Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2145

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2145 tas-16 ta’ Ottubru 2023 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid

C/2023/6855

ĠU L, 2023/2145, 17.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2145/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2145/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2145

17.10.2023

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2145

tas-16 ta’ Ottubru 2023

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bit-Taljan u bl-Ungeriż tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) fihom l-iżbalji fit-Tabella 1, ir-ringieli li jikkonċernaw l-ikel il-ġdid “Glukożammina Hcl”, “Sulfat tal-glukożammina Kcl” u “Sulfat tal-glukożammina NaCl”, li jbiddlu t-tifsira tad-dispożizzjonijiet.

(2)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Litwan, bl-Olandiż, bis-Slovakk, bit-Taljan u bl-Ungeriż tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 fihom żball fit-Tabella 2, ir-ringiela li tikkonċerna l-ikel ġdid awtorizzat “Żejt tal-Calanus finmarchicus”, li jbiddel it-tifsira tad-dispożizzjonijiet.

(3)

Għalhekk, il-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Kroat, bl-Ispanjol, bil-Latvjan, bil-Litwan, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bit-Taljan u bl-Ungeriż tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jenħtieġ li jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati.

(4)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma konformi mal-opinjonijiet tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf mogħtija qabel l-adozzjoni tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1023 (3) u (UE) 2022/966 (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1023 tat-23 ta’ Lulju 2018 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid (ĠU L 187, 24.7.2018, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/966 tal-21 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 rigward il-kundizzjonijiet tal-użu, ir-rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi u l-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel il-ġdid iż-żejt tal-Calanus finmarchicus (ĠU L 166, 22.6.2022, p. 125).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2145/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top