This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R0622
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/622 of 22 February 2024 on the list of States which are considered to be applying CORSIA for the purposes of Directive 2003/87/EC of the European Parliament and of the Council for emissions in 2023
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/622 tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-lista ta’ Stati li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-emissjonijiet fl-2023
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/622 tat-22 ta’ Frar 2024 dwar il-lista ta’ Stati li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-emissjonijiet fl-2023
C/2024/1054
ĠU L, 2024/622, 23.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/622/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/622 |
23.2.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/622
tat-22 ta’ Frar 2024
dwar il-lista ta’ Stati li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-emissjonijiet fl-2023
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25a(3) tagħha,
Billi:
(1) |
L-attivitajiet tal-avjazzjoni huma inklużi fis-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (“EU ETS”) stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE. |
(2) |
Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emendat id-Direttiva 2003/87/KE biex timplimenta b’mod xieraq l-Iskema ta’ Kumpens u Tnaqqis tal-Karbonju għall-Avjazzjoni Internazzjonali (“CORSIA”, Carbon Offsetting and Reduction Scheme for International Aviation) tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”, International Civil Aviation Organization). |
(3) |
Skont l-Artikolu 25a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha tadotta lista ta’ Stati, għajr il-pajjiżi taż-ŻEE, l-Iżvizzera u r-Renju Unit, li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE, b’linja bażi tal-2019 għall-2021 sal-2023. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill eskludew lill-pajjiżi taż-ŻEE, lill-Iżvizzera u lir-Renju Unit minn tali lista ta’ Stati minħabba li r-rotot bejn dawk il-pajjiżi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-iskemi rispettivi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet. |
(4) |
Fir-rigward tal-2023, l-inklużjoni ta’ Stat fil-lista ta’ Stati meqjusa li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE hija bbażata fuq in-notifika mill-Istat li għandu l-intenzjoni li japplika l-CORSIA għall-emissjonijiet fl-2023, b’tali notifika ssir lis-Segretarjat tal-ICAO. Is-Segretarjat tal-ICAO jippubblika lista annwali ta’ Stati li jkunu għamlu tali notifika. Biex tirrifletti l-bidliet f’dawn il-listi ppubblikati annwalment, il-Kummissjoni għandha tadotta kull sena lista ta’ Stati, għajr il-pajjiżi taż-ŻEE, l-Iżvizzera u r-Renju Unit, li jitqiesu li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE. |
(5) |
Il-lista ta’ Stati meqjusa li qed japplikaw il-CORSIA ppubblikata mis-Segretarjat tal-ICAO għall-2023 tinkludi lil San Marino u Monaco. Madankollu, jenħtieġ li San Marino u Monaco ma jiġux inklużi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament peress li ma għandhom l-ebda ajruport u ma kienet qed issir l-ebda titjira fl-2023 li tinvolvi rotot li għalihom qed tiġi applikata l-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE. |
(6) |
Il-lista tal-Istati fl-Anness għandha tintuża mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru meta jirrapportaw l-emissjonijiet għall-2023. Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni f’waqtha ta’ din il-lista qabel l-iskadenza tar-rapportar ta’ dawk l-emissjonijiet, jenħtieġ li d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ikun fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-lista tal-Istati li jitqiesu li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE għall-emissjonijiet fl-2023 hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj.
(2) Id-Direttiva (UE) 2023/958 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-kontribut tal-avjazzjoni għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-ekonomija kollha tal-Unjoni u tal-implimentazzjoni xierqa ta’ miżura globali bbażata fuq is-suq (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 115, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/958/oj).
ANNESS
Lista ta’ Stati li huma kkunsidrati li qed japplikaw il-CORSIA għall-finijiet tad-Direttiva 2003/87/KE għall-emissjonijiet fl-2023
1. |
L-Afganistan |
2. |
L-Albanija |
3. |
L-Armenja |
4. |
L-Awstralja |
5. |
L-Ażerbajġan |
6. |
Il-Bahamas |
7. |
Barbados |
8. |
Il-Belize |
9. |
Il-Benin |
10. |
Il-Bożnija-Ħerzegovina |
11. |
Il-Botswana |
12. |
Il-Burkina Faso |
13. |
Il-Kambodja |
14. |
Il-Kamerun |
15. |
Il-Kanada |
16. |
Il-Gżejjer Cook |
17. |
Il-Costa Rica |
18. |
Il-Kosta tal-Avorju |
19. |
Kuba |
20. |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo |
21. |
Ir-Repubblika Dominicana |
22. |
El Salvador |
23. |
Il-Guinea Ekwatorjali |
24. |
Il-Gabon |
25. |
Il-Georgia |
26. |
Il-Ghana |
27. |
Grenada |
28. |
Il-Gwatemala |
29. |
Il-Guyana |
30. |
Il-Honduras |
31. |
L-Indoneżja |
32. |
L-Iraq |
33. |
Iżrael |
34. |
Il-Ġamajka |
35. |
Il-Ġappun |
36. |
Il-Każakistan |
37. |
Il-Kenja |
38. |
Kiribati |
39. |
Madagascar |
40. |
Il-Malażja |
41. |
Il-Maldivi |
42. |
Il-Mali |
43. |
Il-Gżejjer Marshall |
44. |
Il-Messiku |
45. |
Il-Mikroneżja |
46. |
Il-Moldova |
47. |
Il-Montenegro |
48. |
In-Namibja |
49. |
Nauru |
50. |
New Zealand |
51. |
In-Niġerja |
52. |
Il-Maċedonja ta’ Fuq |
53. |
L-Oman |
54. |
Palau |
55. |
Papua New Guinea |
56. |
Il-Filippini |
57. |
Il-Qatar |
58. |
Ir-Rwanda |
59. |
Saint Kitts u Nevis |
60. |
Saint Vincent u l-Grenadini |
61. |
L-Arabja Sawdija |
62. |
Is-Serbja |
63. |
Singapore |
64. |
Il-Korea t’Isfel |
65. |
Is-Sudan t’Isfel |
66. |
Is-Suriname |
67. |
It-Tanzanija |
68. |
It-Tajlandja |
69. |
Il-Gambja |
70. |
Timor Leste |
71. |
Tonga |
72. |
Trinidad u Tobago |
73. |
It-Turkija |
74. |
Tuvalu |
75. |
L-Uganda |
76. |
L-Ukrajna |
77. |
L-Emirati Għarab Magħquda |
78. |
L-Istati Uniti |
79. |
L-Urugwaj |
80. |
Vanuatu |
81. |
Iż-Żambja |
82. |
Iż-Żimbabwe |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/622/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)