Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2765

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2765 tas-7 ta’ Diċembru 2023 li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

ST/15978/2023/INIT

ĠU L, 2023/2765, 7.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2765/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2765/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2765

7.12.2023

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/2765

tas-7 ta’ Diċembru 2023

li jimplementa l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Lulju 2023, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2023/1505 (2) , billi stabbilixxa lista aġġornata ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(2)

Il-Kunsill iddetermina li awtorità kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (3) adottat deċiżjonijiet fir-rigward ta’ żewġ persuni li kienu involuti f’atti terroristiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li l-miżuri fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni jenħtieġ li jiġu applikati għal dawk il-persuni.

(3)

Jenħtieġ li l-lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. HEREU BOHER


(1)   ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1505 tal-20 ta’ Lulju 2023 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/420 (ĠU L 184, 21.7.2023, p. 1).

(3)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).


ANNESS

Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

I.   PERSUNI

14.

DEIF Mohammed (magħruf ukoll bħala AL-DAYF Muhammad; Al-Masri Mohammed), imwieled fit-12.8.1965 f’Khan Younis, Gaza Strip.

15.

ISSA Marwan, imwieled fl-1965, Gaza Strip.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2765/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top