Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D02096

Deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2024 dwar il-preżentata u n-notifika ta’ atti proċedurali permezz tal-applikazzjoni e-Curia [2024/2096]

ĠU L, 2024/2096, 12.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/proc_internal/2024/2096/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/proc_internal/2024/2096/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2096

12.8.2024

DEĊIŻJONI TAL-QORTI ĠENERALI

tal-10 ta’ Lulju 2024

dwar il-preżentata u n-notifika ta’ atti proċedurali permezz tal-applikazzjoni e-Curia

[2024/2096]

IL-QORTI ĠENERALI,

Wara li rat ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u, b’mod partikolari, l-Artikolu 56a(2) u (5),

Billi tqis li:

(1)

Sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tat-teknoloġiji tal-komunikazzjoni, ġiet żviluppata applikazzjoni informatika li tippermetti l-preżentata u n-notifika ta’ atti proċedurali b’mod elettroniku.

(2)

Din l-applikazzjoni, li hija bbażata fuq mekkaniżmu ta’ awtentifikazzjoni elettronika li jagħmel użu minn kodiċi ta’ awtentifikazzjoni u password, tissodisfa r-rekwiżiti ta’ awtentiċità, ta’ integrità u ta’ kunfidenzjalità tad-dokumenti skambjati.

(3)

Fid-dawl tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-immedjatezza tal-iskambji mingħajr mezzi materjali li huma possibbli permezz ta’ din l-applikazzjoni, l-użu tagħha sar obbligatorju għall-preżentata u għan-notifika tal-atti proċedurali fil-kuntest tar-rikorsi diretti quddiem il-Qorti Ġenerali.

(4)

Il-qrati nazzjonali għandhom il-possibbiltà jippreżentaw jew jirċievu atti proċedurali permezz ta’ din l-applikazzjoni fil-kuntest tat-trattament, mill-Qorti Ġenerali, ta’ talbiet għal deċiżjoni preliminari.

(5)

Fil-kawżi għal deċiżjoni preliminari, il-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut għandhom ukoll il-possibbiltà jużaw l-applikazzjoni inkwistjoni.

(6)

Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja – u esklużivament għall-finijiet tat-trattament tal-kawżi għal deċiżjoni preliminari – l-istess possibbiltà għandha tingħata lill-persuni awtorizzati, skont ir-regoli proċedurali nazzjonali, jirrappreżentaw lilhom infushom jew lil parti quddiem il-qrati nazzjonali.

TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u definizzjonijiet

Applikazzjoni informatika msemmija “e-Curia”, komuni għall-qrati li jifformaw il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tippermetti l-preżentata u n-notifika ta’ atti proċedurali b’mod elettroniku skont il-kundizzjonijiet previsti f’din id-deċiżjoni.

Id-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 1 tar-Regoli tal-Proċedura huma applikabbli għal din id-deċiżjoni.

Artikolu 2

Aċċess għall-applikazzjoni

L-użu tal-applikazzjoni e-Curia jeħtieġ il-ftuħ ta’ kont ta’ aċċess u jirrikjedi l-użu ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni u password personali.

Din l-applikazzjoni hija disponibbli għar-rappreżentanti tal-partijiet jew, fil-kuntest ta’ talbiet għal deċiżjoni preliminari, tal-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut (kont bħala “rappreżentant”), għall-persuni li jaġixxu f’isem qorti nazzjonali (kont bħala “qorti”), jew għall-persuni awtorizzati, skont ir-regoli proċedurali nazzjonali, jirrappreżentaw lilhom infushom jew lil parti quddiem il-qrati nazzjonali (kont bħala “persuna awtorizzata”).

Din l-applikazzjoni hija disponibbli wkoll, b’mod komplementari, għal assistenti nnominati b’isimhom mid-detentur ta’ wieħed minn dawn il-kontijiet (kont bħala “assistent”).

Artikolu 3

Preżentata ta’ att proċedurali

Att proċedurali jiġi ppreżentat permezz ta’ e-Curia meta l-kodiċi ta’ identifikazzjoni u l-password personali tar-rappreżentant ta’ parti jew ta’ parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut, ta’ persuna awtorizzata tirrappreżenta lilha nnifisha jew lil parti fit-tilwima fil-kawża prinċipali jew ta’ persuna li taġixxi f’isem qorti nazzjonali jkunu ntużaw sabiex titwettaq il-preżentata. L-użu ta’ dan il-kodiċi ta’ identifikazzjoni u ta’ din il-password jiswa bħala firma tal-att inkwistjoni.

Artikolu 4

Annessi

L-att proċedurali ppreżentat permezz ta’ e-Curia għandu jkollu mehmuż miegħu l-annessi msemmija fih kif ukoll l-iskeda li telenka dawn l-annessi.

Artikolu 5

Data u ħin tal-preżentata

Il-mument li fih att proċedurali jitqies li ġie ppreżentat fis-sens tal-Artikolu 72(2) u tal-Artikolu 205(3) tar-Regoli tal-Proċedura għandu jkun dak tal-validazzjoni tal-preżentata ta’ dan l-att mir-rappreżentant ta’ parti jew ta’ parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut, mill-persuna awtorizzata tirrappreżenta lilha nnifisha jew lil parti fit-tilwima fil-kawża prinċipali jew mill-persuna li taġixxi f’isem il-qorti kkonċernata.

Il-ħin li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni huwa dak tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Artikolu 6

Notifika tal-atti proċedurali

L-atti proċedurali, inklużi s-sentenzi u d-digrieti, għandhom jiġu nnotifikati permezz ta’ e-Curia lid-detenturi ta’ kont e-Curia li, f’kawża, ikunu qegħdin jirrappreżentaw lil parti jew lil parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut jew li jkunu qegħdin jaġixxu f’isimhom stess jew f’isem parti fit-tilwima fil-kawża prinċipali jew f’isem qorti nazzjonali. Id-detenturi ta’ kont bħala assistenti jirċievu wkoll dawn in-notifiki.

Fil-każijiet previsti fl-Istatut jew fir-Regoli tal-Proċedura, in-notifiki lill-Istati Membri, lill-Istati l-oħra li huma partijiet fil-Ftehim ŻEE, lill-Istati terzi, lill-istituzzjonijiet u lill-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA għandhom jitwettqu permezz ta’ e-Curia jekk id-destinatarju jkun aċċetta dan il-mod ta’ notifika.

L-atti proċedurali jistgħu jiġu nnotifikati wkoll skont il-modi l-oħra ta’ trażmissjoni previsti fir-Regoli tal-Proċedura jekk dan ikun meħtieġ minħabba l-volum jew in-natura tal-att jew tal-anness jew meta l-użu ta’ e-Curia jirriżulta teknikament impossibbli.

Meta l-użu ta’ e-Curia jirriżulta teknikament impossibbli u jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ urġenza, ir-Reġistratur għandu jittrażmetti l-atti proċedurali permezz ta’ kull mezz adegwat. Din it-trażmissjoni għandha tiġi segwita minn notifika permezz ta’ e-Curia hekk kif l-użu tal-applikazzjoni jerġa’ jkun teknikament possibbli.

Artikolu 7

Data u ħin tan-notifika

Id-destinatarji tan-notifiki msemmija fl-artikolu preċedenti għandhom jiġu avżati, permezz ta’ ittra elettronika, b’kull notifika indirizzata lilhom permezz ta’ e-Curia.

L-att proċedurali għandu jitqies li ġie nnotifikat fil-mument meta l-utent jitlob aċċess għal dan l-att. Fin-nuqqas ta’ talba għal aċċess, l-att għandu jitqies li jkun ġie nnotifikat mal-iskadenza tas-seba’ jum mid-data meta tkun intbagħtet l-ittra elettronika ta’ avviż.

Fil-każ li parti jew parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tkun irrappreżentata minn diversi persuni, jew fil-każ li diversi persuni jkunu awtorizzati jaġixxu f’isem parti fit-tilwima fil-kawża prinċipali jew f’isem qorti nazzjonali, jew fil-każ li d-detentur ta’ kont bħala “rappreżentant”, ta’ kont bħala “qorti” jew ta’ kont bħala “persuna awtorizzata” jkun kiseb il-ftuħ ta’ kont għal wieħed jew iktar mill-assistenti tiegħu, il-mument li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tat-termini għandu jkun dak li fih tkun saret l-ewwel talba għal aċċess.

Il-ħin li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni huwa dak tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

Artikolu 8

Impossibbiltà teknika li tintuża l-applikazzjoni e-Curia għall-preżentata fir-rikorsi diretti

Fir-rikorsi diretti, meta l-preżentata ta’ att proċedurali permezz ta’ e-Curia tirriżulta teknikament impossibbli, ir-rappreżentant ta’ parti għandu immedjatament jinforma b’dan lir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali permezz ta’ ittra elettronika (GC.Registry@curia.europa.eu) jew permezz ta’ mezz ta’ trażmissjoni elettronika użat mill-Qorti Ġenerali, filwaqt li jindika:

it-tip ta’ att li jkun jixtieq jippreżenta;

jekk ikun il-każ, it-terminu mogħti għall-preżentata ta’ dan l-att;

in-natura tal-impossibbiltà teknika identifikata, sabiex id-dipartimenti tal-istituzzjoni jkunu jistgħu jivverifikaw jekk din tirriżultax minn indisponibbiltà ta’ e-Curia.

Jekk dan ir-rappreżentant ikun marbut minn terminu, huwa għandu jittrażmetti kopja tal-att lir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali b’kull mezz adegwat (preżentata ta’ verżjoni fuq karta jew trażmissjoni bil-posta, b’ittra elettronika jew b’kull mezz ieħor ta’ trażmissjoni elettronika użat mill-Qorti Ġenerali). Din it-trażmissjoni għandha tiġi segwita mill-preżentata tal-att permezz ta’ e-Curia hekk kif l-użu tal-applikazzjoni jerġa’ jkun teknikament possibbli.

Il-Qorti Ġenerali jew il-President għandhom jagħtu deċiżjoni, skont il-każ, dwar l-aċċettazzjoni tal-att ippreżentat permezz ta’ e-Curia wara t-terminu mogħti, filwaqt li jqisu l-elementi mressqa minn min ikun għamel il-preżentata sabiex juri li kien teknikament impossibbli li jippreżenta dan l-att permezz ta’ e-Curia f’dan it-terminu.

Artikolu 9

Impossibbiltà teknika li tintuża l-applikazzjoni e-Curia għal preżentata fil-kawżi għal deċiżjoni preliminari

Fil-kawżi għal deċiżjoni preliminari, meta r-rappreżentat ta’ parti interessata msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut, il-persuna awtorizzata tirrappreżenta lilha nnifisha jew lil parti fit-tilwima fil-kawża prinċipali jew il-persuna li taġixxi f’isem qorti nazzjonali jkollhom kont ta’ aċċess u meta jirriżulta teknikament impossibbli li att proċedurali jiġi ppreżentat permezz ta’ e-Curia, dan ir-rappreżentant jew din il-persuna huma mistiedna jinformaw b’dan immedjatament lir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali permezz ta’ ittra elettronika (GC.Registry@curia.europa.eu) jew permezz ta’ mezz ta’ trażmissjoni elettronika użat mill-Qorti Ġenerali.

Jekk dan ir-rappreżentant jew din il-persuna jkunu marbuta minn terminu, huma għandhom jittrażmettu kopja tal-att lir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali b’kull mezz adegwat (preżentata ta’ verżjoni fuq karta jew trażmissjoni bil-posta, b’ittra elettronika jew b’kull mezz ieħor ta’ trażmissjoni elettronika użat mill-Qorti Ġenerali). L-imsemmi rappreżentant jew l-imsemmija persuna huma mistiedna jippreżentaw l-att permezz ta’ e-Curia kif l-użu ta’ din l-applikazzjoni jerġa’ jkun teknikament possibbli.

Artikolu 10

Kundizzjonijiet tal-użu tal-applikazzjoni

Ir-Reġistratur għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ użu ta’ e-Curia u għandu jiżgura l-osservanza tagħhom. Użu ta’ e-Curia li ma jkunx konformi ma’ dawn il-kundizzjonijiet jista’ jwassal għad-diżattivazzjoni tal-kont ta’ aċċess ikkonċernat.

Il-Qorti Ġenerali għandha tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tiżgura li ma jkun hemm ebda abbuż jew użu ħażin ta’ e-Curia.

L-utent għandu jiġi avżat permezz ta’ ittra elettronika dwar kull miżura meħuda skont dan l-artikolu li twaqqfu milli juża l-kont ta’ aċċess tiegħu.

Artikolu 11

Tħassir

Din id-deċiżjoni tħassar u tissostitwixxi d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 dwar il-preżentata u n-notifika ta’ atti proċedurali permezz tal-applikazzjoni e Curia (1).

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2024.

Magħmul fil-Lussemburgu, fl-10 ta’ Lulju 2024.

Ir-Reġistratur

V. DI BUCCI

Il-President

M. VAN DER WOUDE


(1)   ĠU L 240, 25.9.2018, p. 72.


ELI: http://data.europa.eu/eli/proc_internal/2024/2096/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top