This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1103
Commission Regulation (EU) 2024/1103 of 18 April 2024 implementing Directive 2009/125/EC of the European Parliament and of the Council as regards ecodesign requirements for local space heaters and separate related controls and repealing Commission Regulation (EU) 2015/1188
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/1103 tat-18 ta’ April 2024 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali u l-kontrolli separati relatati u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/1103 tat-18 ta’ April 2024 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali u l-kontrolli separati relatati u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188
C/2024/1732
ĠU L, 2024/1103, 19.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1103/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 19/04/2024
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1103 |
19.4.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1103
tat-18 ta’ April 2024
li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali u l-kontrolli separati relatati u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/125/KE tirrikjedi li l-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta’ bejgħ u ta’ kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li l-impatt ambjentali tagħhom jista’ jitnaqqas b’mod konsiderevoli mingħajr kostijiet eċċessivi. |
(2) |
Il-proposta għal Direttiva riveduta dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (EED) (2) tirrikjedi li l-Istati Membri jiżviluppaw ulterjorment il-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima (NECPs), imsemmija fl-Artikolu 4(2), billi jinkludu miżuri biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija tal-Unjoni b’mill-inqas 9 % b’mod kumplessiv sal-2030 meta mqabbel max-Xenarju ta’ Referenza tal-2020. F’dan il-kuntest, ir-regoli tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija għall-prodotti huma modi ewlenin biex l-Unjoni tilħaq l-objettivi tagħha b’rabta mal-enerġija u d-dekarbonizzazzjoni. |
(3) |
Il-Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija 2022-2024 (3) jinkludi l-ħiters tal-post lokali fost il-gruppi ta’ prodotti li għalihom ir-rekwiżiti tal-ekodisinn u tat-tikkettar tal-enerġija huma mistennija li jiġu rieżaminati qabel tmiem l-2025. |
(4) |
Il-miżuri mill-Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija 2022-2024 għandhom potenzjal stmat li jwasslu għal iffrankar annwali totali tal-enerġija finali ta’ aktar minn 170 TWh sal-2030. Dan huwa ekwivalenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’madwar 24 miljun tunnellata fis-sena sal-2030. Il-ħiters tal-post lokali għandhom il-potenzjal li jwasslu għal iffrankar ta’ 11-il TWh/sena f’elettriku sal-2030. |
(5) |
Il-Kummissjoni stabbiliet rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali fir-Regolament (UE) 2015/1188 (4). F’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni rrieżaminatu u analizzat l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-ħiters tal-post lokali kif ukoll l-imġiba fil-ħajja reali tal-utenti finali. Ir-riżultati tar-rieżami ġew ippubblikati u ppreżentati lill-Forum Konsultattiv stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE. |
(6) |
L-istudju ta’ rieżami juri li l-miżuri tal-ekodisinn fir-Regolament (UE) 2015/1188 ikkontribwew b’mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Madankollu, mingħajr azzjoni regolatorja ulterjuri, l-iffrankar tal-enerġija se jistaġna wara l-2030. L-aspetti ambjentali tal-ħiters tal-post lokali, identifikati fl-istudju ta’ rieżami bħala sinifikanti għall-finijiet tar-Regolament (UE) 2015/1188, huma l-konsum tal-enerġija matul il-fażi tal-użu, il-ġenerazzjoni tal-iskart fi tmiem il-ħajja u l-emissjonijiet fl-arja u fl-ilma fil-fażi tal-produzzjoni (minħabba l-estrazzjoni u l-ipproċessar tal-materja prima). |
(7) |
Il-konsum annwali tal-enerġija mill-ħiters tal-post lokali kien jammonta għal 200 TWh/sena fl-2020, ekwivalenti għal 1,7 % tal-konsum totali tal-enerġija finali tal-Unjoni u 4 % tal-konsum finali tal-enerġija tal-unitajiet domestiċi u tas-servizzi. Il-konsum tal-enerġija previst tal-ħiters tal-post lokali f’xenarju li fih kollox jibqa’ kif inhu huwa stmat li se jonqos għal 140 TWh fis-sena fl-2030. It-tnaqqis jista’ jiġi aċċellerat jekk jiġu aġġornati r-rekwiżiti eżistenti tal-ekodisinn. |
(8) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-impatt tal-għażliet ta’ politika differenti biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija mill-ħiters tal-post lokali mill-2025 ’il quddiem. Skont il-valutazzjoni tal-impatt, miżuri ġodda tal-ekodisinn jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra bi 23 TWh/sena u b’1,8 Mt ekwivalenti ta’ CO2/sena rispettivament sal-2030. |
(9) |
B’riżultat ta’ dan, jeħtieġ li jiġi ċċarat u estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1188 sabiex jiġu eliminati l-ambigwitajiet u jingħalqu l-lakuni eżistenti b’rabta mal-prodotti li jipprovdu kumdità termali u li, għalhekk, jenħtieġ li jitqiesu bħala ħiters tal-post lokali. Minħabba dak l-għan, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ prodotti eżentati tittejjeb biex titnaqqas il-possibbiltà ta’ miżinterpretazzjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat dwar l-użu maħsub ta’ prodott eżentat u d-disinn tiegħu kif indikat fid-dokumentazzjoni teknika tkun koerenti mad-deskrizzjoni u mad-definizzjoni tat-tipi ta’ prodotti eżentati, u jenħtieġ li ma tkunx f’kontradizzjoni ma’ dikjarazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jew ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra pprovduta mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat li takkumpanja l-prodott inkwistjoni. |
(10) |
Huwa xieraq li fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament jiġu inklużi l-ħiters tal-post lokali introdotti fis-suq mingħajr kontroll tat-temperatura, inklużi l-kejbils u t-twapet tat-tisħin li jirregolaw lilhom infushom. Dan jiffranka l-enerġija u, fuq kollox, ineħħi l-lakuna legali li biha l-ħiters tal-post lokali jkunu jistgħu jiġu introdotti fis-suq mingħajr kontroll jew b’kontrolli li jinbiegħu separatament, sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-ekodisinn. |
(11) |
Sabiex jiġu koperti t-tipi rilevanti ta’ ħiters tal-post lokali introdotti fis-suq, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kategoriji li ġejjin ta’ ħiters tal-post lokali għal użu domestiku: ħiters tal-post lokali bil-kompartiment tal-kombustjoni miftuħ; ħiters tal-post lokali b’fetħa għaċ-ċumnija; ħiters tal-post lokali b’kombustjoni miftuħa b’faċċata magħluqa; ħiters tal-post lokali b’ċumnija bbilanċjata; ħiters tal-post lokali portabbli tal-elettriku; ħiters tal-post lokali tal-elettriku fissi; ħiters tal-post lokali li jżommu s-sħana fihom tal-elettriku; ħiters tal-post lokali tal-elettriku ta’ taħt l-art; ħiters tal-post lokali radjanti u li jiddu b’mod viżibbli tal-elettriku; ħiters tal-post lokali portabbli radjanti u li jiddu b’mod viżibbli tal-elettriku; ħiters tal-post lokali luminużi; ħiters tal-post lokali bit-tubi; vireg tax-xugamani u ħiters mingħajr ċumnija. |
(12) |
Il-ħiters tal-post lokali fissi u l-ħiters tal-post lokali radjanti u li jiddu b’mod viżibbli tal-elettriku jkopru firxa wiesgħa ta’ prodotti ta’ daqsijiet differenti u ta’ potenza termika differenti. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn aktar stretti għall-prodotti li jipprovdu produzzjoni akbar tas-sħana u, għalhekk, li jikkonsmaw aktar enerġija, fl-istess kategorija ta’ prodotti. |
(13) |
Il-ħiters radjanti u li jiddu b’mod viżibbli tal-elettriku għandhom elementi tat-tisħin f’temperaturi għoljin li jistgħu jintlaħqu minn barra u, għalhekk, jistgħu jmissu aċċidentalment ma’ elementi li jaqbdu. Għal din ir-raġuni, il-ħiters tal-post lokali portabbli radjanti u li jiddu b’mod viżibbli tal-elettriku, li jistgħu jitmexxew minn post għal ieħor, jenħtieġ li jitħaddmu biss b’mod manwali u jenħtieġ li sussegwentement ma jkunux soġġetti għal livelli tal-effiċjenza enerġetika li jeħtieġu t-twaħħil ta’ kontrolli awtomatiċi li jippermettu li l-prodott jixgħel u jibqa’ attiv fin-nuqqas ta’ intervent mill-bniedem. |
(14) |
Sabiex jiżdiedu r-rappreżentattività u r-rilevanza tar-rekwiżiti tal-ekodisinn f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali disponibbli fis-suq, jenħtieġ li l-ħiters tal-post lokali luminużi u l-ħiters tal-post lokali bit-tubi ta’ 300 kW jew anqas ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
(15) |
Il-kontrolli introdotti fis-suq b’mod separat mill-ħiters tal-post lokali jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti rilevanti tal-ekodisinn sabiex jiġi evitat li jiddgħajjef il-potenzjal tal-ekodisinn li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija. |
(16) |
Il-vireg tax-xugamani ma humiex maħsuba biss biex isaħħnu jew inixxfu x-xugamani. Jistgħu wkoll isaħħnu l-post li fih jitqiegħdu u jikkontribwixxu għall-kumdità termali billi jaġixxu bħala ħiters tal-post lokali. Sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għall-manifatturi, indipendentement minn jekk jintroduċuhomx fis-suq bħala ħiters tal-post lokali jew le, jenħtieġ li dawn il-prodotti kollha jkunu soġġetti għal rekwiżiti tal-ekodisinn biex jiffrankaw aktar enerġija. |
(17) |
L-użu ewlieni tal-vireg tax-xugamani jiddependi fuq il-potenza termika tal-prodott. Il-vireg tax-xugamani b’potenza termika medja sa għolja jikkontribwixxu għall-kumdità termali, u b’hekk is-sħana jew it-tnixxif tax-xugamani jkun biss użu sekondarju, filwaqt li l-vireg tax-xugamani b’potenza termika baxxa jintużaw l-aktar biex isaħħnu jew inixxfu x-xugamani, bi kwantità żgħira biss ta’ sħana li tikkontribwixxi għall-kumdità termali. Għalhekk, jenħtieġ li l-livell ta’ strettezza tar-rekwiżiti tal-ekodisinn jiġi adattat għall-użu ewlieni tal-prodott, iddeterminat mill-potenza termika tiegħu. |
(18) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/807 (5) jistabbilixxi fattur tal-enerġija primarja għall-elettriku ta’ 1,9 (koeffiċjent ta’ konverżjoni) li għandu jiġi applikat meta l-iffrankar tal-enerġija jiġi kkalkolat f’termini ta’ enerġija primarja fuq il-bażi tal-konsum finali tal-enerġija. Jenħtieġ li dan il-fattur ta’ enerġija primarja jiġi applikat meta tiġi kkalkolata l-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post għall-ħiters tal-post lokali tal-elettriku. |
(19) |
Il-modalitajiet kollha b’potenza baxxa li bħalissa huma implimentati fil-ħiters tal-post lokali jiġġeneraw konsum addizzjonali tal-enerġija. Rekwiżiti speċifiċi tal-ekodisinn għall-modalitajiet b’potenza baxxa, inklużi l-modalità idle jew il-modalità standby man-network, jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament kemm għall-ħiters tal-post lokali kif ukoll għall-kontrolli separati. |
(20) |
Huwa xieraq li l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti aktar stretti għall-modalitajiet tal-potenza baxxa għall-ħiters tal-post lokali u għall-kontrolli separati sseħħ fl-istess ħin mal-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826 (6). |
(21) |
Jenħtieġ li l-miżuri tal-ekodisinn jiġu implimentati biss fil-livell tal-Unjoni peress li japplikaw direttament għall-prodott inkwistjoni, li l-uniformità tiegħu jeħtieġ li tiġi żgurata biex tiġi evitata sitwazzjoni li fiha regoli nazzjonali differenti jxekklu s-suq intern għal dak il-prodott. |
(22) |
Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni dwar Ekonomija Ċirkolari (7) u l-Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija 2022-2024 jissottolinjaw l-importanza li jintuża l-qafas tal-ekodisinn biex tiġi sostnuta l-bidla lejn ekonomija aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u ċirkolari. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti xierqa relatati maċ-ċirkolarità li jiżguraw li l-prodotti jissewwew b’mod effettiv bis-saħħa tad-disponibbiltà ta’ firxa ta’ spare parts, filwaqt li jistabbilixxi żmien massimu għall-konsenja tal-ispare parts u jispeċifika liema informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għandha tingħata lis-sewwejja professjonali u lill-utenti finali. Jenħtieġ li l-ħiters tal-post lokali jkunu ddisinjati wkoll b’tali mod li jiġi ffaċilitat l-irkupru tal-materjali u tal-komponenti. |
(23) |
Jenħtieġ li l-perjodu tranżitorju għall-introduzzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda tal-ekodisinn jkun biżżejjed biex il-manifatturi jadattaw il-ħiters tal-post lokali għal dawk ir-rekwiżiti. Jenħtieġ li l-perjodu jqis kwalunkwe impatt fuq il-kostijiet għall-manifatturi, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li jiġi żgurat li jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament. |
(24) |
Il-karatteristiċi essenzjali tal-ħiters tal-post lokali f’dak li għandu x’jaqsam mal-ekodisinn jenħtieġ li jitkejlu u jiġu kkalkolati bl-użu ta’ metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, akkurati u riproduċibbli, inklużi, jekk ikunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni wara talba mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Fin-nuqqas ta’ standards armonizzati, jenħtieġ li jintużaw il-metodi tranżizzjonali stabbiliti fl-Anness IV għas-sostenn tal-verifika tal-konformità tal-ħiters tal-post lokali ma’ dan ir-Regolament. Meta jiġu adottati standards armonizzati, jenħtieġ li jitħassar l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. |
(25) |
Il-kalkolu tal-effiċjenza enerġetika tal-ħiters tal-post lokali f’dak li għandu x’jaqsam mat-telf tal-potenza termika u mal-irkupru tal-potenza termika permezz tal-kontrolli, jenħtieġ li jkun rappreżentattiv tal-effett fiżiku reali li jkun qed iseħħ meta jkun qed jaħdem ħiter tal-post lokali. Għalhekk, jenħtieġ li t-telf u l-irkupru tal-potenza termika jkunu bbażati fuq fatturi li jimmultiplikaw l-enerġija finali aktar milli jitnaqqsu mill-enerġija primarja. |
(26) |
Sabiex tiġi żgurata l-effettività tar-Regolament u biex jiġu protetti l-konsumaturi, jenħtieġ li ma jkunx permess it-tibdil fil-prestazzjoni tal-ħiters tal-post lokali fil-kundizzjonijiet tat-test biex jittejbu l-valuri ddikjarati f’dak li għandu x’jaqsam mal-ekodisinn. Dan jinkludi, iżda ma huwiex limitat għal, ħiters tal-post lokali ddisinjati biex jindunaw li qed jiġu ttestjati billi jagħrfu l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test u b’riżultat ta’ dan ibiddlu awtomatikament l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom, u ħiters tal-post lokali ssettjati minn qabel biex ibiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom waqt l-ittestjar. Dan jinkludi wkoll il-preskrizzjoni ta’ tibdil manwali ta’ ħiter tal-post lokali bi tħejjija għall-ittestjar li jbiddel l-imġiba jew il-karatteristiċi tiegħu għall-użu normali. Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li l-aġġornamenti tas-software tal-ħiters tal-post lokali ma jgħarrqux il-karatteristiċi ddikjarati. |
(27) |
Biex ikun żgurat li l-apparati jkunu jistgħu jissewwew b’mod effettiv, jenħtieġ li jkun hemm disponibbli firxa ta’ spare parts għas-sewwejja professjonali jew għall-utenti finali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-prezz tal-ispare parts ikun raġonevoli u jenħtieġ li ma jiskoraġġix it-tiswija. Biex tinħoloq it-trasparenza u jiġi inċentivat l-iffissar ta’ prezzijiet raġonevoli, il-prezz indikattiv qabel it-taxxa għall-ispare parts previst skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun aċċessibbli fuq sit web b’aċċess mingħajr ħlas. |
(28) |
F’konformità mal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika liema proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità japplikaw. |
(29) |
Sabiex jiġu ffaċilitati l-verifiki tal-konformità, fid-dokumentazzjoni teknika jenħtieġ li l-manifatturi jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE jekk dik l-informazzjoni jkollha x’taqsam mar-rekwiżiti f’dan ir-Regolament. |
(30) |
Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu ddeterminati valuri indikattivi ta’ referenza għall-aqwa teknoloġiji disponibbli sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-ħiters tal-post lokali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom tkun disponibbli b’mod wiesa’ u tkun aċċessibbli faċilment. |
(31) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi rieżaminat biex jiġu vvalutati l-adegwatezza tad-dispożizzjonijiet tiegħu għall-ilħuq tal-għanijiet tiegħu, u l-effettività tad-dispożizzjonijiet fl-ilħuq ta’ dawn. Jenħtieġ li t-twaqqit tar-rieżami jkun biżżejjed biex id-dispożizzjonijiet kollha jiġu applikati u jkollhom effett fuq is-suq. |
(32) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-introduzzjoni fis-suq u għad-dħul fis-servizz ta’ ħiters tal-post lokali għal użu domestiku li jkollhom potenza termika nominali ta’ 50 kW jew inqas u ta’ ħiters tal-post lokali għal użu kummerċjali li jkollhom potenza termika nominali tal-prodott jew potenza termika ta’ segment wieħed tat-tubu ta’ 300 kW jew inqas. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għal kontrolli separati relatati.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika:
(a) |
għall-ħiters tal-post lokali li jużaw ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar jew ċiklu ta’ sorbiment għall-ġenerazzjoni tas-sħana u li jaħdmu bl-elettriku jew bil-fjuwil; |
(b) |
għall-ħiters tal-post lokali ddisinjati, ittestjati, kummerċjalizzati u ddikjarati esklużivament għall-użu fuq barra; |
(c) |
għall-ħiters tal-post lokali li l-potenza termika diretta tagħhom fil-potenza termika nominali hija inqas minn 6 % tal-potenza termika diretta u l-potenza termika indiretta kombinati tagħhom; |
(d) |
għall-prodotti għat-tisħin tal-arja; |
(e) |
għall-istufi tas-sawna; |
(f) |
għall-apparati tat-tisjir. |
3. Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ma għandhomx iqisu li prodott jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament abbażi tal-paragrafu 2, jekk id-disinn, il-karatteristiċi tekniċi, l-użu maħsub, id-dikjarazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni jew kwalunkwe informazzjoni oħra pprovduta mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat li jakkumpanja dak il-prodott ma jiddistingwuhx biżżejjed mill-ħiters tal-post lokali koperti minn dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“ħiter tal-post lokali” tfisser apparat mgħammar b’ġeneratur wieħed jew aktar tas-sħana biex jikkonverti l-elettriku mill-mejns jew mill-fjuwils likwidi jew gassużi direttament f’potenza termika biex jipprovdi kumdità termali għall-bnedmin fil-post magħluq fejn ikun jinsab permezz tat-trasferiment dirett tas-sħana, possibbilment flimkien ma’ potenza termika lejn spazji oħra jew bi trasferiment tas-sħana għal fluwidu; |
(2) |
“ħiter tal-post lokali għal użu domestiku” tfisser ħiter tal-post lokali minbarra ħiter tal-post lokali għal użu kummerċjali; |
(3) |
“potenza termika nominali” (Pnom) tfisser il-potenza termika ta’ ħiter tal-post lokali, li tinkludi kemm il-potenza termika diretta kif ukoll il-potenza termika indiretta (meta din tkun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bil-potenza termika massima li tista’ tinżamm fuq perjodu estiż, kif iddikjarata mill-manifattur, mogħtija f’kW; |
(4) |
“ħiter tal-post lokali għal użu kummerċjali” tfisser jew ħiter tal-post lokali luminuż jew ħiter tal-post lokali bit-tubi; |
(5) |
“ħiter tal-post lokali luminuż” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew ħiter tal-post lokali tal-fjuwils likwidi mgħammar b’berner, li għandu jiġi installat ’il fuq mil-livell tar-ras dirett lejn il-post tal-użu sabiex is-sħana li toħroġ mill-berner, li tkun fil-biċċa l-kbira tagħha radjazzjoni infraħamra, issaħħan direttament lill-persuni li jridu jissaħħnu, li tkun il-prodotti tal-kombustjoni evakwati fil-post fejn jitqiegħed il-ħiter; |
(6) |
“ħiter tal-post lokali bit-tubi” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew tal-fjuwils likwidi mgħammar b’berner, li għandu jiġi installat ’il fuq mil-livell tar-ras ħdejn il-persuni li jridu jissaħħnu, li jsaħħan il-post primarjament permezz tar-radjazzjoni infraħamra mit-tubu/i jew mill-istrixxa/i li jissaħħnu permezz tal-passaġġ intern tal-prodotti tal-kombustjoni, li huma l-prodotti tal-kombustjoni maħruġin ’il barra permezz ta’ kanal tat-tromba taċ-ċumnija; |
(7) |
“segment tat-tubu” tfisser parti minn ħiter tal-post lokali bit-tubi li tinkludi l-elementi kollha meħtieġa għat-tħaddim awtonomu u li, għalhekk, tista’ tiġi ttestjata b’mod indipendenti mill-partijiet l-oħra tas-sistema tat-tisħin bit-tubi; |
(8) |
“potenza termika ta’ segment tat-tubu” tfisser il-potenza termika, mogħtija f’kW, ta’ segment tat-tubu li, flimkien ma’ segmenti ta’ tubi oħrajn, jifforma parti minn konfigurazzjoni ta’ sistema ta’ ħiter bit-tubi; |
(9) |
“sistema ta’ ħiter bit-tubi” tfisser ħiter tal-post lokali bit-tubi li jkun fih aktar minn segment wieħed tat-tubu, li fih il-prodotti tal-kombustjoni ta’ segment wieħed tat-tubu jistgħu jgħaddu għal ġos-segment tat-tubu li jkun imiss, u li fih il-prodotti tal-kombustjoni ta’ diversi segmenti tat-tubu jridu jinħarġu ’l barra permezz ta’ fann tal-egżost wieħed; |
(10) |
“potenza termika diretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott li tkun ġejja mir-radjazzjoni u mill-konvezzjoni tas-sħana, li tkun ħierġa mill-prodott għal ġol-arja jew li tkun ġejja minnu stess, minbarra l-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, mogħtija f’kW; |
(11) |
“potenza termika indiretta” tfisser il-potenza termika tal-prodott għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, li tiġi mill-istess proċess ta’ ġenerazzjoni tas-sħana li jipprovdi l-potenza termika diretta tal-prodott, mogħtija f’kW; |
(12) |
“prodott għat-tisħin tal-arja” tfisser prodott tat-tisħin tal-arja kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2281 (9); |
(13) |
“stufa tas-sawna” tfisser prodott għat-tisħin tal-post, iddisinjat, ittestjat, ikkummerċjalizzat u ddikjarat esklużivament sabiex jintuża f’sawna xotta jew imxarrba, jew f’ambjenti simili; |
(14) |
“apparat tat-tisjir” tfisser apparat jew parti minnu li jinkorpora kavità waħda jew aktar li jużaw l-elettriku, il-gass jew it-tnejn, għall-preparazzjoni tal-ikel permezz ta’ modalità konvenzjonali jew b’modalità sfurzata b’fann; |
(15) |
“ħiter tal-post lokali tal-fjuwil gassuż” tfisser ħiter tal-post lokali li juża fjuwil gassuż; |
(16) |
“ħiter tal-post lokali tal-fjuwil likwidu” tfisser ħiter tal-post lokali li juża fjuwil likwidu; |
(17) |
“mudell ekwivalenti” tfisser mudell introdott fis-suq bl-istess parametri tekniċi stabbiliti fl-Anness II, it-Tabella 1, it-Tabella 2, it-Tabella 3, it-Tabella 4, it-Tabella 5 jew it-Tabella 6 bħal mudell ieħor introdott fis-suq mill-istess manifattur; |
(18) |
“kontroll” tfisser it-tagħmir li jipprovdi funzjoni ta’ kontroll waħda jew aktar u li jkollu interfaċċa mal-utent aħħari biex jirregola l-potenza termika ta’ ħiter tal-post lokali fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament; |
(19) |
“funzjoni ta’ kontroll” tfisser kull waħda mill-funzjonijiet differenti ta’ kontroll skont it-Tabella 10 u t-Tabella 11 tal-Anness III għall-kontroll ta’ ħiter tal-post lokali; |
(20) |
“kontroll separat relatat” tfisser kontroll maħsub biex jintuża mal-ħiters tal-post lokali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament iżda li jiġi introdott fis-suq separatament; |
(21) |
“valuri dikjarati” tfisser il-valuri pprovduti mill-manifattur, mill-importatur jew mir-rappreżentant awtorizzat għall-parametri tekniċi ddikjarati, ikkalkolati jew imkejlin f’konformità mal-Artikolu 4, għall-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet tal-Istati Membri; |
(22) |
“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell ta’ prodott speċifiku minn mudelli oħrajn bl-istess marka kummerċjali jew bl-istess isem ta’ manifattur, ta’ importatur jew ta’ rappreżentant awtorizzat. |
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn
1. Il-ħiters tal-post lokali u l-kontrolli separati relatati msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness II.
2. Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha titkejjel u tiġi kkalkolata f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness III u fl-Anness IV.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun il-kontroll tad-disinn intern stipulat fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni għall-valutazzjoni tal-konformità stabbilita fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.
2. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha l-valuri ddikjarati tal-parametri elenkati fil-punt 6 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament u d-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli mwettqa f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
3. Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet b’wieħed mill-mezzi li ġejjin, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji tal-kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex jivverifika l-akkuratezza tal-kalkolu u, meta xieraq, id-dikjarazzjoni tal-identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti:
(a) |
minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta, iżda li jkun ġie prodott minn manifattur differenti, jew |
(b) |
permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti, jew it-tnejn. |
4. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, inkluż l-identifikatur tal-mudell.
Artikolu 5
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stipulata fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE.
Artikolu 6
Ċirkomvenzjoni
1. Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ma għandhomx jiġu introdotti fis-suq jew idaħħlu fis-servizz ħiters tal-post lokali jew kontrolli separati relatati ddisinjati biex ibiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom meta jiġu ttestjati, sabiex jinkiseb riżultat aktar favorevoli għal xi wieħed mill-valuri ddikjarati tal-parametri stabbiliti f’dan ir-Regolament.
2. Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ma għandhomx jippreskrivu struzzjonijiet għall-ittestjar, speċifikament għal meta jkunu qed jiġu ttestjati l-ħiters tal-post lokali jew il-kontrolli separati relatati, li jkollhom l-effett li jbiddlu l-imġiba jew il-karatteristiċi ta’ dawk il-ħiters jew ta’ dawk il-kontrolli separati relatati sabiex jinkiseb riżultat aktar favorevoli għal xi wieħed mill-valuri ddikjarati tal-parametri stabbiliti f’dan ir-Regolament.
3. Il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati ma għandhomx jintroduċu fis-suq jew idaħħlu fis-servizz ħiters tal-post lokali jew kontrolli separati relatati ddisinjati biex ibiddlu l-imġiba jew il-proprjetajiet tagħhom fi żmien qasir wara li jiddaħħlu fis-servizz u li jwasslu għal degradazzjoni ta’ xi wieħed mill-valuri ddikjarati tal-parametri stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 7
Aġġornamenti tas-software
1. L-aġġornamenti tas-software jew tal-firmware ma għandhom jgħarrqu l-ebda valur iddikjarat għall-parametri ta’ ħiter tal-post lokali jew ta’ kontroll separat relatat meta jiġi mkejjel bl-użu tal-metodu ta’ ttestjar applikabbli fil-ħin meta jiġi introdott fis-suq jew jiddaħħal fis-servizz il-ħiter tal-post lokali jew il-kontroll separat relatat.
2. Ma għandu jinbidel l-ebda valur iddikjarat għall-parametri ta’ ħiter tal-post lokali jew ta’ kontroll separat relatat bħala riżultat ta’ rifjut tal-aġġornament meta jiġi mkejjel bl-użu tal-metodu ta’ ttestjar applikabbli fil-ħin meta jiġi introdott fis-suq jew jiddaħħal fis-servizz il-ħiter tal-post lokali jew il-kontroll separat relatat.
Artikolu 8
Parametri ta’ referenza indikattivi
L-Anness VI jistabbilixxi l-valuri indikattivi ta’ referenza għall-ħiters tal-post lokali bl-aqwa prestazzjoni li jkunu disponibbli fis-suq meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Rieżami
Sad-9 ta’ Mejju 2029, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ dak ir-rieżami inkluż, jekk ikun xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni, lill-Forum Konsultattiv.
Ir-rieżami għandu jivvaluta, b’mod partikolari, l-affarijiet li ġejjin:
— |
jekk huwiex xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekodisinn aktar stretti għall-effiċjenza enerġetika u għall-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa; |
— |
jekk jenħtieġx li jinbidlu t-tolleranzi tal-verifika; |
— |
il-validità tal-fatturi ta’ korrezzjoni użati għall-valutazzjoni tal-effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post tal-ħiters tal-post lokali; |
— |
jekk huwiex xieraq li tiġi introdotta ċertifikazzjoni ta’ parti terza; |
— |
jekk huwiex xieraq li fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġu inklużi l-ħiters tal-post lokali li jintużaw fuq barra biss, l-istufi tas-sawna u s-software ta’ kontroll; |
— |
jekk huwiex xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali tal-effiċjenza fir-riżorsi f’konformità mal-objettivi tal-ekonomija ċirkolari, inkluż jekk jenħtieġx li jkunu disponibbli aktar spare parts, jekk jenħtieġx li jiġu stabbiliti rekwiżiti kritiċi tal-materja prima, jekk jenħtieġx li jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali għad-disponibbiltà tal-ispare parts; |
— |
jekk il-ħajja tal-ħiters tal-post lokali naqsitx minħabba l-introduzzjoni ta’ kontrolli aktar avvanzati u l-adegwatezza tar-reviżjoni tar-rekwiżiti relatati mal-kontrolli u l-applikazzjoni tagħhom biex tiġi żgurata l-itwal ħajja possibbli; |
— |
jekk huwiex xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali għall-aġġornabbiltà tal-kontrolli. |
Artikolu 10
Tħassir
Ir-Regolament (UE) 2015/1188 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Lulju 2025.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2025.
Madankollu, l-Artikolu 6 għandu japplika mid-9 ta’ Mejju 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ April 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza enerġetika (riformulazzjoni) (COM(2021) 558 final tal-14.7.2021).
(3) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn u t-Tikkettar tal-Enerġija 2022-2024 (2022/C 182/01) (C/2022/2026) (ĠU C 182, 4.5.2022, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1188 tat-28 ta’ April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post lokali (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 76).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/807 tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reviżjoni tal-fattur tal-enerġija primarja għall-elettriku fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 14.4.2023, p. 16).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/826 tas-17 ta’ April 2023 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-enerġija f’modalità mitfi, f’modalità standby u f’modalità standby man-network tat-tagħmir elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u (KE) Nru 107/2009 (ĠU L 103, 18.4.2023, p. 29).
(7) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari (COM(2020) 98 final tal-11.3.2020).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2281 tat-30 ta’ Novembru 2016 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti tat-tisħin tal-arja, għall-prodotti tat-tkessiħ, għaċ-ċillers ta’ proċessi ta’ temperatura għolja u għall-fannijiet konvetturi (ĠU L 346, 20.12.2016, p. 1).
ANNESS I
Definizzjonijiet għall-finijiet tal-Annessi II sa VI
Għall-finijiet tal-Annessi II sa VI, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“effiċjenza enerġetika staġonali tat-tisħin tal-post” (ηs) tfisser il-proporzjon bejn id-domanda għat-tisħin tal-post, fornuta minn ħiter tal-post lokali u l-konsum tal-enerġija annwali meħtieġ sabiex tiġi ssodisfata din id-domanda, espress bħala perċentwal; |
(2) |
“ħiter tal-post lokali bil-kompartiment tal-kombustjoni miftuħ” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew ħiter tal-post lokali tal-fjuwils likwidi, li l-kompartiment tal-kombustjoni tiegħu jkun miftuħ għall-kamra li fiha jkun jinsab il-ħiter tal-post lokali u li jkun imqabbad ma’ tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu l-prodotti tal-kombustjoni; |
(3) |
“ħiter tal-post lokali b’fetħa għaċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew tal-fjuwils likwidi, li jkun maħsub biex jitpoġġa taħt ċumnija jew f’fireplace mingħajr siġill bejn il-prodott u ċ-ċumnija jew il-fetħa tal-fireplace, u li jippermetti lill-prodotti tal-kombustjoni jgħaddu mingħajr restrizzjoni mill-post fejn ikun hemm in-nar għal ġoċ-ċumnija jew għal ġot-tromba taċ-ċumnija; |
(4) |
“ħiter tal-post lokali b’kombustjoni miftuħa b’faċċata magħluqa” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew ħiter tal-post lokali tal-fjuwils likwidi li l-kompartiment tal-kombustjoni tiegħu jkun separat mill-ispazju li fih ikun jinsab il-ħiter tal-post lokali permezz ta’ ħġieġa jew simili, għalkemm jieħu l-arja għall-kombustjoni minn dak l-ispazju, u li jkun imqabbad mat-tromba taċ-ċumnija biex minnu joħorġu l-prodotti tal-kombustjoni; |
(5) |
“ħiter tal-post lokali b’ċumnija bbilanċjata” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew ħiter tal-post lokali tal-fjuwils likwidi li l-kompartiment tal-kombustjoni tiegħu jkun issiġillat mill-kamra fejn ikun jinsab il-ħiter u li jkun imqabbad ma’ pajp li jkun magħmul minn żewġ tubi konċentriċi tat-tromba taċ-ċumnija, fejn il-pajp tat-tromba taċ-ċumnija ta’ barra jipprovdi l-arja għall-kombustjoni minn barra l-bini u mill-pajp intern tat-tromba taċ-ċumnija joħorġu l-gassijiet tal-kombustjoni ’l barra mill-bini wkoll; |
(6) |
“ħiter tal-post lokali portabbli tal-elettriku” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku, għajr ħiter tal-post lokali portabbli radjanti li jiddi b’mod viżibbli, tal-elettriku, mgħammar b’wajer tal-elettriku u plakka mill-manifattur, iddisinjat biex jitressaq bejn il-kmamar skont il-ħtiġijiet tat-tisħin tal-utent u li ma għandux bżonn jitwaħħal f’post speċifiku; |
(7) |
“ħiter tal-post lokali tal-elettriku” tfisser ħiter tal-post lokali li juża l-effett Joule tal-elettriku biex jiġġenera s-sħana; |
(8) |
“ħiter tal-post lokali tal-elettriku radjanti li jiddi b’mod viżibbli” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku li fih l-element tat-tisħin ikun jidher minn barra l-ħiter u li, f’kundizzjonijiet normali tal-użu, ikollu temperatura ta’ mill-inqas 650 oC; |
(9) |
“ħiter tal-post lokali portabbli radjanti u li jiddi b’mod viżibbli tal-elettriku” tfisser ħiter tal-post lokali radjanti li jiddi b’mod viżibbli, tal-elettriku, mgħammar b’wajer tal-elettriku u bi plakka mill-manifattur, iddisinjat biex jitmexxa bejn il-kmamar skont il-ħtiġijiet tat-tisħin tal-utent u li ma għandux bżonn jitwaħħal f’post speċifiku. Il-ħiters tal-post lokali radjanti li jiddu b’mod viżibbli tal-elettriku li għandhom karatteristiċi li jistgħu jintużaw biex jitwaħħlu mas-saqaf, mal-ħajt jew mal-art jitqiesu bħala ħiters tal-post lokali radjanti li jiddu b’mod viżibbli tal-elettriku; it-twaħħil ta’ roti ma għandux ikun biżżejjed biex ħiter tal-post lokali radjanti tal-elettriku li jiddi b’mod viżibbli jitqies bħala portabbli; |
(10) |
“ħiter tal-post lokali tal-elettriku fiss” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku għajr ħiter tal-post lokali tal-elettriku li jżomm is-sħana fih jew ħiter tal-post lokali tal-elettriku ta’ taħt l-art iddisinjat biex jintuża waqt li jkun imwaħħal jew marbut f’post speċifiku jew immuntat mal-ħajt; apparat portabbli b’karatteristiċi li jistgħu jintużaw biex jitwaħħal ma’ ħajt jew mal-art, jew it-tnejn li huma, jitqies bħala ħiter tal-post lokali tal-elettriku fiss; |
(11) |
“ħiter tal-post lokali li jżomm is-sħana fih tal-elettriku” tfisser ħiter tal-post lokali li jaħdem bl-elettriku li huwa ddisinjat b’tali mod sabiex jaħżen is-sħana f’qalba iżolata akkumulanti tiegħu u li mbagħad jirrilaxxaha għal bosta sigħat wara l-fażi ta’ akkumulazzjoni; |
(12) |
“ħiter tal-post lokali tal-elettriku ta’ taħt l-art” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku ddisinjat biex ikun inkorporat fl-istruttura tal-bini jew fil-finitura tal-bini, inklużi kejbils u twapet tat-tisħin li jirregolaw lilhom infushom; |
(13) |
“virga tax-xugamani” tfisser ħiter tal-post lokali tal-elettriku fiss, li d-disinn tiegħu jippermetti li jinżammu x-xugamani biex dawn jissaħħnu; |
(14) |
“kontroll elettroniku tat-tagħbija tas-sħana b’feedback dwar it-temperatura ambjentali u/jew ta’ barra” tfisser apparat sensur imħaddem b’mod awtomatiku integrat fil-prodott, li jkejjel it-temperatura fil-qalba tiegħu u li jvarja l-ammont ta’ sħana akkumulata b’rabta mat-temperatura ta’ barra jew mad-domanda għas-sħana tal-kamra, jew it-tnejn li huma; |
(15) |
“potenza termika assistita b’fann” tfisser li l-prodott ikun mgħammar b’fann wieħed (jew iktar) integrat fih li jkun jista’ jiġi kkontrollat biex ivarja l-potenza tal-enerġija maħżuna skont id-domanda għas-sħana; |
(16) |
“emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu” tfisser l-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) fil-potenza termika nominali, espressi f’mg/kWhinput abbażi tal-GCV għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew għall-ħiters tal-post lokali tal-fjuwils likwidi; |
(17) |
“valur kalorifiku gross mingħajr indewwa” (GCV) tfisser l-ammont totali ta’ sħana rrilaxxata minn kwantità unitarja ta’ fjuwil li tkun tneħħietlu l-indewwa tiegħu, meta dan jinħaraq kompletament bl-ossiġenu, u meta l-prodotti tal-kombustjoni jerġgħu jinġiebu f’temperatura ambjentali; din il-kwantità tinkludi s-sħana tal-kondensazzjoni tal-fwar tal-ilma ffurmat mill-kombustjoni ta’ kwalunkwe idroġenu li jkun hemm fil-fjuwil; |
(18) |
“ħiter tal-post lokali mingħajr tromba taċ-ċumnija” tfisser ħiter tal-post lokali tal-fjuwils gassużi jew ħiter tal-post lokali tal-fjuwils likwidi, għajr ħiter tal-post lokali għal użu kummerċjali, li jarmi l-prodotti tal-kombustjoni fl-ispazju fejn ikun jinsab il-prodott; |
(19) |
“modalità mitfi” tfisser modalità meta l-prodott ikun imqabbad mal-mejns tal-elettriku u ma jkun qed jipprovdi l-ebda funzjoni, jew ikun f’kundizzjoni li jipprovdi biss:
|
(20) |
“modalità standby” tfisser kundizzjoni li fiha l-prodott ikun imqabbad mal-mejns tal-elettriku u jipprovdi biss waħda jew iktar mill-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jdumu għaddejjin għal żmien indefinit:
|
(21) |
“funzjoni ta’ riattivazzjoni” tfisser funzjoni li permezz ta’ swiċċ mill-bogħod, ta’ apparat tal-kontroll mill-bogħod, ta’ sensur intern jew ta’ timer, taqleb mill-modalità standby għal modalità oħra, inkluża l-modalità attiva, li tipprovdi funzjonijiet oħra; |
(22) |
“modalità attiva” tfisser kundizzjoni li fiha l-prodott ikun imqabbad mal-mejns tal-elettriku u mill-inqas waħda mill-funzjonijiet ewlenin li tipprovdi s-servizz maħsub tat-tagħmir tkun ġiet attivata; |
(23) |
“modalità idle” tfisser kundizzjoni li fiha l-prodott ikun imqabbad mal-mejns tal-elettriku u jkun jista’ jipprovdi s-sħana b’mod awtomatiku fil-kamra skont it-temperatura pprogrammata; |
(24) |
“network” tfisser infrastruttura tal-komunikazzjoni b’topoloġija ta’ konnessjonijiet, arkitettura, inklużi l-komponenti fiżiċi, il-prinċipji organizzazzjonali, il-proċeduri u l-formati tal-komunikazzjoni (protokolli); |
(25) |
“funzjonalità ta’ tisħin indirett” tfisser li l-prodott kapaċi jittrasferixxi parti mill-potenza termika totali għal fluwidu għat-trasferiment tas-sħana, biex din tintuża għat-tisħin tal-post jew għall-ġenerazzjoni tal-misħun għall-użu domestiku; |
(26) |
“potenza termika minima” (Pmin) tfisser il-potenza termika ta’ ħiter tal-post lokali, li jinkludi kemm potenza termika diretta kif ukoll potenza termika indiretta (fejn dan ikun applikabbli), meta dan ikun qed jitħaddem bis-setting tal-potenza termika l-aktar baxx, kif iddikjarat mill-manifattur, espressa f’kW; |
(27) |
“effiċjenza utli”, fil-potenza termika “nominali” jew fil-potenza termika “minima” (ηth,nom jew ηth,min rispettivament) tfisser il-proporzjon tal-produzzjoni tas-sħana utli u l-input totali tal-enerġija ta’ ħiter tal-post lokali, espress bħala perċentwal, fejn:
|
(28) |
“valur kalorifiku nett” (NCV) tfisser l-ammont totali ta’ sħana rilaxxat minn unità ta’ fjuwil bil-kontenut xieraq ta’ ndewwa, meta din tinħaraq kompletament bl-ossiġenu u meta l-prodotti tal-kombustjoni ma jiġux ritornati fit-temperatura ambjentali; |
(29) |
“koeffiċjent ta’ konverżjoni” (CC) tfisser il-koeffiċjent awtomatiku għall-enerġija primarja għal kull kWh ta’ elettriku msemmi fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2); il-valur tal-koeffiċjent ta’ konverżjoni huwa CC = 1,9; |
(30) |
“kontenut ta’ ndewwa” tfisser il-massa tal-ilma fil-fjuwil meta mqabbla mal-massa totali tal-fjuwil kif użat fil-ħiter tal-post lokali; |
(31) |
“konsum tal-elettriku awżiljarju fil-potenza termika nominali” (elmax) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika nominali. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f’każ li l-prodott joffri l-funzjonalità ta’ tisħin indirett u jkun hemm ċirkolatur inkorporat, u għandu jiġi espress f’kW; |
(32) |
“konsum tal-elettriku awżiljarju fil-potenza termika minima” (elmin) tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika tal-ħiter tal-post lokali meta dan ikun qed jipprovdi l-potenza termika minima. Il-konsum tal-enerġija elettrika għandu jiġi stabbilit mingħajr ma jitqies il-konsum tal-enerġija taċ-ċirkolatur f’każ li l-prodott joffri l-funzjonalità ta’ tisħin indirett u jkun hemm ċirkolatur inkorporat, u għandu jiġi espress f’kW; |
(33) |
“potenza termika bi stadju wieħed, mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott ma huwiex kapaċi jvarja l-potenza termika tiegħu b’mod awtomatiku u ma hemm preżenti l-ebda feedback dwar it-temperatura ambjentali biex il-potenza termika tiġi adattata b’mod awtomatiku; |
(34) |
“żewġ stadji manwali jew iktar, mingħajr kontroll tat-temperatura ambjentali” tfisser li l-prodott kapaċi jvarja l-potenza termika tiegħu b’mod manwali b’żewġ livelli jew iktar u li l-prodott ma huwiex mgħammar b’apparat li jirregola b’mod awtomatiku l-potenza termika skont it-temperatura mixtieqa ta’ ġewwa; |
(35) |
“kontroll tat-temperatura ambjentali permezz ta’ termostat mekkaniku” tfisser apparat mhux elettroniku li jippermetti lill-prodott ivarja b’mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien, fir-rigward ta’ ċertu livell meħtieġ ta’ kumdità termika fuq ġewwa; |
(36) |
“kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali ta’ ġewwa” tfisser apparat elettroniku li jkun integrat jew estern, li jippermetti lill-prodott ivarja b’mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu taż-żmien, fir-rigward ta’ ċertu livell meħtieġ ta’ kumdità termika fuq ġewwa; |
(37) |
“kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali ta’ ġewwa u timer ta’ ġurnata” tfisser apparat elettroniku, li jkun integrat jew li jkun estern, li jippermetti lill-prodott ivarja b’mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu ta’ żmien u fir-rigward ta’ ċertu livell meħtieġ ta’ kumdità termika fuq ġewwa skont il-konfigurazzjonijiet li jkun daħħal l-utent, li jippermetti lill-utent jistabbilixxi l-ħinijiet u l-livell għal intervall tat-timer ta’ 24 siegħa; |
(38) |
“kontroll elettroniku tat-temperatura ambjentali ta’ ġewwa u timer tal-ġimgħat” tfisser apparat elettroniku, li jkun integrat jew li jkun estern, li jippermetti lill-prodott ivarja b’mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fuq ċertu perjodu ta’ żmien u fir-rigward ta’ ċertu livell meħtieġ ta’ kumdità termika fuq ġewwa skont il-konfigurazzjonijiet li jkun daħħal l-utent, li jippermetti lill-utent jistabbilixxi l-ħinijiet u l-livelli tat-temperatura għal ġimgħa sħiħa. Matul il-perjodu ta’ 7 ijiem, is-settings iridu jippermettu varjazzjoni fuq bażi ta’ kuljum; |
(39) |
“kontroll tat-temperatura ambjentali b’detezzjoni ta’ preżenza” tfisser apparat elettroniku, li jkun integrat jew li jkun estern, li awtomatikament inaqqas il-valur programmat għat-temperatura ambjentali meta ma jiġi rilevat ħadd fil-kamra; |
(40) |
“kontroll tat-temperatura ambjentali, b’detezzjoni ta’ tieqa miftuħa” tfisser apparat elettroniku, li jkun integrat jew li jkun estern, li awtomatikament jaqleb għall-modalità ta’ protezzjoni kontra l-ġlata jew jillimita l-konsum tal-enerġija tal-ħiter tal-post lokali għal-livell tal-konsum tal-enerġija tal-modalità idle meta tinfetaħ tieqa jew jinfetaħ bieb. Kull meta jintuża sensur biex jiġi nnutat li nfetħet tieqa jew li nfetaħ bieb, dan jista’ jew ikun installat mal-prodott, jew ikun jinsab fuq barra tiegħu, jew ikun imwaħħal fl-istruttura tal-bini stess, jew inkella jista’ jintuża kombinament ta’ dawn l-għażliet; |
(41) |
“modalità ta’ protezzjoni kontra l-ġlata” tfisser funzjoni fejn il-ħiter tal-post lokali żżomm temperatura ta’ ġewwa ta’ 7 °C±3 oC; |
(42) |
“għażla ta’ kontroll mill-bogħod” tfisser funzjoni li tippermetti interazzjoni mill-bogħod minn barra l-bini li fih ikun installat il-ħiter tal-post lokali bil-kontroll tal-prodott; |
(43) |
“kontroll tal-bidu adattiv” tfisser funzjoni li tbassar u li tagħti bidu għall-bidu ottimali tat-tisħin sabiex jintlaħaq il-livell tal-valur programmat tat-temperatura taż-żona fil-ħin mixtieq; |
(44) |
“valur programmat tat-temperatura taż-żona” tfisser it-temperatura mixtieqa stabbilita mill-utent; |
(45) |
“limitu tal-ħin operazzjonali” tfisser funzjoni li tiddiżattiva awtomatikament il-ħiter tal-post lokali wara perjodu ta’ żmien ikkonfigurat minn qabel; |
(46) |
“sensur b’boċċa sewda” tfisser apparat elettroniku, jew integrat jew estern, li jkejjel it-temperatura tal-arja u t-temperatura radjanti; |
(47) |
“awtoapprendiment” tfisser funzjoni li awtomatikament taqbad ix-xejriet tal-użu tal-utent tal-ħiter tal-post lokali, u li tkun ibbażata fuq dawk il-mudelli ta’ perjodi ta’ programmi awtomatiċi ta’ temperaturi għoljin u baxxi; |
(48) |
“akkuratezza tal-kontroll” (CA) tfisser il-grad ta’ abilità tal-kontroll ta’ ħiter tal-post lokali li jirreaġixxi għall-bidliet fit-temperatura taż-żona sabiex it-temperatura taż-żona tinżamm kemm jista’ jkun qrib il-valur programmat tat-temperatura taż-żona; |
(49) |
“temperatura taż-żona” tfisser it-temperatura attwali tal-post magħluq li jrid jissaħħan; |
(50) |
“rekwiżit tal-potenza tal-fjamma pilota permanenti” (Ppilot) tfisser il-konsum tal-fjuwil gassuż jew likwidu tal-ħiter tal-post lokali għall-provvista ta’ fjamma li sservi bħala sors ta’ tqabbid għall-proċess iktar qawwi tal-kombustjoni meħtieġ għall-potenza termika nominali jew b’tagħbija parzjali, meta din jinxtegħel għal iktar minn 5 minuti qabel ma jinxtegħel il-berner prinċipali, espress f’kW; |
(51) |
“potenza termika massima kontinwa” (Pmax,c) tfisser il-potenza termika ta’ ħiter tal-post lokali tal-elettriku meta dan ikun qed jitħaddem bil-konfigurazzjoni għall-potenza termika massima li tista’ tinżamm b’mod kontinwu fuq perjodu estiż, kif iddikjarat mill-manifattur, espressa f’kW; |
(52) |
“potenza termika tas-sistema tat-tubi” tfisser il-potenza termika tas-segment tat-tubu kkombinat tal-konfigurazzjoni kif introdotta fis-suq, espressa f’kW; |
(53) |
“fattur radjanti”, jew fil-“potenza termika nominali” jew fil-“potenza termika minima” (RFnom jew RFmin rispettivament) tfisser il-proporzjon tal-potenza termika infraħamra tal-ħiter tal-post lokali meta mqabbel mal-input totali tal-enerġija, espress bħala perċentwal; |
(54) |
“iżolament tal-involukru” tfisser il-livell ta’ iżolament termali tal-involukru jew tal-għata tal-prodott kif applikati biex jiġi minimizzat it-telf tas-sħana f’każ li l-prodott ikun jista’ jitqiegħed barra; |
(55) |
“fattur ta’ telf mill-involukru” tfisser it-telf tas-sħana minn dik il-parti tal-prodott li tkun installata fuq barra tal-ispazju magħluq li jrid jissaħħan u li huwa ddeterminat mit-trażmittanza tal-involukru rilevanti ta’ dik il-parti, espress bħala perċentwal; |
(56) |
“stadju wieħed” tfisser li l-prodott ma huwiex kapaċi jvarja b’mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu; |
(57) |
“żewġ stadji” tfisser li l-prodott huwa kapaċi jirregola b’mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu f’żewġ livelli distinti, skont it-temperatura attwali tal-arja ta’ ġewwa u t-temperatura mixtieqa tal-arja ta’ ġewwa, ikkontrollata permezz ta’ apparati sensuri tat-temperatura u interfaċċa li mhux bilfors tkun integrali għall-prodott innifsu; |
(58) |
“modulanti” tfisser li l-prodott huwa kapaċi jirregola b’mod awtomatiku l-potenza termika tiegħu fi tliet livelli distinti jew iktar, fir-rigward tat-temperatura attwali tal-arja ta’ ġewwa u t-temperatura mixtieqa tal-arja ta’ ġewwa, ikkontrollata permezz ta’ apparati sensuri tat-temperatura u interfaċċa li mhux bilfors tkun integrata fil-prodott innifsu; |
(59) |
“devjazzjoni mill-kontroll sal-valur programmat” (CSD) tfisser id-differenza bejn it-temperatura medja taż-żona mkejla fuq perjodu ta’ żmien u l-valur programmat tat-temperatura taż-żona; |
(60) |
“spare part” tfisser parti separata li tista’ tissostitwixxi parti bl-istess funzjoni jew b’funzjoni simili fi prodott; |
(61) |
“tekniku professjonali tat-tiswija” tfisser operatur jew impriża li tipprovdi servizzi ta’ tiswija u manutenzjoni professjonali tal-ħiters tal-post lokali; |
(62) |
“garanzija” tfisser kwalunkwe impenn mill-aġent jew minn manifattur għall-konsumatur biex jirrimborsa l-prezz imħallas, jew biex jissostitwixxi, isewwi jew jimmaniġġa l-ħiter tal-post lokali bi kwalunkwe mod jekk il-ħiter ma jkunx jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fid-dikjarazzjoni tal-garanzija jew fir-riklamar rilevanti. |
(1) Id-Direttiva 2014/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-kompatibbiltà elettromanjetika (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 79).
(2) Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
ANNESS II
Rekwiżiti tal-ekodisinn imsemmija fl-Artikolu 3
1. Rekwiżiti għall-effiċjenza enerġetika tat-tisħin tal-post staġonali
(1) |
Il-ħiters tal-post lokali għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
|
(2) |
Il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku li jżommu s-sħana fihom għandhom ikunu mgħammra b’kontroll elettroniku taċ-ċarġ tas-sħana b’feedback dwar it-temperatura tal-kamra u/jew ta’ barra u potenza termika assistita b’fann. |
(3) |
Il-vireg tax-xugamani b’potenza termika nominali ugwali għal jew inqas minn 60 W għandhom ikunu jistgħu jitħaddmu biss permezz ta’ limitazzjoni tal-ħin ta’ tħaddim b’perjodu massimu ta’ żmien stabbilit minn qabel mhux itwal minn 6 sigħat. |
(4) |
Il-ħiters tal-post lokali tal-elettriku introdotti fis-suq mingħajr kontroll ma għandhomx ikunu jistgħu jipprovdu potenza termika mingħajr kontroll. |
2. Rekwiżiti għall-emissjonijiet
L-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) mill-ħiters tal-post lokali li jaħdmu bi fjuwil gassuż jew bi fjuwils likwidi ma għandhomx jaqbżu l-valuri li ġejjin abbażi tal-GCV:
(1) |
l-emissjonijiet tal-NOx minn ħiters tal-post lokali bil-kompartiment tal-kombustjoni miftuħ, minn ħiters tal-post lokali b’ċumnija, minn ħiters tal-post lokali b’kombustjoni miftuħa b’faċċata magħluqa, minn ħiters tal-post lokali bit-tromba taċ-ċumnija bbilanċjata u minn ħiters tal-post lokali mingħajr tromba taċ-ċumnija ma għandhomx jaqbżu l-120 mg/kWhinput; |
(2) |
emissjonijiet tal-NOx li jkunu ġejjin mill-ħiters tal-post lokali luminużi u mill-ħiters tal-post lokali bit-tubi ma għandhomx jaqbżu l-180 mg/kWhinput. |
3. Rekwiżiti għal modalitajiet b’potenza baxxa
Il-ħiters tal-post lokali li jkollhom kontrolli, u kontrolli separati relatati għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(1) |
għandu jkollhom modalità mitfi jew modalità standby, jew it-tnejn. Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi (Po ) ma għandux jaqbeż iż–0,50 W u l-konsum tal-enerġija fil-modalità standby (Psm ) ma għandux jaqbeż iż–0,50 W; mid-9 ta’ Mejju 2027, il-konsum tal-enerġija fil-modalità mitfi ma għandux jaqbeż iż–0,30 W; |
(2) |
jekk il-modalità standby tinkludi l-wiri tal-informazzjoni jew tal-istatus, il-konsum tal-enerġija ta’ din il-modalità ma għandux ikun aktar minn 1,00 W; |
(3) |
jekk il-modalità standby tipprevedi konnessjoni ma’ network u tipprovdi standby man-network, kif definit fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) 2023/826, il-konsum tal-enerġija ta’ din il-modalità (Pnsm ) ma għandux ikun aktar minn 2,00 W; jekk il-komunikazzjoni bejn il-ġeneratur tas-sħana u l-kontroll tkun mingħajr fili jew permezz ta’ trasportatur tal-wajer tal-kurrent, il-konsum tal-enerġija ta’ din il-modalità ma għandux jaqbeż it–3,00 W; |
(4) |
jekk jipprovdu għal modalità idle, il-konsum tal-enerġija tal-modalità idle (Pidle ) ma għandux jaqbeż 1,00 W bħala medja fuq siegħa, ħlief jekk il-modalità idle tkun tiddependi fuq l-input minn konnessjoni man-network biex tiġi pprovduta s-sħana awtomatikament lill-kamra, f’liema każ il-konsum tal-enerġija ma għandux jaqbeż medja ta’ 3,00 W bħala medja tul siegħa. |
4. Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott
(1) |
Il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti, u l-websajts b’aċċess mingħajr ħlas tal-manifatturi, tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u tal-importaturi, għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:
|
(2) |
Il-manwal tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti, is-siti web b’aċċess mingħajr ħlas tal-manifatturi, tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u tal-importaturi, u l-imballaġġ tal-prodott għandhom jinkorporaw l-informazzjoni dwar il-prodott li ġejja b’tali mod li jiżguraw viżibbiltà u leġibbiltà ċari u b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti tal-Istat Membru fejn il-prodott jiġi kkummerċjalizzat:
|
(3) |
Għal kontrolli separati relatati, il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti, is-siti web b’aċċess mingħajr ħlas tal-manifatturi, tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u tal-importaturi, u l-imballaġġ tal-prodott għandhom jinkorporaw l-informazzjoni dwar il-prodott li ġejja b’tali mod li jiżguraw viżibbiltà u leġibbiltà ċari u b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti tal-Istat Membru fejn il-prodott jiġi kkummerċjalizzat:
“Dan il-kontroll għandu l-funzjonijiet ta’ kontroll li ġejjin”: [lista tal-kodiċijiet tal-funzjoni ta’ kontroll f’konformità mal-format skont it-Tabella 7. Il-format tal-kodiċi huwa TC (f1/f2/f3/f4/f5/f6/f7/f8), fejn TC huwa l-kodiċi għall-funzjoni F(2) u f1 sa f8 huma l-kodiċijiet tal-funzjoni F(3) rispettiva jekk din il-funzjoni tkun preżenti, jew inkella “0”]. |
(4) |
Il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti, is-siti web aċċessibbli mingħajr ħlas tal-manifatturi, tar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u tal-importaturi, u l-imballaġġ tal-prodott jista’ jkun fihom informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi tal-prodott li tista’ tkun utli għall-installaturi u għall-utenti, inkluż informazzjoni dwar il-kompatibbiltà tal-ħiters u tal-kontrolli biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fil-punti 1 u 3 ta’ dan l-Anness. |
5. Rekwiżiti tal-effiċjenza tar-riżorsi
(1) |
Disponibbiltà tal-ispare parts:
|
(2) |
Żmien massimu għall-konsenja tal-ispare parts:
Matul il-perjodu tad-disponibbiltà tal-ispare parts, il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jiżgura l-konsenja tal-ispare parts fi żmien 10 ijiem xogħol wara l-wasla tal-ordni. |
(3) |
L-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni:
Matul il-perjodu msemmi fil-punt 1(b), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-apparat lil tekniċi tat-tiswija professjonali fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(4) |
Rekwiżiti għaż-żarmar għall-irkupru u għar-riċiklaġġ tal-materjali filwaqt li jiġi evitat it-tniġġis:
|
6. Dokumentazzjoni teknika
(1) |
Id-dokumentazzjoni teknika għall-ħiters tal-post lokali għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 u għall-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness V għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:
|
(2) |
Fil-każ tal-ħiters tal-post lokali introdotti fis-suq mingħajr kontroll, l-informazzjoni mogħtija fit-tabelli 2 u 4 għandha titfassal għall-kombinament(i) ta’ ħiter tal-post lokali u tal-funzjonijiet ta’ kontroll skont il-punt 4(1)(g); |
(3) |
Id-dokumentazzjoni teknika għall-kontrolli separati relatati għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 tal-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness V għandu jkun fiha l-elementi li ġejjin:
|