This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R0194
Commission Implementing Regulation (EU) 2024/194 of 8 January 2024 correcting certain language versions of Implementing Regulation (EU) 2022/129 laying down rules for types of intervention concerning oilseeds, cotton and by-products of wine making under Regulation (EU) 2021/2115 of the European Parliament and of the Council and for the information, publicity and visibility requirements relating to Union support and the CAP Strategic Plans
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/194 tat-8 ta’ Jannar 2024 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/129 li jistabbilixxi regoli għat-tipi ta’ intervent li jikkonċerna ż-żrieragħ żejtnin, il-qoton u l-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni, ta’ pubbliċità u ta’ viżibilità relatati mal-appoġġ tal-Unjoni u l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/194 tat-8 ta’ Jannar 2024 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/129 li jistabbilixxi regoli għat-tipi ta’ intervent li jikkonċerna ż-żrieragħ żejtnin, il-qoton u l-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni, ta’ pubbliċità u ta’ viżibilità relatati mal-appoġġ tal-Unjoni u l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK
C/2024/7
ĠU L, 2024/194, 9.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/194/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2024/194 |
9.1.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/194
tat-8 ta’ Jannar 2024
li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/129 li jistabbilixxi regoli għat-tipi ta’ intervent li jikkonċerna ż-żrieragħ żejtnin, il-qoton u l-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni, ta’ pubbliċità u ta’ viżibilità relatati mal-appoġġ tal-Unjoni u l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 123(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-verżjonijiet bil-lingwa Pollakka u Ungeriża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/129 (2) fl-Anness III, il-punt (e), l-ewwel paragrafu, il-punt 2 fihom żball li jibdel il-kamp ta’ applikazzjoni tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-rekwiżit ta’ viżibbiltà stabbilit f’dik id-dispożizzjoni. |
(2) |
Għalhekk jenħtieġ li l-verżjonijiet bil-lingwa Pollakka u Ungeriża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/129 jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Politika Agrikola Komuni, mogħtija qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/129, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/129 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għat-tipi ta’ intervent li jikkonċerna ż-żrieragħ żejtnin, il-qoton u l-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni, ta’ pubbliċità u ta’ viżibilità relatati mal-appoġġ tal-Unjoni u l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 197).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/194/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)