This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1459
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/1459 of 27 May 2024 laying down rules for the application of Regulation (EU) 2023/988 of the European Parliament and of the Council as regards the implementation of the interoperable interface of the Safety Gate Portal for providers of online marketplaces
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1459 tas-27 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-interfaċċa interoperabbli tal-Portal Safety Gate għall-fornituri tas-swieq online
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1459 tas-27 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-interfaċċa interoperabbli tal-Portal Safety Gate għall-fornituri tas-swieq online
C/2024/3386
ĠU L, 2024/1459, 28.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1459/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1459 |
28.5.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1459
tas-27 ta’ Mejju 2024
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-interfaċċa interoperabbli tal-Portal Safety Gate għall-fornituri tas-swieq online
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 34(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2023/988 jirrikjedi li l-Kummissjoni żżomm il-Portal Safety Gate, l-interfaċċa pubblika tas-Sistema ta’ Twissija Rapida “Safety Gate”. |
(2) |
L-informazzjoni kkomunikata fuq il-Portal Safety Gate hija essenzjali għall-fornituri tas-swieq online biex jikkonformaw ma’ għadd ta’ obbligi li għandhom skont ir-Regolament (UE) 2023/988, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikolu 22(6) u (7) tar-Regolament (UE) 2023/988. Barra minn hekk, il-fornituri tas-swieq online huma mħeġġa jiċċekkjaw il-prodotti mal-Portal Safety Gate qabel ma jintroduċuhom fuq l-interfaċċa tagħhom. |
(3) |
Biex tiffaċilita l-konformità tal-fornituri tas-swieq online u f’konformità mal-Artikolu 34(5) tar-Regolament (UE) 2023/988, il-Kummissjoni żviluppat sistema ta’ interfaċċa interoperabbli biex tippermetti lill-fornituri tas-swieq online jorbtu l-interfaċċi tagħhom mal-Portal Safety Gate. Dik l-interfaċċa interoperabbli jenħtieġ li tkun disponibbli fuq il-Portal Safety Gate. |
(4) |
Il-fornituri tas-swieq online jenħtieġ li jkunu jistgħu jiksbu aċċess għas-sistema ta’ interfaċċa interoperabbli wara r-reġistrazzjoni tagħhom mal-Portal Safety Gate f’konformità mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2023/988. |
(5) |
Il-fornituri tas-swieq online jenħtieġ li jkunu jistgħu jirċievu permezz tal-interfaċċa interoperabbli biss informazzjoni li tkun disponibbli għall-pubbliku u li diġà tkun ippubblikata fuq il-Portal Safety Gate. Madankollu, jenħtieġ li jkunu jistgħu jippersonalizzaw, permezz ta’ din l-interfaċċa, ċerti aspetti ta’ kif jistgħu jniżżlu l-informazzjoni, inkluża l-frekwenza tal-informazzjoni riċevuta. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tar-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali tal-Prodotti stabbilit f’konformità mal-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) 2023/988, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Aċċess għas-sistema ta’ interfaċċa interoperabbli tal-Portal Safety Gate
Meta jirreġistraw mal-Portal Safety Gate f’konformità mal-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) 2023/988, il-fornituri tas-swieq online jistgħu jorbtu l-interfaċċi tagħhom mal-Portal Safety Gate billi jużaw l-interfaċċa interoperabbli.
Artikolu 2
Il-kisba ta’ informazzjoni permezz tal-interfaċċa interoperabbli tal-Portal Safety Gate
Dawk il-fornituri ta’ swieq online li jkunu kkollegaw l-interfaċċa tagħhom mal-interfaċċa interoperabbli tal-Portal Safety Gate f’konformità mal-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament ikunu jistgħu jniżżlu informazzjoni diġà magħmula disponibbli għall-pubbliku fuq il-Portal Safety Gate, f’konformità mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) 2023/988.
Il-fornituri tas-swieq online jistgħu jikkonfiguraw il-frekwenza u l-kontenut tal-informazzjoni li jistgħu jniżżlu f’konformità mal-istruzzjonijiet ippubblikati mill-Kummissjoni fuq il-Portal Safety Gate.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mit-13 ta’ Diċembru 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 135, 23.5.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/988/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1459/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)