Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D2782

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2782 tad-29 ta’ Ottubru 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

ST/13593/2024/INIT

ĠU L, 2024/2782, 29.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2782/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2782/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2782

29.10.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2782

tad-29 ta’ Ottubru 2024

li temenda d-Deċiżjoni 2010/573/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/573/PESK (1).

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu estiżi sal-31 ta’ Ottubru 2025. Wara sitt xhur il-Kunsill ser jagħmel rieżami tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/573/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2010/573/PESK, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2025. Għandha tiġi rieżaminata b’mod kostanti. Għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li ma jkunux intlaħqu l-objettivi tagħha.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

BÓKA J.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/573/PESK tas-27 ta’ Settembru 2010 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (ĠU L 253, 28.9.2010, p. 54).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2782/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top