protezzjoni tal-investituri jew theddida għall-funzjonament ordnat u għall-integrità tas-swieq fil-kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni jew parti minnha:

(a)

il-grad ta’ kumplessità tal-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew it-tip ta’ attività jew prattika relatata ma’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi fir-rigward tat-tip ta’ klijent, kif ivvalutat f’konformità mal-punt (c), involut fl-attività jew fil-prattika, jew li lilu jiġi kkummerċjalizzat jew mibjugħ il-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-fatturi li ġejjin:

(i)

il-grad ta’ trasparenza tal-kostijiet u tal-imposti assoċjati mal-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, l-attività jew il-prattika marbuta mal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi u, b’mod partikolari, in-nuqqas ta’ trasparenza li jirriżulta minn saffi multipli ta’ kostijiet u imposti;

(ii)

in-natura u d-daqs ta’ kwalunkwe riskju;

(iii)

jekk il-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew servizz ikunx raggruppat ma’ prodotti jew servizzi oħra;

(iv)

il-kumplessità ta’ kwalunkwe terminu u kundizzjoni;

(b)

id-daqs tal-konsegwenzi detrimentali potenzjali, filwaqt li jitqies dan li ġej:

(i)

l-għadd ta’ klijenti, ta’ detenturi ta’ tokens jew ta’ parteċipanti tas-suq involuti;

(ii)

is-sehem relattiv tal-prodott fil-portafolli tal-investituri;

(iii)

il-probabbiltà, id-daqs u n-natura ta’ kwalunkwe detriment, inkluż l-ammont tat-telf potenzjalment imġarrab;

(iv)

il-persistenza antiċipata tal-konsegwenzi detrimentali;

(v)

il-volum tal-ħruġ;

(vi)

l-għadd ta’ intermedjarji involuti;

(vii)

it-tkabbir tas-suq jew tal-bejgħ;

(viii)

l-ammont medju investit minn kull klijent fil-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi;

(c)

it-tip ta’ klijenti involuti f’attività jew fi prattika relatata ma’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi jew klijenti li lilhom jiġi kkummerċjalizzat jew mibjugħ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, filwaqt li jitqies dan li ġej:

(i)

jekk il-klijent ikunx detentur fil-livell tal-konsum jew investitur kwalifikat;

(ii)

il-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-klijenti, inkluż il-livell ta’ edukazzjoni, l-esperjenza bi kriptoassi simili għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi jew prattiki ta’ bejgħ;

(iii)

is-sitwazzjoni ekonomika tal-klijenti, inkuż l-introjtu u l-ġid tagħhom;

(iv)

l-objettivi finanzjarji ewlenin tal-klijenti, inkluż it-tfaddil għall-pensjoni u l-finanzjament tas-sjieda tad-djar;

(d)

il-grad ta’ trasparenza tal-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew it-tip ta’ attività jew prattika relatata ma’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, filwaqt li jitqies dan li ġej:

(i)

kwalunkwe kost u imposta moħbija;

(ii)

l-użu ta’ tekniki li jiġbdu l-attenzjoni tal-klijenti iżda mhux neċessarjament jirriflettu l-adattezza jew il-kwalità ġenerali tal-prodott jew tas-servizz;

(iii)

in-natura tar-riskji u t-trasparenza tar-riskji;

(iv)

l-użu ta’ ismijiet ta’ prodotti jew ta’ terminoloġija jew informazzjoni oħra li jimplikaw livelli akbar ta’ sigurtà jew redditu minn dak attwalment possibbli jew probabbli, jew li jimplikaw karatteristiċi ta’ prodotti li ma jeżistux;

(v)

l-użu ta’ informazzjoni inġusta, inkoerenti jew qarrieqa fil-komunikazzjonijiet.

(e)

il-karatteristiċi jew il-komponenti partikolari tal-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew l-attività jew il-prattika marbuta mal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi;

(f)

l-eżistenza u l-grad ta’ disparità bejn ir-redditu jew il-profitt mistenni għall-investituri u r-riskju ta’ telf fir-rigward tal-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew l-attività jew il-prattika marbuta mal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-fatturi li ġejjin:

(i)

il-kostijiet tal-istrutturar ta’ tali kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, attività jew prattika u kostijiet oħra;

(ii)

id-disparità marbuta mar-riskju ritenut mill-emittent; jew

(iii)

il-profil tar-riskju/redditu jew il-profil tar-riskju/benefiċċju;

(g)

il-faċilità u l-kost li bihom l-investituri jkunu jistgħu jbigħu l-kriptoassi rilevanti għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew jaqilbu għal kriptoassi jew prodott ieħor, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-fatturi li ġejjin:

(i)

il-firxa bejn it-talba u l-offerta;

(ii)

il-frekwenza tad-disponibbiltà tal-kummerċ;

(iii)

id-daqs tal-ħruġ u d-daqs tas-suq sekondarju;

(iv)

il-preżenza jew in-nuqqas ta’ fornituri ta’ likwidità jew ġeneraturi tas-suq sekondarju;

(v)

il-karatteristiċi tas-sistema ta’ kummerċ;

(vi)

kwalunkwe ostaklu ieħor għall-ħruġ;

(h)

l-ipprezzar u l-kostijiet assoċjati tal-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew l-attività jew il-prattika marbuta mal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, filwaqt li jitqies, b’mod partikolari, wieħed minn dawn il-fatturi li ġejjin:

(i)

l-użu ta’ imposti moħbijia jew sekondarji;

(ii)

imposti li ma jirriflettux il-livell ta’ servizz ipprovdut;

(i)

il-prattiki tal-bejgħ assoċjati mal-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-fatturi li ġejjin:

(i)

il-kanali ta’ komunikazzjoni u distribuzzjoni użati;

(ii)

il-materjal ta’ informazzjoni, ta’ kummerċjalizzazzjoni jew materjal promozzjonali ieħor assoċjat mal-investiment;

(iii)

l-iskopijiet preżunti tal-investiment;

(iv)

jekk id-deċiżjoni ta’ xiri tkunx waħda sekondarja jew terzjarja wara xiri preċendenti;

(j)

is-sitwazzjoni finanzjarja u tan-negozju tal-emittent jew ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, filwaqt li jitqies, b’mod partikolari, wieħed mill-fatturi li ġejjin:

(i)

is-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent jew tal-fornitur ta’ servizzi relatati ma’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi;

(ii)

it-trasparenza tas-sitwazzjoni tan-negozju tal-emittent jew tal-fornitur ta’ servizzi marbuta ma’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi;

(k)

jekk ikunx hemm informazzjoni insuffiċjenti jew mhux affidabbli dwar kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, ipprovduta jew mill-emittent jew mill-offerent jew mill-fornitur tas-servizzi, sabiex il-parteċipanti fis-suq li lejhom tkun immirata l-kriptoassi jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni infurmata, filwaqt li jitqiesu n-natura u t-tip tal-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi;

(l)

jekk il-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew l-attività jew il-prattika marbuta mal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi toħloqx riskju għoli għat-twettiq ta’ tranżazzjonijiet konklużi minn parteċipanti jew investituri fis-suq rilevanti;

(m)

jekk l-attività jew il-prattika marbuta mal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, tikkompromettix b’mod sinifikanti l-integrità tal-proċess ta’ formazzjoni tal-prezzijiet fis-suq ikkonċernat, b’tali mod li l-prezz jew il-valur tal-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi inkwistjoni ma jibqax determinat skont il-forzi leġittimi tas-suq tal-provvista u d-domanda, jew b’tali mod li l-parteċipanti tas-suq ma jkunux jistgħu jibqgħu jiddependu fuq il-prezzijiet iffurmati f’dak is-suq jew fil-volumi ta’ kummerċ bħala bażi għad-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom;

(n)

jekk il-karatteristiċi ta’ kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jagħmluhx partikolarment suxxettibbli biex jintuża għall-finijiet ta’ kriminalità finanzjarja u, b’mod partikolari jekk dawk il-karatteristiċi jistgħux potenzjalment jinkoraġġixxu l-użu tal-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi għal dawn li ġejjin:

(i)

kwalunkwe frodi jew diżonestà;

(ii)

kondotta ħażina jew użu ħażin tal-informazzjoni relatata ma’ suq finanzjarju;

(iii)

it-trattament tar-rikavati minn attività kriminali;

(iv)

il-finanzjament tat-terroriżmu; jew

(v)

l-iffaċilitar tal-ħasil tal-flus;

(o)

jekk l-attività jew il-prattika marbuta mal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi toħloqx riskju partikolarment għoli għar-reżiljenza jew għall-operat bla xkiel tas-swieq u tal-infrastruttura tagħhom;

(p)

jekk il-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew l-attività jew il-prattika marbuta mal-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, toħloqx riskju għoli ta’ tfixkil għall-istituzzjonijiet finanzjarji meqjusa importanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni;

(q)

ir-rilevanza tad-distribuzzjoni tal-kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi bħala sors ta’ finanzjament għall-emittent;

(r)

jekk kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew attività jew prattika relatata ma’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, joħloqx riskji għas-suq jew għall-infrastruttura sottostanti tiegħu, inklużi n-networks tad-DLT użati għall-ħruġ, għall-ħżin u għat-trasferiment tagħhom;

(s)

jekk kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew attività jew prattika relatata ma’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, tistax jhedded il-fiduċja tal-investituri fis-sistema finanzjarja.

Artikolu 2

Kriterji u fatturi għall-finijiet tas-setgħat ta’ intervent temporanju tal-EBA

L-EBA għandha tikkunsidra l-fatturi u l-kriterji li ġejjin biex tiddetermina jekk hemmx tħassib sinifikanti marbut mal-protezzjoni tal-investituri jew theddida għall-funzjonament ordnat u għall-integrità tas-swieq fi kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi jew parti minnha:

(a)

il-grad ta’ kumplessità tat-token irreferenzjat ma’ assi jew tat-token tal-flus elettroniċi jew it-tip ta’ attività jew prattika relatata ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi fir-rigward tat-tip ta’ klijenti, kif ivvalutat f’konformità mal-punt (c), involut fl-attività, jew fil-prattika, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-fatturi li ġejjin:

(i)

il-grad ta’ trasparenza tal-kostijiet u tal-imposti assoċjati mat-token irreferenzjat ma’ assi jew mat-token tal-flus elettroniċi, l-attività jew il-prattika relatata ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi u, b’mod partikolari, in-nuqqas ta’ trasparenza li jirriżulta minn saffi multipli ta’ kostijiet u imposti;

(ii)

in-natura u d-daqs ta’ kwalunkwe riskju;

(iii)

id-daqs u l-kompożizzjoni tar-riżerva ta’ assi msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2023/1114;

(iv)

jekk it-token irreferenzjat ma’ assi jew it-token jew is-servizz tal-flus elettroniċi ikunx raggruppat ma’ prodotti oħrajn jew ikunx marbut ma’ servizzi differenti;

(v)

il-kumplessità ta’ kwalunkwe terminu u kundizzjoni;

(b)

id-daqs tal-konsegwenzi detrimentali potenzjali, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari:

(i)

il-valur ta’ referenza tat-token irreferenzjat ma’ assi jew tat-token tal-flus elettroniċi;

(ii)

l-għadd ta’ klijenti, ta’ detenturi ta’ tokens jew ta’ parteċipanti tas-suq involuti;

(iii)

is-sehem relattiv tat-token irreferenzjat ma’ assi jew tat-token tal-flus elettroniċi fil-portafolli tal-investituri;

(iv)

il-probabbiltà, id-daqs u n-natura ta’ kwalunkwe detriment, inkluż l-ammont tat-telf potenzjalment imġarrab;

(v)

il-persistenza antiċipata tal-konsegwenzi detrimentali;

(vi)

il-volum tal-ħruġ;

(vii)

l-għadd ta’ intermedjarji involuti;

(viii)

it-tkabbir tas-suq jew tal-bejgħ;

(ix)

l-ammont medju investit minn kull klijent fit-token irreferenzjat ma’ assi jew fit-token tal-flus elettroniċi;

(c)

it-tip ta’ klijenti involuti f’attività jew fi prattika relatata ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew ma’ tokens tal-flus elettroniċi jew li lilhom jiġi kkummerċjalizzat jew mibjugħ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-fatturi li ġejjin:

(i)

jekk il-klijent ikunx detentur fil-livell tal-konsum jew investitur kwalifikat;

(ii)

il-ħiliet u l-abilitajiet tal-klijenti, inklużi l-livell ta’ edukazzjoni, l-esperjenza bi prodotti jew prattiki tal-bejgħ simili;

(iii)

is-sitwazzjoni ekonomika tal-klijenti, inkużi d-dħul u l-ġid tagħhom;

(iv)

l-objettivi finanzjarji ewlenin tal-klijenti, inklużi t-tfaddil għall-pensjoni u l-finanzjament għas-sjieda tad-djar;

(d)

il-grad ta’ trasparenza tat-token irreferenzjat ma’ assi jew tat-token tal-flus elettroniċi jew it-tip ta’ attività jew prattika relatata ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-fatturi li ġejjin:

(i)

kwalunkwe kost u imposta moħbija;

(ii)

l-użu ta’ tekniki li jiġbdu l-attenzjoni tal-klijenti iżda mhux neċessarjament jirriflettu l-adattezza jew il-kwalità ġenerali tal-prodott jew tas-servizz;

(iii)

in-natura tar-riskji u t-trasparenza tar-riskji;

(iv)

l-użu ta’ ismijiet ta’ prodotti jew ta’ terminoloġija jew informazzjoni oħra li jkunu qarriera billi jimplikaw livelli akbar ta’ sigurtà jew redditu minn dawk attwalment possibbli jew probabbli, jew li jimplikaw karatteristiċi ta’ prodotti li ma jeżistux;

(v)

l-użu ta’ informazzjoni inġusta, inkoerenti jew qarrieqa fil-komunikazzjonijiet;

(e)

il-karatteristiċi jew il-komponenti partikolari tat-token irreferenzjat ma’ assi jew tat-token tal-flus elettroniċi jew l-attività jew il-prattika relatata ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi;

(f)

l-eżistenza u l-grad ta’ disparità bejn ir-redditu jew il-profitt mistenni għall-investituri u r-riskju ta’ telf fir-rigward tat-token irreferenzjat ma’ assi jew tat-token tal-flus elettroniċi jew l-attività jew il-prattika relatata ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-fatturi li ġejjin:

(i)

il-kostijiet tal-istrutturar ta’ tali tokens irreferenzjati ma’ assi, ta’ tokens tal-flus elettroniċi, ta’ attività jew prattika u kostijiet oħra;

(ii)

id-disparità marbuta mar-riskju ritenut mill-emittent;

(iii)

il-profil tar-riskju/redditu jew il-profil tar-riskju/benefiċċju;

(g)

il-kostijiet u l-faċilità li bihom l-investituri jkunu jistgħu jbigħu t-token irreferenzjat ma’ assi jew it-token tal-flus elettroniċi rilevanti jew jaqilbu għal token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi rilevanti, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-fatturi li ġejjin:

(i)

il-grad ta’ likwidità fis-suq għat-token irreferenzjat ma’ assi jew għat-token tal-flus elettroniċi;

(ii)

il-frekwenza tad-disponibbiltà tal-kummerċ;

(iii)

id-daqs tal-ħruġ u d-daqs tas-suq sekondarju;

(iv)

il-preżenza jew in-nuqqas ta’ fornituri ta’ likwidità jew ġeneraturi tas-suq sekondarju;

(v)

il-karatteristiċi tas-sistema ta’ kummerċ;

(vi)

kwalunkwe ostaklu ieħor għall-ħruġ;

(h)

l-ipprezzar u l-kostijiet assoċjati tat-token irreferenzjat ma’ assi jew tat-token tal-flus elettroniċi jew l-attività jew il-prattika relatata ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew ma’ tokens tal-flus elettroniċi, filwaqt li jitqies, b’mod partikolari, wieħed mill-fatturi li ġejjin:

(i)

l-użu ta’ imposti moħbijia jew sekondarji;

(ii)

imposti li ma jirriflettux il-livell ta’ servizz ipprovdut;

(i)

il-prattiki tal-bejgħ assoċjati mat-token irreferenzjat ma’ assi jew mat-token tal-flus elettroniċi, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-fatturi li ġejjin:

(i)

il-kanali ta’ komunikazzjoni u ta’ distribuzzjoni użati;

(ii)

il-materjal ta’ informazzjoni, ta’ kummerċjalizzazzjoni jew materjal promozzjonali ieħor assoċjat mal-investiment;

(iii)

l-iskopijiet preżunti tal-investiment;

(iv)

jekk id-deċiżjoni ta’ xiri tkunx sekondarja jew terzjarja wara xiri preċedenti;

(j)

is-sitwazzjoni finanzjarja u s-sitwazzjoni tan-negozju tal-emittent jew tal-fornitur tas-servizzi ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, filwaqt li jitqies, b’mod partikolari, wieħed mill-fatturi li ġejjin:

(i)

is-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent jew tal-fornitur ta’ servizzi marbuta mat-token irreferenzjat ma’ assi jew mat-token tal-flus elettroniċi;

(ii)

it-trasparenza tas-sitwazzjoni tan-negozju tal-emittent jew tal-fornitur ta’ servizzi marbuta mat-token irreferenzjat ma’ assi jew mat-token tal-flus elettroniċi;

(k)

jekk ikunx hemm nuqqas ta’ informazzjoni jew informazzjoni mhux affidabbli dwar token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi, ipprovduta jew mill-emittent jew mill-offerent jew mill-fornitur tas-servizzi, biex tippermetti l-parteċipanti tas-suq li lejhom ikun immirat it-token, jieħdu deċiżjoni informata, filwaqt li jitqiesu n-natura u t-tip tat-token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi;

(l)

jekk it-token irreferenzjat ma’ assi jew it-token tal-flus elettroniċi jew l-attività jew il-prattika relatata ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi toħloqx riskju għoli għall-prestazzjoni tat-tranżazzjonijiet li jkunu daħlu għalihom il-parteċipanti jew l-investituri fis-suq rilevanti;

(m)

jekk it-token irreferenzjat ma’ assi jew it-token tal-flus elettroniċi jew l-attività jew il-prattika relatata ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi tħallix l-ekonomija tal-Unjoni vulnerabbli għar-riskji;

(n)

jekk il-karatteristiċi ta’ token irreferenzjat ma’ assi jew ta’ token tal-flus elettroniċi jagħmluhx partikolarment suxxettibbli biex jintuża għall-finijiet ta’ kriminalità finanzjarja u, b’mod partikolari jekk dawk il-karatteristiċi jistgħux potenzjalment jinkoraġġixxu l-użu ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi għal dan li ġej:

(i)

kwalunkwe frodi jew diżonestà;

(ii)

kondotta ħażina jew użu ħażin ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ suq finanzjarju;

(iii)

it-trattament tar-rikavati minn attività kriminali;

(iv)

il-finanzjament tat-terroriżmu;

(v)

l-iffaċilitar tal-ħasil tal-flus;

(o)

jekk l-attività jew il-prattika relatata ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew ma’ tokens tal-flus elettroniċi toħloqx riskju partikolarment għoli għar-reżiljenza jew għall-operat bla xkiel tas-swieq, tas-sistema ta’ pagament u tal-infrastrutturi tagħhom;

(p)

jekk it-token irreferenzjat ma’ assi jew it-token tal-flus elettroniċi jew l-attività jew il-prattika relatata ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, toħloqx riskju għoli ta’ tfixkil għall-istituzzjonijiet finanzjarji meqjusa importanti għas-sistema finanzjarja tal-Unjoni;

(q)

ir-rilevanza tad-distribuzzjoni tat-token irreferenzjat ma’ assi jew tat-token tal-flus elettroniċi bħala sors ta’ finanzjament għall-emittent;

(r)

jekk token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi jew attività jew prattika relatata ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, toħloqx riskji għall-infrastruttura tas-suq jew tas-sistemi ta’ pagament;

(s)

jekk token irreferenzjat ma’ assi jew attività jew prattika relatata ma’ tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, jistgħux jheddu l-fiduċja tal-investituri fis-sistema finanzjarja.

Artikolu 3

Kriterji u fatturi għall-fini ta’ intervent mill-awtoritajiet kompetenti

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-fatturi u l-kriterji li ġejjin sabiex jiddeterminaw jekk hemmx tħassib sinifikanti marbut mal-protezzjoni tal-investituri jew theddida għall-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq fi kriptoassi jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha kemm hi jew parti minnha f’mill-anqas Stat Membru wieħed:

(a)

il-grad ta’ kumplessità tal-kriptoassi jew it-tip ta’ attività jew prattika marbuta ma kriptoassi fir-rigward tat-tip ta’ klijenti, skont kif evalwat f’konformità mal-punt (c), li jkunu involuti fl-attività jew fil-prattika msemmija, jew li lilhom jiġi kkummerċjalizzat jew mibjugħ il-kriptoassi, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-fatturi li ġejjin:

(i)

il-grad ta’ trasparenza tal-kostijiet u l-imposti assoċjati mal-kriptoassi, l-attività jew il-prattika marbuta mal-kriptoassi u, b’mod partikolari, in-nuqqas ta’ trasparenza li tirriżulta minn saffi differenti ta’ kostijiet u ta’ imposti;

(ii)

in-natura u d-daqs ta’ kwalunkwe riskju;

(iii)

id-daqs u r-robustezza tar-riżerva ta’ assi kif speċifikat aktar fl-istandards tekniċi regolatorji maħruġa skont l-Artikolu 36(4) tar-Regolament (UE) 2023/1114;

(iv)

jekk il-kriptoassi jew is-servizz ikunx raggruppat ma’ prodotti jew servizzi oħrajn;

(v)

il-kumplessità ta’ kwalunkwe terminu u kundizzjoni;

(b)

id-daqs tal-konsegwenzi detrimentali potenzjali, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari dawn li ġejjin:

(i)

il-valur nozzjonali tal-kriptoassi;

(ii)

l-għadd ta’ klijenti, ta’ detenturi ta’ tokens jew ta’ parteċipanti tas-suq involuti;

(iii)

is-sehem relattiv tal-prodott fil-portafolli tal-investituri;

(iv)

il-probabbiltà, id-daqs u n-natura ta’ kwalunkwe detriment, inkluż l-ammont tat-telf potenzjalment imġarrab;

(v)

il-persistenza antiċipata tal-konsegwenzi detrimentali;

(vi)

il-volum tal-ħruġ;

(vii)

l-għadd ta’ intermedjarji involuti;

(viii)

it-tkabbir tas-suq jew tal-bejgħ;

(ix)

l-ammont medju investit minn kull klijent fil-kriptoassi;

(c)

it-tip ta’ klijenti involuti f’attività jew prattika relatata mal-kriptoassi jew klijenti li lilhom jiġi kkummerċjalizzat jew mibjugħ kriptoassi, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-fatturi li ġejjin:

(i)

jekk il-klijent ikunx detentur fil-livell tal-konsum jew investitur kwalifikat;

(ii)

il-ħiliet u l-abilitajiet tal-klijenti, inklużi l-livell ta’ edukazzjoni, l-esperjenza bi kriptoassi jew prattiki tal-bejgħ simili;

(iii)

is-sitwazzjoni ekonomika tal-klijenti, inkuż id-dħul u l-ġid tagħhom;

(iv)

l-objettivi finanzjarji ewlenin tal-klijenti, inkluż it-tfaddil għall-pensjoni u l-finanzjament għas-sjieda tad-djar;

(d)

il-grad ta’ trasparenza tal-kriptoassi jew it-tip ta’ attività jew prattika relatata mal-kriptoassi, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-fatturi li ġejjin:

(i)

kwalunkwe kost u imposta moħbija;

(ii)

l-użu ta’ tekniki li jiġbdu l-attenzjoni tal-klijenti iżda li mhux neċessarjament jirriflettu l-adattezza jew il-kwalità ġenerali tal-prodott jew tas-servizz;

(iii)

in-natura tar-riskji u t-trasparenza tar-riskji;

(iv)

l-użu ta’ ismijiet ta’ prodotti jew ta’ terminoloġija jew informazzjoni oħra li jkunu qarriera billi jimplikaw livelli akbar ta’ sigurtà jew redditu minn dawk attwalment possibbli jew probabbli, jew li jimplikaw karatteristiċi ta’ prodotti li ma jeżistux;

(v)

l-użu ta’ informazzjoni inġusta, inkoerenti jew qarrieqa fil-komunikazzjonijiet;

(e)

il-karatteristiċi jew il-komponenti partikolari tal-kriptoassi jew l-attività jew il-prattika marbuta mal-kriptoassi;

(f)

l-eżistenza u l-grad ta’ disparità bejn ir-redditu jew profitt mistenni għall-investituri u r-riskju ta’ telf relatat mal-kriptoassi jew l-attività jew il-prattika relatata mal-kriptoassi, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-fatturi li ġejjin:

(i)

il-kostijiet tal-istrutturar ta’ dawn il-kriptoassi, ta’ din l-attività jew ta’ din il-prattika, u kostijiet oħra;

(ii)

id-disparità marbuta mar-riskju ritenut mill-emittent;

(iii)

il-profil tar-riskju/redditu jew il-profil tar-riskju jew tal-benefiċċju;

(g)

il-faċilità li biha l-investituri jkunu jistgħu jbigħu l-kriptoassi rilevanti jew jagħżlu kriptoassi ieħor, u l-kostijiet ta’ dan, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-fatturi li ġejjin:

(i)

il-firxa bejn it-talba u l-offerta;

(ii)

il-grad ta’ likwidità fis-suq għall-kriptoassi;

(iii)

il-frekwenza tad-disponibbiltà tal-kummerċ;

(iv)

id-daqs tal-ħruġ u d-daqs tas-suq sekondarju;

(v)

il-preżenza jew l-assenza ta’ fornituri ta’ likwidità jew ta’ ġeneraturi tas-suq sekondarju;

(vi)

il-karatteristiċi tas-sistema ta’ kummerċ;

(vii)

kwalunkwe ostaklu ieħor għall-ħruġ;

(h)

l-ipprezzar u l-kostijiet assoċjati tal-kriptoassi jew l-attività jew il-prattika marbuta mal-kriptoassi, filwaqt li jitqies, b’mod partikolari, wieħed mill-fatturi li ġejjin:

(i)

l-użu ta’ imposti moħbijia jew sekondarji;

(ii)

imposti li ma jirriflettux il-livell ta’ servizz ipprovdut;

(i)

il-prattiki tal-bejgħ assoċjati mal-kriptoassi, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-fatturi li ġejjin:

(i)

il-kanali ta’ komunikazzjoni u ta’ distribuzzjoni użati;

(ii)

il-materjal ta’ informazzjoni, ta’ kummerċjalizzazzjoni jew materjal promozzjonali ieħor assoċjat mal-investiment;

(iii)

l-iskopijiet preżunti tal-investiment;

(iv)

jekk id-deċiżjoni ta’ xiri tkunx waħda sekondarja jew terzjarja wara xiri preċendenti;

(j)

is-sitwazzjoni finanzjarja u tan-negozju tal-emittent jew tal-fornitur tas-servizzi ta’ kriptoassi, filwaqt li jitqies, b’mod partikolari, wieħed mill-fatturi li ġejjin:

(i)

is-sitwazzjoni finanzjarja tal-emittent jew tal-fornitur tas-servizzi ta’ kriptoassi;

(ii)

it-trasparenza tas-sitwazzjoni tan-negozju tal-emittent jew tal-fornitur tas-servizzi ta’ kriptoassi;

(k)

jekk ikunx hemm biżżejjed informazzjoni jew jeżistix nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli dwar il-kriptoassi, ipprovduta jew mill-emittent jew mill-offerent jew mill-fornitur tas-servizzi, li tippermetti l-parteċipanti tas-suq li huma fil-mira jieħdu deċiżjoni informata, waqt li jitqiesu n-natura u t-tip tal-kriptoassi;

(l)

jekk il-kriptoassi, jew l-attività jew il-prattika marbuta mal-kriptoassi timponix riskju għoli għall-prestazzjoni tat-tranżazzjonijiet li jidħlu fihom il-parteċipanti jew l-investituri fis-suq rilevanti;

(m)

jekk l-attività jew il-prattika marbuta mal-kriptoassi tikkompromettix b’mod sinifikanti l-integrità tal-proċess ta’ formazzjoni tal-prezzijiet fis-suq ikkonċernat,fis-sens li l-prezz jew il-valur tal-kriptoassi inkwistjoni ma jibqax determinat skont il-forzi leġittimi tas-suq tal-provvista u d-domanda, jew il-parteċipanti tas-suq ma jkunux jistgħu jibqgħu jiddependu fuq il-prezzijiet iffurmati f’dak is-suq jew fil-volumi ta’ kummerċ bħala bażi għad-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom;

(n)

jekk il-kriptoassi jew l-attività jew il-prattika marbuta mal-kriptoassi tħallix l-ekonomija nazzjonali vulnerabbli għar-riskji;

(o)

jekk il-karatteristiċi ta’ kriptoassi jagħmluhx partikolarment suxxettibbli biex jintuża għall-finijiet ta’ kriminalità finanzjarja u, b’mod partikolari jekk dawn il-karatteristiċi jistgħux potenzjalment jinkoraġġixxu l-użu tal-kriptoassi għal dawn li ġejjin:

(i)

kwalunkwe frodi jew diżonestà;

(ii)

kondotta ħażina jew użu ħażin ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ suq finanzjarju;

(iii)

it-trattament tar-rikavati minn attività kriminali;

(iv)

il-finanzjament tat-terroriżmu;

(v)

l-iffaċilitar tal-ħasil tal-flus;

(p)

jekk kriptoassi jew l-attività jew il-prattika marbuta mal-kriptoassi timponix riskju partikolarment għoli għar-reżiljenza jew l-operat mingħajr xkiel tas-swieq u l-infrastruttura tagħhom;

(q)

jekk il-kriptoassi jew l-attività jew il-prattika marbuta mal-kriptoassi, tkunx ta’ riskju għoli ta’ tfixkil għall-istituzzjonijiet finanzjarji meqjusin importanti għas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti relevanti;

(r)

ir-rilevanza tad-distribuzzjoni tal-kriptoassi bħala sors ta’ finanzjament għall-emittent;

(s)

jekk kriptoassi jew attività jew prattika marbuta mal-kriptoassi toħloqx riskji għall-infrastruttura tas-suq jew tas-sistemi ta’ pagament, inklużi s-sistemi tan-negozjar, tal-ikklerjar u tas-saldu;

(t)

jekk kriptoassi jew attività jew prattika marbuta mal-kriptoassi tistax thedded il-fiduċja tal-investituri fis-sistema finanzjarja.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2023/1114/oj?locale=mt.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1507/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top