This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D2758
Council Decision (EU) 2024/2758 of 21 October 2024 appointing three members and four alternate members, proposed by Ireland, of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2758 tal-21 ta’ Ottubru 2024 li taħtar tliet membri u erba’ membri supplenti, proposti mill-Irlanda, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2758 tal-21 ta’ Ottubru 2024 li taħtar tliet membri u erba’ membri supplenti, proposti mill-Irlanda, fil-Kumitat tar-Reġjuni
ST/13716/2024/INIT
ĠU L, 2024/2758, 25.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2758/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2025
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/2758 |
25.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/2758
tal-21 ta’ Ottubru 2024
li taħtar tliet membri u erba’ membri supplenti, proposti mill-Irlanda, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern tal-Irlanda,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
(2) |
Fl-10 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/2157 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025. Fl-4 ta’ Jannar 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/13 (3), li taħtar membru wieħed u żewġ membri supplenti, proposti mill-Irlanda, fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandati nazzjonali li abbażi tagħhom ġew proposti għall-ħatra s-Sa Kate FEENEY, is-Sa Deirdre FORDE u s-Sa Una POWER, saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(4) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandati nazzjonali li abbażi tagħhom ġew proposti għall-ħatra s-Sur Michael CROWE u s-Sa Alison GILLILAND saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(5) |
Il-Gvern tal-Irlanda ppropona r-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sa Emma BLAIN, Councillor, Dublin City Council (Kunsillier, Kunsill tal-Belt ta’ Dublin), is-Sur Dan BOYLE, Councillor, Cork City Council, (Kunsillier, Kunsill tal-Belt ta’ Cork) u s-Sa Clare COLLERAN MOLLOY, Councillor, Clare County Council (Kunsillier, Kunsill tal-Kontea ta’ Clare). |
(6) |
Konsegwentement għall-ħatra tas-Sa Emma BLAIN u s-Sur Dan BOYLE bħala membri tal-Kumitat tar-Reġjuni, ser isiru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri supplenti. |
(7) |
Il-Gvern tal-Irlanda ppropona lir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali ta’ awtorità lokali bħala membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025: Is-Sa Mary HOADE, Councillor, Galway County Council (Kunsillier, Kunsill tal-Kontea ta’ Galway), is-Sur Dermot LACEY, Councillor, Dublin City Council (Kunsillier, Kunsill tal-Belt ta’ Dublin), is-Sa Carolyn MOORE, Councillor, Dublin City Council (Kunsillier, Kunsill tal-Belt ta’ Dublin), u s-Sur Barry SAUL, Councillor, Dun Laoghaire Rathdown County Council (Kunsill tal-Kontea ta’ Dun Laoghaire Rathdown), |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi lokali li għandhom mandat elettorali huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025:
(a) |
bħala membri:
|
u
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
NAGY I.
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/mt.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/2157 tal-10 ta’ Diċembru 2019 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2020 sal-25 ta’ Jannar 2025 (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2157/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/13 tal-4 ta’ Jannar 2021 li taħtar membru wieħed u żewġ membri supplenti, proposti mill-Irlanda, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 5, 8.1.2021, p. 14, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/dec/2021/13/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2758/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)