This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R2772
Commission Delegated Regulation (EU) 2023/2772 of 31 July 2023 supplementing Directive 2013/34/EU of the European Parliament and of the Council as regards sustainability reporting standards
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2772 tal-31 ta’ Lulju 2023 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2772 tal-31 ta’ Lulju 2023 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà
C/2023/5303
ĠU L, 2023/2772, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2772/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 22/12/2023
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
2023/2772 |
22.12.2023 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2772
tal-31 ta’ Lulju 2023
li jissupplimenta d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29b(1), l-ewwel subparagrafu tagħha.
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2013/34/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), tirrikjedi li l-impriżi kbar, l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju b’titoli ammessi għan-negozjar fis-swieq regolati tal-UE, kif ukoll l-impriżi prinċipali ta’ gruppi kbar, jinkludu f’taqsima ddedikata tar-rapport ta’ ġestjoni jew tar-rapport ta’ ġestjoni kkonsolidat tagħhom l-informazzjoni meħtieġa sabiex jinftiehmu l-impatti tal-impriża fuq kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà, u l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi mifhum kif kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jaffettwaw l-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni tal-impriża. L-impriżi jridu jħejju din l-informazzjoni f’konformità mal-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà b’bidu mis-sena finanzjarja indikata fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2464 għal kull kategorija ta’ impriżi. |
(2) |
Il-Kummissjoni hija meħtieġa li sat-30 ta’ Ġunju 2023 tadotta l-ewwel sett ta’ standards li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-impriżi jridu jirrapportaw skont l-Artikolu 19a(1) u (2), u l-Artikolu 29a(1) u (2) ta’ dik id-Direttiva, inkluż mill-inqas l-informazzjoni li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jeħtieġu sabiex jikkonformaw mal-obbligi ta’ divulgazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(3) |
Il-Kummissjoni qieset il-parir tekniku pprovdut mill-EFRAG. Il-parir tekniku indipendenti tal-EFRAG jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 49(3b), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi, tad-Direttiva 2013/34/UE. Sabiex tiżgura l-proporzjonalità u tiffaċilita l-applikazzjoni korretta tal-istandards mill-impriżi, il-Kummissjoni introduċiet modifiki għall-parir tekniku tal-EFRAG fir-rigward tal-approċċ ta’ materjalità, l-introduzzjoni gradwali ta’ ċerti rekwiżiti, il-konverżjoni ta’ ċerti rekwiżiti f’punti ta’ data volontarji, l-introduzzjoni ta’ flessibbiltajiet f’għadd ta’ rekwiżiti ta’ divulgazzjoni, l-introduzzjoni ta’ modifiki tekniċi biex tiġi żgurata l-koerenza mal-qafas legali tal-Unjoni u livell għoli ta’ interoperabbiltà ma’ inizjattivi globali li jistabbilixxu l-istandards, kif ukoll modifiki editorjali. |
(4) |
Dawn l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 29b tad-Direttiva 2013/34/UE. |
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li jiġu adottati standards komuni tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. |
(6) |
F’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29b(1) tad-Direttiva 2013/34/UE, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jidħolx fis-seħħ qabel 4 xhur wara l-adozzjoni tiegħu mill-Kummissjoni. Meta jitqies li l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2464 jirrikjedi li ċerti kategoriji ta’ impriżi japplikaw dawn l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(7) |
F’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 49(3b) tad-Direttiva 2013/34/UE, il-Kummissjoni kkonsultat b’mod konġunt mal-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri dwar il-Finanzi Sostenibbli, imsemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u mal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità, imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 49(3b) tad-Direttiva 2013/34/UE, il-Kummissjoni talbet l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), b’mod partikolari fir-rigward tal-konsistenza ta’ dan ir-Regolament mar-Regolament (UE) 2019/2088 u mal-atti delegati adottati skont dak ir-Regolament. F’konformità mas-sitt subparagrafu tal-Artikolu 49(3b) tad-Direttiva 2013/34/UE, il-Kummissjoni kkonsultat ukoll lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kumitat tal-Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar u l-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli stabbilita skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2020/852, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
L-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà li l-impriżi jridu jużaw biex iwettqu r-rapportar tagħhom dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE skont l-iskeda ta’ żmien stabbilita fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva (UE) 2022/2464 huma stabbiliti fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024 għas-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19.
(2) Id-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li temenda r-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2004/109/KE, id-Direttiva 2006/43/KE u d-Direttiva 2013/34/UE, fir-rigward tar-rapportar korporattiv dwar is-sostenibbiltà (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 15).
(3) Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).
ANNESS I
Standards ewropej tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà (ESRS)
ESRS 1 |
Rekwiżiti ġenerali |
ESRS 2 |
Divulgazzjonijiet ġenerali |
ESRS E1 |
Tibdil fil-klima |
ESRS E2 |
Tniġġis |
ESRS E3 |
Riżorsi tal-ilma u tal-baħar |
ESRS E4 |
Bijodiversità u ekosistemi |
ESRS E5 |
Użu tar-riżorsi u ekonomija ċirkolari |
ESRS S1 |
Forza tax-xogħol proprja |
ESRS S2 |
Ħaddiema fil-katina tal-valur |
ESRS S3 |
Komunitajiet affettwati |
ESRS S4 |
Konsumaturi u utenti finali |
ESRS G1 |
Kondotta kummerċjali |
ESRS 1
REKWIŻITI ĠENERALI
Werrej
Objettiv
1. |
Kategoriji ta’ Standards tal-ESRS, oqsma ta’ rapportar u konvenzjonijiet ta’ abbozzar |
1.1 |
Kategoriji ta’ Standards tal-ESRS |
1.2 |
Oqsma ta’ rapportar u rekwiżiti minimi ta’ divulgazzjoni tal-kontenut dwar il-politiki, l-azzjonijiet, il-miri u l-metrika |
1.3 |
Konvenzjonijiet ta’ abbozzar |
2. |
Karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni |
3. |
Materjalità doppja bħala l-bażi għad-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà |
3.1 |
Il-partijiet ikkonċernati u r-rilevanza tagħhom għall-proċess ta’ valutazzjoni tal-materjalità |
3.2 |
Kwistjonijiet materjali u materjalità tal-informazzjoni |
3.3 |
Materjalità doppja |
3.4 |
Materjalità tal-impatt |
3.5 |
Materjalità finanzjarja |
3.6 |
Impatti jew riskji materjali li jirriżultaw minn azzjonijiet biex jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà |
3.7 |
Livell ta’ diżaggregazzjoni |
4. |
Diliġenza dovuta |
5. |
Katina tal-valur |
5.1 |
Impriża li tirrapporta u l-katina tal-valur |
5.2 |
Stima bl-użu ta’ medji u indikaturi settorjali |
6. |
Perjodi ta’ żmien |
6.1 |
Perjodu ta’ rapportar |
6.2 |
Rabta bejn il-passat, il-preżent u l-futur |
6.3 |
Rappurtar tal-progress meta mqabbel mas-sena bażi |
6.4 |
Definizzjoni ta’ terminu qasir, medju u twil għal skopijiet ta’ rappurtar |
7 |
Tħejjija u preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà |
7.1 |
Preżentazzjoni ta’ informazzjoni komparattiva |
7.2 |
Sorsi ta’ stima u ta’ inċertezza tal-eżitu |
7.3 |
Aġġornament tad-divulgazzjonijiet dwar l-eventi wara t-tmiem tal-perjodu tar-rapportar |
7.4 |
Bidliet fit-tħejjija jew fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà |
7.5 |
Rapportar ta’ erruri tal-perjodi preċedenti |
7.6 |
Rapportar konsolidat u eżenzjoni sussidjarja |
7.7 |
Informazzjoni klassifikata u sensittiva, u informazzjoni dwar il-proprjetà intellettwali, l-għarfien espert jew ir-riżultati tal-innovazzjoni |
7.8 |
rappurtar dwar l-opportunitajiet |
8. |
Struttura tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà |
8.1 |
Rekwiżit ta’ preżentazzjoni ġenerali |
8.2 |
Kontenut u struttura tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà |
9. |
Rabtiet ma’ partijiet oħrajn ta’ rapportar korporattiv u informazzjoni konnessa |
9.1 |
Inkorporazzjoni b’referenza |
9.2 |
Informazzjoni u konnettività konnessi mar-rapporti finanzjarji |
10. |
Dispożizzjoni tranżizzjonali |
10.1 |
Dispożizzjoni tranżizzjonali relatata ma’ divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet |
10.2 |
Dispożizzjoni tranżizzjonali relatata mal-kapitolu 5 Katina tal-valur |
10.3 |
Dispożizzjoni tranżizzjonali relatata mat-taqsima 7.1 Preżentazzjoni ta’ informazzjoni komparattiva |
10.4 |
Dispożizzjoni tranżitorja: Lista ta’ Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni li jiddaħħlu gradwalment |
Appendiċi A: |
Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni |
— |
Divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet |
— |
Materjalità doppja |
— |
Stima bl-użu ta’ medji u ta’ indikaturi tas-settur |
— |
Kontenut u struttura tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà |
Appendiċi B: |
Karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni |
Appendiċi C: |
Lista ta’ Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni introdotti gradwalment |
Appendiċi D: |
Struttura tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tal-ESRS |
Appendiċi E: |
Dijagramma sekwenzjali għad-determinazzjoni tad-divulgazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi |
Appendiċi F: |
Eżempju ta’ struttura tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tal-ESRS |
Appendiċi G: |
Eżempju ta’ inkorporazzjoni b’referenza |
Objettiv
1. |
L-objettiv tal-Istandards Ewropej tar-Rappurtar dwar is-Sostenibbiltà (ESRS) huwa li jispeċifikaw l-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà li impriża għandha tiddivulga f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (1) kif emendata bid-Direttiva (UE) 2022/2464 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Ir-rapportar f’konformità mal-ESRS ma jeżentax lill-impriżi minn obbligi oħra stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni. |
2. |
B’mod speċifiku, l-ESRS jispeċifika l-informazzjoni li impriża għandha tiddivulga dwar l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ta’ governanza. L-ESRs ma jirrikjedux li l-impriżi jiddivulgaw xi informazzjoni dwar suġġetti ambjentali, soċjali u ta’ governanza koperti mill-ESRS meta l-impriża tkun ivvalutat is-suġġett inkwistjoni bħala mhux materjali (Ara l-Appendiċi E ta’ dan l-Istandard “Flowchart għad-determinazzjoni tad-divulgazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi”). l-informazzjoni ddivulgata f’konformità mal-ESRS tippermetti lill-utenti tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà jifhmu l-impatti materjali tal-impriża fuq in-nies u l-ambjent u l-effetti materjali ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fuq l-iżvilupp, il-prestazzjoni u l-pożizzjoni tal-impriża. |
3. |
L-objettiv ta’ dan l-Istandard (ESRS 1) huwa li jipprovdi fehim tal-arkitettura tal-ESRS, il-konvenzjonijiet ta’ abbozzar u l-kunċetti fundamentali użati, u r-rekwiżiti ġenerali għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2022/2464. |
1. Kategoriji ta’ Standards tal-ESRS, oqsma ta’ rapportar u konvenzjonijiet ta’ abbozzar
1.1 Kategoriji ta’ standards tal-ESRS
4. |
Hemm tliet kategoriji ta’ ESRS:
L-istandards trasversali u l-istandards topiċi huma anjostiċi għas-setturi, li jfisser li japplikaw għall-impriżi kollha irrispettivament minn liema settur jew setturi topera fihom l-impriża. |
5. |
L-istandards trasversali ESRS 1 Rekwiżiti ġenerali u Divulgazzjonijiet ġenerali tal-ESRS 2 japplikaw għall-kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà koperti minn standards topiċi u standards speċifiċi għas-settur. |
6. |
Dan l-istandard (ESRS 1) jiddeskrivi l-arkitettura tal-istandards tal-ESRS, jispjega l-abbozzar ta’ konvenzjonijiet u kunċetti fundamentali, u jistabbilixxi rekwiżiti ġenerali għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta’ informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà. |
7. |
L-ESRS 2 tistabbilixxi Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni dwar l-informazzjoni li l-impriża għandha tipprovdi f’livell ġenerali fil-kwistjonijiet materjali kollha relatati mas-sostenibbiltà fl-oqsma ta’ rapportar governanza, strateġija, impatt, ġestjoni tar-riskju u tal-opportunitajiet, u metrika u miri. |
8. |
L-ESRS topiċi jkopru suġġett ta’ sostenibbiltà u huma strutturati f’suġġetti u subsuġġetti, u fejn meħtieġ subsubsuġġetti. It-tabella fir-Rekwiżit tal-Applikazzjoni 16 (AR 16) għal dan l-istandard tipprovdi ħarsa ġenerali lejn is-suġġetti, is-subsuġġetti u s-subsubsuġġetti dwar is-sostenibbiltà (kollettivament “kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà”) koperti mill-ESRS topiċi. |
9. |
L-ESRS topiċi jistgħu jinkludu rekwiżiti speċifiċi li jikkomplementaw il-livell ġenerali tar-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni tal-ESRS 2. L-ESRs 2 Appendiċi C Divulgazzjoni/Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni fl-ESRS topiċi li huma applikabbli b’mod konġunt mad-Divulgazzjonijiet Ġenerali tal-ESRS 2 jipprovdu lista tar-rekwiżiti addizzjonali fl-ESRS topiċi li l-impriża għandha tapplika flimkien mar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fil-livell ġenerali tal-ESRS 2. |
10. |
Standards speċifiċi għas-settur huma applikabbli għall-impriżi kollha fi ħdan settur. Dawn jindirizzaw l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet li x’aktarx ikunu materjali għall-impriżi kollha f’settur speċifiku u li mhumiex koperti, jew mhumiex koperti biżżejjed, minn standards topiċi. L-istandards speċifiċi għas-settur huma multitopiċi u jkopru s-suġġetti li huma l-aktar rilevanti għas-settur inkwistjoni. L-istandards speċifiċi għas-settur jiksbu livell għoli ta’ komparabbiltà. |
11. |
Minbarra r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni stabbiliti fit-tliet kategoriji tal-ESRS, meta impriża tikkonkludi li impatt, riskju jew opportunità mhumiex koperti jew mhumiex koperti bi granularità suffiċjenti minn ESRS iżda huma materjali minħabba l-fatti u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħha, hija għandha tipprovdi divulgazzjonijiet addizzjonali speċifiċi għall-entità biex l-utenti jkunu jistgħu jifhmu l-impatti, ir-riskji jew l-opportunitajiet relatati mas-sostenibbiltà tal-impriża. Ir-rekwiżiti tal-applikazzjoni AR 1 sa AR 5 jipprovdu gwida ulterjuri dwar divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entità. |
1.2 oqsma ta’ rapportar u rekwiżiti minimi ta’ divulgazzjoni tal-kontenut dwar il-politiki, l-azzjonijiet, il-miri u l-metrika
12. |
Ir-rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni fl-ESRS 2, fl-ESRS topiċi u fl-ESRS speċifiċi għas-settur huma strutturati fl-oqsma ta’ rapportar li ġejjin:
|
13. |
L-ESRS 2 jinkludu:
L-impriża għandha tapplika r-rekwiżiti minimi ta’ divulgazzjoni rigward il-politiki, l-azzjonijiet, il-metriċi u l-miri flimkien mar-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni korrispondenti fl-ESRS topiċi u speċifiċi għas-settur. |
1.3 Konvenzjonijiet tal-abbozzar
14. |
Fl-ESRS kollha:
Kollettivament, dawn jissejħu “impatti, riskji u opportunitajiet” (IROs). Dawn jirriflettu l-perspettiva ta’ materjalità doppja tal-ESRS deskritta fit-Taqsima 3. |
15. |
It-termini kollha tal-ESRS li huma definiti fil-glossarju tad-definizzjonijiet (l-Anness II) jitqiegħdu b’tipa grassa korsiva, ħlief meta terminu definit jintuża aktar minn darba fl-istess paragrafu. |
16. |
L-ESRS jistrutturaw l-informazzjoni li trid tiġi ddivulgata skont ir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni. Kull Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni jikkonsisti f’punt ta’ data distint wieħed jew aktar. It-terminu “punt ta’ data” jista’ jirreferi wkoll għal subelement narrattiv ta’ Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni. |
17. |
Minbarra r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni, il-biċċa l-kbira tal-ESRS fihom ukoll Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni. Ir-Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni jappoġġaw l-applikazzjoni tar-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni u għandhom l-istess awtorità bħal partijiet oħra ta’ ESRS. |
18. |
L-ESRS jużaw it-termini li ġejjin biex jiddistingwu bejn gradi differenti ta’ obbligu fuq l-impriża li tiżvela informazzjoni:
Barra minn hekk, l-ESRS juża t-terminu “għandu jikkunsidra” meta jirreferi għal kwistjonijiet, riżorsi jew metodoloġiji li l-impriża hija mistennija li tqis jew li tuża fit-tħejjija ta’ divulgazzjoni partikolari jekk applikabbli. |
2. Karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni
19. |
Meta tkun qed tħejji d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha, l-impriża għandha tapplika:
|
20. |
Dawn il-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni huma definiti u deskritti fl-Appendiċi B ta’ dan l-Istandard. |
3. Materjalità doppja bħala l-bażi għad-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà
21. |
L-impriża għandha tirrapporta dwar kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà abbażi tal-prinċipju ta’ materjalità doppja kif definit u spjegat f’dan il-kapitolu. |
3.1 Il-partijiet ikkonċernati u r-rilevanza tagħhom għall-proċess ta’ valutazzjoni tal-materjalità
22. |
Il-partijiet ikkonċernati huma dawk li jistgħu jaffettwaw jew jiġu affettwati mill-impriża. Hemm żewġ gruppi ewlenin ta’ partijiet ikkonċernati:
|
23. |
Xi partijiet ikkonċernati, iżda mhux kollha, jistgħu jappartjenu għaż-żewġ gruppi msemmija fil-paragrafu 22. |
24. |
L-involviment mal-partijiet ikkonċernati affettwati huwa ċentrali għall-proċess kontinwu tad-diliġenza dovuta tal-impriża (ara l-kapitolu 4 Diliġenza dovuta) u l-valutazzjoni tal-materjalità tas-sostenibbiltà. Dan jinkludi l-proċessi tagħha sabiex tidentifika u tivvaluta l-impatti negattivi reali u potenzjali, li mbagħad jinformaw il-proċess ta’ valutazzjoni sabiex jiġu identifikati l-impatti materjali għall-finijiet tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà (ara t-taqsima 3.4 ta’ dan l-Istandard). |
3.2 Kwistjonijiet materjali u materjalità tal-informazzjoni
25. |
It-twettiq ta’ valutazzjoni tal-materjalità (ara t-taqsimiet 3.4 Il-materjalità tal-impatt u 3.5 Il-materjalità finanzjarja) huwa meħtieġ biex l-impriża tidentifika l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali li jridu jiġu rrapportati. |
26. |
Il-valutazzjoni tal-materjalità hija l-punt tat-tluq għar-rappurtar dwar is-sostenibbiltà skont l-ESRS. IRO-1 fit-Taqsima 4.1 tal-ESRS 2 jinkludi rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ġenerali dwar il-proċess tal-impriża biex tidentifika l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet u tivvaluta l-materjalità tagħhom. Il-SBM-3 tal-ESRS 2 jipprovdi rekwiżiti ġenerali ta’ divulgazzjoni dwar l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali li jirriżultaw mill-valutazzjoni tal-materjalità tal-impriża. |
27. |
Ir-rekwiżiti tal-Applikazzjoni fl-Appendiċi A ta’ dan l-Istandard jinkludu lista ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà koperti fl-ESRS topiċi, ikkategorizzati skont is-suġġetti, is-subsuġġetti u s-sottosuġġetti, biex jappoġġaw il-valutazzjoni tal-materjalità. L-Appendiċi E Flowchart għad-determinazzjoni tad-divulgazzjonijiet li għandhom jiġu inklużi f’dan l-Istandard tipprovdi illustrazzjoni tal-valutazzjoni tal-materjalità deskritta f’din it-taqsima. |
28. |
Kwistjoni ta’ sostenibbiltà hija “materjali” meta tissodisfa l-kriterji definiti għall-materjalità tal-impatt (ara t-taqsima 3.4 ta’ dan l-Istandard) jew il-materjalità finanzjarja (ara t-taqsima 3.5 ta’ dan l-Istandard) jew it-tnejn. |
29. |
Irrispettivament mill-eżitu tal-valutazzjoni tal-materjalità tagħha, l-impriża għandha dejjem tiddivulga l-informazzjoni meħtieġa minn: ESRS 2 Divulgazzjoni Ġenerali (jiġifieri r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni u l-punti tad-data kollha speċifikati fl-ESRS 2) u r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni (inklużi l-punti tad-data tagħhom) fl-ESRS topiku relatat mar-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni IRO-1 Deskrizzjoni tal-proċess għall-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali, kif elenkati fl-Appendiċi C tal-ESRS 2 Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni/Applikazzjoni f’ESRS topiċi li huma applikabbli b’mod konġunt mal-ESRS 2Divulgazzjonijiet Ġenerali. |
30. |
Meta l-impriża tikkonkludi li kwistjoni ta’ sostenibbiltà hija materjali bħala riżultat tal-valutazzjoni tal-materjalità tagħha, li fuqha ESRS 2 IRO-1, IRO-2 u SBM-3 jistabbilixxu rekwiżiti ta’ divulgazzjoni, hija għandha:
|
31. |
L-informazzjoni applikabbli preskritta fi ħdan Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni, inklużi l-punti tad-data tiegħu, jew divulgazzjoni speċifika għall-entità, għandha tiġi ddivulgata meta l-impriża tivvaluta, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha ta’ informazzjoni materjali, li l-informazzjoni hija rilevanti minn waħda jew aktar mill-perspettivi li ġejjin:
|
32. |
Jekk l-impriża tikkonkludi li t-tibdil fil-klima mhuwiex materjali u għalhekk tħalli barra r-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni fl-ESRS E1 Tibdil fil-klima, hija għandha tiddivulga spjegazzjoni dettaljata tal-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-materjalità tagħha fir-rigward tat-tibdil fil-klima (ara l-ESRS 2 IRO-2 Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni fl-ESRS koperti mid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-impriża), inkluża analiżi li tħares ’il quddiem tal-kundizzjonijiet li jistgħu jwasslu lill-impriża biex tikkonkludi li t-tibdil fil-klima huwa materjali fil-futur. Jekk l-impriża tikkonkludi li suġġett għajr it-tibdil fil-klima mhuwiex materjali u għalhekk tħalli barra r-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni kollha fl-ESRS topiku korrispondenti, hija tista’ tispjega fil-qosor il-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-materjalità tagħha għal dak is-suġġett. |
33. |
Meta tiddivulga informazzjoni dwar politiki, azzjonijiet u miri fir-rigward ta’ kwistjoni ta’ sostenibbiltà li tkun ġiet ivvalutata bħala materjali, l-impriża għandha tinkludi l-informazzjoni preskritta mir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni u l-punti tad-data kollha fl-ESRS topiċi u speċifiċi għas-settur relatati ma’ dik il-kwistjoni u fir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni Minimu korrispondenti dwar il-politiki, l-azzjonijiet u l-miri meħtieġa skont l-ESRS 2. Jekk l-impriża ma tkunx tista’ tiddivulga l-informazzjoni preskritta jew mir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni u mill-punti tad-data fl-ESRS topiku jew speċifiku għas-settur, jew mir-Rekwiżiti Minimi ta’ Divulgazzjoni fl-ESRS 2 dwar il-politiki, l-azzjonijiet u l-miri, minħabba li ma tkunx adottat il-politiki rispettivi, implimentat l-azzjonijiet rispettivi jew stabbiliet il-miri rispettivi, hija għandha tiddivulga li dan ikun il-każ u tista’ tirrapporta perjodu ta’ żmien li fih għandha l-għan li ddaħħalhom fis-seħħ. |
34. |
Meta tiddivulga informazzjoni dwar il-metriċi għal kwistjoni ta’ sostenibbiltà materjali skont it-taqsima Metriċi u Miri tal-ESRS topiku rilevanti, l-impriża:
|
35. |
Jekk l-impriża tħalli barra l-informazzjoni preskritta minn punt tad-data li jirriżulta minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE elenkata fl-Appendiċi B tal-ESRS 2, hija għandha tiddikjara b’mod espliċitu li l-informazzjoni inkwistjoni hija “mhux materjali”. |
36. |
L-impriża għandha tistabbilixxi kif tapplika l-kriterji, inklużi l-limiti xierqa, sabiex tiddetermina:
|
3.3 Materjalità doppja
37. |
Il-materjalità doppja għandha żewġ dimensjonijiet, jiġifieri: il-materjalità tal-impatt u l-materjalità finanzjarja. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, it-termini “materjali” u “materjalità” jintużaw fl-ESRS kollha biex jirreferu għal materjalità doppja. |
38. |
Il-valutazzjonijiet tal-materjalità tal-impatt u tal-materjalità finanzjarja huma relatati ma’ xulxin u għandhom jitqiesu l-interdipendenzi bejn dawn iż-żewġ dimensjonijiet. B’mod ġenerali, il-punt tat-tluq huwa l-valutazzjoni tal-impatti, għalkemm jista’ jkun hemm ukoll riskji u opportunitajiet materjali li mhumiex relatati mal-impatti tal-impriża. Impatt fuq is-sostenibbiltà jista’ jkun finanzjarjament materjali mill-bidu nett jew isir finanzjarjament materjali, meta jista’ jkun raġonevolment mistenni li jaffettwa l-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja, il-flussi tal-flus tal-impriża, l-aċċess tagħha għall-finanzjament jew il-kost tal-kapital fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju jew twil. L-impatti jinqabdu mill-perspettiva tal-materjalità tal-impatt irrispettivament minn jekk humiex finanzjarjament materjali jew le. |
39. |
Fl-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet fil-katina tal-valur tal-impriża biex tiddetermina l-materjalità tagħhom, l-impriża għandha tiffoka fuq oqsma fejn jitqiesu li x’aktarx jinħolqu impatti, riskji u opportunitajiet, abbażi tan-natura tal-attivitajiet, ir-relazzjonijiet kummerċjali, il-ġeografiji jew fatturi oħra kkonċernati. |
40. |
L-impriża għandha tikkunsidra kif hija affettwata mid-dipendenzi tagħha fuq id-disponibbiltà ta’ riżorsi naturali, umani u soċjali bi prezzijiet u kwalità xierqa, irrispettivament mill-impatti potenzjali tagħha fuq dawk ir-riżorsi. |
41. |
L-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet prinċipali ta’ impriża huma mifhuma li huma l-istess bħall-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali identifikati skont il-prinċipju ta’ materjalità doppja u għalhekk irrapportati fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. |
42. |
L-impriża għandha tapplika l-kriterji stabbiliti taħt it-taqsimiet 3.4 u 3.5 f’dan l-Istandard, bl-użu ta’ limiti kwantitattivi u/jew kwalitattivi xierqa. Huma meħtieġa limiti xierqa biex jiġi ddeterminat liema impatti, riskji u opportunitajiet huma identifikati u indirizzati mill-impriża bħala materjali u biex jiġi ddeterminat liema kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà huma materjali għall-finijiet ta’ rapportar. Xi standards u oqfsa eżistenti jużaw it-terminu “l-aktar impatti sinifikanti” meta jirreferu għal-limitu użat biex jiġu identifikati l-impatti li huma deskritti fl-ESRS bħala “impatti materjali.” |
3.4 Materjalità tal-impatt
43. |
Kwistjoni ta’ sostenibbiltà hija materjali minn perspettiva tal-impatt meta tappartjeni għall-impatti materjali reali jew potenzjali, pożittivi jew negattivi tal-impriża fuq in-nies jew l-ambjent fuq terminu qasir, medju jew twil. L-impatti jinkludu dawk marbuta mal-operazzjonijiet u l-katina tal-valur tal-impriża stess upstream u downstream, inkluż permezz tal-prodotti u s-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha. Ir-relazzjonijiet kummerċjali jinkludu dawk fil-katina tal-valur upstream u downstream tal-impriża u mhumiex limitati għal relazzjonijiet kuntrattwali diretti. |
44. |
F’dan il-kuntest, l-impatti fuq in-nies jew fuq l-ambjent jinkludu impatti fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza. |
45. |
Il-valutazzjoni tal-materjalità ta’ impatt negattiv hija informata mill-proċess ta’ diliġenza dovuta definit fl-istrumenti internazzjonali tal-prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali. Għall-impatti negattivi reali, il-materjalità hija bbażata fuq is-severità tal-impatt, filwaqt li għall-impatti negattivi potenzjali hija bbażata fuq is-severità u fuq il-probabbiltà tal-impatt. Is-severità hija bbażata fuq il-fatturi li ġejjin:
Fil-każ ta’ impatt negattiv potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem, is-severità tal-impatt tieħu preċedenza fuq il-probabbiltà tiegħu. |
46. |
Għal impatti pożittivi, il-materjalità tkun ibbażata fuq:
|
3.5 Materjalità finanzjarja
47. |
L-ambitu tal-materjalità finanzjarja għar-rapportar tas-sostenibbiltà huwa espansjoni tal-ambitu tal-materjalità użat fil-proċess tad-determinazzjoni ta’ liema informazzjoni għandha tiġi inkluża fir-rapporti finanzjarji tal-impriża. |
48. |
Il-valutazzjoni tal-materjalità finanzjarja tikkorrispondi għall-identifikazzjoni ta’ informazzjoni li titqies materjali għall-utenti primarji tar-rapporti finanzjarji bi skop ġenerali fit-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mal-għoti ta’ riżorsi lill-entità. B’mod partikolari, l-informazzjoni titqies materjali għall-utenti primarji tar-rapporti finanzjarji bi skop ġenerali jekk l-ommissjoni, id-dikjarazzjoni skorretta jew l-oskurar ta’ dik l-informazzjoni jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet li jieħdu fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-impriża. |
49. |
Kwistjoni ta’ sostenibbiltà hija materjali minn perspettiva finanzjarja jekk tiskatta jew tista’ tkun raġonevolment mistennija li tiskatta effetti finanzjarji materjali fuq l-impriża. Dan huwa l-każ meta kwistjoni ta’ sostenibbiltà tiġġenera riskji jew opportunitajiet li għandhom influwenza materjali, jew li jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jkollhom influwenza materjali, fuq l-iżvilupp, il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja, il-flussi tal-flus, l-aċċess għall-finanzjament jew il-kost tal-kapital fuq terminu qasir, medju jew twil tal-impriża. Ir-riskji u l-opportunitajiet jistgħu jirriżultaw minn avvenimenti passati jew avvenimenti futuri. Il-materjalità finanzjarja ta’ kwistjoni ta’ sostenibbiltà mhijiex ristretta għal kwistjonijiet li huma fil-kontroll tal-impriża iżda tinkludi informazzjoni dwar ir-riskji u l-opportunitajiet materjali attribwibbli għar-relazzjonijiet kummerċjali lil hinn mill-ambitu tal-konsolidazzjoni użata fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji. |
50. |
Id-dipendenzi fuq ir-riżorsi naturali, umani u soċjali jistgħu jkunu sorsi ta’ riskji jew opportunitajiet finanzjarji. Id-dipendenzi jistgħu jikkawżaw effetti b’żewġ modi possibbli:
|
51. |
Il-materjalità tar-riskji u l-opportunitajiet hija vvalutata abbażi ta’ kombinazzjoni tal-probabbiltà ta’ okkorrenza u l-kobor potenzjali tal-effetti finanzjarji. |
3.6 Impatti materjali jew riskji li jirriżultaw minn azzjonijiet sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà
52. |
Il-valutazzjoni tal-materjalità tal-impriża jista’ jwassal għall-identifikazzjoni ta’ sitwazzjonijiet li fihom l-azzjonijiet tagħha biex tindirizza ċerti impatti jew riskji, jew biex tibbenefika minn ċerti opportunitajiet fir-rigward ta’ kwistjoni ta’ sostenibbiltà, jista’ jkollhom impatti negattivi materjali jew jikkawżaw riskji materjali fir-rigward ta’ kwistjoni waħda jew aktar relatati mas-sostenibbiltà. Pereżempju:
|
53. |
F’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-impriża għandha:
|
3.7 Livell ta’ diżaggregazzjoni
54. |
Meta jkun meħtieġ għal fehim xieraq tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali tagħha, l-impriża għandha tiddiżaggrega l-informazzjoni rrapportata:
|
55. |
Meta tiddefinixxi l-livell xieraq ta’ diżaggregazzjoni għar-rapportar, l-impriża għandha tikkunsidra d-diżaggregazzjoni adottata fil-valutazzjoni tal-materjalità tagħha. Skont il-fatti u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-impriża, tista’ tkun neċessarja diżaggregazzjoni skont is-sussidjarji. |
56. |
Meta tiġi aggregata d-data minn livelli differenti, jew minn postijiet multipli f’livell, l-impriża għandha tiżgura li din l-aggregazzjoni ma taħbix l-ispeċifiċità u l-kuntest neċessarji sabiex tiġi interpretata l-informazzjoni. L-impriża ma għandhiex taggrega entrati materjali li jvarjaw fin-natura tagħhom. |
57. |
Meta l-impriża tippreżenta informazzjoni diżaggregata skont is-setturi, hija għandha tadotta l-klassifikazzjoni tas-settur tal-ESRS li għandha tiġi speċifikata f’att delegat adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 29b(1), it-tielet subparagrafu, il-punt (ii), tad-Direttiva 2013/34/UE. Meta ESRS topiku jew speċifiku għas-settur ikun jeħtieġ li jiġi adottat livell speċifiku ta’ diżaggregazzjoni fit-tħejjija ta’ element speċifiku ta’ informazzjoni, għandu jipprevali r-rekwiżit fl-ESRS topiku jew speċifiku għas-settur. |
4. Diliġenza dovuta
58. |
L-eżitu tal-proċess ta’ diliġenza dovuta dwar is-sostenibbiltà tal-impriża (imsejjaħ “diliġenza dovuta” fl-istrumenti internazzjonali msemmijin hawn taħt) jinforma l-valutazzjoni mill-impriża tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali tagħha. L-ESRs ma jimponu l-ebda rekwiżit ta’ kondotta fir-rigward tad-diliġenza dovuta; lanqas ma jestendu jew jimmodifikaw ir-rwol tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-impriża fir-rigward tat-twettiq tad-diliġenza dovuta. |
59. |
Id-diliġenza dovuta hija l-proċess li bih l-impriżi jidentifikaw, jipprevjenu, jimmitigaw u jqisu kif jindirizzaw l-impatti negattivi reali u potenzjali fuq l-ambjent u fuq il-persuni konnessi man-negozju tagħhom. Dawn jinkludu impatti negattivi marbuta mal-operazzjonijiet tal-impriża stess u l-katina tal-valur upstream u downstream tagħha , inkluż permezz tal-prodotti jew is-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha. Id-diliġenza dovuta hija prattika kontinwa li twieġeb u tista’ tiskatta bidliet fil-kuntesti tal-istrateġija, il-mudell tan-negozju, l-attivitajiet, ir-relazzjonijiet kummerċjali, l-operat, l-akkwist u l-bejgħ tal-impriża. Dan il-proċess huwa deskritt fl-istrumenti internazzjonali tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali. |
60. |
Dawn l-istrumenti internazzjonali jidentifikaw għadd ta’ passi fil-proċess tad-diliġenza dovuta, inkluż l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatti negattivi marbuta mal-operazzjonijiet u l-katina tal-valur upstream u downstream tal-impriża stess, inkluż permezz tal-prodotti jew is-servizzi tagħha, kif ukoll permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha. Meta l-impriża ma tkunx tista’ tindirizza l-impatti kollha f’daqqa, il-proċess ta’ diliġenza dovuta jippermetti li l-azzjoni tiġi pprijoritizzata fuq il-bażi tas-severità u tal-probabbiltà tal-impatti. Huwa dan l-aspett tal-proċess ta’ diliġenza dovuta li jinforma l-valutazzjoni tal-impatti materjali (ara t-taqsima 3.4 ta’ dan l-Istandard). L-identifikazzjoni tal-impatti materjali tappoġġa wkoll l-identifikazzjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali tas-sostenibbiltà, li spiss ikunu prodott ta’ impatti bħal dawn. |
61. |
L-elementi ewlenin tad-diliġenza dovuta huma riflessi direttament fir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni stabbiliti fl-ESRS 2 u fl-ESRS topiku, kif muri hawn taħt:
|
5. Katina tal-valur
5.1 Impriża li tirrapporta u katina tal-valur
62. |
Id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà għandha tkun għall-istess impriża li tirrapporta bħar-rapporti finanzjarji. Pereżempju, jekk l-impriża li tirrapporta tkun kumpanija omm meħtieġa tħejji rapporti finanzjarji konsolidati, id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tkun għall-grupp. Dan ir-rekwiżit ma japplikax meta l-impriża relatriċi ma tkunx meħtieġa tfassal rapporti finanzjarji jew meta l-impriża relatriċi tkun qed tħejji rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà skont l-Artikolu 48i tad-Direttiva 2013/34/UE. |
63. |
L-informazzjoni dwar l-impriża li tirrapporta pprovduta fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà għandha tiġi estiża biex tinkludi informazzjoni dwar l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali marbuta mal-impriża permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali diretti u indiretti tagħha fil-katina tal-valur upstream u/jew downstream (“informazzjoni dwar il-katina tal-valur”). Meta testendi l-informazzjoni dwar l-impriża li tirrapporta, l-impriża għandha tinkludi l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali marbutin mal-katina tal-valur upstream u downstream tagħha:
|
64. |
Il-paragrafu 63 ma jirrikjedix informazzjoni dwar kull attur fil-katina tal-valur, iżda biss l-inklużjoni ta’ informazzjoni materjali dwar il-katina tal-valur upstream u downstream. Kwistjonijiet differenti relatati mas-sostenibbiltà jistgħu jkunu materjali fir-rigward ta’ partijiet differenti tal-katina tal-valur upstream u downstream tal-impriża. L-informazzjoni għandha tiġi estiża biex tinkludi informazzjoni dwar il-katina tal-valur biss fir-rigward tal-partijiet tal-katina tal-valur li għalihom il-materja hija materjali. |
65. |
L-impriża għandha tinkludi informazzjoni dwar il-katina tal-valur materjali meta din tkun neċessarja sabiex:
|
66. |
Meta tkun qiegħda tiddetermina f’liema livell fl-operazzjonijiet tagħha stess u fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha tqum kwistjoni ta’ sostenibbiltà materjali, l-impriża għandha tuża l-valutazzjoni tagħha tal-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet skont il-prinċipju ta’ materjalità doppja (ara l-Kapitolu 3 ta’ dan l-Istandard). |
67. |
Meta kumpaniji assoċjati jew impriżi konġunti, kontabilizzati skont il-metodu tal-ekwità jew ikkonsolidati b’mod proporzjonali fir-rapporti finanzjarji, ikunu parti mill-katina tal-valur tal-impriża, pereżempju bħala fornituri, l-impriża għandha tinkludi informazzjoni relatata ma’ dawk l-assoċjati jew l-impriżi konġunti, f’konformità mal-paragrafu 63 b’mod konsistenti mal-approċċ adottat għar-relazzjonijiet kummerċjali l-oħrajn fil-katina tal-valur. F’dan il-każ, meta tiġi ddeterminata l-metrika tal-impatt, id-data tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta ma tkunx limitata għas-sehem tal-ekwità miżmum, iżda għandha titqies abbażi tal-impatti li huma konnessi mal-prodotti u s-servizzi tal-impriża permezz tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha. |
5.2 Stima bl-użu ta’ medji u ta’ indikaturi tas-settur
68. |
Il-kapaċità tal-impriża li tikseb l-informazzjoni meħtieġa dwar il-katina tal-valur upstream u downstream tista’ tvarja skont diversi fatturi, bħall-arranġamenti kuntrattwali tal-impriża, il-livell ta’ kontroll li teżerċita fuq l-operazzjonijiet barra mill-ambitu tal-konsolidazzjoni u s-setgħa tax-xiri tagħha. Meta l-impriża ma jkollhiex il-kapaċità li tikkontrolla l-attivitajiet tal-katina tal-valur upstream u/jew downstream tagħha u r-relazzjonijiet kummerċjali tagħha, il-kisba ta’ informazzjoni dwar il-katina tal-valur tista’ tkun aktar diffiċli. |
69. |
Ikun hemm ċirkostanzi fejn l-impriża ma tkunx tista’ tiġbor l-informazzjoni dwar il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha kif meħtieġ mill-paragrafu 63 wara li tagħmel sforzi raġonevoli biex tagħmel dan. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-impriża għandha tistma l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata dwar il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, billi tuża l-informazzjoni raġonevoli u sostenibbli kollha, bħad-data medja tas-settur u indikaturi oħrajn. |
70. |
Il-kisba ta’ informazzjoni dwar il-katina tal-valur tista’ tkun ta’ sfida wkoll fil-każ tal-SMEs u entitajiet oħra tal-katina tal-valur upstream u/jew downstream li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà meħtieġ mill-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE (ara ESRS 2 BP-2 Divulgazzjonijiet b’rabta ma’ ċirkostanzi speċifiċi). |
71. |
B’referenza għall-politiki, l-azzjonijiet u l-miri, ir-rappurtar tal-impriża għandu jinkludi informazzjoni dwar il-katina tal-valur upstream u/jew downstream sal-punt li dawk il-politiki, l-azzjonijiet u l-miri jinvolvu atturi fil-katina tal-valur. B’referenza għall-metriċi, f’ħafna każijiet, b’mod partikolari għal kwistjonijiet ambjentali li għalihom huma disponibbli indikaturi, l-impriża tista’ tkun tista’ tikkonforma mal-obbligi ta’ rapportar mingħajr ma tiġbor data mingħand l-atturi fil-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, b’mod partikolari mill-SMEs, pereżempju, meta tikkalkola l-Emissjonijiet tal-Ambitu 3 ta’ gassijiet serra tal-impriża. |
72. |
L-inkorporazzjoni ta’ stimi magħmulin bl-użu ta’ data medja tas-settur jew ta’ ta’ indikaturi oħrajn ma għandhiex tirriżulta f’informazzjoni li ma tissodisfax il-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni (ara l-kapitolu 2 u t-taqsima 7.2 Sorsi ta’ stima u ta’ inċertezza tal-eżitu ta’ dan l-Istandard). |
6. Perjodi ta’ żmien
6.1 Perjodu tar-rapportar
73. |
Il-perjodu tar-rapportar għad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-impriża għandu jkun konsistenti ma’ dak tar-rapporti finanzjarji tagħha. |
6.2 Irbit tal-passat, tal-preżent u tal-futur
74. |
L-impriża għandha tistabbilixxi rabtiet xierqa fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha bejn informazzjoni retrospettiva u dik li tħares ’il quddiem, meta rilevanti, sabiex trawwem fehim ċar ta’ kif l-informazzjoni storika tkun relatata ma’ informazzjoni orjentata lejn il-futur. |
6.3 Rapportar tal-progress kontra s-sena bażi
75. |
Sena bażi hija d-data jew il-perjodu ta’ referenza storiku li għalih tkun disponibbli l-informazzjoni u li miegħu tista’ titqabbel l-informazzjoni sussegwenti maż-żmien. |
76. |
L-impriża għandha tippreżenta informazzjoni komparattiva fir-rigward tas-sena bażi għall-ammonti rrapportati fil-perjodu kurrenti meta tirrapporta l-iżviluppi u l-progress lejn mira, sakemm ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni rilevanti ma jkunx diġà jiddefinixxi kif għandu jiġi rrapportat il-progress. L-impriża tista’ tinkludi wkoll informazzjoni storika dwar l-objettivi intermedji miksubin bejn is-sena bażi u l-perjodu tar-rapportar meta din tkun informazzjoni rilevanti. |
6.4 Definizzjoni ta’ terminu qasir, medju u twil għall-finijiet ta’ rapportar
77. |
Meta tħejji d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha, l-impriża għandha tadotta l-intervalli ta’ żmien li ġejjin sa tmiem il-perjodu tar-rapportar:
|
78. |
L-impriża għandha tuża diżaggregazzjoni addizzjonali għall-perjodu ta’ żmien fit-tul meta l-impatti jew l-azzjonijiet ikunu mistennija f’perjodu itwal minn 5 snin jekk ikun meħtieġ biex tipprovdi informazzjoni rilevanti lill-utenti tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà. |
79. |
Jekk ikunu meħtieġa definizzjonijiet differenti ta’ orizzonti ta’ żmien medju jew twil għal elementi speċifiċi ta’ divulgazzjoni f’ESRS oħra, għandhom jipprevalu d-definizzjonijiet f’dawk l-ESRS. |
80. |
Jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn l-użu tal-orizzonti ta’ żmien medju jew twil definiti fil-paragrafu 77 jirriżulta f’informazzjoni mhux rilevanti, peress li l-impriża tuża definizzjoni differenti għal (i) il-proċessi tagħha ta’ identifikazzjoni u ġestjoni ta’ impatti, riskji u opportunitajiet materjali jew (ii) id-definizzjoni tal-azzjonijiet tagħha u l-istabbiliment ta’ miri. Dawn iċ-ċirkostanzi jistgħu jkunu dovuti għal karatteristiċi speċifiċi għall-industrija, bħaċ-ċikli tal-fluss tal-flus u tan-negozju, id-durata mistennija tal-investimenti kapitali, l-orizzonti taż-żmien li fuqhom l-utenti tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà jwettqu l-valutazzjonijiet tagħhom jew l-orizzonti tal-ippjanar tipikament użati fl-industrija tal-impriża għat-teħid tad-deċiżjonijiet. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-impriża tista’ tadotta definizzjoni differenti ta’ orizzonti ta’ żmien ta’ terminu medju u/jew twil (ara ESRS 2 BP-2, paragrafu 9). |
81. |
Ir-referenzi għal “terminu qasir”, “terminu medju”, u “fit-tul” fl-ESRS jirreferu għall-orizzont ta’ żmien kif iddeterminat mill-impriża skont id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 77 sa 80. |
7. Tħejjija u preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà
82. |
Dan il-kapitolu jipprovdi rekwiżiti ġenerali li għandhom jiġu applikati meta titħejja u tiġi ppreżentata informazzjoni dwar is-sostenibbiltà. |
7.1 Preżentazzjoni ta’ informazzjoni komparattiva
83. |
L-impriża għandha tiddivulga informazzjoni komparattiva fir-rigward tal-perjodu preċedenti għall-metriċi kwantitattivi u l-ammonti monetarji kollha divulgati fil-perjodu attwali. Meta jkun rilevanti għal fehim tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-perjodu attwali, l-impriża għandha tiddivulga wkoll informazzjoni komparattiva għal divulgazzjonijiet narrattivi. |
84. |
Meta l-impriża tirrapporta informazzjoni komparattiva li tkun differenti mill-informazzjoni rrapportata fil-perjodu preċedenti, hija għandha tiddivulga:
|
85. |
Kultant ma jkunx prattikabbli li tiġi aġġustata l-informazzjoni komparattiva għal perjodu preċedenti wieħed jew aktar sabiex tinkiseb komparabilità mal-perjodu kurrenti. Pereżempju, id-data jaf ma nġabritx fil-perjodu/i preċedenti b’mod li jippermetti jew l-applikazzjoni retrospettiva ta’ definizzjoni ġdida ta’ metrika jew ta’ mira, jew ridikjarazzjoni retrospettiva sabiex jiġi kkoreġut errur tal-perjodu preċedenti, u jista’ ma jkunx prattikabbli li terġa’ tinħoloq l-informazzjoni (ara l-ESRS 2 BP-2). Meta ma jkunx prattikabbli li tiġi aġġustata l-informazzjoni komparattiva għal perjodu preċedenti wieħed jew aktar, l-impriża għandha tiddivulga dan il-fatt. |
86. |
Meta ESRS jirrikjedi li l-impriża tippreżenta aktar minn perjodu komparattiv wieħed għal punt metriku jew tad-data, għandhom jipprevalu r-rekwiżiti ta’ dak l-ESRS. |
7.2 Sorsi ta’ stima u ta’ inċertezza tal-eżitu
87. |
Meta l-metriċi kwantitattivi u l-ammonti monetarji, inkluża l-informazzjoni dwar il-katina tal-valur upstream u downstream (ara l-Kapitolu 5 ta’ dan l-Istandard), ma tkunx tista’ titkejjel direttament u tkun tista’ tiġi stmata biss, tista’ tinħoloq inċertezza tal-kejl. |
88. |
Impriża għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti lill-utenti jifhmu l-aktar inċertezzi sinifikanti li jaffettwaw il-metriċi kwantitattivi u l-ammonti monetarji rrapportati fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. |
89. |
L-użu ta’ suppożizzjonijiet u ta’ stimi raġonevoli, inklużi analiżi tax-xenarju jew tas-sensittività, huwa parti essenzjali mit-tħejjija ta’ informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà u ma jimminax l-utilità ta’ dik l-informazzjoni, dment li s-suppożizzjonijiet u l-istimi jiġu deskritti u spjegati b’mod akkurat. Anke livell għoli ta’ inċertezza tal-kejl mhux neċessarjament jipprevjeni tali suppożizzjoni jew stima milli tipprovdi informazzjoni utli jew milli tissodisfa l-karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni (ara l-Appendiċi C ta’ dan l-Istandard). |
90. |
Id-data u s-suppożizzjonijiet użati fit-tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà għandhom ikunu konsistenti sa fejn ikun possibbli mad-data finanzjarja korrispondenti u s-suppożizzjonijiet użati fir-rapporti finanzjarji tal-impriża. |
91. |
Uħud mill-ESRS jeħtieġu d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni bħal spjegazzjonijiet dwar eventi futuri possibbli li għandhom eżiti inċerti. Meta jiġi vvalutat jekk l-informazzjoni dwar tali eventi futuri possibbli tkunx materjali, l-impriża għandha tirreferi għall-kriterji fil-Kapitolu 3 ta’ dan l-Istandard u tikkunsidra:
|
92. |
Meta tivvaluta l-eżiti possibbli, l-impriża għandha tikkunsidra l-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluża informazzjoni dwar eżiti ta’ probabbiltà baxxa u ta’ impatt għoli, li, meta jiġu aggregati flimkien, jistgħu jsiru materjali. Pereżempju, l-impriża tista’ tkun skoperta għal diversi impatti jew riskji, li kull wieħed minnhom jista’ jikkawża l-istess tip ta’ tfixkil; bħal tfixkil fil-katina tal-provvista tal-impriża. L-informazzjoni dwar sors individwali ta’ riskju tista’ ma tkunx materjali jekk ikun improbabbli ħafna li jseħħ tfixkil minn dak is-sors. Madankollu, l-informazzjoni dwar ir-riskju aggregat ta’ tfixkil fil-katina tal-provvista mis-sorsi kollha tista’ tkun materjali (ara ESRS 2 BP-2). |
7.3 Aġġornament tad-divulgazzjonijiet dwar l-eventi wara t-tmiem tal-perjodu tar-rapportar
93. |
F’xi każijiet, l-impriża tista’ tirċievi informazzjoni wara l-perjodu tar-rapportar iżda qabel ma r-rapport dwar il-ġestjoni jiġi approvat għall-ħruġ. Jekk tali informazzjoni tipprovdi evidenza jew għarfien dwar il-kundizzjonijiet eżistenti fi tmiem il-perjodu, l-impriża għandha, meta jkun xieraq, taġġorna l-istimi u d-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà, fid-dawl tal-informazzjoni l-ġdida. |
94. |
Meta tali informazzjoni tipprovdi evidenza jew għarfien dwar tranżazzjonijiet materjali, avvenimenti u kundizzjonijiet oħra li jirriżultaw wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, l-impriża għandha, fejn xieraq, tipprovdi informazzjoni narrattiva li tindika l-eżistenza, in-natura u l-konsegwenzi potenzjali ta’ dawn l-avvenimenti ta’ wara s-sena. |
7.4 Bidliet fit-tħejjija jew fil-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà
95. |
Id-definizzjoni u l-kalkolu tal-metriċi, inklużi l-metriċi użati sabiex jiġu stabbiliti l-miri u jiġi mmonitorjat il-progress lejhom, għandhom ikunu konsistenti maż-żmien. L-impriża għandha tipprovdi ċifri komparattivi ddikjarati mill-ġdid, sakemm ma jkunx imprattikabbli li tagħmel dan (ara ESRS 2 BP-2), meta tkun:
|
7.5 Rapportar ta’ erruri tal-perjodi preċedenti
96. |
L-impriża għandha tikkoreġi erruri materjali tal-perjodi preċedenti billi tiddikjara mill-ġdid l-ammonti komparattivi għall-perjodu/i preċedenti ddivulgat(i), sakemm ma jkunx imprattikabbli li jsir dan. Dan ir-rekwiżit ma jestendix għall-perjodi ta’ rapportar qabel l-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-ESRS mill-impriża. |
97. |
L-erruri tal-perjodi preċedenti huma ommissjonijiet minn dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tal-impriża għal perjodu preċedenti wieħed jew aktar, u dikjarazzjonijiet skorretti fihom. Tali erruri jirriżultaw minn nuqqas ta’ użu jew minn użu ħażin ta’ informazzjoni affidabbli li:
|
98. |
Tali erruri jinkludu: l-effetti ta’ żbalji matematiċi, ta’ żbalji fl-applikazzjoni tad-definizzjonijiet għall-metriċi jew għall-miri, ta’ żvisti jew ta’ interpretazzjonijiet ħżiena ta’ fatti, u ta’ frodi. |
99. |
L-erruri potenzjali fil-perjodu kurrenti skopert if’dak il-perjodu jiġu kkoreġuti qabel ma r-rapport dwar il-ġestjoni jiġi awtorizzat għall-ħruġ. Madankollu, l-erruri materjali xi drabi jiġu skoperti biss f’perjodu sussegwenti. |
100. |
Meta ma jkunx prattikabbli li jiġi ddeterminat l-effett ta’ errur fuq il-perjodi preċedenti kollha ppreżentati, l-impriża għandha tiddikjara mill-ġdid l-informazzjoni komparattiva sabiex tikkoreġi l-iżball mill-aktar data bikrija prattikabbli. Meta tikkoreġi d-divulgazzjonijiet għal perjodu preċedenti, l-impriża ma għandhiex tuża l-esperjenza miksuba wara billi tagħmel suppożizzjonijiet dwar x’kienu jkunu l-intenzjonijiet tal-maniġment f’perjodu preċedenti jew billi tistma l-ammonti ddivulgati f’perjodu preċedenti. Dan ir-rekwiżit japplika għall-korrezzjoni tad-divulgazzjonijiet kemm li jħarsu lura kif ukoll li jħarsu ’l quddiem. |
101. |
Il-korrezzjonijiet ta’ erruri huma differenti minn bidliet fl-istimi. L-istimi jista’ jkollhom bżonn jiġu riveduti hekk kif issir magħrufa informazzjoni addizzjonali (ara ESRS 2 BP-2). |
7.6 Rapportar konsolidat u eżenzjoni sussidjarja
102. |
Meta l-impriża tkun qiegħda tirrapporta f’livell konsolidat, l-impriża għandha twettaq il-valutazzjoni tagħha tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali għall-grupp konsolidat kollu, irrispettivament mill-istruttura ġuridika tal-grupp tagħha. Għandha tiżgura li s-sussidjarji kollha jkunu koperti b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni imparzjali tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet materjali. Il-kriterji u l-limiti għall-valutazzjoni ta’ impatt, ta’ riskju jew ta’ opportunità bħala materjal għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-kapitolu 3 ta’ dan l-Istandard. |
103. |
Meta l-impriża tidentifika differenzi sinifikanti bejn l-impatti, ir-riskji jew l-opportunitajiet materjali fil-livell tal-grupp u l-impatti, ir-riskji jew l-opportunitajiet materjali ta’ waħda jew aktar mis-sussidjarji tagħha, l-impriża għandha tipprovdi deskrizzjoni adegwata tal-impatti, tar-riskji u tal-opportunitajiet, kif xieraq, tas-sussidjarja jew tas-sussidjarji kkonċernati. |
104. |
Meta tivvaluta jekk id-differenzi bejn l-impatti, ir-riskji jew l-opportunitajiet materjali fil-livell tal-grupp u l-impatti, ir-riskji jew l-opportunitajiet materjali ta’ waħda jew aktar mis-sussidjarji tagħha jkunux sinifikanti, l-impriża tista’ tikkunsidra ċirkostanzi differenti, bħal jekk is-sussidjarja jew is-sussidjarji joperawx f’settur differenti mill-bqija tal-grupp jew fiċ-ċirkostanzi riflessi fit-taqsima 3.7 Livell ta’ diżaggregazzjoni. |
7.7 Informazzjoni klassifikata u sensittiva, u informazzjoni dwar il-proprjetà intellettwali, l-għarfien espert jew ir-riżultati tal-innovazzjoni
105. |
L-impriża mhijiex meħtieġa tiżvela informazzjoni klassifikata jew informazzjoni sensittiva, anki jekk tali informazzjoni titqies materjali. |
106. |
Meta tiddivulga informazzjoni dwar l-istrateġija, il-pjanijiet u l-azzjonijiet tagħha, meta parti speċifika ta’ informazzjoni li tikkorrispondi għall-proprjetà intellettwali, għall-għarfien espert jew għar-riżultati tal-innovazzjoni tkun rilevanti sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni, l-impriża tista’ madankollu tħalli barra dik il-biċċa informazzjoni speċifika jekk:
|
107. |
Jekk l-impriża tħalli barra informazzjoni klassifikata jew informazzjoni sensittiva, jew biċċa informazzjoni speċifika li tikkorrispondi għall-proprjetà intellettwali, l-għarfien jew ir-riżultati tal-innovazzjoni minħabba li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu preċedenti, hija għandha tikkonforma mar-rekwiżit ta’ divulgazzjoni inkwistjoni billi tiżvela l-informazzjoni l-oħra kollha meħtieġa. |
108. |
L-impriża għandha tagħmel kull sforz raġonevoli biex tiżgura li lil hinn mill-ommissjoni tal-informazzjoni klassifikata jew informazzjoni sensittiva, jew tal-biċċa informazzjoni speċifika li tikkorrispondi għall-proprjetà intellettwali, l-għarfien jew ir-riżultati tal-innovazzjoni, ir-rilevanza ġenerali tad-divulgazzjoni inkwistjoni ma tiġix imfixkla. |
7.8 Rapportar dwar l-opportunitajiet
109. |
Meta jsir rapportar dwar l-opportunitajiet, id-divulgazzjoni għandha tikkonsisti f’informazzjoni deskrittiva li tippermetti lill-qarrej jifhem l-opportunità għall-impriża jew għas-settur kollu. Meta tirrapporta dwar l-opportunitajiet, l-impriża għandha tikkunsidra l-materjalità tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata. F’dan il-kuntest, hija għandha tikkunsidra, fost fatturi oħrajn:
|
8. Struttura tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà
110. |
Dan il-kapitolu jipprovdi l-bażi għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà mħejjija f’konformità mal-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE (jiġifieri d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà) fir-rapport ta’ ġestjoni tal-impriża. Tali informazzjoni hija ppreżentata f’taqsima apposta tar-rapport dwar il-ġestjoni identifikat bħala d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà. L-Appendiċi F Eżempju tal-istruttura tad-dikjarazzjoni tas-sostenibbiltà tal-ESRS ta’ dan l-Istandard jipprovdi eżempju illustrattiv ta’ dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà strutturata skont ir-rekwiżiti ta’ dan il-kapitolu. |
8.1 Rekwiżit ġenerali ta’ preżentazzjoni
111. |
L-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà għandha tiġi ppreżentata:
|
8.2 Kontenut u struttura tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà
112. |
Ħlief għall-possibbiltà li tiġi inkorporata informazzjoni b’referenza f’konformità mat-Taqsima 9.1 tal-Inkorporazzjoni b’referenza għal dan l-Istandard, l-impriża għandha tirrapporta d-divulgazzjonijiet applikabbli kollha meħtieġa mill-ESRS f’konformità mal-Kapitolu 1 ta’ dan l-Istandard, f’taqsima ddedikata tar-rapport maniġerjali. |
113. |
L-impriża għandha tinkludi fid-dikjarazzjoni tas-sostenibbiltà tagħha d-divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u skont ir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni li jispeċifikaw il-kontenut u modalitajiet oħra ta’ dawk id-divulgazzjonijiet. L-impriża għandha tiżgura li dawn id-divulgazzjonijiet ikunu identifikabbli separatament fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà. Id-divulgazzjonijiet relatati ma’ kull wieħed mill-objettivi ambjentali definiti fir-Regolament dwar it-Tassonomija għandhom jiġu ppreżentati flimkien f’parti identifikabbli b’mod ċar tat-taqsima ambjentali tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà. Dawn id-divulgazzjonijiet mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-ESRS, bl-eċċezzjoni ta’ dan il-paragrafu u l-ewwel sentenza tal-paragrafu 115 ta’ dan l-istandard. |
114. |
Meta l-impriża tinkludi fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha divulgazzjonijiet addizzjonali li jirriżultaw minn (i) leġiżlazzjoni oħra li tirrikjedi li l-impriża tiddivulga informazzjoni dwar is-sostenibbiltà, jew (ii) standards u oqfsa tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ġeneralment aċċettati, inklużi gwida mhux obbligatorja u gwida speċifika għas-settur, ippubblikati minn korpi oħra li jistabbilixxu l-istandards (bħal materjal tekniku maħruġ mill-Bord tal-Istandards Internazzjonali tas-Sostenibbiltà jew l-Inizjattiva Globali ta’ Rapportar), tali divulgazzjonijiet għandhom:
|
115. |
L-impriża għandha tistruttura d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha f’erba’ partijiet, fl-ordni li ġejja: informazzjoni ġenerali, informazzjoni ambjentali (inkluż divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852), informazzjoni soċjali u informazzjoni dwar il-governanza. Filwaqt li tirrispetta d-dispożizzjoni fit-Taqsima 3.6 Impatti materjali jew riskji li jirriżultaw minn azzjonijiet biex jiġu indirizzati kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà ta’ dan l-Istandard, meta l-informazzjoni pprovduta f’parti waħda jkun fiha informazzjoni li trid tiġi rrapportata f’parti oħra, l-impriża tista’ tirreferi f’parti waħda għall-informazzjoni ppreżentata f’parti oħra, u b’hekk tevita d-duplikazzjonijiet. L-impriża tista’ tapplika l-istruttura dettaljata murija fl-Appendiċi F ta’ dan l-Istandard. |
116. |
Id-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS speċifiċi għas-settur għandhom jiġu raggruppati skont il-qasam tar-rapportar u, fejn applikabbli, skont is-suġġett tas-sostenibbiltà. Dawn għandhom jiġu ppreżentati flimkien mad-divulgazzjonijiet meħtieġa mill-ESRS 2 u l-ESRS topiku korrispondenti. |
117. |
Meta l-impriża tiżviluppa divulgazzjonijiet materjali speċifiċi għall-entità f’konformità mal-paragrafu 11, hija għandha tirrapporta dawk id-divulgazzjonijiet flimkien mad-divulgazzjonijiet agnostiċi għas-settur u speċifiċi għas-settur l-aktar rilevanti. |
9. Rabtiet ma’ partijiet oħrajn ta’ rapportar korporattiv u informazzjoni konnessa
118. |
L-impriża għandha tipprovdi informazzjoni li tippermetti lill-utenti tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha jifhmu l-konnessjonijiet bejn biċċiet differenti ta’ informazzjoni fid-dikjarazzjoni, u l-konnessjonijiet bejn l-informazzjoni fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà u informazzjoni oħra li l-impriża tiddivulga f’partijiet oħra tar-rapportar korporattiv tagħha. |
9.1 inkorporazzjoni b’referenza
119. |
Dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 120, l-informazzjoni preskritta minn Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ta’ ESRS, inkluż punt tad-data speċifiku preskritt minn Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni, tista’ tiġi inkorporata fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà b’referenza għal:
|
120. |
L-impriża tista’ tinkorpora informazzjoni b’referenza għad-dokumenti jew għal parti mid-dokumenti elenkati fil-paragrafu 119, dment li d-divulgazzjonijiet inkorporati b’referenza:
|
121. |
Dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 120 jiġu ssodisfati, l-informazzjoni prestabbilita minn Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni ta’ ESRS inkluż punt ta’ data speċifiku prestabbilit minn Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni tista’ tiġi inkorporata fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà b’referenza għar-rapport tal-impriża mħejji skont ir-Regolament (UE) Nru 1221/2009 dwar l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS) (12). F’dan il-każ, l-impriża għandha tiżgura li l-informazzjoni inkorporata b’referenza tiġi prodotta bl-użu tal-istess bażi għat-tħejjija tal-informazzjoni tal-ESRS, inklużi l-ambitu tal-konsolidazzjoni u t-trattament tal-informazzjoni dwar il-katina tal-valur. |
122. |
Fit-tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha bl-użu tal-inkorporazzjoni b’referenza, l-impriża għandha tikkunsidra l-koeżività ġenerali tal-informazzjoni rrapportata u tiżgura li l-inkorporazzjoni b’referenza ma tfixkilx il-leġġibbiltà tad-dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà. Appendiċi G Eżempju ta’ inkorporazzjoni b’referenza ta’ dan l-Istandard huwa eżempju illustrattiv ta’ inkorporazzjoni b’referenza (Ara ESRS 2 BP-2). |
9.2 informazzjoni konnessa u konnettività mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji
123. |
L-impriża għandha tiddeskrivi r-relazzjonijiet bejn biċċiet differenti ta’ informazzjoni. Dan jista’ jirrikjedi l-konnessjoni ta’ informazzjoni narrattiva dwar il-governanza, l-istrateġija u l-ġestjoni tar-riskju ma’ metriċi u ma’ miri relatati. Pereżempju, meta tipprovdi informazzjoni konnessa, l-impriża jista’ jkollha bżonn tispjega l-effett jew l-effett probabbli tal-istrateġija tagħha fuq ir-rapporti finanzjarji jew il-pjanijiet finanzjarji tagħha, jew tispjega kif l-istrateġija tagħha hija relatata ma’ metriċi u miri użati biex jitkejjel il-progress imqabbel mal-prestazzjoni. Barra minn hekk, l-impriża jista’ jkollha bżonn tispjega kif l-użu tagħha tar-riżorsi naturali u l-bidliet fil-katina tal-provvista tagħha jistgħu jamplifikaw, ibiddlu jew inaqqsu l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha. Jista’ jkollha bżonn torbot din l-informazzjoni mal-informazzjoni dwar l-effetti finanzjarji attwali jew antiċipati fuq il-kostijiet tal-produzzjoni tagħha, mar-rispons strateġiku tagħha biex ittaffi tali impatti jew riskji, u mal-investiment relatat tagħha f’assi ġodda. L-impriża jista’ jkollha bżonn ukoll torbot l-informazzjoni narrattiva mal-metriċi u l-miri relatati u mal-informazzjoni fir-rapporti finanzjarji. L-informazzjoni li tiddeskrivi l-konnessjonijiet għandha tkun ċara u konċiża. |
124. |
Meta d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tinkludi ammonti monetarji jew punti ta’ data kwantitattivi oħra li jaqbżu livell limitu ta’ materjalità u li huma ppreżentati fir-rapporti finanzjarji (konnettività diretta bejn l-informazzjoni divulgata fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà u l-informazzjoni divulgata fir-rapporti finanzjarji), l-impriża għandha tinkludi referenza għall-paragrafu rilevanti tar-rapporti finanzjarji tagħha fejn tista’ tinstab l-informazzjoni korrispondenti. |
125. |
Id-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tista’ tinkludi ammonti monetarji jew punti ta’ data kwantitattivi oħra li jaqbżu livell limitu ta’ materjalità u li huma jew aggregazzjoni ta’, jew parti minn, ammonti monetarji jew data kwantitattiva ppreżentata fir-rapporti finanzjarji tal-impriża (konnettività indiretta bejn l-informazzjoni divulgata fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà u l-informazzjoni divulgata fir-rapporti finanzjarji). Jekk dan ikun il-każ, l-impriża għandha tispjega kif dawn l-ammonti jew il-punti ta’ data fid-dikjarazzjoni tas-sostenibbiltà huma relatati mal-ammonti l-aktar rilevanti ppreżentati fir-rapporti finanzjarji. Din id-divulgazzjoni għandha tinkludi referenza għall-entrata f’linja u/jew għall-paragrafi rilevanti tar-rapporti finanzjarji tagħha fejn tista’ tinstab l-informazzjoni korrispondenti. Fejn xieraq, tista’ tiġi pprovduta rikonċiljazzjoni, u dini tista’ tiġi ppreżentata f’forma ta’ tabella. |
126. |
Fil-każ ta’ informazzjoni mhux koperta mill-paragrafi 124 u 125, l-impriża għandha tispjega, abbażi ta’ livell limitu ta’ materjalità, il-konsistenza ta’ data sinifikanti, suppożizzjonijiet u informazzjoni kwalitattiva inkluża fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha mad-data, is-suppożizzjonijiet u l-informazzjoni kwalitattiva korrispondenti inklużi fir-rapporti finanzjarji. Dan jista’ jseħħ meta d-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tinkludi:
|
127. |
Il-konsistenza kif meħtieġa mill-paragrafu 126 għandha tkun fil-livell ta’ punt uniku ta’ data u għandha tinkludi referenza għall-entrata f’linja jew il-paragrafu tan-noti rilevanti tar-rapporti finanzjarji. Meta data, suppożizzjonijiet u informazzjoni kwalitattiva sinifikanti ma jkunux konsistenti, l-impriża għandha tiddikjara dak il-fatt u tispjega r-raġuni. |
128. |
Eżempji ta’ entrati li għalihom hija meħtieġa l-ispjegazzjoni fil-paragrafu 126, huma:
|
129. |
L-ESRS topiċi u speċifiċi għas-setturi jistgħu jinkludu rekwiżiti sabiex jiġu inklużi rikonċiljazzjonijiet jew sabiex tintwera l-konsistenza tad-data u tas-suppożizzjonijiet għal Rekwiżiti speċifiċi ta’ Divulgazzjoni. F’każijiet bħal dawn, ir-rekwiżiti f’dawk l-ESRS għandhom jipprevalu. |
10 Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
10.1 Dispożizzjoni tranżizzjonali relatata ma’ divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet
130. |
Il-punt sa fejn il-kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà huma koperti mill-ESRS huwa mistenni li jevolvi hekk kif jiġu żviluppati aktar Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni. Għalhekk, il-ħtieġa għal divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet x’aktarx li tonqos maż-żmien, b’mod partikolari bħala riżultat tal-adozzjoni futura ta’ standards speċifiċi għas-settur. |
131. |
Meta tiddefinixxi d-divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet tagħha, l-impriża tista’ tadotta miżuri tranżizzjonali għat-tħejjija tagħhom fl-ewwel tliet dikjarazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà annwali li taħthom hija tista’, bħala prijorità:
|
10.2 Dispożizzjoni tranżizzjonali relatata mal-kapitolu 5 Katina tal-valur
132. |
Għall-ewwel 3 snin tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà tal-impriża skont l-ESRS, f’każ li ma tkunx disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa rigward il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, l-impriża għandha tispjega l-isforzi li jkunu saru biex tinkiseb l-informazzjoni meħtieġa dwar il-katina tal-valur upstream u downstream tagħha, ir-raġunijiet għaliex ma tkunx tista’ tinkiseb l-informazzjoni kollha meħtieġa, u l-pjanijiet tagħha li tikseb l-informazzjoni meħtieġa fil-futur. |
133. |
Għall-ewwel 3 snin tar-rapportar tagħha dwar is-sostenibbiltà skont l-ESRS, sabiex jitqiesu d-diffikultajiet li l-impriżi jistgħu jiltaqgħu magħhom fil-ġbir ta’ informazzjoni mingħand l-atturi tul il-katina tal-valur tagħhom u sabiex jiġi limitat il-piż għall-SMEs fil-katina tal-valur:
|
134. |
Il-paragrafi 132 u 133 japplikaw irrispettivament minn jekk l-attur rilevanti fil-katina tal-valur huwiex SME jew le. |
135. |
Mir-raba’ sena tar-rapportar tagħha skont l-ESRS, l-impriża għandha tinkludi informazzjoni dwar il-katina tal-valur upstream u/jew downstream skont il-paragrafu 63. F’dan il-kuntest, l-informazzjoni meħtieġa mill-ESRS li għandha tinkiseb mill-impriżi tal-SMEs fil-katina tal-valur upstream u/jew downstream tal-impriża mhux se taqbeż il-kontenut tal-ESRS futur għall-SMEs elenkati. |
10.3 Dispożizzjoni tranżitorja relatata mat-taqsima 7.1 Preżentazzjoni ta’ informazzjoni komparattiva
136. |
Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni għall-ewwel darba ta’ dan l-Istandard, l-impriża mhijiex meħtieġa tiddivulga l-informazzjoni komparattiva meħtieġa mit-taqsima 7.1 Preżentazzjoni ta’ informazzjoni komparattiva fl-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-ESRS. Għar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni elenkati fl-Appendiċi C tal-Lista ta’ Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni introdotti gradwalment, din id-dispożizzjoni tranżizzjonali tapplika b’referenza għall-ewwel sena ta’ applikazzjoni obbligatorja tar-rekwiżit ta’ divulgazzjoni introdott gradwalment. |
10.4 Dispożizzjoni tranżitorja: Lista ta’ Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni li jiddaħħlu gradwalment
137. |
Appendiċi C Lista ta’ Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni introdotti f’dan l-Istandard tistabbilixxi dispożizzjonijiet ta’ introduzzjoni gradwali għar-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni jew punti ta’ data tar-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni fl-ESRS li jistgħu jitħallew barra jew li mhumiex applikabbli fl-ewwel sena/snin ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà skont l-ESRS. |
Appendiċi A
Rekwiżiti ta’ Applikazzjoni
Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS 1 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-Istandard.
Divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet
AR 1. |
Id-divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entità għandhom jippermettu lill-utenti jifhmu l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet tal-impriża fir-rigward ta’ kwistjonijiet ambjentali, soċjali jew ta’ governanza. |
AR 2. |
Meta tiżviluppa divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entità, l-impriża għandha tiżgura li:
|
AR 3. |
Meta tiġi ddeterminata l-utilità tal-metriċi għall-inklużjoni fid-divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet tagħha, l-impriża għandha tikkunsidra jekk:
|
AR 4. |
Meta tiżviluppa d-divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet tagħha, l-impriża għandha tikkunsidra bir-reqqa:
|
AR 5. |
Tista’ tinstab gwida ulterjuri għall-iżvilupp ta’ divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entitajiet billi tiġi kkunsidrata l-informazzjoni meħtieġa skont l-ESRS topiku li jindirizza kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà simili. |
Materjalità doppja
Il-partijiet ikkonċernati u r-rilevanza tagħhom għall-proċess ta’ valutazzjoni tal-materjalità
AR 6. |
Minbarra l-kategoriji tal-partijiet ikkonċernati elenkati fil-paragrafu 22, il-kategoriji komuni tal-partijiet ikkonċernati huma: impjegati u ħaddiema oħra, fornituri, konsumaturi, klijenti, utenti finali, komunitajiet lokali u persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, u awtoritajiet pubbliċi, inklużi regolaturi, superviżuri u banek ċentrali. |
AR 7. |
In-natura tista’ titqies bħala parti kkonċernata siekta. F’dan il-każ, id-data ekoloġika u d-data dwar il-konservazzjoni tal-ispeċijiet jistgħu jappoġġaw il-valutazzjoni tal-materjalità tal-impriża. |
AR 8. |
Il-valutazzjoni tal-materjalità tiġi informata mid-djalogu mal-partijiet ikkonċernati affettwati. L-impriża tista’ tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati affettwati jew lir-rappreżentanti tagħhom (bħall-impjegati jew it-trade unions), flimkien mal-utenti tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u ma’ esperti oħrajn, sabiex jipprovdu kontributi jew feedback dwar il-konklużjonijiet tagħha rigward l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali tagħha. |
Valutazzjoni tal-materjalità tal-impatt
AR 9. |
Meta tivvaluta l-materjalità tal-impatt u tiddetermina l-kwistjonijiet materjali li għandhom jiġu rrapportati, l-impriża għandha tikkunsidra t-tliet passi li ġejjin:
|
Karatteristiċi tas-severità
AR 10. |
Is-severità tiġi ddeterminata mill-fatturi li ġejjin:
|
AR 11. |
Kwalunkwe waħda mit-tliet karatteristiċi (l-iskala, l-ambitu, u l-karattru irrimedjabbli) tista’ tħalli impatt negattiv sever. Fil-każ ta’ impatt negattiv potenzjali fuq id-drittijiet tal-bniedem, is-severità tal-impatt tieħu preċedenza fuq il-probabbiltà tiegħu. |
Impatti marbuta mal-impriża
AR 12. |
Bħala illustrazzjoni:
|
Valutazzjoni tal-materjalità finanzjarja
AR 13. |
Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ kif l-impatti u d-dipendenzi huma sorsi ta’ riskji jew ta’ opportunitajiet:
|
AR 14. |
L-identifikazzjoni tar-riskji u l-opportunitajiet li jaffettwaw, jew li jistgħu raġonevolment ikunu mistennija li jaffettwaw il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja, il-flussi tal-flus, l-aċċess għall-finanzjament jew il-kost tal-kapital fuq terminu qasir, medju jew twil tal-impriża hija l-punt tat-tluq għall-valutazzjoni tal-materjalità finanzjarja. F’dan il-kuntest, l-impriża għandha tikkunsidra:
|
AR 15. |
Ladarba l-impriża tkun identifikat ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha, hija għandha tiddetermina liema minnhom ikunu materjali għar-rapportar. Dan għandu jkun ibbażat fuq taħlita ta’ dawn (i) il-probabbiltà ta’ okkorrenza u (ii) id-daqs potenzjali tal-effetti finanzjarji ddeterminat fuq il-bażi ta’ limiti xierqa. F’dan l-istadju, hija għandha tikkunsidra l-kontribut ta’ dawk ir-riskji u l-opportunitajiet għall-effetti finanzjarji fil-perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil fuq il-bażi ta’:
|
Kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà li għandhom jiġu inklużi fil-valutazzjoni tal-materjalità
AR 16. |
Meta twettaq il-valutazzjoni tal-materjalità tagħha, l-impriża għandha tikkunsidra l-lista li ġejja ta’ kwistjonijiet relatati mas-sostenibbiltà koperti fl-ESRS topiku. Meta, bħala riżultat tal-valutazzjoni tal-materjalità tal-impriża (ara l-ESRS 2 IRO-1), kwistjoni ta’ sostenibbiltà partikolari f’din il-lista tiġi vvalutata bħala materjali, l-impriża għandha tirrapporta skont ir-Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni korrispondenti tal-ESRS topiku rilevanti. L-użu ta’ din il-lista ma huwiex sostitut għall-proċess tad-determinazzjoni ta’ kwistjonijiet materjali. Din il-lista hija għodda li tappoġġa l-valutazzjoni tal-materjalità tal-impriża. L-impriża xorta trid tqis iċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħha stess meta tiddetermina l-kwistjonijiet materjali tagħha. L-impriża għandha, fejn meħtieġ, tiżviluppa wkoll divulgazzjonijiet speċifiċi għall-entità dwar l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali mhux koperti mill-ESRS kif deskritt fil-paragrafu 11 ta’ dan l-Istandard.
|
Stima bl-użu ta’ medji u ta’ indikaturi tas-settur
AR 17. |
Meta l-impriża ma tkunx tista’ tiġbor informazzjoni dwar il-katina tal-valur upstream u downstream kif meħtieġ mill-paragrafu 63 wara li tagħmel sforzi raġonevoli biex tagħmel dan, hija għandha tistma l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata billi tuża l-informazzjoni raġonevoli u sostnuta kollha li tkun disponibbli għall-impriża fid-data tar-rapportar mingħajr kost jew sforz żejjed. Dan jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, informazzjoni interna u esterna, bħal data minn sorsi indiretti, data medja settorjali, analiżijiet ta’ kampjuni, data dwar is-suq u l-gruppi ta’ pari, indikaturi oħra jew data bbażata fuq l-infiq. |
Kontenut u struttura tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà
AR 18. |
Bħala eżempju għall-paragrafu 115 fit-taqsima 8.2 Kontenut u struttura tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà ta’ dan l-Istandard, l-impriża li tkopri kwistjonijiet ambjentali u soċjali fl-istess politika tista’ tagħmel kontroreferenza. Dan ifisser li l-impriża tista’ tirrapporta dwar il-politika fid-divulgazzjonijiet ambjentali tagħha u tagħmel kontroreferenza għaliha mid-divulgazzjonijiet soċjali rilevanti jew viċi versa. Hija permessa preżentazzjoni konsolidata tal-politiki fis-suġġetti kollha. |
Appendiċi B
Karatteristiċi kwalitattivi tal-informazzjoni
Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS 1 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-Istandard. Dan l-appendiċi jiddefinixxi l-karatteristiċi kwalitattivi li l-informazzjoni ppreżentata fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà mħejjija skont l-ESRS għandha tissodisfa.
Rilevanza
QC 1. |
L-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà hija rilevanti meta tista’ tagħmel differenza fid-deċiżjonijiet tal-utenti skont approċċ ta’ materjalità doppja (ara l-kapitolu 3 ta’ dan l-Istandard). |
QC 2. |
L-informazzjoni tista’ tagħmel differenza f’deċiżjoni anki jekk xi utenti jagħżlu li ma jiħdux vantaġġ minnha jew ikunu diġà konxji minnha minn sorsi oħrajn. L-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà tista’ tħalli impatt fuq id-deċiżjonijiet tal-utenti jekk ikollha valur ta’ previżjoni, valur ta’ konferma jew it-tnejn. L-informazzjoni jkollha valur ta’ previżjoni jekk tkun tista’ tintuża bħala input għall-proċessi użati mill-utenti sabiex jitbassru eżiti futuri. L-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà ma għandhiex għalfejn tkun previżjoni jew tbassir sabiex ikollha valur ta’ previżjoni, iżda pjuttost ikollha valur ta’ previżjoni jekk tintuża mill-utenti sabiex jagħmlu l-previżjonijiet tagħhom stess. |
QC 3. |
L-informazzjoni jkollha valur konfermatorju jekk tipprovdi feedback dwar (tikkonferma jew tbiddel) evalwazzjonijiet preċedenti. |
QC 4. |
Il-materjalità hija aspett speċifiku għall-entitajiet ta’ rilevanza bbażat fuq in-natura jew fuq id-daqs, jew fuq it-tnejn, tal-entrati li magħhom tkun relatata l-informazzjoni, kif ivvalutata fil-kuntest tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà tal-impriża (ara l-kapitolu 3 ta’ dan l-Istandard). |
Rappreżentazzjoni leali
QC 5. |
Sabiex tkun utli, l-informazzjoni ma tistax tirrappreżenta biss fenomeni rilevanti, iżda trid tirrappreżenta b’mod leali wkoll is-sustanza tal-fenomeni li hija għandha l-għan li tirrappreżenta. Rappreżentazzjoni leali teħtieġ li l-informazzjoni tkun (i) kompluta, (ii) newtrali u (iii) akkurata. |
QC 6. |
Rappreżentazzjoni sħiħa ta’ impatt, ta’ riskju jew ta’ opportunità tinkludi l-informazzjoni materjali kollha neċessarja għall-utenti sabiex jifhmu dak l-impatt, ir-riskju jew l-opportunità. Dan jinkludi kif l-impriża adattat l-istrateġija, il-ġestjoni tar-riskju u l-governanza tagħha bi tweġiba għal dak l-impatt, ir-riskju jew l-opportunità, kif ukoll il-metriċi identifikati sabiex jiġu stabbiliti l-miri u titkejjel il-prestazzjoni. |
QC 7. |
Rappreżentazzjoni newtrali hija mingħajr preġudizzju fl-għażla jew fid-divulgazzjoni tagħha tal-informazzjoni. L-informazzjoni tkun newtrali jekk ma tkunx oblika, ponderata, enfasizzata, deenfasizzata jew manipulata b’xi mod ieħor sabiex tagħmilha aktar probabbli li l-utenti jirċievu dik l-informazzjoni b’mod favorevoli jew mhux favorevoli. Għandha tkun bilanċjata, sabiex tkopri aspetti favorevoli/pożittivi u mhux favorevoli/negattivi. Kemm l-impatti materjali negattivi kif ukoll dawk pożittivi minn perspettiva ta’ materjalità tal-impatt kif ukoll ir-riskji u l-opportunitajiet materjali minn perspettiva ta’ materjalità finanzjarja għandhom jingħataw attenzjoni ugwali. Kwalunkwe informazzjoni ta’ sostenibbiltà aspirattiva, pereżempju miri jew pjanijiet, għandha tkopri kemm l-aspirazzjonijiet kif ukoll il-fatturi li jistgħu jipprevjenu lill-impriża milli tilħaq dawn l-aspirazzjonijiet sabiex ikollha rappreżentazzjoni newtrali. |
QC 8. |
In-newtralità hija appoġġata mill-eżerċizzju ta’ prudenza li huwa l-eżerċizzju ta’ kawtela meta jsiru sentenzi f’kundizzjonijiet ta’ inċertezza. L-informazzjoni ma għandhiex tiġi nnettjata jew ikkumpensata sabiex tkun newtrali. L-eżerċizzju ta’ prudenza jfisser li l-opportunitajiet ma jiġux iddikjarati żżejjed u r-riskji ma jiġux sottodikjarati. Bl-istess mod, l-eżerċitar tal-prudenza ma jippermettix is-sottodikjarazzjoni tal-opportunitajiet jew id-dikjarazzjoni eċċessiva tar-riskji. L-impriża tista’ tippreżenta informazzjoni netta, b’żieda mal-valuri assoluti, jekk tali preżentazzjoni ma taħbix l-informazzjoni rilevanti u tinkludi spjegazzjoni ċara dwar l-effetti tan-netting u r-raġunijiet għan-netting. |
QC 9. |
L-informazzjoni tista’ tkun akkurata mingħajr ma tkun preċiża perfettament fl-aspetti kollha. Informazzjoni preċiża timplika li l-impriża implimentat proċessi u kontrolli interni adegwati biex tevita żbalji materjali jew dikjarazzjonijiet skorretti materjali. Bħala tali, l-istimi għandhom jiġu ppreżentati b’enfasi ċara fuq il-limitazzjonijiet possibbli u fuq l-inċertezza assoċjata tagħhom (ara t-taqsima 7.2 ta’ dan l-Istandard). L-ammont ta’ preċiżjoni meħtieġa u li tista’ tinkiseb, u l-fatturi li jagħmlu l-informazzjoni akkurata, jiddependu fuq in-natura tal-informazzjoni u fuq in-natura tal-kwistjonijiet li tindirizza. Pereżempju, l-akkuratezza teħtieġ li:
|
Komparabilità
QC 10. |
L-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà tkun komparabbli meta tkun tista’ titqabbel mal-informazzjoni pprovduta mill-impriża f’perjodi preċedenti u tkun tista’ titqabbel mal-informazzjoni pprovduta minn impriżi oħrajn, b’mod partikolari dawk b’attivitajiet simili jew li joperaw fl-istess industrija. Punt ta’ referenza għat-tqabbil jista’ jkun mira, linja bażi, parametru referenzjarju tal-industrija, informazzjoni komparabbli minn impriżi oħrajn jew minn organizzazzjoni rikonoxxuta internazzjonalment, eċċ. |
QC 11. |
Il-konsistenza hija relatata ma’, iżda ma hijiex l-istess bħall-komparabilità. Il-konsistenza tirreferi għall-użu tal-istess approċċi jew metodi għall-istess kwistjoni ta’ sostenibbiltà, minn perjodu għal perjodu mill-impriża u minn impriżi oħrajn. Il-konsistenza tgħin sabiex jintlaħaq l-għan tal-komparabilità. |
QC 12. |
Il-komparabilità ma hijiex uniformità. Sabiex l-informazzjoni tkun komparabbli, il-komponenti simili għandhom jidhru l-istess u l-komponenti differenti għandhom jidhru differenti. Il-komparabilità tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà ma tissaħħaħx billi affarijiet li ma jidhrux l-istess jitbiddlu sabiex jidhru l-istess u lanqas ma tissaħħaħ billi affarijiet simili jitbiddlu sabiex jidhru differenti. |
Verifikabilità
QC 13. |
Il-verifikabilità tgħin sabiex l-utenti jkunu fiduċjużi li l-informazzjoni tkun kompluta, newtrali u akkurata. L-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà tkun verifikabbli jekk ikun possibbli li tiġi kkorroborata l-informazzjoni nnifisha jew l-inputs użati biex tinkiseb. |
QC 14. |
Il-verifikabilità tfisser li diversi osservaturi informati u indipendenti jistgħu jilħqu kunsens, għalkemm mhux neċessarjament ftehim sħiħ, li rappreżentazzjoni partikolari tkun rappreżentazzjoni leali. L-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà għandha tiġi pprovduta b’mod li jtejjeb il-verifikabilità tagħha, pereżempju:
|
QC 15. |
Xi informazzjoni dwar is-sostenibbiltà tkun fil-forma ta’ spjegazzjonijiet jew ta’ informazzjoni li tħares ’il quddiem. Dawk id-divulgazzjonijiet jistgħu jkunu appoġġati billi jirrappreżentaw fedelment fuq bażi fattwali pereżempju l-istrateġiji, il-pjanijiet u l-analiżi tar-riskju tal-impriża. Sabiex tgħin lill-utenti jiddeċiedu jekk jużawx tali informazzjoni, l-impriża għandha tiddeskrivi s-suppożizzjonijiet u l-metodi sottostanti għall-produzzjoni tal-informazzjoni, kif ukoll fatturi oħrajn li jipprovdu evidenza li tkun tirrifletti l-pjanijiet jew id-deċiżjonijiet reali meħudin mill-impriża. |
Komprensibilità
QC 16. |
L-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà tkun tinftiehem meta tkun ċara, u konċiża. Informazzjoni li tinftiehem tippermetti lil kwalunkwe utent raġonevolment infurmat biex jifhem faċilment l-informazzjoni li tkun qed tiġi kkomunikata. |
QC 17. |
Sabiex id-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà jkunu konċiżi, jeħtieġ li (a) jevitaw informazzjoni ġenerika, li mhijiex speċifika għall-impriża; (b) jevitaw duplikazzjoni bla bżonn ta’ informazzjoni, inkluża informazzjoni pprovduta wkoll fir-rapporti finanzjarji; u (c) jużaw lingwaġġ ċar u sentenzi u paragrafi strutturati tajjeb. Divulgazzjonijiet konċiżi għandhom jinkludu biss informazzjoni materjali. L-informazzjoni komplementari ppreżentata skont il-paragrafu 113 għandha tiġi pprovduta b’mod li jiġi evitat li tiġi mgħottija l-informazzjoni materjali. |
QC 18. |
Iċ-ċarezza tista’ tissaħħaħ billi ssir distinzjoni bejn l-informazzjoni dwar l-iżviluppi fil-perjodu ta’ rapportar mill-informazzjoni “permanenti” li tibqa’ relattivament l-istess, minn perjodu għall-ieħor. Dan jista’ jsir, pereżempju, billi jiġu deskritti separatament il-karatteristiċi tal-proċessi ta’ governanza u ta’ ġestjoni tar-riskju tal-impriża relatati mas-sostenibbiltà li jkunu nbidlu mill-perjodu tar-rapportar preċedenti meta mqabblin ma’ dawk li jkunu baqgħu l-istess. |
QC 19. |
Il-kompletezza, iċ-ċarezza u l-komparabilità tad-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà kollha jiddependu fuq il-preżentazzjoni tal-informazzjoni bħala koerenti fis-sħuħija tagħha. Sabiex id-divulgazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà jkunu koerenti, dawn għandhom jiġu ppreżentati b’mod li jispjega l-kuntest u l-konnessjonijiet bejn l-informazzjoni relatata. Il-koerenza tirrikjedi wkoll li l-impenn jipprovdi informazzjoni b’mod li jippermetti lill-utenti jorbtu informazzjoni dwar l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha relatati mas-sostenibbiltà mal-informazzjoni fir-rapporti finanzjarji tal-impriża. |
QC 20. |
Jekk ir-riskji u l-opportunitajiet relatati mas-sostenibbiltà diskussi fir-rapporti finanzjarji jkollhom implikazzjonijiet għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, l-impriża għandha tinkludi fid-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà l-informazzjoni neċessarja għall-utenti sabiex jivvalutaw dawk l-implikazzjonijiet u tippreżenta rabtiet xierqa mar-rapporti finanzjarji (ara l-kapitolu 9 ta’ dan l-[abbozz tal-]Istandard). Il-livell ta’ informazzjoni, il-granularità u t-teknikalità għandhom ikunu allinjati mal-ħtiġijiet u mal-aspettattivi tal-utenti. L-abbrevjazzjonijiet għandhom jiġu evitati u l-unitajiet ta’ kejl għandhom jiġu ddefiniti u ddivulgati. |
Appendiċi C
Lista ta’ Rekwiżiti ta’ Divulgazzjoni introdotti gradwalment
Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS 1 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-Istandard.
ESRS topiċi |
Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni |
Isem sħiħ tar-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni |
Data ta’ introduzzjoni gradwali jew effettiva (inkluża l-ewwel sena) |
ESRS 2 |
SBM-1 |
L-istrateġija, il-mudell tan-negozju u l-katina tal-valur |
L-impriża għandha tirrapporta l-informazzjoni preskritta mill-ESRS 2 SBM-1 paragrafu 40(b) diżaggregazzjoni tad-dħul totali skont is-settur sinifikanti tal-ESRS u 40(c) (lista ta’ setturi sinifikanti addizzjonali tal-ESRS) mid-data tal-applikazzjoni speċifikata f’Att Delegat tal-Kummissjoni li għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 29b(1) it-tielet subparagrafu, il-punt (ii), tad-Direttiva 2013/34/UE. |
ESRS 2 |
SBM-3 |
L-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet materjali u l-interazzjoni tagħhom mal-istrateġija u mal-mudell tan-negozju |
L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni preskritta mill-paragrafu 48(e) tal-ESRS 2 SBM-3 (effetti finanzjarji antiċipati) għall-ewwel sena tat-tħejjija tad-dikjarazzjoni tas-sostenibbiltà tagħha. L-impriża tista’ tikkonforma mal-paragrafu 48(e) tal-ESRS 2 SBM-3 billi tirrapporta biss divulgazzjonijiet kwalitattivi għall-ewwel 3 snin ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha, jekk ma jkunx prattikabbli li jitħejjew divulgazzjonijiet kwantitattivi. |
ESRS E1 |
E1-6 |
L-Ambiti Grossi 1, 2, 3 u l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra |
L-impriżi jew il-gruppi li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom ma jaqbżux l-għadd medju ta’ 750 impjegat matul is-sena finanzjarja (fuq bażi konsolidata fejn applikabbli) jistgħu jħallu barra l-punti tad-data dwar l-emissjonijiet tal-ambitu 3 u l-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni tas-sostenibbiltà tagħhom. |
ESRS E1 |
E1-9 |
Effetti finanzjarji antiċipati minn riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni materjali u opportunitajiet potenzjali relatati mal-klima |
L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS E1-9 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. L-impriża tista’ tikkonforma mal-ESRS E1–9 billi tirrapporta biss divulgazzjonijiet kwalitattivi għall-ewwel 3 snin ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha, jekk ma jkunx prattikabbli li jitħejjew divulgazzjonijiet kwantitattivi. |
ESRS E2 |
E2-6 |
Effetti finanzjarji antiċipati minn impatti, riskji u opportunitajiet relatati mat-tniġġis |
L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS E2-6 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. Ħlief għall-informazzjoni preskritta mill-paragrafu 40(b) dwar in-nefqiet operattivi u kapitali li seħħew fil-perjodu ta’ rapportar flimkien ma’ inċidenti u depożiti kbar, l-impriża tista’ tikkonforma mal-ESRS E2-6 billi tirrapporta biss divulgazzjonijiet kwalitattivi, għall-ewwel 3 snin ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. |
ESRS E3 |
E3-5 |
Effetti finanzjarji antiċipati minn impatti, riskji u opportunitajiet relatati mal-ilma u r-riżorsi tal-baħar |
L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS E3-5 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha.L-impriża tista’ tikkonforma mal-ESRS E3-5 billi tirrapporta biss divulgazzjonijiet kwalitattivi, għall-ewwel 3 snin ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. |
ESRS E4 |
Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni |
Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni |
L-impriżi jew il-gruppi li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom ma jaqbżux l-għadd medju ta’ 750 impjegat matul is-sena finanzjarja (fuq bażi konsolidata fejn applikabbli) jistgħu jħallu barra l-informazzjoni speċifikata fir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-ESRS E4 għall-ewwel sentejn ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom. |
ESRS E4 |
E4-6 |
Effetti finanzjarji antiċipati minn impatti, riskji u opportunitajiet relatati mal-bijodiversità u mal-ekosistema |
L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS E4-6 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. L-impriża tista’ tikkonforma mal-ESRS E4-6 billi tirrapporta biss divulgazzjonijiet kwalitattivi, għall-ewwel 3 snin ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. |
ESRS E5 |
E5-6 |
L-effetti finanzjarji antiċipati mill-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet relatati mal-użu tar-riżorsi u mal-ekonomija ċirkolari |
L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS E5-6 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. L-impriża tista’ tikkonforma mal-ESRS E5-6 billi tirrapporta biss divulgazzjonijiet kwalitattivi, għall-ewwel 3 snin ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. |
ESRS S1 |
Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni |
Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni |
L-impriżi jew il-gruppi li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom ma jaqbżux l-għadd medju ta’ 750 impjegat matul is-sena finanzjarja (fuq bażi konsolidata fejn applikabbli) jistgħu jħallu barra l-informazzjoni speċifikata fir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-ESRS S1 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom. |
ESRS S1 |
S1-7 |
Karatteristiċi tal-ħaddiema mhux impjegati fil-forza tax-xogħol tal-impriża stess |
L-impriża tista’ tħalli barra r-rapportar għall-punti ta’ data kollha f’dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni għall-ewwel sena tat-tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. |
ESRS S1 |
S1-8 |
Kopertura tan-negozjar kollettiv u djalogu soċjali |
L-impriża tista’ tħalli barra dan ir-Rekwiżit ta’ Divulgazzjoni fir-rigward tal-impjegati tagħha stess f’pajjiżi mhux fiż-ŻEE għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. |
ESRS S1 |
S1-11 |
Protezzjoni soċjali |
L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS S1-11 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. |
ESRS S1 |
S1-12 |
Perċentwal ta’ impjegati b’diżabilità |
L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS S1-12 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. |
ESRS S1 |
S1-13 |
Taħriġ u żvilupp tal-ħiliet |
L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS S1-13 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. |
ESRS S1 |
S1-14 |
Saħħa u sikurezza |
L-impriża tista’ tħalli barra l-punti ta’ data dwar każijiet ta’ mard relatat max-xogħol u dwar l-għadd ta’ jiem mitlufa minħabba korrimenti, aċċidenti, fatalitajiet u mard relatat max-xogħol għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. |
ESRS S1 |
S1-14 |
Saħħa u sikurezza |
L-impriża tista’ tħalli barra r-rappurtar dwar dawk li mhumiex impjegati għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. |
ESRS S1 |
S1-15 |
Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata |
L-impriża tista’ tħalli barra l-informazzjoni prestabbilita mill-ESRS S1-15 għall-ewwel sena ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħha. |
ESRS S2 |
Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni |
Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni |
L-impriżi jew il-gruppi li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom ma jaqbżux l-għadd medju ta’ 750 impjegat matul is-sena finanzjarja (fuq bażi konsolidata fejn applikabbli) jistgħu jħallu barra l-informazzjoni speċifikata fir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-ESRS S2 għall-ewwel sentejn ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom. |
ESRS S3 |
Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni |
Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni |
L-impriżi jew il-gruppi li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom ma jaqbżux l-għadd medju ta’ 750 impjegat matul is-sena finanzjarja (fuq bażi konsolidata fejn applikabbli) jistgħu jħallu barra l-informazzjoni speċifikata fir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-ESRS S3 għall-ewwel sentejn ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom. |
ESRS S4 |
Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni |
Ir-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni |
L-impriżi jew il-gruppi li fid-dati tal-karta bilanċjali tagħhom ma jaqbżux l-għadd medju ta’ 750 impjegat matul is-sena finanzjarja (fuq bażi konsolidata fejn applikabbli) jistgħu jħallu barra l-informazzjoni speċifikata fir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-ESRS S4 għall-ewwel sentejn ta’ tħejjija tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tagħhom. |
Appendiċi D
Struttura tad-dikjarazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-ESRS
Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-ESRS 1 u għandu l-istess awtorità bħall-partijiet l-oħra tal-Istandard fir-rigward tar-rapportar f’erba’ partijiet kif deskritt fil-paragrafu 115.
Parti mir-rapport dwar il-ġestjoni |
Kodifikazzjoni tal-ESRs |
Titolu |
||
|
ESRS 2 |
Divulgazzjonijiet ġenerali, inkluża informazzjoni pprovduta skont ir-Rekwiżiti tal-Applikazzjoni tal-ESRS topiċi elenkati fl-Appendiċi C tal-ESRS 2. |
||
|
Mhux applikabbli |
Divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 (ir-Regolament dwar it-Tassonomija) |
||
|
ESRS E1 |
Tibdil fil-klima |
||
|
ESRS E2 |
Tniġġis |
||
|
ESRS E3 |
Riżorsi tal-ilma u tal-baħar |
||
|
ESRS E4 |
Bijodiversità u ekosistemi |
||
|
ESRS E5 |
Użu tar-riżorsi u ekonomija ċirkolari |
||
|
ESRS S1 |
Forza tax-xogħol proprja |
||
|
ESRS S2 |
Ħaddiema fil-katina tal-valur |
||
|
ESRS S3 |
Komunitajiet affettwati |
||
|
ESRS S4 |
Konsumaturi u utenti finali |
||
|
ESRS G1 |
Kondotta kummerċjali |
Appendiċi E
Flowchart għad-determinazzjoni tad-divulgazzjonijiet skont l-ESRS
Il-valutazzjoni tal-materjalità hija l-punt tat-tluq għar-rappurtar dwar is-sostenibbiltà skont l-ESRS. Dan l-appendiċi jipprovdi illustrazzjoni mhux vinkolanti tal-valutazzjoni tal-impatt u tal-materjalità finanzjarja deskritta fil-Kapitolu 3. IRO-1 fit-Taqsima 4.1 tal-ESRS 2 jinkludi rekwiżiti ta’ divulgazzjoni ġenerali (DR) dwar il-proċess tal-impriża biex tidentifika l-impatti, ir-riskji u l-opportunitajiet u tivvaluta l-materjalità tagħhom. SBM-3 tal-ESRS 2 jipprovdi rekwiżiti ġenerali ta’ divulgazzjonijiet dwar l-impatt materjali, ir-riskji u l-opportunitajiet li jirriżultaw mill-valutazzjoni tal-materjalità tal-impriża. L-impriża tista’ tħalli barra r-rekwiżiti kollha ta’ divulgazzjoni fi standard topiku jekk tkun ivvalutat li s-suġġett inkwistjoni mhuwiex materjali. F’dak il-każ tista’ tiddivulga spjegazzjoni qasira tal-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-materjalità għal dak is-suġġett iżda għandha tiddivulga spjegazzjoni dettaljata fil-każ tat-tibdil fil-klima ESRS E1 (IRO-2 ESRS 2). L-ESRs jistabbilixxu rekwiżiti ta’ divulgazzjoni, mhux rekwiżiti ta’ mġiba. Ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni fir-rigward tal-pjanijiet ta’ azzjoni, il-miri, il-politiki, l-analiżi tax-xenarji u l-pjanijiet ta’ tranżizzjoni huma proporzjonati minħabba li huma kontinġenti fuq l-impriża li jkollha dawn, li jistgħu jiddependu fuq id-daqs, il-kapaċità, ir-riżorsi u l-ħiliet tal-impriża. Nota: Il-flowchart ta’ hawn taħt ma tkoprix is-sitwazzjoni li fiha l-impriża tivvaluta kwistjoni ta’ sostenibbiltà bħala materjali iżda mhijiex koperta minn standard topiku, f’liema każ l-impriża għandha tagħmel divulgazzjonijiet addizzjonali speċifiċi għall-entità (ESRS 1 (30(b)).