This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R1004
Commission Delegated Regulation (EU) 2024/1004 of 22 January 2024 supplementing Regulation (EU) 2017/625 of the European Parliament and the Council by establishing the European Union reference laboratory for food improvement agents
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1004 tat-22 ta’ Jannar 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-aġenti għat-titjib tal-ikel
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1004 tat-22 ta’ Jannar 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-aġenti għat-titjib tal-ikel
C/2024/308
ĠU L, 2024/1004, 3.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1004/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1004 |
3.4.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1004
tat-22 ta’ Jannar 2024
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi l-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-aġenti għat-titjib tal-ikel
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 92(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-aġenti għat-titjib tal-ikel jirreferu għall-addittivi tal-ikel, għall-enzimi tal-ikel u għall-aromatizzanti tal-ikel, li huma sustanzi li jiġu miżjuda intenzjonalment mal-ikel għal skop teknoloġiku jew organolettiku. L-użu tal-aġenti għat-titjib tal-ikel huwa soġġett għal proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni tal-Unjoni, stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(2) |
Skont ir-Regolament (UE) 2017/625, għandhom jitwettqu kontrolli uffiċjali għall-verifika tal-konformità mar-regoli fil-qasam tal-ikel u tas-sikurezza tal-ikel. |
|
(3) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/965 (3) fiha rekwiżiti dwar il-monitoraġġ tal-konsum tal-addittivi tal-ikel u tal-aromatizzanti tal-ikel awtorizzati f’konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 (4) u (KE) Nru 1334/2008 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jiġifieri dwar il-ġbir ta’ data dwar il-preżenza u l-okkorrenza ta’ addittivi tal-ikel u ta’ aromatizzanti tal-ikel fl-ikel. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) 2017/625, għandu jiġi stabbilit laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea meta jkun hemm ħtieġa rikonoxxuta li jiġu promossi prattiki uniformi fir-rigward tal-iżvilupp jew l-użu tal-metodi ta’ analiżi, ta’ ttestjar jew ta’ dijanjożi mwettqa mil-laboratorji uffiċjali maħtura f’konformità mal-Artikolu 37(1) ta’ dak ir-Regolament. Dan huwa l-każ fejn l-effettività tal-kontrolli uffiċjali tiddependi fuq il-kwalità, l-uniformità u l-affidabbiltà ta’ dawk il-metodi u r-riżultati. |
|
(5) |
L-istabbiliment ta’ laboratorju ta’ referenza fil-qasam tal-aġenti għat-titjib tal-ikel huwa meħtieġ biex fl-Unjoni jkunu jistgħu jitwettqu kontrolli uffiċjali b’mod effettiv. B’mod partikolari, l-istabbiliment ta’ laboratorju ta’ referenza huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat ċertu livell ta’ armonizzazzjoni fir-rigward tal-kriterji tat-teħid ta’ kampjuni u tal-metodi analitiċi użati għall-ġbir ta’ data dwar l-addittivi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel, u biex jingħata appoġġ lil-laboratorji uffiċjali fil-qasam tal-enzimi tal-ikel. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-aġenti għat-titjib tal-ikel, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-aġenti għat-titjib tal-ikel huwa b’dan stabbilit.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/2022-01-28.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enzimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1331/2021-03-27).
(3) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/965 tat-12 ta’ Mejju 2023 dwar il-metodoloġija għall-monitoraġġ tal-konsum tal-addittivi tal-ikel u tal-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 129, 16.5.2023, p. 17, http://data.europa.eu/eli/reco/2023/965/oj).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1333/oj).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1334/2023-03-21).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1004/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)