This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D2957
Council Decision (EU) 2024/2957 of 21 November 2024 on the position to be adopted on behalf of the European Union within the Joint Committee established by the Agreement between European Economic Community and the Swiss Confederation, with regard to a decision concerning the amendment of Protocol 3 to that Agreement as regards permeability between the Regional Convention on pan-Euro-Mediterranean preferential rules of origin and the Transitional rules of origin
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2957 tal-21 ta’ Novembru 2024 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fir-rigward ta’ deċiżjoni li tikkonċerna l-emenda tal-Protokoll 3 ta’ dak il-Ftehim fir-rigward tal-permeabbiltà bejn il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji u r-Regoli tal-oriġini tranżitorji
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2957 tal-21 ta’ Novembru 2024 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fir-rigward ta’ deċiżjoni li tikkonċerna l-emenda tal-Protokoll 3 ta’ dak il-Ftehim fir-rigward tal-permeabbiltà bejn il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji u r-Regoli tal-oriġini tranżitorji
ST/13281/2024/INIT
ĠU L, 2024/2957, 29.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2957/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/2957 |
29.11.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2957
tal-21 ta’ Novembru 2024
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera, fir-rigward ta’ deċiżjoni li tikkonċerna l-emenda tal-Protokoll 3 ta’ dak il-Ftehim fir-rigward tal-permeabbiltà bejn il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji u r-Regoli tal-oriġini tranżitorji
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera (il-“Ftehim”) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2840/72 (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1973. |
(2) |
Skont l-Artikolu 29 tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt stabbilit skont dak l-Artikolu (il-“Kumitat Konġunt”) jista’ jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet previsti fil-Ftehim. Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta’ dak il-Protokoll. |
(3) |
Fil-laqgħa tiegħu li jmiss, il-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni dwar emenda tal-Protokoll 3 tal-Ftehim. |
(4) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt peress li d-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ser ikollha effetti legali. |
(5) |
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (il-“Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE (2) u daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-Unjoni fl-1 ta’ Mejju 2012. Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2019/2198 (3), il-Kunsill appoġġa l-emenda tal-Konvenzjoni li tipprevedi sett ġdid ta’ regoli tal-oriġini modernizzati u aktar flessibbli (l-“emenda tal-Konvenzjoni”). L-emenda tal-Konvenzjoni ser tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2025. |
(6) |
Fillaqgħa teknika li saret fi Brussell fil-5 ta’ Frar 2020, il-maġġoranza tal-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni qablu li jimplimentaw sett alternattiv ta’ regoli tal-oriġini, abbażi tal-emenda tal-Konvenzjoni fuq bażi tranżitorja u bilaterali (ir-“Regoli tranżitorji”). Ir-Regoli tranżitorji japplikaw b’mod parallel mar-regoli tal-Konvenzjoni, sakemm tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni. |
(7) |
L-applikazzjoni tar-Regoli tranżitorji tiżgura l-adattament tal-flussi kummerċjali u l-prattiki doganali sakemm tidħol fis-seħħ l-emenda tal-Konvenzjoni. |
(8) |
Mill-1 ta’ Settembru 2021, daħal fis-seħħ għadd ta’ protokolli bilaterali dwar ir-regoli tal-oriġini fost diversi Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni (4), li jagħmlu r-Regoli tranżitorji applikabbli.Fir-rigward tal-Konfederazzjoni Żvizzera (l-“Iżvizzera”), il-Protokoll 3 ta-Ftehim ġie sostitwit bi Protokoll 3 ġdid bid-Deċiżjoni Nru 2/2021 tal-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera (5). Ir-Regoli tranżitorji huma stabbiliti fl-Appendiċi A ta’ dak il-Protokoll 3 ġdid. |
(9) |
L-objettiv tar-Regoli tranżitorji huwa li jipprovdu regoli inqas stretti, li jagħmluha aktar faċli biex l-oġġetti jikkwalifikaw għal status oriġinarju preferenzjali. Peress li r-Regoli tranżitorji huma, b’mod ġenerali, inqas stretti minn dawk tal-Konvenzjoni, l-oġġetti li jissodisfaw ir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Konvenzjoni jistgħu jikkwalifikaw ukoll bħala li joriġinaw skont ir-Regoli tranżitorji, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli kklassifikati fil-Kapitoli 2, 4 sa 15 u 16 (ħlief għall-prodotti tas-sajd ipproċessati) u l-Kapitoli 17 sa 24 tas-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni ta’ Merkanzija. Ir-Regoli tranżitorji huma applikabbli b’mod parallel mar-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Konvenzjoni, u b’hekk joħolqu żewġ żoni distinti ta’ akkumulazzjoni tal-oriġini. F’dak il-kuntest, jista’ jiġri li l-oġġetti jaqgħu taħt iż-żewġ settijiet ta’ regoli ta’ oriġini simultanjament. Skont il-prinċipju ta’ permeabbiltà fl-Artikolu 21(1), il-punt (d), l-Appendiċi A tal-Protokoll 3 tal-Ftehim (“permeabbiltà”), l-oġġetti li jkunu kisbu status oriġinarju skont sett wieħed ta’ regoli tal-oriġini jistgħu ukoll jiġu kkunsidrati li oriġinaw skont is-sett l-ieħor ta’ regoli tal-oriġini. Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-permeabbiltà bejn il-Konvenzjoni u r-Regoli tranżitorji, jenħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 8 tal-Appendiċi A tal-Protokoll 3 tal-Ftehim. |
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera (il-“Ftehim”) fil-laqgħa tiegħu li jmiss, fir-rigward ta’ deċiżjoni li tikkonċerna l-emenda tal-Protokoll 3 tal-Ftehim fir-rigward tal-permeabbiltà bejn il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji min-naħa waħda, u r-Regoli tal-oriġini tranżitorji inklużi fl-Appendiċi A tal-Protokoll 3 tal-Ftehim min-naħa l-oħra, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-addozzjoni tagħha u għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2025.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
SZIJJÁRTÓ P.
(1) Ir-Regolament (KEE) Nru 2840/72 tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1972 li jikkonkludi l-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-konfederazzjoni Żvizzera u li jadotta d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tiegħu u li jikkonkludi ftehim addizzjonali dwar il-validità, għall-Prinċipat tal-Liechtenstein tal-ftehim bejn il-komunità ekonomika ewropea u l-konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 (ĠU L 300, 31.12.1972, p. 188).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/94/UE tas-26 ta’ Marzu 2012 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (ĠU L 54, 26.2.2013, p. 3)..
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2198 tal-25 ta’ Novembru 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji fir-rigward tal-emenda tal-Konvenzjoni (ĠU L 339, 30.12.2019, p. 1).
(4) L-UE, l-Iżlanda, l-Iżvizzera (inkluż Liechtenstein), ir-Renju tan-Norveġja, il-Gżejjer Faeroe, Iżrael, il-Ġordan, il-Palestina (din id-deżinjazzjoni ma għandhiex tiġi interpretata bħala rikonoxximent ta’ Stat tal-Palestina u hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri fuq din il-kwistjoni), l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo (din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo), il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja, il-Montenegro, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna.
(5) Id-Deċiżjoni Nru 2/2021 tal-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera tat-12 ta’ Awwissu 2021 li temenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera billi tissostitwixxi l-Protokoll 3 tiegħu dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva [2021/1859] (ĠU L 404, 15.11.2021, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2957/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)