This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R1774
Commission Regulation (EU) 2023/1774 of 14 September 2023 correcting certain language versions of Annex II to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council on food additives (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1774 tal-14 ta’ Settembru 2023 li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1774 tal-14 ta’ Settembru 2023 li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2023/6094
ĠU L 228, 15.9.2023, p. 196–196
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/196 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1774
tal-14 ta’ Settembru 2023
li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi tal-ikel
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-verżjonijiet bil-lingwa Olandiża u bil-lingwa Taljana tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 fihom traduzzjoni żbaljata ta’ terminu fil-Parti E, fl-entrati li jikkonċernaw il-kategorija tal-ikel 17.1, li ċċekken il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodotti li fihom jistgħu jintużaw ċerti addittivi tal-ikel. |
(2) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-verżjonijiet bil-lingwa Olandiża u bil-lingwa Taljana tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjonijiet tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, li ngħataw fis-17 ta’ April 2018 u fl-10 ta’ Marzu 2021, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Settembru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN