EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023Y0831(01)

Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tas-6 ta' Lulju 2023 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (BERS/2023/4) 2023/C 307/01

OJ C 307, 31.8.2023, p. 1–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.8.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU

tas-6 ta' Lulju 2023

li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom

(BERS/2023/4)

(2023/C 307/01)

IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Anness IX tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali fl-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 u l-Artikoli 16 sa 18 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (3) u b’mod partikolari l-Artikolu 458 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (4), u b’mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex jiġu żgurati miżuri ta’ politika makroprudenzjali nazzjonali effettivi u konsistenti, huwa importanti li jiġi kkumplimentat l-għarfien meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni b’reċiproċità volontarja.

(2)

Il-qafas dwar ir-reċiproċità volontarja għal miżuri tal-politika makroprudenzjali stabbilit fir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (6) għandu l-għan jiżgura li l-miżuri kollha tal-politika makroprudenzjali bbażati fuq skopertura attivati fi Stat Membru wieħed ikunu reċiprokati fl-Istati Membri l-oħrajn.

(3)

Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (7) tirrakkomanda lill-awtorità attivanti rilevanti biex tipproponi limitu massimu ta’ materjalità meta tissottometti talba għal reċiproċità lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS), li taħtu l-iskopertura tal-fornitur tas-servizz finanzjarju individwali għar-riskju makroprudenzjali identifikat fil-ġurisdizzjoni fejn il-miżura ta’ politika makroprudenzjali hija applikata mill-awtorità attivanti tista’ titqies bħala mhux materjali. Il-BERS jista’ jirrakkomanda livell limitu differenti jekk jitqies neċessarju.

(4)

B’effett mill-31 ta’ Diċembru 2018, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjoni interna (IRB) għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji huma soġġetti għal limitu minimu speċifiku għall-istituzzjoni ta’ kreditu ta’ 25 % għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-ponderazzjonijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur għal obbliganti residenti fl-Iżvezja ggarantiti bi proprjetà immobbli f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Din il-miżura nazzjonali aktar stretta tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2023 u l-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda fil-15 ta’ Jannar 2019 (8) li jinkludi din il-miżura nazzjonali aktar stretta fil-lista ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali li huma rakkomandati li jiġu reċiprokati skont ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2.

(5)

B’effett mit-30 ta’ Settembru 2023, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji huma soġġetti għal livell minimu (minimu) speċifiku għall-istituzzjoni ta’ kreditu ta’ 35 % għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-ponderazzjonijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ ċerti skoperturi korporattivi fl-Iżvezja ggarantiti bi proprjetajiet immobbli kummerċjali u għal livell minimu (minimu) speċifiku għall-istituzzjoni ta’ kreditu ta’ 25 % għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-ponderazzjonijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ ċerti skoperturi korporattivi fl-Iżvezja ggarantiti bi proprjetajiet immobbli residenzjali, f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Il-miżura nazzjonali aktar stretta għandha tapplika għal sentejn, bil-possibbiltà li tiġi estiża, jew (jekk qabel) sakemm ir-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi ma jibqgħux jeżistu.

(6)

Fit-12 ta’ Mejju 2023, Finansinspektionen (l-Awtorità Superviżorja Finanzjarja Żvediża) ressqet talba lill-BERS biex jirrakkomanda r-reċiproċità tal-miżura ta’ politika makroprudenzjali msemmija hawn fuq skont l-Artikolu 458(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Sabiex ma jkunx hemm il-materjalizzazzjoni ta’ effetti transkonfinali negattivi f’forma ta’ tixrid u arbitraġġ regolatorju li jista’ jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-miżura tal-politika makroprudenzjali applikata fl-Iżvezja skont l-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda li jinkludi din il-miżura fil-lista ta’ miżuri ta’ politika makroprudenzjali li huma rakkomandati li jiġu rreċiprokati taħt ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2.

(7)

Il-Bord Ġenerali tal-BERS iddeċieda wkoll li jirrakkomanda limitu massimu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni ta’ SEK 5 biljun biex imexxi l-applikazzjoni tal-prinċipju de minimis mill-Istat Membru reċiprokanti.

(8)

Din l-emenda għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 ma taffettwax il-kontinwità tar-rakkomandazzjoni għar-reċiproċità tal-miżuri makroprudenzjali nazzjonali attivati mill-awtoritajiet Żvediżi fl-31 ta’ Diċembru 2018 u rakkomandati mill-BERS għar-reċiproċità, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni BERS/2019/1.

(9)

Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Emendi

Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 hija emendata kif ġej:

(1)

fit-Taqsima 1, is-subrakkomandazzjoni C(1) hija ssostitwita b’dan li ġej:

“1.

L-awtoritajiet rilevanti huma rrakkomandati li jirreċiprokaw il-miżuri tal-politika makroprudenzjali adottati minn awtoritajiet rilevanti oħrajn u rrakkomandati għal reċiprokazzjoni mill-BERS. Huwa rakkomandat li l-miżuri li ġejjin, kif deskritt aktar fl-Anness, jiġu rreċiprokati:

 

Il-Belġju:

rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 9 % fuq l-iskoperturi IRB fil-livell tal-konsumatur kollha għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li għaliha l-kollateral jinsab fil-Belġju;

 

Ġermanja:

rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 2 % fuq (i) l-iskoperturi kollha IRB ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Ġermanja, u (ii) l-iskoperuri kollha bbażati fuq SA li huma totalment u kompletament iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali, kif imsemmi fl-Artikolu 125(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), li tinsab fil-Ġermanja;

 

Franza:

tnaqqis tal-limitu ta’ skopertura kbira previst fl-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, applikabbli għall-iskoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’dejn kbir li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Franza għal 5 % tal-kapital ta’ Grad 1, applikat f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) u istituzzjonijiet oħrajn sistemikament importanti (O-SIIs) fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom;

 

Litwanja:

rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 2 % fuq l-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi residenti fir-Repubblika tal-Litwanja li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali;

 

Il-Lussemburgu:

limiti legalment vinkolanti tal-proporzjon bejn is-self u l-valur (LTV) għal self ipotekarju ġdid fuq proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Lussemburgu, b’limiti LTV differenti applikabbli għal kategoriji differenti ta’ mutwatarji:

(a)

Limitu LTV ta’ 100 % għal dawk li jixtru għall-ewwel darba li jakkwistaw ir-residenza primarja tagħhom;

(b)

Limitu LTV ta’ 90 % għal xerrejja oħra, jiġifieri xerrejja li ma jkunux qed jixtru għall-ewwel darba li jakkwistaw ir-residenza primarja tagħhom. Dan il-limitu huwa implimentat b’mod proporzjonali permezz ta’ allokazzjoni tal-portafoll. Speċifikament, is-selliefa jistgħu joħorġu 15 % tal-portafoll ta’ self ipotekarju ġdid mogħti lil dawn il-mutwatarji b’LTV ogħla minn 90 % iżda inqas mil-LTV massimu ta’ 100 %;

(c)

Limitu LTV ta’ 80 % għal self ipotekarju ieħor (inkluż is-segment tax-xiri għall-kiri);

 

Netherlands:

piż tar-riskju medju minimu applikat f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fin-Netherlands, li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji fir-rigward tal-portafolli ta’ skoperturi tagħhom għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà residenzjali li tinsab fin-Netherlands. Għal kull element ta’ skopertura individwali li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura, jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 12 % għall-porzjon tas-self li ma jaqbiżx il-55 % tal-valur tas-suq tal-proprjetà li sservi biex tiggarantixxi s-self, u jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 45 % lill-porzjon li jifdal tas-self. Il-piż tar-riskju medju minimu tal-portafoll huwa l-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piżijiet tar-riskju tas-self individwali;

 

In-Norveġja:

rata ta’ riżerva tar-riskju sistemiku ta’ 4.5 % applikabbli għall-iskoperturi kollha li jinsabu fin-Norveġja, applikata skont l-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), kif applikata għan-Norveġja fil-31 ta’ Diċembru 2022 skont it-termini tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (11) (il-Ftehim ŻEE) (minn hawn ’il quddiem is-‘CRD kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fil-31 ta’ Diċembru 2022’), għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fin-Norveġja;

limitu minimu tal-piż tar-riskju medju (ponderata skont l-iskopertura) ta’ 20 % għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali fin-Norveġja, applikat skont l-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikat għan-Norveġja fil-31 ta’ Diċembru 2022 skont it-termini tal-Ftehim ŻEE (minn hawn ’il quddiem is-‘CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fil-31 ta’ Diċembru 2022’), għal istituzzjonijiet ta’ kreditu, awtorizzati fin-Norveġja, li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji;

limitu minimu tal-piż tar-riskju medju (ponderata skont l-iskopertura) ta' 35 % għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fin-Norveġja, applikat skont l-Artikolu 458(2)(d)(iv) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja fil-31 ta’ Diċembru 2022, lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fin-Norveġja li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji;

 

L-Iżvezja:

limitu minimu speċifiku għall-istituzzjoni ta’ kreditu ta’ 25 % għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-ponderazzjonijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur għad-debituri li jirrisjedu fl-Iżvezja garantiti bi proprjetà immobbli applikat skont l-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-Approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital regolatorju.

livell minimu (minimu) speċifiku għall-istituzzjoni ta’ kreditu ta’ 35 % għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-ponderazzjonijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi korporattivi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetajiet kummerċjali immobbli (proprjetajiet li jinsabu fiżikament fl-Iżvezja proprjetà għal finijiet kummerċjali biex jiġi ġġenerat introjtu mill-kera) u livell minimu (minimu) speċifiku għall-istituzzjoni ta’ kreditu ta’ 25 % għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-ponderazzjonijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi korporattivi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetajiet residenzjali immobbli (binjiet ta’ appartamenti li jinsabu fiżikament fl-Iżvezja li huma proprjetà ta’ skop kummerċjali biex jiġi ġġenerat introjtu mill-kera, meta l-għadd ta’ residenzi fil-proprjetà jaqbeż tlieta) applikati skont l-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji;”;

2.

L-Anness huwa sostitwit bl-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Lulju 2023.

Il-Kap tas-Segretarjat tal-BERS,

f’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS

Francesco MAZZAFERRO


(1)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1

(3)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(4)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338

(5)  ĠU C 58, 24.2.2011, p. 4.

(6)  Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transfruntiera ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 9).

(7)  Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Ottubru 2017 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 431, 15.12.2017, p. 1).

(8)  Rakkomandazzjoni BERS/2019/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Jannar 2019 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 106, 20.3.2019, p. 1).

(9)  Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(10)  Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(11)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.


ANNESS

“ANNESS

Il-Belġju

Rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 9 % fuq l-iskoperturi IRB fil-livell tal-konsumatur kollha ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li għaliha l-kollateral jinsab fil-Belġju

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Belġjana, applikata f’konformità mal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, timponi rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 9 % fuq skoperturi IRB fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li għaliha l-kollateral ikun jinsab fil-Belġju (kemm skoperturi mhux inadempjenti kif ukoll dawk inadempjenti).

II.   Reċiprokazzjoni

2.

Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Belġjana billi japplikawha għall-iskoperturi IRB fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li għaliha l-kollateral ikun jinsab fil-Belġju (kemm bħala skoperturi mhux inadempjenti kif ukoll bħala skoperturi inadempjenti). Alternattivament, il-miżura tista’ tiġi rreċiprokata bl-użu tal-kamp ta’ applikazzjoni li ġej fir-rapportar tal-COREP: Skoperturi IRB fil-livell tal-konsumatur iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali fil-konfront ta’ individwi li jinsabu fil-Belġju (kemm bħala skoperturi mhux inadempjenti kif ukoll bħala skoperturi inadempjenti).

3.

Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali ma tkunx disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

III.   Livell limitu ta' materjalità

4.

Il-miżura hija kkumplimentata minn livell limitu ta' materjalità speċifiku għall-istituzzjoni biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. L-istituzzjonijiet jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit ta’ riżerva għal riskju sistemiku sakemm l-iskoperturi settorjali rilevanti tagħhom ma jaqbżux EUR 2 biljun. Għalhekk, ir-reċiproċità tintalab biss meta jinqabeż il-livell limitu speċifiku għall-istituzzjoni.

5.

F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-limitu ta’ materjalità ta’ EUR 2 biljun huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġuriżdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.

Il-Ġermanja

Rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 2 % fuq (i) l-iskoperturi kollha IRB ggarantiti bi proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Ġermanja, u (ii) l-iskoperuri kollha bbażati fuq SA li huma totalment u kompletament iggarantiti minn proprjetà immobbli residenzjali, kif imsemmi fl-Artikolu 125(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li tinsab fil-Ġermanja;

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Ġermaniża, applikata f’konformità mal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, timponi rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 2 % għall-iskoperturi kollha (jiġifieri dawk fil-livell tal-konsumatur u dawk mhux fil-livell tal-konsumatur) għal persuni fiżiċi u legali li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali li tinsab fil-Ġermanja. Il-miżura għandha tapplika għal (i) istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Ġermanja u li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tal-ammonti tagħhom ta’ skoperturi ponderati skont ir-riskju li huma ggarantiti bi proprjetà immobbli li tinsab fil-Ġermanja, u (ii) istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Ġermanja u li jużaw l-SA għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi tagħhom ponderati skont ir-riskju għal skoperturi li huma ggarantiti bis-sħiħ u kompletament minn proprjetà immobbli residenzjali, kif imsemmi fl-Artikolu 125(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li tinsab fil-Ġermanja.

II.   Reċiprokazzjoni

2.

Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet relevanti jirreċiprokaw il-miżura Ġermaniża billi japplikawha għal istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament.

3.

Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali ma tkunx disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE.

4.

Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jiżguraw li l-miżura ta’ reċiprokazzjoni tapplika u jkun hemm konformità magħha mill-1 ta’ Frar 2023.

III.   Livell limitu ta' materjalità

5.

Il-miżura hija kkomplementata minn livell limitu ta’ materjalità speċifika għall-istituzzjoni biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. l-Istituzzjonijiet ta’ kreditu jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit ta’ riżerva għal riskju sistemiku jekk l-iskoperturi settorjali rilevanti tagħhom ma jaqbżux l-EUR 10 biljun. Għalhekk, ir-reċiproċità tintalab biss meta jinqabeż il-livell limitu speċifiku għall-istituzzjoni.

6.

L-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi. F'konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta' materjalità ta' EUR 10 biljun huwa livell limitu massimu rrakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok li japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.

Franza

Tnaqqis tal-limitu ta’ skopertura kbira previst fl-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, applikabbli għall-iskoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’dejn kbir li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Franza għal 5 % tal-kapital ta’ Grad 1, applikat f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) u istituzzjonijiet oħrajn sistemikament importanti (O-SIIs) fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom.

I.   Deskrizzjoni tal-miżuri

1.

Il-miżura Franċiża, applikata f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq il-G-SIIs u l-O-SIIs fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom (mhux f’livell subkonsolidat), tikkonsisti fi tnaqqis tal-limitu ta’ skopertura kbira għal 5 % tal-kapital ta’ Grad 1 tagħhom, applikabbli għal skoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar b’dejn kbir li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza.

2.

Korporazzjoni mhux finanzjarja hija definita bħala persuna fiżika jew ġuridika taħt id-dritt privat li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza, u li, fil-livell tagħha u fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni, tappartjeni għas-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif definit fil-punt 2.45 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

3.

Il-miżura tapplika għal skoperturi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza u għal skoperturi għal gruppi ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi kif ġej:

(a)

Għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li huma parti minn grupp ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi Franza, il-miżura tapplika għat-total tal-iskoperturi netti lejn il-grupp u l-entitajiet konnessi kollha tiegħu fit-tifsira tal-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b)

Għall-korporazzjonijiet mhux finanzjarji li huma parti minn grupp ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni barra Franza, il-miżura tapplika għat-total ta’:

(i)

l-iskoperturi għal dawk il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza;

(ii)

l-iskoperturi għall-entitajiet fi Franza jew barra mill-pajjiż li fuqhom il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji msemmija f’(i) ikollhom kontroll dirett jew indirett skont it-tifsira tal-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; u

(iii)

l-iskoperturi għall-entitajiet fi Franza jew barra mill-pajjiż li jkunu ekonomikament dipendenti fuq il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji msemmija f’(i) skont it-tifsira tal-punt (39) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għaldaqstant, korporazzjonijiet mhux finanzjarji li ma jkollhomx l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza u li ma jkunux sussidjarji jew entitajiet ekonomikament dipendenti fuq, u li ma jkunux ikkontrollati direttament jew indirettament minn, korporazzjoni mhux finanzjarja li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza, ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura.

F’konformità mal-Artikolu 395(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-miżura hija applikabbli wara li jiġi kkunsidrat l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u tal-eżenzjonijiet f’konformità mal-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.

G-SII jew O-SII għandha tikkunsidra korporazzjoni mhux finanzjarja li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza bħala kbira jekk l-iskopertura oriġinali tagħha għall-korporazzjoni mhux finanzjarja, jew għall-grupp ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi fit-tifsira tal-paragrafu 3, tkun ta’ EUR 300 miljun jew aktar. Il-valur tal-iskopertura oriġinali huwa kkalkulat f’konformità mal-Artikoli 389 u 390 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel jiġi kkunsidrat l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u tal-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif irrappurtat f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (2).

5.

Korporazzjoni mhux finanzjarja titqies li jkollha dejn kbir jekk ikollha proporzjon ta’ ingranaġġ li jkun akbar minn 100 % u proporzjon ta’ kopertura tal-imposti finanzjarji taħt tlieta, ikkalkulati fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-grupp kif ġej:

(a)

Il-proporzjon ta’ ingranaġġ huwa l-proporzjon bejn id-dejn totali nett mill-kontanti u l-ekwità; u

(b)

Il-proporzjon ta’ kopertura tal-imposti finanzjarji huwa l-proporzjon bejn, minn naħa, il-valur miżjud flimkien mas-sussidji operattivi wara li jitnaqqsu: (i) is-salarji; (ii) it-taxxi u d-dazji operattivi; (iii) l-ispejjeż operattivi ordinarji netti oħrajn eskluż l-imgħax nett u imposti simili; u (iv) id-deprezzament u l-amortizzament, u, min-naħa l-oħra, l-imgħax u imposti simili.

Il-proporzjonijiet huma kkalkulati abbażi ta’ aggregati tal-kontabilità ddefiniti f’konformità mal-istandards applikabbli, kif ippreżentati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-korporazzjoni mhux finanzjarja, iċċertifikati fejn xieraq minn accountant bil-liċenzja.

II.   Reċiprokazzjoni

6.

Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Franċiża billi japplikawha għall-G-SIIs u l-O-SIIs awtorizzati domestikament fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fil-ġuriżdizzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom.

7.

Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali ma tkunx disponibbli fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, f’konformità mas-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġuriżdizzjoni tagħhom li jkollha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni. Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

III.   Livell limitu ta' materjalità

8.

Il-miżura hija kkomplementata minn livell limitu ta’ materjalità kombinat sabiex jiggwida l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura, li hija komposta minn:

(a)

Livell limitu ta’ EUR 2 biljun għall-iskoperturi oriġinali totali ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju għas-settur Franċiż ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji;

(b)

Livell limitu ta’ EUR 300 miljun applikabbli għal G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament li huwa ugwali għal jew jaqbeż il-livell limitu msemmi f’(a) għal:

(i)

skopertura oriġinali waħda għal korporazzjoni mhux finanzjarja li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Franza;

(ii)

it-total ta’ skoperturi oriġinali għal grupp ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi, li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni fi Franza, ikkalkulat skont il-paragrafu 3(a);

(iii)

it-total tal-iskoperturi oriġinali għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza li huma parti minn grupp ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji konnessi li għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu barra minn Franza kif irrappurtat fil-mudelli C 28.00 u C 29.00 tal-Anness VIII għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014;

(c)

Livell limitu ta’ 5 % tal-kapital ta’ Grad 1 tal-G-SII jew tal-O-SII fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni, għal skoperturi identifikati f’(b) wara li jiġi kkunsidrat l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u l-eżenzjonijiet f’konformità mal-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Il-livelli limiti msemmija fil-paragrafi (b) u (c) għandhom ikunu applikati irrispettivament minn jekk l-entità rilevanti jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja għandhiex dejn kbir jew le.

Il-valur tal-iskopertura oriġinali msemmi fil-paragrafi (a) u (b) għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-Artikoli 389 u 390 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 qabel jitqies l-effett tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji ta’ kreditu u l-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikoli 399 sa 403 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif irrappurtat f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014.

9.

B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw lill-G-SIIs jew l-O-SIIs awtorizzati domestikament fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju li ma jiksrux il-livell limitu ta’ materjalità kkombinat imsemmi fil-paragrafu 8. Meta japplikaw il-livell limitu ta’ materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għas-settur Franċiż tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif ukoll il-konċentrazzjoni ta’ skopertura ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza, u huwa rakkomandat li japplikaw il-miżura Franċiża għal G-SIIs jew O-SIIs awtorizzati domestikament, li qabel kienu eżentati, fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom meta jinqabeż il-livell limitu ta’ materjalità kkombinat imsemmi fil-paragrafu 8. L-awtoritajiet rilevanti huma mħeġġa wkoll jissenjalaw ir-riskji sistemiċi assoċjati mal-ingranaġġ miżjud ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza lil parteċipanti tas-suq oħrajn fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

10.

Fejn ma jkunx hemm G-SIIs jew O-SIIs fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħhom awtorizzati fl-Istati Membri kkonċernati u li jkollhom skoperturi għas-settur Franċiż tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji ogħla mil-livell limitu ta’ materjalità msemmi fil-paragrafu 8, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura Franċiża. F’dan il-każ l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għas-settur Franċiż ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif ukoll il-konċentrazzjoni tal-iskopertura ta’ G-SIIs u O-SIIs awtorizzati domestikament għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza, u huwa rakkomandat li jirreċiprokaw il-miżura Franċiża meta G-SII jew O-SII fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni tal-perimetru prudenzjali bankarju tagħha teċċedi l-livell limitu ta’ materjalità kkombinat imsemmi fil-paragrafu 8. L-awtoritajiet rilevanti huma mħeġġa wkoll jissenjalaw ir-riskji sistemiċi assoċjati mal-ingranaġġ miżjud ta’ korporazzjonijiet mhux finanzjarji kbar li jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Franza lil parteċipanti tas-suq oħrajn fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

11.

F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità kombinat imsemmi fil-paragrafu 8 huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.

Il-Litwanja:

Rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 2 % għall-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi residenti fir-Repubblika tal-Litwanja li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali.

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Litwana, applikata f’konformità mal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE timponi rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku ta’ 2 % għall-iskoperturi kollha fil-livell tal-konsumatur għal persuni fiżiċi fil-Litwanja li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali.

II.   Reċiprokazzjoni

2.

Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Litwana billi japplikawha għal friegħi li jinsabu fil-Litwanja ta’ banek awtorizzati domestikament u skoperturi transoknfinali diretti għal persuni fiżiċi fil-Litwanja li huma ggarantiti bi proprjetà residenzjali. Sehem sinifikanti tal-pożizzjonijiet ipotekarji totali huwa miżmum minn friegħi ta’ banek barranin li joperaw fil-Litwanja, għalhekk, ir-reċiproċità tal-miżura minn Stati Membri oħra tgħin biex jitrawmu kundizzjonijiet ugwali u tiżgura li l-parteċipanti sinifikanti kollha fis-suq iqisu ż-żieda fir-riskju tal-proprjetà immobbli residenzjali fil-Litwanja u jżidu r-reżiljenza tagħhom.

3.

Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali mhijiex disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

III.   Livell limitu ta' materjalità

4.

Il-miżura hija kkumplimentata minn livell limitu ta' materjalità speċifiku għall-istituzzjoni biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. L-istituzzjonijiet jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit ta’ riżerva għal riskju sistemiku jekk l-iskoperturi settorjali rilevanti tagħhom ma jaqbżux EUR 50 miljun, li huwa madwar 0.5 % tal-iskoperturi rilevanti tas-settur totali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-Litwanja. Għalhekk, ir-reċiproċità tintalab biss meta jinqabeż il-livell limitu speċifiku għall-istituzzjoni.

5.

Ġustifikazzjoni għal livell limitu bħal dan:

(a)

Il-minimizzazzjoni tal-potenzjal għal frammentazzjoni regolatorja hija meħtieġa, peress li l-istess livell limitu ta’ materjalità se japplika wkoll għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fil-Litwanja;

(b)

L-applikazzjoni ta’ tali livell limitu ta’ materjalità għandha tgħin biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali fis-sens li l-istituzzjonijiet bi skoperturi ta’ daqs simili jkunu soġġetti għar-rekwiżit ta’ riżerva għal riskju sistemiku;

(c)

Il-livell limitu huwa rilevanti għall-istabbiltà finanzjarja, peress li l-iżvilupp ulterjuri tar-riskju tal-proprjetà immobbli residenzjali se jiddependi prinċipalment fuq l-attività tas-suq tad-djar, li parzjalment tiddependi fuq l-ammont ta’ self ġdid maħruġ għax-xiri ta’ djar. Għalhekk, il-miżura għandha tapplika għall-parteċipanti fis-suq li huma attivi f’dan is-suq minkejja li l-portafolli tas-self ipotekarju tagħhom mhumiex kbar daqs dawk tal-akbar fornituri tas-self.

6.

B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità ta’ EUR 50 miljun huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok li japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.

Il-Lussemburgu:

Limiti legalment vinkolanti tal-proporzjon bejn is-self u l-valur (LTV) għal self ipotekarju ġdid fuq proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Lussemburgu, b’limiti LTV differenti applikabbli għal kategoriji differenti ta’ mutwatarji:

(a)

Limitu LTV ta’ 100 % għal dawk li jixtru għall-ewwel darba li jakkwistaw ir-residenza primarja tagħhom;

(b)

Limitu LTV ta’ 90 % għal xerrejja oħra, jiġifieri xerrejja li ma jkunux qed jixtru għall-ewwel darba li jakkwistaw ir-residenza primarja tagħhom. Dan il-limitu huwa implimentat b’mod proporzjonali permezz ta’ allokazzjoni tal-portafoll. Speċifikament, is-selliefa jistgħu joħorġu 15 % tal-portafoll ta’ self ipotekarju ġdid mogħti lil dawn il-mutwatarji b’LTV ogħla minn 90 % iżda inqas mil-LTV massimu ta’ 100 %;

(c)

Limitu LTV ta’ 80 % għal self ipotekarju ieħor (inkluż is-segment tax-xiri għall-kiri).

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

L-awtoritajiet tal-Lussemburgu attivaw limiti LTV legalment vinkolanti għal self ipotekarju ġdid fuq proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fil-Lussemburgu. Wara r-Rakkomandazzjoni tal-Comité du Risque Systémique (Kumitat dwar ir-Riskju Sistemiku) (3), il-Commission de Surveillance du Secteur Financier (Kummissjoni tas-Sorveljanza tas-Settur Finanzjarju) (4) li taġixxi flimkien mal-Banque centrale du Luxembourg attivat limiti LTV li jvarjaw bejn tliet kategoriji ta’ dawk li jissellfu. Il-limiti LTV għal kull waħda mit-tliet kategoriji huma kif ġej:

(a)

Limitu LTV ta’ 100 % għal dawk li jixtru għall-ewwel darba li jakkwistaw ir-residenza primarja tagħhom;

(b)

Limitu LTV ta’ 90 % għal xerrejja oħra, jiġifieri xerrejja li ma jkunux qed jixtru għall-ewwel darba li jakkwistaw ir-residenza primarja tagħhom. Dan il-limitu huwa implimentat b’mod proporzjonali permezz ta’ allokazzjoni tal-portafoll. Speċifikament, is-selliefa jistgħu joħorġu 15 % tal-portafoll ta’ self ipotekarju ġdid mogħti lil dawn il-mutwatarji b’LTV ogħla minn 90 % iżda inqas mil-LTV massimu ta’ 100 %;

(c)

Limitu LTV ta’ 80 % għal self ipotekarju ieħor (inkluż is-segment tax-xiri għall-kiri).

2.

LTV huwa l-proporzjon bejn it-total tas-selfiet kollha jew il-partijiet ta’ self sostnuti mill-mutwatarju bi proprjetà residenzjali fiż-żmien meta jingħata s-self u l-valur tal-proprjetà fl-istess ħin.

3.

Il-limiti LTV japplikaw indipendentement mit-tip ta’ sjieda (eż. sjieda sħiħa, użufrutt, nuda proprjetà).

4.

Il-miżura tapplika għal kwalunkwe mutwatarju privat li jieħu self ipotekarju biex jixtri proprjetà immobbli residenzjali fil-Lussemburgu għal skopijiet mhux kummerċjali. Il-miżura tapplika wkoll jekk il-mutwatarju juża struttura legali bħal kumpanija tal-investiment fil-proprjetà immobbli biex iwettaq din it-tranżazzjoni, u fil-każ ta’ applikazzjonijiet konġunti. ‘Proprjetà immobbli residenzjali’ tinkludi art għall-bini, kemm jekk ix-xogħol ta’ kostruzzjoni jsir immedjatament wara x-xiri kif ukoll jekk snin wara. Il-miżura tapplika wkoll jekk self jingħata lil mutwatarju għax-xiri ta’ proprjetà bi ftehim ta’ kiri fit-tul. Il-proprjetà immobbli tista’ tkun għall-okkupazzjoni mis-sid jew għax-xiri għall-kiri.

II.   Reċiprokazzjoni

5.

L-Istati Membri li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu tagħhom, il-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u l-professjonisti li jwettqu attivitajiet ta’ self (selliefa ipotekarji) ikollhom skoperturi ta’ kreditu materjali rilevanti għal-Lussemburgu permezz ta’ kreditu transkonfinali dirett huma rakkomandati li jirreċiprokaw il-miżura tal-Lussemburgu fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Jekk l-istess miżura ma tkunx disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom għall-iskoperturi transkonfinali rilevanti kollha, l-awtoritajiet rilevanti għandhom japplikaw il-miżuri disponibbli li jkollhom l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura ta’ politika makroprudenzjali attivata.

6.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-BERS li huma rreċiprokaw il-miżura tal-Lussemburgu jew użaw eżenzjonijiet de minimis f’konformità mar-Rakkomandazzjoni D tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2. In-notifika għandha tiġi pprovduta mhux aktar tard minn xahar wara li tkun ġiet adottata l-miżura reċiproka, bl-użu tal-mudell rispettiv ippubblikat fuq is-sit web tal-BERS. Il-BERS se jippubblika n-notifiki fuq is-sit web tal-BERS, u b’hekk jikkomunika d-deċiżjonijiet nazzjonali ta’ moviment reċiproku lill-pubbliku. Din il-pubblikazzjoni se tinkludi kwalunkwe eżenzjoni magħmula minn Stati Membri reċiprokanti u l-impenn tagħhom li jimmonitorjaw it-tixrid u jaġixxu jekk ikun meħtieġ.

7.

Huwa rakkomandat li l-Istati Membri jirreċiprokaw miżura fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

III.   Livell limitu ta' materjalità

8.

Il-miżura hija kkumplimentata b’żewġ livelli limiti ta’ materjalità biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-Istati Membri reċiprokanti: livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-pajjiż u livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni. Il-livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-pajjiż għas-self ipotekarju transkonfinali totali lil-Lussemburgu huwa ta’ EUR 350 miljun li jikkorrispondi għal madwar 1 % tas-suq domestiku totali tal-ipoteki fuq proprjetà immobbli residenzjali f’Diċembru 2020. Il-livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni għat-total tas-self ipotekarju transkonfinali lil-Lussemburgu huwa ta’ EUR 35 miljun li jikkorrispondi għal madwar 0.1 % tas-suq ipotekarju residenzjali domestiku totali fil-Lussemburgu f’Diċembru 2020. Ir-reċiprokazzjoni tintalab biss meta jinqabżu kemm il-livell limitu speċifiku għall-pajjiż kif ukoll il-livell limitu speċifiku għall-istituzzjoni.

In-Netherlands:

Piż tar-riskju medju minimu applikat mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-approċċ IRB fir-rigward tal-portafolli tagħhom ta’ skoperturi għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà residenzjali li tinsab fin-Netherlands. Għal kull element ta’ skopertura individwali li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura, jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 12 % għal porzjon tas-self li ma jaqbiżx il-55 % tal-valur tas-suq tal-proprjetà li sservi biex tiggarantixxi s-self, u jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 45 % lill-porzjon li jifdal tas-self. Il-piż tar-riskju medju minimu tal-portafoll huwa l-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piżijiet tar-riskju tas-self individwali.

I.   Deskrizzjoni tal-miżura

1.

Il-miżura Netherlandiża applikata skont l-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 timponi piż tar-riskju medju minimu għall-portafoll tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB ta’ skoperturi għal persuni fiżiċi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali li tinsab fin-Netherlands. Is-self kopert mill-iskema Nazzjonali ta’ Garanzija Ipotekarja huwa eżentat mill-miżura.

2.

Il-piż tar-riskju medju minimu għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

(a)

Għal kull element ta’ skopertura individwali li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura, jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 12 % għall-porzjon tas-self li ma jaqbiżx il-55 % tal-valur tas-suq tal-proprjetà li sservi biex tiggarantixxi s-self, u jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 45 % lill-porzjon li jifdal tas-self. Il-proporzjon LTV li għandu jintuża f’dan il-kalkolu għandu jiġi ddeterminat skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(b)

Il-piż tar-riskju medju minimu tal-portafoll huwa l-medja ponderata skont l-iskopertura tal-piżijiet tar-riskju tas-self individwali, ikkalkulata kif spjegat iktar ’il fuq. Self individwali li huwa eżentat mill-miżura ma jitqiesx meta jiġi kkalkulat il-piż tar-riskju medju minimu.

3.

Din il-miżura ma tiħux post ir-rekwiżiti kapitali eżistenti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li jirriżultaw minnu. Il-banek li għalihom tapplika l-miżura jridu jikkalkulaw il-piż medju tar-riskju tal-parti tal-portafoll ipotekarju li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-miżura fuq il-bażi kemm tad-dispożizzjonijiet applikabbli regolari li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll tal-metodu kif stabbilit fil-miżura. Fil-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali tagħhom, huma għandhom sussegwentement japplikaw l-ogħla miż-żewġ piżijiet medji tar-riskju.

II.   Reċiprokazzjoni

4.

L-awtoritajiet rilevanti huma rakkomandati li jirreċiprokaw il-miżura Netherlandiża billi japplikawha għal istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li jużaw l-approċċ IRB li għandhom skoperturi għal persuni fiżiċi ggarantiti bi proprjetà residenzjali li tinsab fin-Netherlands, peress li s-settur bankarju tagħhom jista’, permezz tal-fergħat tagħhom, ikun jew jiġi espost għar-riskju sistemiku fis-suq tad-djar Netherlandiż direttament jew indirettament.

5.

Skont is-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw l-istess miżura bħal dik li ġiet implimentata fin-Netherlands mill-awtorità attivanti fl-iskadenza speċifikata fis-subrakkomandazzjoni C(3).

6.

Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali ma tkunx disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li għandha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżura ekwivalenti sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

III.   Livell limitu ta' materjalità

7.

Il-miżura hija kkumplimentata minn livell limitu ta' materjalità speċifiku għall-istituzzjoni biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura. L-istituzzjonijiet jistgħu jiġu eżentati mill-piż tar-riskju medju minimu għall-portafoll ta’ skoperturi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu IRB għal persuni fiżiċi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetà residenzjali li tinsab fin-Netherlands jekk dan il-valur ma jaqbiżx EUR 5 biljun. Is-self kopert mill-iskema Nazzjonali ta’ Garanzija Ipotekarja mhux se jiġi kkalkulat lejn il-livell limitu ta’ materjalità.

8.

F'konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta' materjalità ta' EUR 5 biljun huwa livell limitu massimu rrakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.

In-Norveġja:

rata ta’ riżerva tar-riskju sistemiku ta’ 4.5 % għal skoperturi fin-Norveġja applikata f’konformità mal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, kif applikata għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-31 ta’ Diċembru 2022 skont it-termini tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE) (minn hawn ’il quddiem is-‘CRD kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fl-31 ta’ Diċembru 2022’), għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fin-Norveġja;

limitu minimu tal-piż tar-riskju medju ta’ 20 % (ponderata skont l-iskopertura) għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali fin-Norveġja, applikat f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif applikat għan-Norveġja u fin-Norveġja fil-31 ta’ Diċembru 2022 skont it-termini tal-Ftehim ŻEE (minn hawn ’il quddiem is-‘CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fil-31 ta’ Diċembru 2022’), għal istituzzjonijiet ta’ kreditu, awtorizzati fin-Norveġja, li jużaw l-approċċ ibbażat fuq il-klassifikazzjoni interna (IRB) għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji;

limitu minimu tal-piż tar-riskju medju ta’ 35 % (ponderata skont l-iskopertura) għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fin-Norveġja, applikat f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(iv) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja fil-31 ta’ Diċembru 2022 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fin-Norveġja li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital regolatorji.

I.   Deskrizzjoni tal-miżuri

1.

B'effett mill-31 ta' Diċembru 2020, il-Finansdepartementet (il-Ministeru tal-Finanzi Norveġiż) introduċa tliet miżuri makroprudenzjali, jiġifieri (i) riżerva ta' riskju sistemiku għal skoperturi li jinsabu fin-Norveġja, skont l-Artikolu 133 tas-CRD kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja mill-31. Diċembru 2022; (ii) livell minimu tal-piż tar-riskju għal skoperturi għal proprjetà immobbli residenzjali li tinsab fin-Norveġja, skont l-Artikolu 458(2)(d)(iv) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja mill-31 ta’ Diċembru 2022; u (iii) livell minimu tal-piż tar-riskju għal skoperturi għal proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fin-Norveġja, skont l-Artikolu 458(2)(d)(iv) tas-CRR kif applikabbli għan-Norveġja u fin-Norveġja mill-31 Diċembru 2022.

2.

Ir-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku hija stabbilita għal 4.5 % u tapplika għall-iskoperturi domestiċi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fin-Norveġja. Madankollu, għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma jużawx l-approċċ IRB avvanzat, ir-rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku applikabbli għall-iskoperturi kollha hija stabbilita għal 3 % sat-30 ta’ Diċembru 2023; minn hemm ’il quddiem, ir-rata tar-riżerva tar-riskju sistemiku applikabbli għall-iskoperturi domestiċi hija stabbilita għal 4.5 %.

3.

Il-miżura tal-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli residenzjali hija limitu minimu għall-piżijiet tar-riskju medji speċifiku għall-istituzzjonijiet għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali fin-Norveġja, applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-approċċ IRB. Il-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli jikkonċerna l-piż tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura fil-portafoll tal-proprjetà immobbli residenzjali. Skoperturi Norveġiżi ta’ proprjetà immobbli residenzjali għandhom jinftiehmu bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur kollateralizzati minn proprjetà immobbli fin-Norveġja.

4.

Il-miżura tal-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli kummerċjali hija limitu minimu għall-piż tar-riskju medju speċifiku għall-istituzzjonijiet għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fin-Norveġja, applikabbli għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jużaw l-approċċ IRB. Il-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli jikkonċerna l-piż tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura fil-portafoll tal-proprjetà immobbli kummerċjali. Skoperturi Norveġiżi ta’ proprjetà immobbli kummerċjali għandhom jinftiehmu bħala skoperturi korporattivi kollateralizzati minn proprjetà immobbli fin-Norveġja.

II.   Reċiprokazzjoni

5a.

Huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżuri Norveġiżi għal skoperturi li jinsabu fin-Norveġja f’konformità mal-Artikolu 134(1) tad-Direttiva 2013/36/UE u mal-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, rispettivament. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw ir-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku fi żmien 18-il xahar wara l-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni BERS/2021/3 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-limiti minimi tal-piż tar-riskju għall-iskoperturi tal-proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali fin-Norveġja jiġu reċiprokati fil-perijodu tranżitorju standard ta’ tliet xhur wara l-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni BERS/2021/3 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5b.

Peress li t-tnaqqis tal-livell limitu ta’ materjalità kif imsemmi fir-Rakkomandazzjoni BERS/2023/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (6) jista’ jirrikjedi li awtorità rilevanti tadotta miżura nazzjonali ta’ reċiproċità ġdida jew temenda miżuri nazzjonali eżistenti li jirreċiprokaw il-miżura Norveġiża ta’ riżerva għal riskju sistemiku, japplika l-perijodu tranżitorju standard ta’ tliet xhur wara l-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni BERS/2023/1 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ reċiproċità.

6.

Jekk l-istess miżuri ta’ politika makroprudenzjali ma jkunux disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, f’konformità mas-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżuri ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jkollhom l-aktar effett ekwivalenti għall-miżuri msemmija hawn fuq rakkomandati għar-reċiprokazzjoni. L-awtoritajiet rilevanti huma rrakkomandati li jadottaw il-miżuri ekwivalenti għar-reċiprokazzjoni tal-limiti minimi tal-piż tar-riskju medju għal skoperturi ta’ proprjetà immobbli residenzjali u kummerċjali fi żmien 12-il xahar u għar-reċiprokazzjoni tar-rata tar-riżerva għal riskju sistemiku fi żmien 18-il xahar, rispettivament, wara l-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni BERS/2021/3 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Sa fejn it-tnaqqis tal-livell limitu ta’ materjalità jirrikjedi li awtorità rilevanti tadotta miżura nazzjonali ta’ reċiprokazzjoni ġdida kif deskritta f’dan is-subparagrafu jew temenda miżuri nazzjonali eżistenti li jirreċiprokaw il-miżura Norveġiża ta’ riżerva għal riskju sistemiku, japplika l-perijodu tranżitorju standard ta’ tliet xhur wara l-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni BERS/2023/1 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ reċiproċità.

[7.

Il-paragrafu 7 tħassar bir-Rakkomandazzjoni BERS/2023/1.]

III.   Livell limitu ta' materjalità

8.

Il-miżuri huma kkumplementati minn livelli limiti ta' materjalità speċifiċi għall-istituzzjoni ibbażati fuq skoperturi li jinsabu fin-Norveġja biex jiggwidaw l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura, kif ġej:

(a)

għar-riżerva għal riskju sistemiku, il-livell limitu ta’ materjalità huwa stabbilit għal ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju ta’ NOK 5 biljun, li jikkorrispondi għal madwar 0.16 % tal-iskoperturi totali ponderati għar-riskju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jirrapportaw fin-Norveġja;

(b)

għal-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli residenzjali, il-livell limitu ta’ materjalità huwa stabbilit għal self gross ta’ NOK 32.3 biljun, li jikkorrispondi għal madwar 1 % tas-self gross kollateralizzat ta’ proprjetà immobbli residenzjali lil klijenti Norveġiżi;

(c)

għal-limitu minimu tal-piż tar-riskju tal-proprjetà immobbli kummerċjali, il-livell limitu ta’ materjalità huwa stabbilit għal self gross ta’ NOK 7.6 biljun, li jikkorrispondi għal madwar 1 % tas-self gross kollateralizzat ta’ proprjetà immobbli kummerċjali lil klijenti Norveġiżi.

9.

F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li jkollhom skoperturi mhux materjali fin-Norveġja. L-iskoperturi jitqiesu mhux materjali jekk ikunu taħt il-livell limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni stabbiliti skont il-paragrafu 8 ta’ hawn fuq. Meta japplikaw il-livelli limitu tal-materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rakkomandat li jiġu applikati l-miżuri Norveġiżi għal istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li qabel kienu eżentati meta jeċċedu l-livelli limitu ta’ materjalità stabbiliti skont il-paragrafu 8 ta’ hawn fuq.

10.

F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livelli limitu ta’ materjalità msemmija fil-paragrafu 8 hawn fuq huma livelli limitu massimi rakkomandati. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livelli limitu aktar baxxi minflok japplikaw il-livelli limitu rakkomandati għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżuri mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.

11.

Fejn ma jkunx hemm istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Istati Membri li jkollhom skoperturi materjali fin-Norveġja, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżuri Norveġiżi. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżuri Norveġiżi meta istituzzjoni ta’ kreditu teċċedi l-livelli limitu ta’ materjalità rispettivi.

L-Iżvezja

limitu minimu speċifiku għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ 25 % għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-ponderazzjonijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur għad-debituri li jirrisjedu fl-Iżvezja garantiti bi proprjetà immobbli f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-Approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta’ kapital regolatorju;

livell minimu (minimu) speċifiku għall-istituzzjoni ta’ kreditu ta’ 35 % għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-ponderazzjonijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi korporattivi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetajiet kummerċjali immobbli (proprjetajiet li jinsabu fiżikament fl-Iżvezja proprjetà għal finijiet kummerċjali biex jiġi ġġenerat introjtu mill-kera) u livell minimu (minimu) speċifiku għall-istituzzjoni ta’ kreditu ta’ 25 % għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-ponderazzjonijiet tar-riskju applikati għall-portafoll ta’ skoperturi korporattivi ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetajiet residenzjali immobbli (binjiet ta’ appartamenti li jinsabu fiżikament fl-Iżvezja li huma proprjetà ta’ skop kummerċjali biex jiġi ġġenerat introjtu mill-kera, meta l-għadd ta’ residenzi fil-proprjetà jaqbeż tlieta) applikati skont l-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji.

I.   Deskrizzjoni tal-miżuri

1.

Il-miżura Żvediża applikata f’konformità mal-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja li jużaw l-approċċ IRB, tikkonsisti f’limitu minimu speċifiku għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ 25 % għall-medja ponderata skont l-iskopertura tal-ponderazzjonijiet tar-riskju applikat għall-portafoll ta’ skoperturi fil-livell tal-konsumatur għall-obbliganti li jirrisjedu fl-Iżvezja garantiti bi proprjetà immobbli. Il-medja ponderata skont l-iskopertura hija l-medja tal-piżijiet tar-riskju tal-iskoperturi individwali kkalkulata f’konformità mal-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ponderati mill-valur tal-iskopertura rilevanti.

2.

Il-miżura Żvediża applikata skont l-Artikolu 458(2)(d)(iv) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u imposta fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati fl-Iżvezja bl-użu tal-approċċ IRB, tikkonsisti f’livell minimu (minimu) speċifiku għall-ponderazzjoni tar-riskju ponderat skont l-iskopertura ta’ 35 % għal ċerti skoperturi korporattivi fl-Iżvezja ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetajiet kummerċjali immobbli u livell minimu (minimu) speċifiku għall-ponderazzjoni tar-riskju ponderat skont l-iskopertura ta’ 25 % għal ċerti skoperturi korporattivi fl-Iżvezja ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetajiet residenzjali immobbli. Il-medja ponderata skont l-iskopertura hija l-medja tal-piżijiet tar-riskju tal-iskoperturi individwali kkalkulata f’konformità mal-Artikolu 153 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ponderati mill-valur tal-iskopertura rilevanti. Din il-miżura ma tkoprix skoperturi korporattivi garantiti minn: (i) proprjetajiet agrikoli; (ii) proprjetajiet li huma proprjetà diretta ta’ muniċipalitajiet, stati jew reġjuni; (iii) proprjetajiet fejn aktar minn 50 % tal-proprjetà tintuża għan-negozju proprju; u (iv) proprjetajiet b’aktar minn abitazzjoni waħda fejn l-iskop tal-proprjetà mhuwiex kummerċjali (pereżempju assoċjazzjonijiet tad-djar li huma proprjetà tar-residenti u li ma jagħmlux profitt) jew fejn in-numru ta’ abitazzjonijiet huwa inqas minn erbgħa.

II.   Reċiprokazzjoni

3.

F’konformità mal-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jirreċiprokaw il-miżuri Żvediżi billi japplikawhom għall-fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li jinsabu fl-Iżvezja li jużaw l-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji. F’konformità mal-Artikolu 458(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati huma rrakkomandati li jirreċiprokaw il-miżuri Żvediżi billi japplikawhom għal istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament bl-użu tal-approċċ IRB għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali regolatorji li għandhom skoperturi fil-livell tal-konsumatur għal debituri residenti fl-Iżvezja ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetajiet immobbli u/jew skoperturi korporattivi fl-Iżvezja ggarantiti b’ipoteki fuq proprjetajiet kummerċjali jew residenzjali. Skont is-subrakkomandazzjoni C(2), l-awtoritajiet rilevanti huma rakkomandati li japplikaw l-istess miżura bħal dawk li ġew implimentati fl-Iżvezja mill-awtorità attivanti sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni korrispondenti f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea 7 (7).

4.

Jekk l-istess miżuri ta’ politika makroprudenzjali ma jkunux disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom li jkollha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiprokazzjoni. Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jadottaw il-miżuri ekwivalenti sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara l-pubblikazzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea8. (8)

III.   Livell limitu ta' materjalità

5.

Il-miżuri huma kkumplimentati minn limitu ta’ materjalità speċifiku għall-istituzzjoni ta’ SEK 5 biljun għal kull waħda mill-miżuri deskritti fil-paragrafi 1 u 2, rispettivament, biex jidderieġu l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura.

6.

F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jeżentaw istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li jużaw l-approċċ IRB li għandhom skoperturi taħt il-livell limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun għall-miżuri deskritti fil-paragrafi 1 u 2, rispettivament. Meta japplikaw il-livell limitu tal-materjalità, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rrakkomandat li japplikaw il-miżuri Żvediżi rilevanti għal istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali awtorizzati domestikament li qabel kienu eżentati meta jeċċedu l-livell limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun għal dik il-miżura.

7.

Meta l-ebda istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata domestikament li tuża l-approċċ IRB ma jkollha skoperturi fil-livell tal-konsumatur, kif deskritt fil-paragrafu 1, ta’ aktar minn SEK 5 biljun, permezz ta’ fergħat li jinsabu fl-Iżvezja u/jew attività transkonfinali diretta, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżura deskritta fil-paragrafu 2 meta istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata domestikament li tuża l-Approċċ IRB teċċedi l-livell limitu ta’ SEK 5 biljun.

8.

Meta l-ebda istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati domestikament li jużaw l-approċċ IRB ma jkollhom skoperturi korporattivi, kif deskritt fil-paragrafu 2, ta’ aktar minn SEK 5 biljun, permezz ta’ fergħat li jinsabu fl-Iżvezja u/jew attività transkonfinali diretta, l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu, skont it-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, jiddeċiedu li ma jirreċiprokawx il-miżura. F’dan il-każ, l-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi u huwa rakkommandat lilhom li jirreċiprokaw il-miżura deskritta fil-paragrafu 2 meta istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata domestikament li tuża l-approċċ IRB teċċedi l-livell limitu ta’ SEK 5 biljun.

9.

B’mod konformi mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità ta’ SEK 5 biljun huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok japplikaw il-livell limitu rakkomandat għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq, jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.

(1)  Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta’ istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1.).

(3)  Recommandation du comité du risque systémique du 9 novembre 2020 relative aux crédits portant sur des biens immobiliers à usage Résidentiel situés sur le territoire du Luxembourg (CRS/2020/005).

(4)  CSSF Régulation N.20–08 du 3 décembre 2020 fixant des conditions pour l’octroi de crédits relatifs à des biens immobiliers à usage Résidentiel situés sur le territoire du Luxembourg.

(5)  Rakkomandazzjoni BERS/2021/3 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-30 ta’ April 2021 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 222, 11.6.2021, p. 1)

(6)  Rakkomandazzjoni BERS/2023/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tas-6 ta’ Marzu 2023 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 158, 4.5.2023, p. 1).

(7)  Ara r-Rakkomandazzjoni BERS/2019/1 għall-miżura ta’ politika makroprudenzjali attivata fil-31 ta’ Diċembru 2018

(8)  Ara r-Rakkomandazzjoni BERS/2019/1 għall-miżura ta’ politika makroprudenzjali attivata fil-31 ta’ Diċembru 2018.


Top