This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024O2798
Guideline (EU) 2024/2798 of the European Central Bank of 10 October 2024 amending Guideline (EU) 2021/831 on statistical information to be reported on financial intermediaries other than monetary financial institutions (ECB/2021/12) (ECB/2024/27)
Linja Gwida (UE) 2024/2798 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2024 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2021/831 dwar tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar intermedjarji finanzjarji minbarra istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/12) (BĊE/2024/27)
Linja Gwida (UE) 2024/2798 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2024 li temenda l-Linja Gwida (UE) 2021/831 dwar tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar intermedjarji finanzjarji minbarra istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/12) (BĊE/2024/27)
ECB/2024/27
ĠU L, 2024/2798, 4.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2024/2798/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version:
04/11/2024
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2798 |
4.11.2024 |
LINJA GWIDA (UE) 2024/2798 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta’ Ottubru 2024
li temenda l-Linja Gwida (UE) 2021/831 dwar tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar intermedjarji finanzjarji minbarra istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/12) (BĊE/2024/27)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa meħtieġ li jiġu aġġornati r-regoli komuni għall-ġbir u t-trattament ta’ tagħrif statistiku dwar fondi ta’ investiment mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fid-dawl tal-fatt li, skont ir-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) 2024/1988 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/17) (1) , il-fondi ta’ investiment se jkunu soġġetti għal rekwiżiti ġodda u emendati ta’ rapportar statistiku mill-perijodu ta’ referenza ta’ Diċembru 2025. |
|
(2) |
Jeħtieġ li l-Eurosistema tagħmel użu mill-istatistika dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-fondi ta’ investiment individwali miġbura skont ir-Regolament (UE) 2024/1988 (BĊE/2024/17) sabiex twettaq analiżi effettiva għall-finijiet tal-politika monetarja, l-istabbiltà finanzjarja u l-politika makroprudenzjali. Għal dawn il-finijiet, is-settur tal-fondi ta’ investiment taż-żona tal-euro kiber fl-importanza f’dawn l-aħħar snin u d-data dwar il-fondi ta’ investiment individwali tippermetti lis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) twettaq analiżi aktar avvanzata dwar is-settur. Il-BĊNi għandhom għalhekk ikunu meħtieġa jirrapportaw it-tagħrif statistiku meħtieġ dwar fondi ta’ investiment individwali lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
|
(3) |
Il-BĊNi bħalissa huma meħtieġa jirrapportaw lill-BĊE tagħrif statistiku disponibbli fil-livell nazzjonali dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmuma u maħruġa minn ċerti intermedjarji finanzjarji oħra ħlief korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjonijiet (OFIs). Peress li tagħrif statistiku simili dwar dawn l-entitajiet huwa rrapportat mill-BĊNi lill-BĊE skont Linja Gwida BĊE/2013/24 tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) wara l-emenda tagħha fl-2021 (3) , il-BĊNi ma għandhomx jibqgħu meħtieġa jirrapportaw tagħrif statistiku dwar l-OFIs skont il-Linja Gwida (UE) 2021/831 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/12) (4), sabiex jimminimizzaw il-piż tar-rapportar tagħhom. |
|
(4) |
M’għadux meqjus neċessarju għall-BĊE li jiġbor tagħrif statistiku dwar kontropartijiet ċentrali (CCPs) għall-iskop li jikkonferma l-korrezzjonijiet magħmula għal self MFI lil, u depożiti minn, CCPs fl-aggregati monetarji u kontropartijiet. L-informazzjoni miġbura sa issa kkonfermat il-korrezzjonijiet li ilhom jeżistu fl-aggregati monetarji u l-kontropartijiet, u sorsi alternattivi diġà disponibbli għall-BĊE jistgħu jintużaw għall-monitoraġġ tan-negozju mwettaq mis-CCPs u biex jiġi ddeterminat jekk dawn il-korrezzjonijiet jistgħux jiġu vvalutati mill-ġdid. Għalhekk huwa xieraq li r-rapportar regolari ta’ dan it-tagħrif statistiku skont il-Linja Gwida (UE) 2021/831 (BĊE/2021/12) jitwaqqaf. |
|
(5) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2021/831 (BĊE/2021/12) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi għal Linja Gwida (UE) 2021/831 (BĊE/2021/12)
Il-Linja Gwida (UE) 2021/831 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/12) hija emendata kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 1(2), il-punti (e) u (f) jitħassru; |
|
2. |
fl-Artikolu 2(1), il-punt (b) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
(*1) Regolament (UE) 2024/1988 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Ġunju 2024 dwar statistika dwar fondi ta’ investiment u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/32 (BĊE/2014/62) (BĊE/2024/17) GU L, 2024/1988, 23.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1988/oj.”;" |
|
3. |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 jitħassar; |
|
4. |
l-Artikolu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 3 Tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar assi u obbligazzjonijiet miżmuma u maħruġa minn FI 1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku aggregat li ġej dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmuma u maħruġa minn fondi ta’ investiment (FI):
2. It-tagħrif statistiku msemmia fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), għandu jkopri dan kollu li ġej:
3. It-tagħrif statistiku dwar l-aġġustamenti tar-rivalwazzjoni u l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandu jiġi rrapportat f’konformità skont mal-Anness II. Meta tkun disponibbli informazzjoni titolu b’titolu (s-b-s), il-BĊNi jistgħu jiksbu approssimazzjonijiet tal-valur tal-aġġustamenti tar-rivalwazzjoni tat-titoli minħabba bidliet kemm fil-prezz kif ukoll fir-rata tal-kambju. Il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet dwar aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni rrapportati f’konformità mal-Anness II u fuq talba mill-BĊE. 4. It-tagħrif statistiku rrapportat skont il-paragrafu 1 għandu jiġi rrapportat għal kull wieħed mit-tipi ta’ IF li ġejjin, abbażi tal-politika ta’ investiment tagħhom kif deskritt fil-Parti 5, it-Tabella E, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/1988 (BĊE/2024/17):
L-IFs imsemmija fil-punti (a) sa (i) tal-ewwel subparagrafu għandhom jinqasmu f’(i) fondi miftuħa u fondi magħluqa, u (ii) impriżi għal investimenti kollettivi f’fondi ta’ titoli trasferibbli (UCITS) u fondi mhux UCITS kif deskritt fil-Parti 5, Tabella E, tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/1988 (BĊE/2024/17). 5. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE tagħrif statistiku dwar ishmatal-portatur. Meta l-informazzjoni dwar l-ishma tal-portatur irrapportata minn FI, MFIs u/jew OFIs skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) 2024/1988 (BĊE/2024/17) ma tkunx kompluta jew tkun għadha mhix disponibbli, il-BĊNi għandhom jirrapportaw dak it-tagħrif statistiku lill-BĊE fuq bażi tal-aħjar stima, b’referenza għall-klassifikazzjoni ġeografika u settorjali fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2024/1988 (BĊE/2024/17) u l-Parti 1, it-Tabella 1, tal-Anness I għal din il-Linja Gwida. 6. Meta l-BĊNi jagħtu derogi lill-FI skont l-Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2024/1988 (BĊE/2024/17), huma għandhom jingrossaw sa 100 % it-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-BĊNi jingrossaw skont l-ewwel subparagrafu, huma jistgħu jagħżlu l-proċedura għall-ingrossar sa 100 % tar-rekwiżiti ta’ rapportar abbażi tad-data miġbura skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2024/1988 (BĊE/2024/17), u għandhom japplikaw dawn it-tnejn li ġejjin:
7. Meta l-BĊNi jagħtu derogi lill-FI skont l-Artikolu 10(5), 10(6), 10(7) jew 10(10) tar-Regolament (UE) 2024/1988 (BĊE/2024/17), huma għandhom jingrossaw sa 100 % it-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 8. Il-BĊNi jistgħu jirrevedu t-tagħrif statistiku rrapportat skont il-paragrafu 1 fi kwalunkwe ħin ħlief matul il-perijodu ta’ produzzjoni ta’ kull xahar (il-perijodu mill-iskadenza speċifikata fl-Artikolu 4 sad-data li fiha l-BĊE jagħlaq ir-riċeviment tad-data għal dak il-perijodu ta’ produzzjoni), li matulu l-BĊNi jistgħu jirrevedu biss it-tagħrif statistiku ta’ kull xahar l-aktar reċenti u dak preċedenti. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-BĊNi jistgħu jirrevedu t-tagħrif statistiku li jkopri perijodi ta’ referenza preċedenti fi kwalunkwe ħin meta dan itejjeb b’mod sinifikanti l-kwalità tal-informazzjoni. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE għaż-żewġ affarijiet li ġejjin:
|
|
5. |
L-Artikolu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 4 Tempestività Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku msemmi fl-Artikolu 3 ta’ din il-Linja Gwida sal-għeluq tan-negozju fit-28 jum ta’ xogħol wara tmiem ix-xahar li għalih jirreferi t-tagħrif statistiku, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2)(a) tar-Regolament (UE) 2024/1988 (BĊE/2024/17).” |
|
6. |
L-Artikolu 5 huwa emendat skont kif ġej:
|
|
7. |
It-Taqsima 2 li ġejja hija mdaħħla: “TAQSIMA 2a STATISTIKA TA’ FONDI TA’ INVESTIMENT INDIVIDWALI Artikolu 5a Identifikazzjoni tal-FI li għalihom għandu jiġi rrapportat tagħrif statistiku individwali 1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE tagħrif statistiku stabbilit fl-Artikolu 5b għal FI magħżula li huma residenti fl-Istati Membri taż-żona tal-euro tagħhom. Il-bord ta’ FI koperti fir-rapportar għandu jinkludi mill-inqas l-akbar FI f’kull UCITS u kategorija mhux tal-UCITS speċifikata fl-Artikolu 3(4), li jammontaw għal mill-inqas 60 % tal-valur tal-ishma/unitajiet IF totali maħruġa f’kull UCITS u f’kull kategorija mhux tal-UCITS f’kull Stat Membru. Il-FI mogħtija derogi skont l-Artikolu 10(1), (2), (5) u (6) tar-Regolament (UE) 2024/1988(BĊE/2024/17), għandhom jiġu esklużi mill-valur tal-ishma/unitajiet FI totali maħruġa u għandhom jiġu esklużi mill-bord. 2. Il-BĊNi jistgħu jagħżlu li ma jirrapportawx lill-FI tal-BĊE b’ishma/unitajiet FI totali maħruġa inqas minn EUR 50 miljun, irrispettivament mil-limitu perċentwali msemmi fil-paragrafu 1. 3. Il-BĊNi għandhom jirrevedu l-kompożizzjoni tal-bord mill-inqas kull sentejn. 4. il-Fi inklużi fil-bord għandhom sussegwentement jiġu esklużi mill-bord biss meta jħallu l-popolazzjoni attwali li tirrapporta tal-FI minħabba l-għeluq, il-fużjoni jew ir-riklassifikazzjoni f’settur ieħor. Artikolu 5b Tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar l-istatistika tal-FI individwali 1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE tagħrif statistiku miġbur skont l-Artikolu 5(1), il-punti (a) u (b), tar-Regolament (UE) 2024/1988 (BĊE/2024/17) dwar l-ammonti pendenti tal-aħħar tax-xahar ta’ assi u obbligazzjonijiet u l-ħruġ u t-tifdija ta’ ishma/unitajiet FImaħruġa speċifikati fil-Parti 1, Tabella 2, tal-Anness I ta’ din il-Linja Gwida, tal-FI msemmija fl-Artikolu 5a ta’ din il-Linja Gwida. 2. Meta l-BĊNi jirrevedu t-tagħrif statistiku aggregat skont l-Artikolu 3(8), huma għandhom jirrevedu wkoll it-tagħrif statistiku dwar l-istatistika FIindividwali skont il-paragrafu 1 fejn meħtieġ. Il-BĊNi għandhom jittrażmettu dawn ir-reviżjonijiet lill-BĊE fi żmien xahar wara t-trażmissjoni tar-reviżjonijiet tat-tagħrif statistiku aggregat skont l-Artikolu 3(8). Artikolu 5c Tempesitività 1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku skont l-Artikolu 5b(1) sad-dati li ġejjin:
2. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE tagħrif statistiku skont l-Artikolu 5b(1) ta’ din il-Linja Gwida fejn jingħataw derogi lil FI skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament (UE) 2024/1988 (BĊE/2024/17) sad-dati li ġejjin:
|
|
8. |
It-taqsimiet 6 u 7 huma mħassra; |
|
9. |
fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’li ġej: “1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 2533/98, ir-Regolament (UE) 2024/1988 (BĊE/2024/17), ir-Regolament (UE) Nru 1075/2013 (BĊE/2013/40), ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014 (BĊE/2014/50) u r-Regolament (UE) 2018/231 (BĊE/2018/2), il-BĊNi għandhom jimmonitorjaw u jivverifikaw il-kwalità u l-affidabbiltà tat-tagħrif statistiku rrapportat lill-BĊE skont din il-Linja Gwida.” |
|
10. |
Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’li ġej: “1. L-ewwel rapportar għal tagħrif statistiku ta’ kull xahar li għandu jiġi rrapportat skont din il-Linja Gwida għandu jibda bit-tagħrif statistiku għal Diċembru 2021. Madankollu, l-ewwel rapportar għal tagħrif statistiku ta’ kull xahar li għandu jiġi rrapportat skont it-Taqsima 2a ta’ din il-Linja Gwida għandu jibda bit-tagħrif statistiku għal Ġunju 2026.” |
|
11. |
L-Annessi tal-Linja Gwida (UE) 2021/831 (BĊE/2021/12) huma emendati skont l-Anness ta’ din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-BĊE għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-1 ta’ Diċembru 2025. Madankollu, huma għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 1(8) ta’ din il-Linja Gwida mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-Linja Gwida.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Regolament (UE) 2024/1988 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Ġunju 2024 dwar statistika dwar fondi ta’ investiment u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2015/32 (BĊE/2014/62) (BĊE/2024/17) (ĠU L, 2024/1988, 23.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1988/oj).
(2) Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2013/24) (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 34).
(3) Linja Gwida (UE) 2021/827 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ April 2021 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/24 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2021/20) (ĠU L 184, 25.5.2021, p. 4).
(4) Linja Gwida (UE) 2021/831 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2021 dwar tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar intermedjarji finanzjarji minbarra istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/12) (ĠU L 208, 11.6.2021, p. 59).
ANNESS
L-Annessi I u II tal-Linja Gwida (UE) 2021/831 (BĊE/2021/12) huma emendati kif ġej:
|
1. |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
L-Anness II huwa emendat kif gej:
|
|
3. |
Fil-Glossarju, id-definizzjonijiet ta’ “Fondi ta’bonds”, “Fondi ta’ investiment magħluqa”, “Fondi ta’ ekwità”, “Fondi negozjati fil-borża (ETFs)”, “Korporazzjonijiet finanzjarji involuti f’self (FCLs)”, “Lokazzjonijiet finanzjarji”, “Fondi ta’ fondi”, “Fondi ħeġġ”, “Fondi mħallta”, “Fondi ta’ investiment miftuħa”, “Fondi oħrajn”, “Fondi ta’ ekwità privata (PEFs)”, “Fondi ta’ proprjetà immobbli”, “Negozjanti ta’ titoli u derivattivi (SDDs)”, “Korporazzjoni finanzjarja speċjalizzata (subdiviżjoni tas-subsettur S.125)” u “Impriżi għal Investiment Kollettiv f’Titoli Trasferibbli (UCITS)” huma mħassra. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/guideline/2024/2798/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)