This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R0417
Council Implementing Regulation (EU) 2024/417 of 29 January 2024 implementing Regulation (EU) 2020/1998 concerning restrictive measures against serious human rights violations and abuses
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/417 tad-29 ta’ Jannar 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/417 tad-29 ta’ Jannar 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
ST/17046/2023/INIT
ĠU L, 2024/417, 29.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/417/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/417 |
29.1.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/417
tad-29 ta’ Jannar 2024
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-7 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2020/1998. |
(2) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2020, fid-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, f’isem l-Unjoni Ewropea, dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha affermaw mill-ġdid l-impenn qawwi tagħhom lejn il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem jenfasizza d-determinazzjoni tal-Unjoni li ssaħħaħ ir-rwol tagħha fl-indirizzar ta’ ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja. Il-kisba tat-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem minn kulħadd hija għan strateġiku tal-Unjoni. Ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem huwa valur fundamentali tal-Unjoni u tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tagħha. |
(3) |
L-Unjoni hija mħassba dwar id-deterjorament kontinwu tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja. Il-gwerra ta’ aggressjoni mhux ġustifikata u mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna żiedet ir-repressjoni interna fir-Russja, billi llimitat drastikament il-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni kif ukoll il-libertà tal-media, u introduċiet iċ-ċensura tal-gwerra. |
(4) |
L-Unjoni tkompli tikkundanna bil-qawwa l-espansjoni severa tal-leġiżlazzjoni restrittiva kontra s-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni sistematika tagħhom, kif ukoll ir-repressjoni bla rażan tal-media indipendenti, ġurnalisti individwali, membri tal-oppożizzjoni politika u ilħna kritiċi oħra. |
(5) |
L-Unjoni tikkundanna bil-qawwa d-deċiżjoni b’motivazzjoni politika minn qorti ta’ Moska li tikkundanna lill-politiku tal-oppożizzjoni, attivist fil-qasam tad-demokrazija u kritiku fil-beraħ tal-Kremlin Vladimir Kara-Murza għal 25 sena ħabs. |
(6) |
L-Unjoni tappella lir-Russja biex teħles minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lil dawk kollha miżmuma l-ħabs għal akkużi b’motivazzjoni politika. |
(7) |
F’dan il-kuntest, jenħtieġ li erba’ persuni u entità waħda jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998. |
(8) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/1998 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi taħt l-intestatura "A. Persuni fiżiċi":
|
(2) |
l-entrata li ġejja tiżdied mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/417/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)