Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1695

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1695 tal-10 ta’ Awwissu 2023 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità relatata mas-subsistemi tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 2016/919 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/5019

ĠU L 222, 8.9.2023, p. 380–560 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1695/oj

8.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 222/380


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1695

tal-10 ta’ Awwissu 2023

dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità relatata mas-subsistemi tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 2016/919

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(11) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 (2) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (TSI) relatata mas-subsistemi tal-“kontroll-kmand u sinjalazzjoni” (CCS).

(2)

Skont l-Artikolu 3(5), il-punti (b) u (f) tad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 (3), it-TSIs għandhom jiġu riveduti sabiex iqisu l-iżviluppi tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u tal-attivitajiet relatati ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni, u jiġu aġġornati r-referenzi għall-istandards.

(3)

Fl-24 ta’ Jannar 2020, f’konformità mal-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-“Aġenzija”) biex tħejji rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ għażla tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni Delegata (UE) 2017/1474.

(4)

Fit-30 ta’ Ġunju 2022, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni relatata mas-subsistemi CCS (ERA-REC-1175-1218-2022/REC). Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq dik ir-rakkomandazzjoni.

(5)

Il-qafas regolatorju eżistenti jenħtieġ li jiġi mmodernizzat sabiex jippermetti funzjonalitajiet ġodda assoċjati mad-diġitalizzazzjoni tan-networks ferrovjarji. L-effiċjenza u s-sostenibbiltà tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija jenħtieġ li jittejbu permezz ta’ aktar armonizzazzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) u ta’ użu usa’ u aktar sistematiku tal-ERTMS madwar l-Unjoni, b’mod partikolari fin-network trans-Ewropej tat-trasport.

(6)

Il-funzjonalitajiet il-ġodda assoċjati mad-diġitalizzazzjoni tan-networks ferrovjarji u identifikati fir-Rapport dwar il-Perspettiva fit-Tul tal-ERTMS li sar mill-Aġenzija kienu jeħtieġu l-aġġornament tat-TSI dwar is-subsistemi CCS. Dawn it-teknoloġiji ġodda mitluba mis-settur ferrovjarju, ukoll, kienu s-Sistema ta’ Komunikazzjoni Mobbli Ferrovjarja Futura (FRMCS), it-tħaddim awtomatizzat tal-ferroviji, il-pożizzjonament avvanzat tal-ferroviji, u l-akkoppjaturi awtomatiċi diġitali.

(7)

Għalhekk, din ir-reviżjoni tagħti kemm speċifikazzjonijiet sħaħ għat-tħaddim awtomizzat tal-ferroviji (Grad ta’ Awtomatizzazzjoni 2) kif ukoll l-interfaċċa għall-FRMCS, li kienu disponibbli. L-ispeċifikazzjonijiet sħaħ għall-FRMCS, għall-pożizzjonament avvanzat tal-ferroviji u għall-akkoppjaturi awtomatiċi diġitali kienu għadhom mhumiex disponibbli minħabba li kienu jeħtieġu aktar żvilupp.

(8)

Sabiex jinżamm il-pass mal-progress teknoloġiku, jistgħu jkunu meħtieġa soluzzjonijiet innovattivi, li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fl-Anness I jew li għalihom ma jistgħux jiġu applikati l-metodi ta’ valutazzjoni stabbiliti fl-Anness I. Tali soluzzjonijiet innovattivi, speċjalment dawk li ġejjin mill-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea (ERJU), jenħtieġ li jiġu promossi u l-implimentazzjoni volontarja tagħhom jenħtieġ li, taħt ċerti kundizzjonijiet, tkun permessa. Għal dan l-iskop huwa xieraq li jiġi pprovdut proċess armonizzat għall-Istati Membri kollha biex jivvalidaw tali soluzzjonijiet innovattivi għall-implimentazzjoni volontarja.

(9)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1730 (5) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet armonizzati għad-disponibbiltà u l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju għar-Radju Mobbli Ferrovjarju (RMR). L-Istati Membri huma meħtieġa jużaw dawn il-frekwenzi sabiex jippjanaw l-użu tal-FRMCS.

(10)

Is-Sistema Ewropea ta’ Kontroll tal-Ferroviji (ETCS) hija s-sistema prinċipali tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni użata bħala parti mill-ERTMS. Biex din tiġi adattata għall-ħtiġijiet aġġornati tas-settur ferrovjarju, qed jiġu introdotti żewġ verżjonijiet ġodda tas-sistema tal-ETCS (il-verżjoni 2.2 u l-verżjoni 3.0 tas-sistema) fl-aħħar aġġornament tal-ETCS, jiġifieri l-Linja Bażi 4 u inkluż f’din ir-reviżjoni. Il-verżjoni 2.2 tas-sistema hija kompletament retrokompatibbli. Il-verżjoni 3.0 tas-sistema mhijiex kompatibbli minħabba li tinkludi funzjonalitajiet li huma meħtieġa abbord meta jiġu implimentati maġenb il-binarji.

(11)

Sabiex tinkiseb aktar armonizzazzjoni tal-ERTMS, din ir-reviżjoni tipprovdi reġim koerenti ġdid ta’ tranżizzjoni u migrazzjoni, tiżgura proċedura robusta għall-korrezzjoni tal-iżbalji fl-ispeċifikazzjonijiet, tnaqqas il-possibbiltà ta’ konformità parzjali, u telimina gradwalment il-ħtieġa għall-kontrolli tal-kompatibbiltà.

(12)

Ir-reġim il-ġdid ta’ tranżizzjoni u migrazzjoni ġie żviluppat biex jiġi pprovdut qafas konsistenti għall-użu ta’ funzjonalitajiet ġodda fir-rigward tas-CCS TSI fuq in-network ferrovjarju. L-għan ta’ dan ir-reġim huwa li jiżgura bilanċ bejn l-interessi tal-partijiet ikkonċernati ferrovjarji, b’mod partikolari l-maniġers tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji.

(13)

Meta jitqies il-fatt li l-ERTMS hija sistema kumplessa bbażata fuq software li teħtieġ manutenzjoni attiva tal-ispeċifikazzjonijiet, jenħtieġ li l-Aġenzija, fil-kapaċità tagħha ta’ awtorità tas-sistema għall-ERTMS, tappoġġa l-korrezzjoni tal-iżbalji fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ERTMS. Sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u l-interoperabbiltà, jenħtieġ li tiġi speċifikata l-proċedura għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-korrezzjonijiet tal-iżbalji fil-kostitwenti tal-interoperabbiltà u fis-subsistemi CCS.

(14)

Il-konformità sħiħa mat-TSI tiżgura l-kisba taż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea minn perspettiva teknika. Din tiżgura vetturi interoperabbli u żżid il-valur potenzjali tal-użu mill-ġdid tagħhom. Inizjalment, il-konformità parzjali kienet meqjusa bħala meħtieġa biex jitqiesu xi restrizzjonijiet nazzjonali, iżda jenħtieġ li jitnaqqas b’mod sinifikanti l-kamp ta’ applikazzjoni f’dan ir-regolament biex jintlaħaq l-għan ta’ hawn fuq.

(15)

Anke proċess ta’ ċertifikazzjoni effikaċi mhux dejjem ikun jista’ jipprevjeni lil xi waħda mis-sottosistemi milli ripetutament tonqos milli tiffunzjona jew milli tagħti l-prestazzjoni mixtieqa taħt ċerti kundizzjonijiet meta subsistema CCS abbord tinteraġixxi ma’ subsistema CCS maġenb il-binarji. Għalhekk, jenħtieġ li jsiru kontrolli biex juru l-kompatibbiltà teknika tas-subsistemi CCS fiż-żona tal-użu għal vettura.

(16)

Dawn il-kontrolli jenħtieġ li jitqiesu bħala miżura temporanja biex tiżdied il-fiduċja fil-kompatibbiltà teknika bejn is-subsistemi. Il-prinċipji applikabbli għal dawk il-kontrolli jenħtieġ li jkunu trasparenti u jħejju t-triq għal aktar armonizzazzjoni. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-possibbiltà li dawk il-kontrolli jitwettqu f’laboratorju li jirrappreżenta l-konfigurazzjoni ta’ maġenb il-binarji li għandha ssir disponibbli mill-maniġer tal-infrastruttura. Sabiex il-kontrolli jitnaqqsu kemm jista’ jkun, jenħtieġ li kull Stat Membru jippromwovi l-armonizzazzjoni fi ħdan l-infrastruttura tiegħu.

(17)

Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati l-passi meħtieġa biex tiżdied, fl-iqsar żmien possibbli, il-fiduċja fil-kompatibbiltà teknika tal-unitajiet abbord ma’ implimentazzjonijiet differenti tal-ERTMS maġenb il-binarji, u biex jitnaqqsu u jiġu eliminati t-testijiet jew il-kontrolli meħtieġa biex tintwera bil-provi l-kompatibbiltà teknika tal-unitajiet abbord ma’ implimentazzjonijiet differenti tal-ERTMS maġenb il-binarji. Għalhekk, l-Aġenzija jenħtieġ li tivvaluta d-diverġenzi tekniċi sottostanti u tiddeċiedi dwar il-passi meħtieġa biex tiġi eliminata l-ħtieġa ta’ testijiet jew kontrolli biex tintwera bil-provi l-kompatibbiltà teknika tal-unitajiet abbord ma’ implimentazzjonijiet differenti maġenb il-binarji.

(18)

L-analiżi tas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji għandha l-għan li ttejjeb l-interoperabbiltà u l-armonizzazzjoni tas-sistema ferrovjarja Ewropea, fejn dan ikun ekonomikament fattibbli. Parti minn din l-analiżi hija l-identifikazzjoni trasparenti ta’ sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji li jkunux konformi mat-TSI.

(19)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/919 jitħassar.

(20)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit f’konformità mal-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (TSI) relatata mas-subsistemi tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni (CCS) tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni.

Artikolu 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

1.   It-TSI għandha tapplika għas-subsistemi CCS ġodda ta’ maġenb il-binarji u għas-subsistemi CCS ġodda abbord tas-sistema ferrovjarja kif definiti fil-punti 2.3 u 2.4 tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797. Il-punt 7.2.2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għall-bidliet kollha f’subsistema CCS abbord eżistenti.

2.   It-TSI ma għandhiex tapplika għas-subsistemi CCS ta’ maġenb il-binarji u għas-subsistemi CCS abbord tas-sistema ferrovjarja li diġà tqiegħdu fis-servizz fin-network ferrovjarju kollu jew f’parti minnu ta’ kwalunkwe Stat Membru sat-28 ta’ Settembru 2023.

3.   Madankollu, it-TSI għandha tapplika għas-subsistemi CCS ta’ maġenb il-binarji u għas-subsistemi CCS abbord eżistenti li jkollhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

is-subsistema tkun soġġetta għal xi tiġdid jew titjib f’konformità mal-Kapitolu 7 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(b)

iż-żona tal-użu ta’ vettura tiġi estiża f’konformità mal-Artikolu 54(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797, f’liema każ għandu japplika l-punt 7.4.2.3 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma tkun indikata l-ebda installazzjoni tal-ETCS fir-RINF għall-ħames snin sussegwenti fiż-żona tal-użu l-ġdida u ż-żona tal-użu tkun limitata għal żewġ Stati Membri;

(c)

is-subsistema tkun soġġetta għar-rekwiżiti tal-manutenzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fil-punt 7.2.10 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

4.   Il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku u tekniku tat-TSI huwa stipulat fil-punti 1.1 u 1.2 tal-Anness I.

Artikolu 3

Punti mhux konklużi

1.   Fir-rigward tal-aspetti mniżżla bħala “punti mhux konklużi” fl-Appendiċi F tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati għall-verifika tar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797 jistgħu jiġu stabbiliti mir-regoli nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru.

2.   Sat-28 ta’ Marzu 2024, kull Stat Membru għandu jibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-Aġenzija, f’konformità mal-proċedura skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/796, sakemm din ma tkunx diġà ntbagħtet lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni skont il-verżjoni preċedenti ta’ dan ir-Regolament:

(a)

ir-regoli nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-proċeduri għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-konformità li għandhom jitwettqu għall-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1;

(c)

il-korpi maħtura biex iwettqu l-proċeduri għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-konformità fir-rigward tal-punti mhux konklużi.

Artikolu 4

Każijiet speċifiċi

1.   Għall-każijiet speċifiċi elenkati fil-punt 7.7.2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati għall-verifika tar-rekwiżiti essenzjali stipulati fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797 għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-punt 7.7.2 tal-Anness I jew jekk ikun ġustifikat, jistgħu jiġu stabbiliti mir-regoli nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru.

2.   Sat-28 ta’ Marzu 2024, kull Stat Membru għandu jibgħat l-informazzjoni li ġejja lill-Aġenzija, f’konformità mal-proċedura skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/796, sakemm din ma tkunx diġà ntbagħtet lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni skont il-verżjoni preċedenti ta’ dan ir-Regolament:

(a)

ir-regoli nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-proċeduri għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-konformità li għandhom jitwettqu għall-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1;

(c)

il-korpi maħtura biex iwettqu l-proċeduri għall-valutazzjoni u għall-verifika tal-konformità fir-rigward tal-każijiet speċifiċi.

Artikolu 5

Implimentazzjoni

1.   Il-manifatturi u l-applikanti għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta’ infrastruttura jew għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi għandhom jiżguraw li s-subsistemi msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u maħsuba biex jintużaw fin-networks imsemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797 jikkonformaw mat-TSI stipulata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-manifatturi u l-maniġers tal-infrastruttura, l-impriżi ferrovjarji, jew kwalunkwe entità oħra responsabbli mill-vettura ferrovjarja jew mill-infrastruttura ferrovjarja, għandhom jiżguraw li s-subsistemi msemmija fl-Artikolu 2 jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-manutenzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet stipulati fil-punt 7.2.10 tal-Anness I.

3.   Il-korpi notifikati għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati bbażati fuq il-Kapitolu 6 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament jinħarġu taħt ir-responsabbiltajiet tagħhom għall-kostitwenti tal-interoperabbiltà jew għas-subsistemi f’konformità mal-Artikoli 10 jew 15 tad-Direttiva (UE) 2016/797, rispettivament.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-pjan ta’ implimentazzjoni nazzjonali tagħhom imfassal f’konformità mal-punt 7.4.4 tal-Anness I lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija sal-15 ta’ Ġunju 2024.

Artikolu 6

Disponibbiltà ta’ prodotti abbord tal-ETCS, tal-ATO u tal-FRMCS

1.   Sal-1 ta’ Jannar 2025, l-Aġenzija għandha tipprepara rapport lill-Kummissjoni dwar

(a)

id-disponibbiltà ta’ prodotti abbord tal-ETCS konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Linja bażi 4 tal-ETCS.

(b)

id-disponibbiltà ta’ prodotti abbord tal-ATO konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Linja bażi 1 tal-ATO.

(c)

id-disponibbiltà ta’ prototipi abbord tal-FRMCS abbażi ta’ abbozz tal-verżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2016/797 u tieħu l-miżuri xierqa.

Artikolu 7

Sistemi tal-Klassi B

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-funzjonalità, il-prestazzjoni u l-interfaċċi tas-sistemi tal-Klassi B jibqgħu l-istess kif speċifikat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jkunux meħtieġa modifiki biex jittaffew żbalji kritiċi għas-sikurezza ta’ dawk is-sistemi.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar il-modifiki msemmija fil-paragrafu 1 u jitolbu opinjoni teknika ta’ konformità mill-Aġenzija abbażi tal-Artikolu 10(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/796.

Artikolu 8

Proġetti ffinanzjati mill-Unjoni

1.   L-appoġġ finanzjarju mill-fondi tal-Unjoni għan-nefqa relatata mas-CSS huwa limitat għall-kostijiet eliġibbli li jkunu relatati direttament mal-installazzjoni jew mat-titjib ta’ ERTMS ta’ maġenb il-binarji jew abbord, jew relatati mal-preparazzjoni għall-implimentazzjoni futura tal-ERTMS, inkluż is-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji konformi ma’ dan ir-Regolament u l-lokkjaturi.

L-appoġġ finanzjarju mill-fondi tal-Unjoni jista’ jkopri wkoll proġetti attwali u futuri li jimplimentaw il-Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-Pjanijiet ta’ Implimentazzjoni Nazzjonali tal-ERTMS disponibbli mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Vetturi soġġetti għall-paragrafu 1 li jeħtieġu sistemi abbord tal-Klassi B biex jiċċirkolaw fuq rotot li huma mgħammra b’sistemi tal-Klassi B biss jistgħu jingħataw fondi tal-Unjoni, jekk jintużaw l-opzjonijiet indikati fl-Anness I, il-punt 4.2.6.1 (1), (2), u (3).

Artikolu 9

Korrezzjonijiet ta’ żbalji

1.   Skont ir-rwol tagħha bħala l-awtorità tas-sistema għall-ERTMS skont l-Artikolu 28 tar-Regolament(UE) 2016/796, l-Aġenzija għandha tanalizza t-talbiet kollha li jsirulha għal tibdil tas-sistema. Hija għandha tipprijoritizza t-talbiet għal tibdil li tikkategorizza bħala żbalji li potenzjalment jipprevjenu s-servizz normali tas-sistema ferrovjarja.

2.   L-Aġenzija għandha tipprovdi regolarment verżjoni ta’ manutenzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet fuq talba tal-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ manutenzjoni tal-ispeċifikazzjoni stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Sistema ta’ Komunikazzjoni Mobbli Ferrovjarja Futura

Meta l-Aġenzija tkun ħarġet opinjoni bl-abbozz ta’ verżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet relatati mas-Sistema ta’ Komunikazzjoni Mobbli Ferrovjarja Futura (FRMCS), il-manifatturi u l-implimentaturi bikrija għandhom jużaw dawk l-ispeċifikazzjonijiet fil-proġetti pilota tagħhom u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar kull proġett pilota fil-bidu tiegħu, u jżommuhom informati dwar il-progress sussegwenti ta’ dawk il-proġetti pilota.

Artikolu 11

Soluzzjonijiet innovattivi

1.   Fir-rigward ta’ soluzzjonijiet innovattivi meħtieġa mill-progress teknoloġiku u li jkunu ġew approvati mill-Pilastru tas-Sistema tal-Impriża Konġunta Sistema Ferrovjarja Ewropea (ERJU), l-ERJU għandha tissottometti soluzzjonijiet innovattivi lill-Kummissjoni flimkien ma’ informazzjoni dwar kif dawn is-soluzzjonijiet jiddevjaw mid-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din it-TSI jew dwar kif jissupplimentawhom.

2.   Il-Kummissjoni għandha titlob opinjoni tal-Aġenzija dwar is-soluzzjoni innovattiva skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/797.

3.   L-Aġenzija, bħala l-awtorità tas-sistema, għandha tagħti opinjoni dwar is-soluzzjoni innovattiva. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-opinjoni tal-Aġenzija u tista’ titlob lill-ERJU tipprovdi l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tal-interfaċċa u l-metodu ta’ valutazzjoni xierqa, li kollha kemm huma jeħtieġ li jiġu inklużi fit-TSI sabiex ikun possibbli l-użu tas-soluzzjoni innovattiva.

4.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Aġenzija tintegra l-ispeċifikazzjonijiet u l-metodi ta’ valutazzjoni f’rakkomandazzjoni tal-ERA skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/797. Sakemm issir ir-reviżjoni tat-TSI, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Aġenzija toħroġ opinjoni mal-abbozz tal-verżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet u l-metodu ta’ valutazzjoni tas-soluzzjoni innovattiva.

Artikolu 12

Kompatibbiltà tal-ERTMS u reviżjoni futura

Sat-28 ta’ Marzu 2024, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jissottomettu lill-Aġenzija d-definizzjoni tal-kontrolli tal-kompatibbiltà tal-vetturi mal-infrastruttura fir-rigward tas-sistema ETCS u tas-sistema tar-radju għal-linji eżistenti li fuqhom ikunu qed jitħaddmu l-ERTMS jew il-GSM-R. Sal-istess data, l-Istati Membri għandhom iħassru r-regoli nazzjonali relatati. Sal-1 ta’ Ġunju 2024, l-Aġenzija għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-analiżi tagħha dwar kif għandhom jiġu eliminati gradwalment il-kontrolli biex tintwera bil-provi l-kompatibbiltà teknika tal-unitajiet abbord mad-diversi implimentazzjonijiet maġenb il-binarji tal-ERTMS u biex tinkiseb l-armonizzazzjoni tar-regoli tal-inġinerija u operazzjonali għaż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea.

Artikolu 13

Kompatibbiltà tad-detezzjoni tal-ferroviji

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-Istati Membri li l-maniġers tal-infrastruttura tagħhom joperaw sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament iridu jitolbu għal każ speċifiku u għandhom jinnotifikaw lill-Aġenzija b’dawn is-sistemi billi jinformawha dwar:

(a)

il-limiti tal-kurrenti ta’ interferenza għaċ-ċirkwiti tal-binarji inklużi l-metodi tal-evalwazzjoni u l-impedenza tal-vettura f’konformità mal-klawżola 3.2.2 tal-ERA/ERTMS/033281 rev 5.0;

(b)

il-limiti tal-kamp għall-kuntjaturi tal-fusien fl-assi X, Y, Z inklużi l-metodi ta’ evalwazzjoni f’konformità mal-klawżola 3.2.1 tal-ERA/ERTMS/033281 rev 5.0.

(c)

il-każijiet speċifiċi għas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament u li jużaw il-mudell imsemmi fl-Anness B.1 tal-ERA/ERTMS 033281 rev 5.0

2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Maniġers tal-Infrastruttura għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija dwar il-limiti/frekwenzi tal-kurrenti ta’ interferenza meħtieġa mill-ġestjoni tal-frekwenzi għas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji konformi mat-TSI kif speċifikat fit-taqsimiet 3.2.2.1 sa 3.2.2.6 tal-ERA/ERTMS/033281 rev 5.0 għan-networks rilevanti tagħhom. Dawn il-limiti/frekwenzi għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija.

3.   Il-Maniġers tal-Infrastruttura għandhom jaġġornaw kif xieraq il-valuri tal-parametri rilevanti tar-Reġistru tal-Infrastruttura.

4.   Mal-pubblikazzjoni tal-Każijiet Speċifiċi skont l-Artikolu 13(1), sa mhux aktar mill-31 ta’ Diċembru 2025, l-Istati Membri għandhom iħassru r-regoli nazzjonali kollha dwar il-kompatibbiltà mas-sistemi tad-detezzjoni tal-ferroviji, għajr għall-każijiet koperti mill-Artikolu 13(2)(f) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

5.   Sal-31 ta’ Diċembru 2027, il-każijiet speċifiċi tas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji u d-dati tat-tmiem korrispondenti għandhom jiġu rieżaminati, bl-għan li jittejbu l-interoperabbiltà u l-armonizzazzjoni tas-sistema ferrovjarja Ewropea, fir-rigward tal-fattibbiltà ekonomika.

Artikolu 14

Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Ir-Regolament (UE) 2016/919 huwa mħassar.

Madankollu għandu jkompli japplika għal subsistemi awtorizzati f’konformità ma’ dak ir-Regolament li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont l-Artikolu 2.

Il-kapitoli/it-tabelli/id-dokumenti rispettivi tar-Regolament imħassar għandhom jibqgħu japplikaw għas-subsistemi u l-kostitwenti tal-interoperabbiltà sakemm u għal kemm idum previst reġim ta’ tranżizzjoni għal dawn il-kapitoli/it-tabelli/id-dokumenti f’konformità mal-Appendiċi B tal-Anness I.

Il-Maniġers tal-Infrastruttura jibqgħu marbuta bl-obbligu li jinnotifikaw id-definizzjoni għall-kontrolli tal-kompatibbiltà tal-vetturi mal-infrastuttura fir-rigward tas-sistema ETCS u tas-sistema tar-radju għal-linji eżistenti li fuqhom ikunu qed jitħaddmu l-ERTMS jew il-GSM-R skont il-punt 6.1.2.4 tal-Anness tar-Regolament (UE) 2016/919 sas-16 ta’ Jannar 2020. Fir-rigward tal-proġetti mibdija wara s-16 ta’ Jannar 2020 u qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jinnotifikaw din l-informazzjoni fi żmien 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Awwissu 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/919 tas-27 ta’ Mejju 2016 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema tal-kontroll-kmand u sinjalazzjoni tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 158, 15.6.2016, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rabta mal-objettivi speċifiċi għall-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (ĠU L 210, 15.8.2017, p. 5).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1730 tat-28 ta’ Settembru 2021 dwar l-użu armonizzat tal-baned ta’ frekwenzi akkoppjati 874,4-880,0 MHz u 919,4-925,0 MHz u l-banda ta’ frekwenzi mhux akkoppjata 1 900-1 910 MHz għar-Radju Mobbli Ferrovjarju (ĠU L 346, 30.9.2021, p. 1).


ANNESS I

Werrej

1.

INTRODUZZJONI 391

1.1.

L-ambitu tekniku 391

1.2.

L-ambitu Ġeografiku 391

1.3.

Il-kontenut ta’ din it-TSI 391

2.

ID-DEFINIZZJONI U L-AMBITU TAS-SUBSISTEMA 392

2.1.

Introduzzjoni 392

2.2.

L-ambitu 392

2.3.

Livelli ta’ Applikazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji (ETCS) 393

3.

IR-REKWIŻITI ESSENZJALI GĦAS-SUBSISTEMI TA’ KONTROLL-KMAND U SINJALAZZJONI 393

3.1.

Ġenerali 393

3.2.

Aspetti Speċifiċi tas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni 395

3.2.1.

Sikurezza 395

3.2.2.

Affidabbiltà u Disponibbiltà 395

3.2.3.

Kompatibbiltà Teknika 395

3.3.

Rekwiżiti essenzjali mhux koperti direttament minn din it-TSI 396

3.3.1.

Sikurezza 396

3.3.2.

Saħħa 396

3.3.3.

Protezzjoni Ambjentali 396

3.3.4.

Kompatibbiltà Teknika 396

3.3.5.

Aċċessibbiltà 396

4.

KARATTERIZZAZZJONI TAS-SUBSISTEMI 397

4.1.

Introduzzjoni 397

4.1.1.

Parametri bażiċi 397

4.1.2.

Ħarsa ġenerali lejn ir-rekwiżiti 397

4.1.3.

Partijiet tas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni 398

4.2.

Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-Subsistemi 398

4.2.1.

Il-karatteristiċi tal-affidabbiltà, tad-disponibbiltà u tas-sikurezza tal-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni rilevanti għall-interoperabbiltà 398

4.2.2.

Funzjonalità tal-ETCS abbord 400

4.2.3.

Funzjonalità tal-ETCS ta’ maġenb il-binarji 401

4.2.4.

Funzjonijiet ta’ komunikazzjoni mobbli għall-RMR tal-ferroviji 402

4.2.5.

Interfaċċi tal-air gap tal-RMR, tal-ETCS u tal-ATO 403

4.2.6.

Interfaċċi Abbord Interni għall-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni 404

4.2.7.

Interfaċċi ta’ Maġenb il-Binarji Interni għall-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni 406

4.2.8.

Ġestjoni tal-kjavi 407

4.2.9.

Ġestjoni tal-ETCS-IDs 407

4.2.10.

Sistemi ta’ Detezzjoni tal-Ferroviji ta’ Maġenb il-Binarji 407

4.2.11.

Kompatibbiltà Elettromanjetika bejn il-vetturi ferrovjarji u t-tagħmir ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji 407

4.2.12.

ETCS DMI (Interfaċċa Sewwieq-Magna) 407

4.2.13.

RMR DMI (Interfaċċa Sewwieq-Magna) 407

4.2.14.

Interfaċċa għar-Reġistrazzjoni tad-Data għal Finijiet Regolatorji 408

4.2.15.

Oġġetti ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji 408

4.2.16.

Il-kostruzzjoni tat-tagħmir użat fis-subsistemi ta’ CCS 408

4.2.17.

Kompatibbiltà tal-ETCS u tas-Sistema tar-Radju 408

4.2.18.

Funzjonalità tal-ATO abbord 412

4.2.19.

Funzjonalità tal-ATO ta’ maġenb il-binarji 413

4.2.20.

Dokumentazzjoni teknika għall-Manutenzjoni 413

4.3.

Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-interfaċċi għal Subsistemi oħrajn 414

4.3.1.

Interfaċċa għas-Subsistema tal-Operat u l-Immaniġġjar tat-Traffiku 414

4.3.2.

Interfaċċa għas-Subsistema tal-Vetturi Ferrovjarji 415

4.3.3.

Interfaċċi għas-Subsistema tal-Infrastruttura 418

4.3.4.

Interfaċċi għas-Subsistema tal-Enerġija 418

4.4.

Regoli ta’ tħaddim 418

4.5.

Regoli ta’ manutenzjoni 418

4.6.

Kompetenzi professjonali 418

4.7.

Kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza 419

4.8.

Reġistri 419

4.9.

Verifiki tal-kompatibbiltà tar-rotta qabel l-użu ta’ vetturi awtorizzati 419

5.

KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABBILTÀ 419

5.1.

Definizzjoni 419

5.2.

Lista ta’ kostitwenti tal-interoperabbiltà 419

5.2.1.

Kostitwenti bażiċi tal-interoperabbiltà 419

5.2.2.

Raggruppar ta’ kostitwenti tal-interoperabbiltà 419

5.3.

Il-prestazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kostitwenti 420

6.

IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ U/JEW L-IDONEITÀ GĦALL-UŻU TAL-KOSTITWENTI U L-VERIFIKA TAS-SUBSISTEMI 426

6.1.

Introduzzjoni 426

6.1.1.

Prinċipji ġenerali 426

6.1.2.

Prinċipji għall-ittestjar tal-ETCS, tal-ATO u tal-RMR 427

6.2.

Kostitwenti tal-interoperabbiltà 427

6.2.1.

Proċeduri ta’ valutazzjoni għall-Kostitwenti tal-Interoperabbiltà ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni 427

6.2.2.

Moduli għall-Kostitwenti tal-Interoperabbiltà ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni 428

6.2.3.

Rekwiżiti għall-valutazzjoni 428

6.2.4.

Kwistjonijiet speċjali 431

6.3.

Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni 432

6.3.1.

Proċeduri ta’ valutazzjoni għas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni 432

6.3.2.

Moduli għas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni 433

6.3.3.

Rekwiżiti ta’ valutazzjoni għal Subsistema Abbord 433

6.3.4.

Rekwiżiti ta’ valutazzjoni għal Subsistema ta’ Maġenb il-Binarji 438

6.4.

Dispożizzjonijiet fil-każ tal-valutazzjoni parzjali tar-rekwiżiti tat-TSI 443

6.4.1.

Valutazzjoni ta’ partijiet ta’ subsistemi ta’ kontroll-kmand u sinjalazzjoni 443

6.4.2.

Dikjarazzjoni Intermedja ta’ Verifika 444

6.5.

Immaniġġjar tal-iżbalji 444

6.5.1.

Kontenut taċ-ċertifikati tal-KE 444

6.5.2.

Kontenut tad-dikjarazzjonijiet tal-KE 445

7.

L-IMPLIMENTAZZJONI TAT-TSI TA’ KONTROLL-KMAND U SINJALAZZJONI 445

7.1.

Introduzzjoni 445

7.2.

Regoli applikabbli b’mod ġenerali 445

7.2.1.

It-titjib jew it-tiġdid tas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand jew ta’ partijiet minnhom 445

7.2.2.

Bidliet f’Subsistema abbord eżistenti 445

7.2.3.

Titjib jew tiġdid ta’ subsistema eżistenti ta’ maġenb il-binarji 451

7.2.4.

Ċertifikati tat-tip tal-KE jew tal-eżami tal-KE tad-disinn 454

7.2.5.

Sistemi diġà eżistenti 455

7.2.6.

Id-disponibbiltà ta’ Moduli Speċifiċi ta’ Trażmissjoni u interfaċċi għall-Klassi B abbord 455

7.2.7.

Tagħmir addizzjonali tal-Klassi B fuq linja mgħammra bil-Klassi A 456

7.2.8.

Vettura b’tagħmir tal-Klassi A u tal-Klassi B 456

7.2.9.

Kundizzjonijiet għal funzjonijiet obbligatorji u fakultattivi 456

7.2.10.

Manutenzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet (korrezzjonijiet tal-iżbalji) 458

7.3.

Regoli ta’ implimentazzjoni speċifiċi għall-RMR 459

7.3.1.

Installazzjonijiet maġenb il-binarji 459

7.3.2.

Installazzjonijiet abbord 460

7.4.

Regoli ta’ implimentazzjoni speċifiċi għall-ETCS 461

7.4.1.

Installazzjonijiet maġenb il-binarji 461

7.4.2.

Installazzjonijiet abbord 462

7.4.3.

Rekwiżiti nazzjonali 464

7.4.4.

Pjanijiet ta’ Implimentazzjoni Nazzjonali 464

7.5.

Regoli ta’ implimentazzjoni tal-kontrolli tal-kompatibbiltà tal-ETCS u tas-sistema tar-radju 466

7.6.

Regoli ta’ implimentazzjoni speċifiċi għas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji 466

7.7.

Każijiet speċifiċi 466

7.7.1.

Introduzzjoni 466

7.7.2.

Lista ta’ każijiet speċifiċi 467
Appendiċi A 478

Tabella A 1 –

Referenzi bejn il-parametri bażiċi u l-ispeċifikazzjonijiet obbligatorji 478

Tabella A 2 –

Lista ta’ speċifikazzjonijiet obbligatorji 481

Tabella A 3 –

Lista ta’ standards 486

Tabella A 4 –

Lista ta’ standards obbligatorji għal laboratorji akkreditati 486
Appendiċi B 487

B1.

Bidliet fir-rekwiżiti u fir-reġimi ta’ tranżizzjoni għas-Subsistemi Abbord 487

B2.

Bidliet fir-rekwiżiti u fir-reġimi ta’ tranżizzjoni għas-Subsistema ta’ CCS ta’ Maġenb il-Binarji 499

B3.

Bidliet fir-rekwiżiti u fir-reġimi ta’ tranżizzjoni tal-Kostitwenti tal-Interoperabbiltà għas-Subsistema ta’ CCS 501
Appendiċi C 503

Appendiċi C.1:

Mudell tad-Dikjarazzjoni tal-ESC 504

Appendiċi C.2:

Mudell tad-Dikjarazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ESC 505

Appendiċi C.3:

Mudell tad-Dikjarazzjoni tal-RSC 506

Appendiċi C.4:

Dikjarazzjoni tal-RSC għall-mudell għall-Kostitwent tal-Interoperabbiltà 507

Appendiċi C.5:

Mudell tad-Dikjarazzjoni kkombinata tal-ESC/RSC 508

Appendiċi C.6:

Mudell tad-Dikjarazzjoni kkombinata tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ESC/RSC 509
Appendiċi D 510
Appendiċi E 511
Appendiċi F 515
Appendiċi G 516
Appendiċi H 518

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   L-ambitu tekniku

Din it-TSI tikkonċerna s-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord u s-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji.

Din it-TSI hija applikabbli għal Subsistemi ta’ kontroll-kmand u sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji tan-network ferrovjarju definit fil-punt 1.2 (L-ambitu Ġeografiku) ta’ din it-TSI u għas-subsistemi ta’ kontroll-kmand u sinjalazzjoni abbord il-vetturi li huma mħaddma fuqu (jew huma maħsuba li jiġu mħaddma fuqu). Dawn il-vetturi huma wieħed minn dawn it-tipi li ġejjin (kif definit fil-punt 2 tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2016/797):

(1)

lokomotivi u vetturi ferrovjarji tal-passiġġieri, inkluż magni tat-trazzjoni termali jew elettriċi, ferroviji tal-passiġġieri bi propulsjoni proprja termali jew elettrika, u coaches tal-passiġġieri, jekk ikunu mgħammra b’kabina tas-sewqan.

(2)

vetturi speċjali, bħal magni ta’ fuq il-binarji, jekk ikunu mgħammra b’kabina tas-sewqan u jkunu intenzjonati sabiex jintużaw f’modalità ta’ tħaddim fuq ir-roti tagħhom stess.

Din il-lista ta’ vetturi għandha tinkludi dawk li huma ddisinjati apposta sabiex jaħdmu fuq it-tipi differenti ta’ linji ta’ veloċità għolja deskritti fil-punt 1.2(L-ambitu Ġeografiku).

1.2.   L-ambitu Ġeografiku

L-ambitu ġeografiku ta’ din it-TSI huwa n-network tas-sistema ferrovjarja kollha, kif deskritt fil-punt 1 tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2016/797, u jeskludi l-każijiet ta’ infrastruttura msemmija fl-Artikolu 1(3) u (4) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

It-TSI għandha tapplika għal networks b’gauges tal-binarji ta’ 1 435 mm, 1 520 mm, 1 524 mm, 1 600 mm u 1 668 mm. Madankollu, din ma għandhiex tapplika għal linji qosra ta’ qsim tal-fruntiera b’gauges tal-binarji ta’ 1 520 mm li jkunu konnessi man-network ta’ pajjiżi terzi.

1.3.   Il-kontenut ta’ din it-TSI

F’konformità mal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva (UE) 2016/797, din it-TSI:

(1)

tindika l-ambitu maħsub tagħha – il-Kapitolu 2 (Id-definizzjoni u l-ambitu tas-subsistema);

(2)

tistabbilixxi rekwiżiti essenzjali għas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni u l-interfaċċi tagħhom fir-rigward ta’ subsistemi oħrajn – il-Kapitolu 3 (Ir-Rekwiżiti Essenzjali għas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni);

(3)

tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi li jrid ikollhom is-Subsistemi u l-interfaċċi tagħhom fir-rigward ta’ subsistemi oħrajn – il-Kapitolu 4 (Karatterizzazzjoni tas-Subsistemi);

(4)

tiddetermina l-kostitwenti tal-interoperabbiltà u l-interfaċċi li jridu jiġu koperti mill-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, inklużi l-istandards Ewropej, u li huma meħtieġa sabiex tinkiseb l-interoperabbiltà fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni – il-Kapitolu 5 (Kostitwenti tal-Interoperabbiltà);

(5)

tgħid, f’kull każ li jkun qiegħed jiġi kkunsidrat, liema proċeduri għandhom jintużaw sabiex tiġi vvalutata l-konformità jew l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà u għall-verifika tal-“KE” tas-subsistemi – il-Kapitolu 6 (Il-valutazzjoni tal-konformità u/jew l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti u l-verifika tas-subsistemi);

(6)

tindika l-istrateġija għall-implimentazzjoni ta’ din it-TSI. – il-Kapitolu 7 (L-implimentazzjoni tat-TSI ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni);

(7)

tindika l-kompetenzi professjonali u l-kundizzjonijiet tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol meħtieġa għall-persunal li jħaddem u jżomm dawn is-subsistemi u li jimplimenta t-TSI — il-Kapitolu 4 (Karatterizzazzjoni tas-Subsistemi);

(8)

tindika d-dispożizzjonijiet applikabbli għas-subsistemi eżistenti, b’mod partikolari f’każ li jiġu mtejba u mġedda u, f’każijiet bħal dawn, ix-xogħol ta’ modifika li jeħtieġ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ġdida għall-vettura jew għas-subsistema ta’ maġenb il-binarji — il-Kapitolu 7 (L-implimentazzjoni tat-TSI ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni);

(9)

tindika l-parametri tas-subsistema li għandhom jiġu kkontrollati mill-impriża ferrovjarja u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati sabiex jiġu kkontrollati dawk il-parametri wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq u qabel l-ewwel użu tal-vettura sabiex tkun żgurata l-kompatibbiltà bejn il-vetturi u r-rotot li jkunu se jitħaddmu fuqhom — il-Kapitolu 4 (Karatterizzazzjoni tas-Subsistemi)

F’konformità mal-Artikolu 4(5) tad-Direttiva (UE) 2016/797, id-dispożizzjonijiet għal każijiet speċifiċi huma indikati fil-Kapitolu 7 (L-implimentazzjoni tat-TSI ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni).

Din it-TSI tistabbilixxi wkoll, fil-Kapitolu 4 (Karatterizzazzjoni tas-Subsistemi), ir-regoli ta’ tħaddim u ta’ manutenzjoni li japplikaw speċifikament għall-ambitu indikat fil-paragrafi 1.1 u 1.2 hawn fuq.

2.   ID-DEFINIZZJONI U L-AMBITU TAS-SUBSISTEMA

2.1.   Introduzzjoni

Is-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni huma ddefiniti fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797 bħala:

(1)

Il-kmand-kontroll u s-sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji bħala: “it-tagħmir kollu maġenb il-binarji meħtieġ biex jiżgura s-sikurezza u biex jikkmanda u jikkontrolla l-movimenti ta’ ferroviji awtorizzati biex jivvjaġġaw fuq in-network.”;

(2)

Il-kmand-kontroll u s-sinjalazzjoni abbord bħala “it-tagħmir kollu abbord meħtieġ biex jiżgura s-sikurezza u biex jikkmanda u jikkontrolla l-movimenti tal-ferroviji awtorizzati biex jivvjaġġaw fuq in-network”.

Il-karatteristiċi tas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni huma:

(1)

il-funzjonijiet li huma essenzjali għall-kontroll sikur tat-traffiku ferrovjarju, u li huma essenzjali għat-tħaddim tiegħu, inklużi dawk meħtieġa għal modalitajiet degradati (1);

(2)

l-interfaċċi;

(3)

il-livell ta’ prestazzjoni meħtieġ sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti essenzjali.

2.2.   L-ambitu

It-TSI tas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni tispeċifika biss dawk ir-rekwiżiti li huma meħtieġa sabiex jiġu żgurati l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali (2).

Is-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni jinkludu l-partijiet li ġejjin:

(1)

protezzjoni tal-ferroviji;

(2)

komunikazzjoni tar-radju bil-vuċi;

(3)

komunikazzjoni tad-data bir-radju;

(4)

detezzjoni tal-ferroviji;

(5)

tħaddim awtomatizzat tal-ferroviji (3).

L-ERTMS (is-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju) hija magħmula mill-protezzjoni tal-ferrovija (ETCS), mill-komunikazzjoni bir-radju (RMR) u mit-tħaddim awtomatizzat tal-ferroviji (ATO).

Is-sistema ta’ protezzjoni tal-ferroviji tal-Klassi A hija l-ETCS (is-Sistema Ewropea ta’ Kontroll tal-Ferroviji) (4) filwaqt li s-sistema tar-radju tal-Klassi A hija l-RMR (is-Sistema tar-Radju Mobbli Ferrovjarju). F’din it-TSI, l-RMR tinkludi żewġ sistemi tar-radju tal-klassi A: il-GSM-R u l-FRMCS (is-Sistema ta’ Komunikazzjoni Mobbli Ferrovjarja Futura) li jistgħu jiġu implimentati t-tnejn fl-istess ħin kif ukoll kull waħda minnhom separatament (5).

Għad-detezzjoni tal-ferroviji, din it-TSI tispeċifika biss ir-rekwiżiti għall-interfaċċa ma’ subsistemi oħrajn.

Il-lista tas-sistemi tal-Klassi B hija stabbilita fl-Anness II ta’ dan ir-regolament.

Ir-rekwiżiti għas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord huma speċifikati fir-rigward tar-radjijiet mobbli, tal-protezzjoni tal-ferrovija u tat-tħaddim awtomatizzat tal-ferroviji tal-Klassi A.

Ir-rekwiżiti għas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji huma speċifikati fir-rigward ta’:

(1)

in-network tar-radju tal-Klassi A;

(2)

il-protezzjoni tal-ferroviji tal-Klassi A;

(3)

it-tħaddim awtomatizzat tal-ferroviji tal-Klassi A;

(4)

ir-rekwiżiti tal-interfaċċa għas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji, sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tagħhom mal-vetturi ferrovjarji.

Is-Subsistemi kollha ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni, anke fejn ma jkunx speċifikat f’din it-TSI, għandhom jiġu vvalutati skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2013 (6).

2.3.   Livelli ta’ Applikazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji (ETCS)

L-interfaċċi speċifikati minn din it-TSI jiddefinixxu l-mezzi ta’ trażmissjoni tad-data lill-ferroviji u (fejn xieraq) minnhom. L-ispeċifikazzjonijiet tal-ETCS imsemmija minn din it-TSI jipprovdu livelli ta’ applikazzjoni li minnhom l-implimentazzjoni ta’ maġenb il-binarji tista’ tagħżel il-mezzi ta’ trażmissjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti tagħha.

Din it-TSI tiddefinixxi r-rekwiżiti għal kull livell ta’ applikazzjoni. Għad-definizzjoni teknika tal-livelli ta’ applikazzjoni tal-ETCS, ara l-Appendiċi A, it-Tabella A.1, 4.1 c.

3.   IR-REKWIŻITI ESSENZJALI GĦAS-SUBSISTEMI TA’ KONTROLL-KMAND U SINJALAZZJONI

3.1.   Ġenerali

Id-Direttiva (UE) 2016/797 tirrikjedi li s-subsistemi u l-kostitwenti tal-interoperabbiltà inklużi l-interfaċċi jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f’termini ġenerali fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva.

Ir-rekwiżiti essenzjali huma:

(1)

is-Sikurezza;

(2)

l-Affidabbiltà u d-Disponibbiltà;

(3)

is-Saħħa;

(4)

il-Protezzjoni Ambjentali;

(5)

il-Kompatibbiltà teknika;

(6)

l-Aċċessibbiltà.

Ir-rekwiżiti essenzjali għas-sistemi tal-Klassi A huma deskritti fit-Tabella 3.1.

Ir-rekwiżiti għas-sistema tal-Klassi B jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru rilevanti.

It-tabella li ġejja tindika r-rekwiżiti essenzjali, kif stabbiliti u nnumerati fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797, meqjusa mill-parametri bażiċi definiti fil-Kapitolu 4 ta’ din it-TSI.

Tabella 3.1.

Ir-Relazzjoni bejn ir-Rekwiżiti Essenzjali u l-Parametri Bażiċi

Punt tal-Parametru Bażiku

Titolu tal-Parametru Bażiku

Sikurezza

Affidabbiltà–Disponibbiltà

Saħħa

Protezzjoni ambjentali

Kompatibbiltà teknika

4.2.1

Il-karatteristiċi tal-affidabbiltà, tad-disponibbiltà u tas-sikurezza tal-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni rilevanti għall-interoperabbiltà

1.1.1

1.1.3

2.3.1

1.2

 

 

 

4.2.2

Funzjonalità tal-ETCS abbord

1.1.1

 

 

 

1.5

2.3.2

4.2.3

Funzjonalità tal-ETCS ta’ maġenb il-binarji

1.1.1

 

 

 

1.5

2.3.2

4.2.4

Funzjonijiet ta’ komunikazzjoni mobbli għall-RMR tal-ferroviji

 

 

 

1.4.3

1.5

2.3.2

4.2.5

Interfaċċi tal-air gap tal-RMR, tal-ETCS u tal-ATO

 

 

 

 

1.5

2.3.2

4.2.6

Interfaċċi Abbord Interni għall-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni

 

 

 

 

1.5

2.3.2

4.2.7

Interfaċċi ta’ Maġenb il-Binarji Interni għall-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni

 

 

 

 

1.5

2.3.2

4.2.8

Ġestjoni tal-kjavi

 

 

 

 

1.5

2.3.2

4.2.9

Ġestjoni tal-ETCS-IDs

 

 

 

 

1.5

2.3.2

4.2.10

Sistemi ta’ Detezzjoni tal-Ferroviji ta’ Maġenb il-Binarji

 

 

 

 

1.5

2.3.2

4.2.11

Kompatibbiltà Elettromanjetika bejn il-vetturi ferrovjarji u t-tagħmir ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji

 

 

 

1.4.3

1.5

2.3.2

4.2.12

ETCS DMI (Interfaċċa Sewwieq-Magna)

 

 

 

 

1.5

2.3.2

4.2.13

RMR DMI (Interfaċċa Sewwieq-Magna)

 

 

 

 

1.5

2.3.2

4.2.14

Interfaċċa għar-Reġistrazzjoni tad-Data għal Finijiet Regolatorji

1.1.1

 

 

 

1.5

2.3.2

4.2.15

Oġġetti ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji

 

 

 

 

1.5

2.3.2

4.2.16

Il-kostruzzjoni tat-tagħmir użat fis-subsistemi ta’ CCS

1.1.3

1.1.4

 

1.3.2

1.4.2

 

4.2.17

Kompatibbiltà tal-ETCS u tas-Sistema tar-Radju

 

 

 

 

1.5

2.3.2

4.2.18

Funzjonalità tal-ATO abbord

 

 

 

 

1.5

2.3.2

4.2.19

Funzjonalità tal-ATO ta’ maġenb il-binarji

 

 

 

 

1.5

2.3.2

4.2.20

Dokumentazzjoni teknika għall-Manutenzjoni

1.1.5

1.1.1

 

 

 

 

3.2.   Aspetti Speċifiċi tas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni

3.2.1.   Sikurezza

Kull proġett ta’ Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura li r-riskju li jseħħ żball fl-ambitu tas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ma jkunx ta’ livell ogħla mill-objettiv għas-servizz.

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri meħuda sabiex tinkiseb is-sikurezza ma jipperikolawx l-interoperabbiltà, għandhom jiġu rrispettati r-rekwiżiti tal-parametru bażiku definit fil-punt 4.2.1 (Il-karatteristiċi tal-affidabbiltà, tad-disponibbiltà u tas-sikurezza tal-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni rilevanti għall-interoperabbiltà).

Għas-sistema ETCS tal-Klassi A, l-objettiv ta’ sikurezza huwa mqassam bejn is-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord u s-Subsistema ta’ Maġenb il-Binarji. Ir-rekwiżiti dettaljati huma speċifikati fil-parametru bażiku ddefinit fil-punt 4.2.1 (Il-karatteristiċi tal-affidabbiltà, tad-disponibbiltà u tas-sikurezza tal-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni rilevanti għall-interoperabbiltà). Dan ir-rekwiżit ta’ sikurezza għandu jiġi ssodisfat flimkien mar-rekwiżiti ta’ disponibbiltà, kif definit fil-punt 3.2.2 (Affidabbiltà u Disponibbiltà).

3.2.2.   Affidabbiltà u Disponibbiltà

Għas-sistema tal-Klassi A, l-objettivi ta’ affidabbiltà u disponibbiltà huma mqassma bejn is-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord u s-Subsistema ta’ Maġenb il-Binarji. Ir-rekwiżiti dettaljati huma speċifikati fil-parametru bażiku ddefinit fil-punt 4.2.1 (Il-karatteristiċi tal-affidabbiltà, tad-disponibbiltà u tas-sikurezza tal-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni rilevanti għall-interoperabbiltà).

Il-livell ta’ riskju kkawżat mill-età u t-tkagħbir bl-użu tal-kostitwenti użati fis-subsistema għandu jiġi mmonitorjat. Ir-rekwiżiti għall-manutenzjoni ddikjarati fil-punt 4.5 għandhom jiġu rrispettati.

3.2.3.   Kompatibbiltà Teknika

Il-kompatibbiltà teknika tinkludi l-funzjonijiet, l-interfaċċi u l-prestazzjonijiet meħtieġa sabiex tinkiseb l-interoperabbiltà.

Ir-rekwiżiti tal-kompatibbiltà teknika huma suddiviżi fit-tliet kategoriji li ġejjin:

(1)

L-ewwel kategorija tistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali tal-inġinerija għall-interoperabbiltà, jiġifieri l-kundizzjonijiet ambjentali, il-kompatibbiltà elettromanjetika interna (EMC) fil-konfini ferrovjarji, u l-installazzjoni. Dawn ir-rekwiżiti tal-kompatibbiltà huma definiti f’dan il-kapitolu.

(2)

It-tieni kategorija tiddeskrivi kif is-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni għandhom jiġu applikati teknikament u liema funzjonijiet għandhom iwettqu sabiex jiżguraw l-interoperabbiltà. Din il-kategorija hija definita fil-Kapitolu 4.

(3)

It-tielet kategorija tiddeskrivi kif is-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni huma interkonnessi mas-Subsistema tal-Operat u l-Immaniġġjar tat-Traffiku sabiex tinkiseb l-interoperabbiltà operazzjonali. Din il-kategorija hija deskritta fil-Kapitolu 4.

3.2.3.1.   Kompatibbiltà tal-Inġinerija

3.2.3.1.1.    Kundizzjonijiet ambjentali fiżiċi

It-tagħmir ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni għandu jkun kapaċi jaħdem fil-kundizzjonijiet klimatiċi u fiżiċi li jikkaratterizzaw iż-żona li fiha tinsab il-parti rilevanti tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni.

Ir-rekwiżiti tal-parametru bażiku 4.2.16 (Il-kostruzzjoni tat-tagħmir użat fis-subsistemi ta’ CCS) għandhom jiġu rrispettati.

3.2.3.1.2.    Kompatibbiltà Elettromanjetika Interna Ferrovjarja

Il-parametru bażiku relatat mal-kompatibbiltà elettromanjetika bejn il-vetturi ferrovjarji u t-tagħmir ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji huwa deskritt fil-punt 4.2.11 (Kompatibbiltà Elettromanjetika bejn il-vetturi ferrovjarji u t-tagħmir ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji).

3.3.   Rekwiżiti essenzjali mhux koperti direttament minn din it-TSI

3.3.1.   Sikurezza

Ir-rekwiżit essenzjali 1.1.2 fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797 ma huwiex fl-ambitu ta’ din it-TSI.

Ir-rekwiżit essenzjali 1.1.4 fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797 għas-subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji huwa kopert mid-dispożizzjonijiet Ewropej u nazzjonali applikabbli fis-seħħ.

3.3.2.   Saħħa

F’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li hija kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li l-materjali użati u d-disinn tas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ma jkunux ta’ periklu għas-saħħa tal-persuni li jkollhom aċċess għalihom. Dan jirrigwarda r-rekwiżit essenzjali 1.3.1 fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797. Ir-rekwiżit essenzjali 1.3.2 fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797 għas-subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji huwa kopert mid-dispożizzjonijiet Ewropej u nazzjonali applikabbli fis-seħħ.

3.3.3.   Protezzjoni Ambjentali

F’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li hija kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni:

(1)

it-tagħmir ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni, jekk ikun soġġett għal sħana eċċessiva jew nirien, ma għandux jaqbeż il-limiti tal-emissjoni ta’ dħaħen jew gassijiet li jikkawżaw dannu lill-ambjent. Dan jirrigwarda r-rekwiżit essenzjali 1.4.2 fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(2)

it-tagħmir ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ma għandux ikun fih sustanzi li jistgħu jikkontaminaw b’mod anormali l-ambjent waqt l-użu normali tiegħu. Dan jirrigwarda r-rekwiżit essenzjali 1.4.1 fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(3)

it-tagħmir ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni għandu jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ li tikkontrolla l-limiti tal-emissjoni ta’ interferenza elettromanjetika u s-suxxettibbiltà għaliha tul il-fruntieri tal-proprjetà ferrovjarja. Dan jirrigwarda r-rekwiżit essenzjali 1.4.3 fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(4)

it-tagħmir ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni għandu jikkonforma mar-regolamenti eżistenti dwar it-tniġġiż akustiku. Dan jirrigwarda r-rekwiżit essenzjali 1.4.4 fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797;

(5)

it-tagħmir ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ma għandu jwassal għal ebda livell mhux ammissibbli ta’ vibrazzjoni li jista’ jipperikola l-integrità tal-infrastruttura (meta l-infrastruttura tkun fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni). Dan jirrigwarda r-rekwiżit essenzjali 1.4.5 fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797.

3.3.4.   Kompatibbiltà Teknika

3.3.4.1.   Kompatibbiltà Elettromanjetika Interna Ferrovjarja

F’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li hija kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, it-tagħmir ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni la għandu jinterferixxi ma’ tagħmir ieħor ta’ kontroll-kmand u sinjalazzjoni jew ma’ subsistemi oħrajn u lanqas ma jkollu interferenzi minnhom.

3.3.5.   Aċċessibbiltà

Ir-rekwiżit essenzjali 1.6 fl-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797 ma jaqax fl-ambitu ta’ din it-TSI.

4.   KARATTERIZZAZZJONI TAS-SUBSISTEMI

4.1.   Introduzzjoni

4.1.1.   Parametri bażiċi

F’konformità mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti, is-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni huma kkaratterizzati mill-parametri bażiċi li ġejjin:

(1)

Il-karatteristiċi tal-affidabbiltà, tad-disponibbiltà u tas-sikurezza tal-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni rilevanti għall-interoperabbiltà (il-punt 4.2.1);

(2)

Funzjonalità tal-ETCS abbord (il-punt 4.2.2);

(3)

Funzjonalità tal-ETCS ta’ maġenb il-binarji (il-punt 4.2.3);

(4)

Funzjonijiet ta’ komunikazzjoni mobbli għall-RMR tal-ferroviji (il-punt 4.2.4);

(5)

Interfaċċi tal-air gap tal-RMR, tal-ETCS u tal-ATO (il-punt 4.2.5);

(6)

Interfaċċi Abbord Interni għall-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni (il-punt 4.2.6);

(7)

Interfaċċi ta’ Maġenb il-Binarji Interni għall-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni (il-punt 4.2.7);

(8)

Ġestjoni tal-kjavi (il-punt 4.2.8);

(9)

Ġestjoni tal-ETCS-IDs (il-punt 4.2.9);

(10)

Sistemi ta’ Detezzjoni tal-Ferroviji ta’ Maġenb il-Binarji (il-punt 4.2.10);

(11)

Kompatibbiltà Elettromanjetika bejn il-vetturi ferrovjarji u t-tagħmir ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji (il-punt 4.2.11);

(12)

ETCS DMI (Interfaċċa Sewwieq-Magna) (il-punt 4.2.12);

(13)

RMR DMI (Interfaċċa Sewwieq-Magna) (il-punt 4.2.13);

(14)

Interfaċċa għar-Reġistrazzjoni tad-Data għal Finijiet Regolatorji (il-punt 4.2.14);

(15)

Oġġetti ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji (il-punt 4.2.15);

(16)

Il-kostruzzjoni tat-tagħmir użat fis-subsistemi ta’ CCS (il-punt 4.2.16);

(17)

Kompatibbiltà tal-ETCS u tas-Sistema tar-Radju (il-punt 4.2.17);

(18)

Funzjonalità tal-ATO abbord (il-punt 4.2.18);

(19)

Funzjonalità tal-ATO ta’ maġenb il-binarji (il-punt 4.2.19);

(20)

Dokumentazzjoni teknika għall-Manutenzjoni (il-punt 4.2.20).

4.1.2.   Ħarsa ġenerali lejn ir-rekwiżiti

Ir-rekwiżiti kollha fil-punt 4.2 (Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-Subsistemi) relatati ma’ dawn il-parametri bażiċi għandhom jiġu applikati għas-sistema tal-Klassi A.

Ir-rekwiżiti għas-sistemi tal-Klassi B u għall-STMs (li jippermettu li s-sistema Abbord tal-Klassi A taħdem fuq l-infrastruttura tal-Klassi B) huma r-responsabbiltà tal-Istat Membru rilevanti.

Din it-TSI hija bbażata fuq il-prinċipji li s-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji tkun abilitata sabiex tkun kompatibbli mas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord konformi mat-TSI. Sabiex jintlaħaq dan l-għan:

(1)

il-funzjonijiet, l-interfaċċi u l-prestazzjoni tas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord huma standardizzati, sabiex jiġi żgurat li kull ferrovija tirreaġixxi b’mod prevedibbli għad-data li tirċievi minn maġenb il-binarji;

(2)

għas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji, il-komunikazzjoni bejn il-binarji u l-ferrovija u bejn il-ferrovija u l-binarji hija kompletament standardizzata f’din it-TSI. L-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-punti ta’ hawn taħt jippermettu li l-funzjonalità tal-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji tiġi applikata b’mod flessibbli, sabiex tkun tista’ tiġi integrata bl-aħjar mod fis-sistema ferrovjarja. Din il-flessibbiltà għandha tiġi sfruttata mingħajr ma jiġi limitat il-moviment tal-vetturi b’subsistemi abbord konformi mat-TSI.

Il-funzjonijiet ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni huma kklassifikati f’kategoriji li jindikaw jekk humiex fakultattivi jew obbligatorji. Il-kategoriji huma ddefiniti fil-punt 7.2.9 ta’ din it-TSI u fl-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Appendiċi A u dawn it-testi jiddikjaraw ukoll kif il-funzjonijiet huma kklassifikati.

L-Appendiċi A, it-Tabella A.1, 4.1 c jipprovdi l-Glossarju tat-termini u d-definizzjonijiet tal-ETCS u tal-ATO, li jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Appendiċi A.

4.1.3.   Partijiet tas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni

Skont il-punt 2.2 (L-ambitu) is-Subsistemi tal-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni jistgħu jiġu suddiviżi f’partijiet.

It-tabella li ġejja tindika liema parametri bażiċi huma rilevanti għal kull subsistema u għal kull parti.

Tabella 4.1.

Partijiet tas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni

Subsistema

Parti

Parametri bażiċi

Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord

Protezzjoni tal-ferroviji

4.2.1, 4.2.2, 4.2.5, 4.2.6, 4.2.8, 4.2.9, 4.2.12, 4.2.14, 4.2.16, 4.2.17, 4.2.20

Komunikazzjoni tal-vuċi bir-radju

4.2.1.2, 4.2.4.1, 4.2.4.2, 4.2.5.1, 4.2.13, 4.2.16, 4.2.17, 4.2.20

Komunikazzjoni tad-data bir-radju

4.2.1.2, 4.2.4.1, 4.2.4.3, 4.2.5.1, 4.2.6.2, 4.2.16, 4.2.17, 4.2.20

Tħaddim Awtomatizzat tal-Ferroviji

4.2.1.2, 4.2.5.1, 4.2.6, 4.2.12, 4.2.16, 4.2.18, 4.2.20

Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji

Protezzjoni tal-ferroviji

4.2.1, 4.2.3, 4.2.5, 4.2.7, 4.2.8, 4.2.9, 4.2.15, 4.2.16, 4.2.17, 4.2.20

Komunikazzjoni tal-vuċi bir-radju

4.2.1.2, 4.2.4, 4.2.5.1, 4.2.7, 4.2.16, 4.2.17, 4.2.20

Komunikazzjoni tad-data bir-radju

4.2.1.2, 4.2.4, 4.2.5.1, 4.2.7, 4.2.16, 4.2.17, 4.2.20

Detezzjoni tal-ferroviji

4.2.10, 4.2.11

Tħaddim Awtomatizzat tal-Ferroviji

4.2.1.2, 4.2.5.1, 4.2.7, 4.2.16, 4.2.19, 4.2.20

4.2.   Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-Subsistemi

4.2.1.   Il-karatteristiċi tal-affidabbiltà, tad-disponibbiltà u tas-sikurezza tal-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni rilevanti għall-interoperabbiltà

Dan il-parametru bażiku jiddeskrivi r-rekwiżiti għas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord u s-subsistema ta’ Maġenb il-Binarji b’referenza għall-punt 3.2.1 (Sikurezza) u l-punt 3.2.2 (Affidabbiltà u Disponibbiltà).

Sabiex tinkiseb l-interoperabbiltà, meta jiġu implimentati s-subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord u ta’ Maġenb il-Binarji, għandhom jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Id-disinn, l-implimentazzjoni u l-użu ta’ subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord jew ta’ Maġenb il-Binarji ma għandhom jgħaddu l-ebda rekwiżit:

(a)

tul l-interfaċċa bejn is-subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord u ta’ Maġenb il-Binarji minbarra r-rekwiżiti speċifikati f’din it-TSI;

(b)

għal kwalunkwe subsistema oħra minbarra r-rekwiżiti speċifikati fit-TSIs korrispondenti.

(2)

Ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 4.2.1.1 u 4.2.1.2 hawn taħt għandhom jiġu rrispettati.

4.2.1.1.   Sikurezza

Is-subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord u ta’ Maġenb il-Binarji għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti għat-tagħmir u l-installazzjonijiet tal-ETCS iddikjarati f’din it-TSI.

Għall-periklu “qbiż tal-limiti tal-veloċità u/jew tad-distanza rakkomandati lill-ETCS”, ir-rata tollerabbli ta’ periklu (THR) għandha tkun ta’ 10-9 h-1 għal ħsarat aleatorji tal-ETCS abbord u ta’ 10-9 h-1 għal ħsarat aleatorji tal-ETCS maġenb il-binarji. Ara l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.1 a.

Sabiex tinkiseb l-interoperabbiltà, l-ETCS abbord għandha tirrispetta bis-sħiħ ir-rekwiżiti kollha speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.1. Madankollu, rekwiżiti ta’ sikurezza anqas stretti huma aċċettabbli għall-ETCS maġenb il-binarji sakemm, flimkien mas-subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord konformi mat-TSI, jiġi ssodisfat il-livell ta’ sikurezza għas-servizz.

Għas-sistema ETCS tal-Klassi A:

(1)

il-bidliet li jsiru mill-impriżi ferrovjarji u mill-maniġers tal-infrastruttura sabiex iwettqu attivitajiet ta’ manutenzjoni preventiva jew korrettiva għandhom jiġu ġestiti f’konformità mal-proċessi u mal-proċeduri tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sikurezza tagħhom skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva dwar is-Sikurezza) (7);

(2)

tipi oħrajn ta’ bidliet magħmula mill-impriża ferrovjarja u mill-maniġers tal-infrastruttura (eż. bidliet fid-disinn jew fl-implimentazzjoni tal-ETCS), kif ukoll il-bidliet magħmula minn atturi oħrajn (eż. manifatturi jew fornituri oħrajn) għandhom jiġu ġestiti skont il-proċess tal-ġestjoni tar-riskju stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(a) tad-Direttiva (UE) 2016/798.

Barra minn hekk, l-applikazzjoni korretta tal-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju kif stipulat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 402/2013, kif ukoll l-adegwatezza tar-riżultati minn din l-applikazzjoni, għandhom jiġu vvalutati indipendentement minn korp ta’ valutazzjoni tas-CSM skont l-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament. Ma għandux ikun hemm restrizzjonijiet fir-rigward tat-tip A, B jew C ta’ indipendenza tal-korp tal-valutazzjoni tas-CSM permess mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013. Il-korp ta’ valutazzjoni tas-CSM għandu jiġi akkreditat jew rikonoxxut skont ir-rekwiżiti fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013 fil-qasam tas-subsistema ta’ “Kontroll-kmand u Sinjalazzjoni”, kif elenkati fil-punt 5 “klassifikazzjoni” tal-entrata fil-bażi tad-data tal-ERADIS għall-Korpi ta’ Valutazzjoni.

L-akkreditazzjoni, jew ir-rikonoxximent, fil-qasam tas-subsistema ta’ “Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni”, ikopri l-kompetenza tal-korp ta’ valutazzjoni tas-CSM sabiex jivvaluta b’mod indipendenti l-“integrazzjoni sikura” fil-livell ta’ subsistema tal-ETCS, jew Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ETCS. Dan jinkludi l-kompetenza:

(1)

għall-valutazzjoni tal-integrazzjoni sikura tal-komponenti u l-interfaċċi interni kollha li jifformaw l-arkitettura tas-subsistema tal-ETCS jew tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ETCS;

(2)

għall-valutazzjoni tal-integrazzjoni sikura tal-interfaċċi esterni kollha tas-subsistema tal-ETCS, jew tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ETCS, fil-kuntest fiżiku, funzjonali, ambjentali, operazzjonali u ta’ manutenzjoni dirett tagħha.

L-applikazzjoni tal-istandards imsemmija fl-Appendiċi A, it-Tabella A 3 hija mezz xieraq sabiex tinkiseb il-konformità sħiħa mal-proċess tal-ġestjoni tar-riskju kif stipulat fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013 għat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-produzzjoni, l-installazzjoni u l-validazzjoni (inkluża l-Aċċettazzjoni tas-sikurezza) tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà u tas-subsistemi. Meta jiġu applikati standards differenti minn dawk imsemmija fl-Appendiċi A, it-Tabella A 3, għandha tiġi pprovata tal-anqas l-ekwivalenza.

Kull meta għal subsistema tal-ETCS jew Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ETCS jintużaw l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Appendiċi A, it-Tabella A 3 bħala mezz xieraq għall-fini tal-konformità sħiħa mal-proċess tal-ġestjoni tar-riskju kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 402/2013, sabiex tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn ta’ xogħol ta’ valutazzjoni indipendenti, l-attivitajiet indipendenti ta’ valutazzjoni tas-sikurezza li huma meħtieġa mill-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Appendiċi A, it-Tabella A 3 għandhom jitwettqu minn korp ta’ valutazzjoni tas-CSM akkreditat jew rikonoxxut kif speċifikat fil-punt ta’ hawn fuq, minflok minn assessur indipendenti tas-sikurezza tas-CENELAC.

4.2.1.2.   Disponibbiltà/Affidabbiltà

Dan il-punt jirreferi għall-okkorrenza ta’ modalitajiet ta’ ħsara li ma jikkawżawx perikli għas-sikurezza iżda li joħolqu sitwazzjonijiet degradati, li l-ġestjoni tagħhom tista’ tnaqqas is-sikurezza ġenerali tas-sistema.

Fil-kuntest ta’ dan il-parametru, “ħsara” tfisser it-tmiem tal-kapaċità ta’ oġġett li jwettaq funzjoni meħtieġa bil-prestazzjoni meħtieġa u “modalità ta’ ħsara” tfisser l-effett li bih tiġi osservata l-ħsara.

Sabiex jiġi żgurat li l-maniġers tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja rilevanti jingħataw l-informazzjoni kollha li jeħtieġu sabiex jiddefinixxu l-proċeduri xierqa għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet degradati, il-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta’ verifika tal-KE għal subsistema tas-CCS abbord jew maġenb il-binarji għandu jkun fih il-valuri kkalkolati ta’ disponibbiltà/affidabbiltà relatati ma’ modalitajiet ta’ ħsara li jkollhom impatt fuq il-kapaċità tas-subsistema tas-CCS li tissorvelja l-moviment sikur ta’ vettura waħda jew aktar jew li tistabbilixxi komunikazzjoni tal-vuċi bir-radju bejn il-kontrolluri tat-traffiku u s-sewwieqa tal-ferroviji.

Għandha tiġi żgurata l-konformità mal-valuri kkalkolati li ġejjin:

(1)

Ħin medju ta’ sigħat ta’ tħaddim bejn il-ħsarat ta’ subsistema ta’ CCS abbord li jeħtieġu l-iżolament tal-funzjonijiet ta’ protezzjoni tal-ferrovija: (punt mhux konkluż);

(2)

Ħin medju ta’ sigħat ta’ tħaddim bejn il-ħsarat ta’ subsistema ta’ CCS abbord li jipprevjenu l-komunikazzjoni tal-vuċi bir-radju bejn il-kontrolluri tat-traffiku u s-sewwieq tal-ferrovija: (punt mhux konkluż).

Sabiex il-maniġers tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji jkunu jistgħu jimmonitorjaw, matul il-ħajja tas-subsistemi, il-livell ta’ riskju u l-osservanza tal-valuri ta’ affidabbiltà/disponibbiltà użati għad-definizzjoni ta’ proċeduri għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet degradati, għandhom jiġu rrispettati r-rekwiżiti għall-manutenzjoni ddikjarati fil-punt 4.2.20 (Dokumentazzjoni teknika għall-Manutenzjoni).

4.2.2.   Funzjonalità tal-ETCS abbord

Il-parametru bażiku għall-funzjonalità tal-ETCS abbord jiddeskrivi l-funzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ferrovija titħaddem b’mod sikur. Il-funzjoni primarja hija li jiġu pprovduti l-protezzjoni awtomatika tal-ferroviji u s-sinjalazzjoni fil-kabina:

(1)

l-issettjar tal-karatteristiċi tal-ferrovija (eż. il-veloċità massima tal-ferrovija, il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar);

(2)

l-għażla tal-modalità ta’ superviżjoni abbażi tal-informazzjoni minn maġenb il-binarji;

(3)

it-twettiq ta’ funzjonijiet ta’ odometrija;

(4)

il-lokalizzazzjoni tal-ferrovija f’sistema ta’ koordinati bbażata fuq il-pożizzjonijiet tal-Eurobalise;

(5)

il-kalkolu tal-profil tal-veloċità dinamiku għall-missjoni tagħha abbażi tal-karatteristiċi tal-ferrovija u tal-informazzjoni minn maġenb il-binarji;

(6)

is-superviżjoni tal-profil tal-veloċità dinamiku waqt il-missjoni;

(7)

il-provvediment tal-funzjoni ta’ intervent.

Dawn il-funzjonijiet għandhom jiġu implimentati f’konformità mal-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.2 b u l-prestazzjoni tagħhom għandha tikkonforma mal-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.2 a.

Ir-rekwiżiti għat-testijiet huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.2 c.

Il-funzjonalità ewlenija hija appoġġata minn funzjonijiet oħrajn, li għalihom japplikaw ukoll l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.2 a u 4.2.2 b flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali indikati hawn taħt:

(1)

Komunikazzjoni mas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji.

(a)

It-trażmissjoni tad-data tal-Eurobalise. Ara l-punt 4.2.5.2 (Komunikazzjoni tal-Eurobalise mal-ferrovija għall-applikazzjonijiet tal-ERTMS).

(b)

It-trażmissjoni tad-data tal-Euroloop. Ara l-punt 4.2.5.3 (Komunikazzjoni tal-Euroloop mal-ferrovija għall-applikazzjonijiet tal-ERTMS). Din il-funzjonalità hija fakultattiva abbord sakemm ma tkunx meħtieġa minn każijiet speċifiċi fil-punt 7.7, li għandhom jirreferu biss għall-ispeċifikazzjonijiet tal-Appendiċi A.

(c)

It-trażmissjoni tad-data bir-radju għall-infill bir-radju. Ara l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.2 d, il-punt 4.2.5.1 (Interfaċċa tal-air gap (iżolata) tal-RMR), il-punt 4.2.6.2 (Interfaċċa bejn il-Komunikazzjoni tad-Data tal-RMR u l-applikazzjonijiet tal-ETCS/ATO) u l-punt 4.2.8 (Ġestjoni tal-kjavi). Din il-funzjonalità hija fakultattiva abbord sakemm ma tkunx meħtieġa minn każijiet speċifiċi fil-punt 7.7. L-implimentazzjoni ta’ din il-funzjonalità, inkluż għal każijiet speċifiċi, għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Appendiċi A.

(d)

It-trażmissjoni tad-data bir-radju. Ara l-punt 4.2.5.1 (Interfaċċa tal-air gap (iżolata) tal-RMR), il-punt 4.2.6.2 (Interfaċċa bejn il-Komunikazzjoni tad-Data tal-RMR u l-applikazzjonijiet tal-ETCS/ATO) u l-punt 4.2.8 (Ġestjoni tal-kjavi). Din it-trażmissjoni tad-data bir-radju hija fakultattiva sakemm ma tkunx qiegħda taħdem fuq linja tal-livell 2 tal-ETCS (li qabel kien il-livell 2 jew il-livell 3 tal-ETCS).

(2)

Komunikazzjoni mas-sewwieq. Ara l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.2 e, il-punt 4.2.12 (ETCS DMI (Interfaċċa Sewwieq-Magna)).

(3)

Komunikazzjoni mal-STM. Ara l-punt 4.2.6.1 (Protezzjoni tal-ferrovija tal-ETCS u tal-Klassi B). Din il-funzjoni tinkludi:

(a)

il-ġestjoni tal-output tal-STM;

(b)

il-forniment ta’ data li trid tintuża mill-STM;

(c)

il-ġestjoni tat-tranżizzjonijiet tal-STM.

(4)

Il-ġestjoni ta’ informazzjoni dwar:

(a)

il-kompletezza tal-ferrovija – L-għoti tal-informazzjoni dwar l-integrità tal-ferrovija u dwar it-tul sikur tal-kompożizzjoni tal-ferrovija (in-numru u t-tip ta’ vaguni li jifformaw il-ferrovija) lis-subsistema ta’ abbord, huwa fakultattiv sakemm ma jkunx meħtieġ minn maġenb il-binarji;

(b)

id-detezzjoni ta’ moviment kiesaħ – It-tagħmir tal-ETCS abbord għandu jkun mgħammar b’Detezzjoni ta’ Moviment Kiesaħ.

(5)

Monitoraġġ tas-saħħa tat-tagħmir u appoġġ tal-modalità degradata. Din il-funzjoni tinkludi:

(a)

l-inizjalizzazzjoni tal-funzjonalità tal-ETCS abbord;

(b)

l-għoti ta’ appoġġ fil-modalità degradata;

(c)

l-iżolament tal-funzjonalità tal-ETCS abbord.

(6)

L-appoġġ tar-reġistrazzjoni tad-data għal skopijiet regolatorji. Ara l-punt 4.2.14 (Interfaċċa għar-Reġistrazzjoni tad-Data għal Finijiet Regolatorji).

(7)

It-trażmissjoni ta’ informazzjoni/ordnijiet u r-riċezzjoni ta’ informazzjoni dwar l-istat mil-vetturi ferrovjarji:

 

lill-/mill-unità tal-interfaċċa tal-ferrovija. Ara l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.2 f.

Nota:

L-ETCS abbord għandha tkun konformi mal-FFFIS tal-ferrovija biss fuq disinji ta’ vetturi li jkunu għadhom kif ġew żviluppati u li jeħtieġu l-ewwel awtorizzazzjoni kif definit fl-Artikolu 14(1), il-punt (a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/545 (8).

(8)

It-trażmissjoni ta’ informazzjoni/ordnijiet u r-riċezzjoni ta’ informazzjoni dwar l-istat mingħand l-ATO abbord. Ara l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.2 h.

4.2.3.   Funzjonalità tal-ETCS ta’ maġenb il-binarji

Dan il-Parametru bażiku jiddeskrivi l-funzjonalità tal-ETCS ta’ maġenb il-binarji. Dan jinkludi l-funzjonalità kollha tal-ETCS sabiex tiġi pprovduta mogħdija sikura lil ferrovija speċifika.

Il-funzjonalitajiet ewlenin huma:

(1)

il-lokalizzazzjoni ta’ ferrovija speċifika f’sistema ta’ koordinati bbażata fuq il-pożizzjonijiet tal-Eurobalise (il-livell 2 tal-ETCS);

(2)

it-traduzzjoni tal-informazzjoni minn tagħmir ta’ sinjalazzjoni maġenb il-binarji f’format standard għas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord;

(3)

it-trażmissjoni ta’ awtorizzazzjonijiet tal-moviment, inklużi d-deskrizzjoni tal-binarji u l-ordnijiet assenjati lil ferrovija speċifika.

Dawn il-funzjonijiet għandhom jiġu implimentati f’konformità mal-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.3 b u l-prestazzjoni tagħhom għandha tikkonforma mal-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.3 a.

Il-funzjonalità ewlenija hija appoġġata minn funzjonijiet oħrajn, li għalihom japplikaw ukoll l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.3 a u 4.2.3 b flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali indikati hawn taħt:

(1)

komunikazzjoni mas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord. Din tinkludi:

(a)

It-trażmissjoni tad-data tal-Eurobalise. Ara l-punt 4.2.5.2 (Komunikazzjoni tal-Eurobalise mal-ferrovija għall-applikazzjonijiet tal-ERTMS) u l-punt 4.2.7.4 (Eurobalise/LEU)

(b)

It-trażmissjoni tad-data tal-Euroloop. Ara l-punt 4.2.5.3 (Komunikazzjoni tal-Euroloop mal-ferrovija għall-applikazzjonijiet tal-ERTMS) u l-punt 4.2.7.5 (Euroloop/LEU). Il-Euroloop hija rilevanti biss fil-livell 1, fejn hija fakultattiva;

(c)

It-trażmissjoni tad-data bir-radju għall-infill bir-radju. Ara l-punt 4.2.5.1.2.1 (Interfaċċa tal-air gap tal-GSM-R għall-applikazzjoni tal-ETCS), il-punt 4.2.7.3.1.1 (GSM-R/ETCS ta’ maġenb il-binarji) u l-punt 4.2.8 (Ġestjoni tal-kjavi). L-infill bir-radju huwa rilevanti biss fil-livell 1, fejn huwa fakultattiv;

(d)

It-trażmissjoni tad-data bir-radju. Ara l-punt 4.2.5.1 (Interfaċċa tal-air gap (iżolata) tal-RMR), il-punt 4.2.7.3 (RMR/ETCS ta’ maġenb il-binarji u RMR/ATO ta’ maġenb il-binarji) u l-punt 4.2.8 (Ġestjoni tal-kjavi). It-trażmissjoni tad-data bir-radju hija rilevanti biss għal-livell 2 tal-ETCS.

(2)

il-ġenerazzjoni ta’ informazzjoni/ordnijiet lill-ETCS abbord, eż. informazzjoni relatata mal-għeluq/ftuħ tal-flaps tal-arja, l-inżul/l-irfigħ tal-pantografu, il-ftuħ/l-għeluq tal-iswiċċ tal-kurrent elettriku prinċipali, it-tibdil mis-sistema ta’ trazzjoni A għas-sistema ta’ trazzjoni B. L-implimentazzjoni ta’ din il-funzjonalità hija fakultattiva għas-sistemi ta’ maġenb il-binarji; madankollu, tista’ tkun meħtieġa minn TSIs jew regoli nazzjonali applikabbli oħrajn jew mill-applikazzjoni ta’ evalwazzjoni u valutazzjoni tar-riskju sabiex tiġi żgurata l-integrazzjoni sikura tas-subsistemi;

(3)

il-ġestjoni tat-tranżizzjonijiet bejn iż-żoni sorveljati minn Radio Block Centres (RBCs) differenti (rilevanti għal-livell 2 tal-ETCS biss). Ara l-punt 4.2.7.1 (Interfaċċa funzjonali bejn l-RBCs) u l-punt 4.2.7.2 (RBC/RBC).

4.2.4.   Funzjonijiet ta’ komunikazzjoni mobbli għall-RMR tal-ferroviji

Dan il-parametru bażiku jiddeskrivi l-funzjonijiet ta’ komunikazzjoni bir-radju. Tali funzjonijiet għandhom jiġu implimentati fis-subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord u ta’ Maġenb il-Binarji, skont l-ispeċifikazzjonijiet indikati hawn taħt.

4.2.4.1.   Funzjoni ta’ komunikazzjoni bażika

4.2.4.1.1.    Funzjoni ta’ komunikazzjoni bażika tal-GSM-R

Ir-rekwiżiti ġenerali huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 a.

Barra minn hekk, għandhom jiġu rrispettati l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(1)

il-karatteristiċi tal-ASCI; l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 b;

(2)

is-SIM card; l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 c;

(3)

l-indirizzar li jiddependi mill-pożizzjoni; l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 e.

4.2.4.1.2.    Funzjoni ta’ komunikazzjoni bażika tal-FRMCS

Ir-rekwiżiti ġenerali huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 l.

Barra minn hekk, għandhom jiġu rrispettati l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(1)

il-Profil tal-FRMCS; l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 n;

4.2.4.2.   Applikazzjonijiet ta’ komunikazzjoni bil-vuċi u operazzjonali

4.2.4.2.1.    Applikazzjonijiet ta’ komunikazzjoni bil-vuċi u operazzjonali tal-GSM-R

Ir-rekwiżiti ġenerali huma definiti fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 f.

Ir-rekwiżiti għat-testijiet huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 g.

Barra minn hekk, għandhom jiġu rrispettati l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(1)

il-konferma ta’ sejħiet ta’ prijorità għolja; l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 h;

(2)

l-indirizzar funzjonali; l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 j;

(3)

il-preżentazzjoni tan-numri funzjonali; l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 k;

(4)

is-Sinjalazzjoni mill-Utent lill-Utent; l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 d.

4.2.4.2.2.    Applikazzjonijiet ta’ komunikazzjoni bil-vuċi u operazzjonali tal-FRMCS

Ir-rekwiżiti ġenerali huma definiti fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 m.

Ir-rekwiżiti għat-testijiet huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 o.

4.2.4.3.   Applikazzjonijiet għall-komunikazzjoni tad-data għall-ETCS u għall-ATO

4.2.4.3.1.    Komunikazzjoni tad-data għall-ETCS

Il-parti tal-“komunikazzjoni tad-data bir-radju” tas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord għandha tkun tista’ tappoġġa l-istabbiliment ta’ mill-anqas żewġ sessjonijiet ta’ komunikazzjoni simultanji mal-ETCS.

4.2.4.3.1.1.   Komunikazzjoni tad-data tal-GSM-R għall-ETCS

Ir-rekwiżiti ġenerali huma definiti fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 f.

Ir-rekwiżiti għat-testijiet huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 g.

Din il-funzjonalità hija obbligatorja biss fil-każ ta’ applikazzjonijiet tal-livell 2 tal-ETCS u ta’ infill bir-radju.

4.2.4.3.1.2.   Komunikazzjoni tad-data tal-FRMCS għall-ETCS

Ir-rekwiżiti ġenerali huma definiti fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 m.

Ir-rekwiżiti għat-testijiet huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 o.

Din il-funzjonalità hija obbligatorja fil-każ ta’ applikazzjonijiet tal-livell 2 tal-ETCS.

4.2.4.3.2.    Komunikazzjoni tad-data għall-ATO

4.2.4.3.2.1.   Komunikazzjoni tad-data tal-GSM-R għall-ATO

Ir-rekwiżiti ġenerali huma definiti fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 f.

Ir-rekwiżiti għat-testijiet huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 g.

4.2.4.3.2.2.   Komunikazzjoni tad-data tal-FRMCS għall-ATO

Ir-rekwiżiti ġenerali huma definiti fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 m.

Ir-rekwiżiti għat-testijiet huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 o.

4.2.5.   Interfaċċi tal-air gap tal-RMR, tal-ETCS u tal-ATO

Dan il-parametru bażiku jispeċifika r-rekwiżiti għall-air gap bejn is-subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji u Abbord u għandu jitqies flimkien mar-rekwiżiti għall-interfaċċi bejn it-tagħmir tal-ETCS, tal-ATO u tal-RMR, kif speċifikat fil-punt 4.2.6 (Interfaċċi Abbord Interni għall-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni) u fil-punt 4.2.7 (Interfaċċi ta’ Maġenb il-Binarji Interni għall-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni).

Dan il-parametru bażiku jinkludi:

(1)

il-valuri fiżiċi, elettriċi u elettromanjetiċi li għandhom jiġu rrispettati sabiex jippermettu funzjonament sikur;

(2)

il-protokoll tal-komunikazzjoni li għandu jintuża;

(3)

id-disponibbiltà tal-kanal ta’ komunikazzjoni.

L-ispeċifikazzjonijiet applikabbli huma elenkati hawn taħt.

4.2.5.1.   Interfaċċa tal-air gap (iżolata) tal-RMR

4.2.5.1.1.    Interfaċċa tal-air gap ġenerali tal-RMR

4.2.5.1.1.1.   Interfaċċa tal-air gap tal-GSM-R

L-interfaċċa tal-air gap għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.5 a u 4.2.4 f.

Nota 1:

L-interfaċċi tal-komunikazzjoni bir-radju tal-GSM-R għandhom jaħdmu fil-medda ta’ frekwenza speċifikata fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.5 a u 4.2.4 f.

Nota 2:

Is-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord għandhom jiġu protetti kontra l-interferenza, u jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.4 f.

4.2.5.1.1.2.   Interfaċċa tal-air gap (iżolata) tal-FRMCS

L-interfaċċa tal-air gap għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.5 f.

4.2.5.1.2.    Interfaċċa tal-air gap tal-RMR għall-applikazzjoni tal-ETCS

4.2.5.1.2.1.   Interfaċċa tal-air gap tal-GSM-R għall-applikazzjoni tal-ETCS

Il-protokolli għall-komunikazzjoni tad-data għandhom jikkonformaw mal-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.5 b.

Meta jiġi implimentat l-infill bir-radju, ir-rekwiżiti ddikjarati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.5 c għandhom jiġu rrispettati wkoll.

4.2.5.1.2.2.   Interfaċċa tal-air gap tal-FRMCS għall-applikazzjoni tal-ETCS

Il-protokolli għall-komunikazzjoni tad-data għandhom jikkonformaw mal-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.5 j.

4.2.5.1.3.    Interfaċċa tal-air gap tal-RMR għall-applikazzjoni tal-ATO

4.2.5.1.3.1.   Interfaċċa tal-air gap tal-GSM-R għall-applikazzjoni tal-ATO

Għandha tintuża l-komunikazzjoni bit-trażmissjoni f’pakketti u l-protokolli għall-komunikazzjoni tad-data għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.5 h.

L-użu ta’ networks ta’ komunikazzjoni bla fili oħrajn, eż. imħaddma minn Operatur tan-Networks Mobbli pubbliku jew privat, huwa permess għall-applikazzjoni tal-ATO, madankollu huwa meqjus barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din it-TSI.

L-użu ta’ dawn in-networks ma għandux jinterferixxi mal-komunikazzjonijiet bil-vuċi u d-data tal-GSM-R.

4.2.5.1.3.2.   Interfaċċa tal-air gap tal-FRMCS għall-applikazzjoni tal-ATO

Il-protokolli għall-komunikazzjoni tad-data għandhom jikkonformaw mal-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.5 i.

4.2.5.2.   Komunikazzjoni tal-Eurobalise mal-ferrovija għall-applikazzjonijiet tal-ERTMS

L-interfaċċi tal-komunikazzjoni tal-Eurobalise għandhom jikkonformaw mal-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.5 d.

4.2.5.3.   Komunikazzjoni tal-Euroloop mal-ferrovija għall-applikazzjonijiet tal-ERTMS

L-interfaċċi tal-komunikazzjoni tal-Euroloop għandhom jikkonformaw mal-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.5 e.

4.2.6.   Interfaċċi Abbord Interni għall-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni

Dan il-Parametru Bażiku jikkonsisti fil-partijiet li ġejjin:

4.2.6.1.   Protezzjoni tal-ferrovija tal-ETCS u tal-Klassi B

Meta l-funzjonijiet ta’ protezzjoni tal-ferrovija tal-ETCS u tal-Klassi B jiġu installati abbord, l-integrazzjoni u t-tranżizzjonijiet bejniethom għandhom jiġu ġestiti b’waħda minn dawn li ġejjin:

(1)

interfaċċa standardizzata (STM); jew

(2)

interfaċċa mhux standardizzata; jew

(3)

Klassi B u Klassi A integrati fl-istess tagħmir (eż. “bi-standards”); jew

(4)

l-ebda interfaċċa diretta bejn iż-żewġ tipi ta’ tagħmir.

Meta l-integrazzjoni tas-sistemi tal-ETCS u tal-Klassi B u t-tranżizzjonijiet bejniethom jiġu ġestiti bl-interfaċċa standardizzata (STM), din għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kif speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 a.

L-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 b jispeċifika l-interfaċċa K (sabiex ċerti STMs ikunu jistgħu jaqraw informazzjoni mit-transponders tal-Klassi B permezz tal-antenna abbord tal-ETCS) u l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 c jispeċifika l-interfaċċa G (l-air gap bejn l-antenna abbord tal-ETCS u t-transponders tal-Klassi B).

L-implimentazzjoni tal-Interfaċċa “K” hija fakultattiva, iżda jekk issir trid tkun f’konformità mal-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 b.

Barra minn hekk, jekk l-interfaċċa “K” tiġi implimentata, il-funzjonalità tal-kanal tat-trażmissjoni abbord trid tkun kapaċi timmaniġġja l-karatteristiċi tal-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 c.

Jekk l-integrazzjoni u t-tranżizzjonijiet bejn il-protezzjoni tal-ferrovija tal-ETCS u tal-Klassi B abbord ma jiġux ġestiti bl-użu tal-interfaċċa standardizzata speċifikata fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 a, il-metodu ma għandu jimponi l-ebda rekwiżit addizzjonali fuq is-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji.

4.2.6.2.   Interfaċċa bejn il-Komunikazzjoni tad-Data tal-RMR u l-applikazzjonijiet tal-ETCS/ATO

4.2.6.2.1.    Interfaċċa bejn il-Komunikazzjoni tad-Data tal-RMR u l-ETCS

4.2.6.2.1.1.   Interfaċċa bejn il-Komunikazzjoni tad-Data tal-GSM-R u l-ETCS

Ir-rekwiżiti għall-interfaċċa bejn il-funzjonalità tal-GSM-R abbord u l-funzjonalità tat-ETCS abbord huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 d.

Meta jiġi implimentat l-infill bir-radju, għandhom jiġu rrispettati r-rekwiżiti ddikjarati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 e.

4.2.6.2.1.2.   Interfaċċa bejn il-Komunikazzjoni tad-Data tal-FRMCS u l-ETCS

Ir-rekwiżiti għall-interfaċċa bejn il-funzjonalità tal-FRMCS abbord u l-funzjonalità tal-ETCS abbord huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 g.

4.2.6.2.2.    Interfaċċa bejn il-Komunikazzjoni tad-Data tal-RMR u l-ATO

4.2.6.2.2.1.   Interfaċċa bejn il-Komunikazzjoni tad-Data tal-GSM-R u l-ATO

Ir-rekwiżiti għall-interfaċċa bejn il-funzjonalità tal-GSM-R abbord u l-funzjonalità tat-ATO abbord huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 j.

4.2.6.2.2.2.   Interfaċċa bejn il-Komunikazzjoni tad-Data tal-FRMCS u l-ATO

Ir-rekwiżiti għall-interfaċċa bejn il-funzjonalità tal-FRMCS abbord u l-funzjonalità tal-ATO abbord huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 k.

4.2.6.2.3.    Interfaċċa bejn l-applikazzjoni bil-vuċi abbord tal-FRMCS u l-FRMCS abbord

Ir-rekwiżiti għall-interfaċċa bejn l-applikazzjoni bil-vuċi abbord tal-FRMCS u l-FRMCS abbord huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 l.

4.2.6.3.   Odometrija

Ma hemm l-ebda rekwiżit speċifiku għall-interfaċċa tal-odometrija.

4.2.6.4.   Interfaċċa bejn l-ATO u l-ETCS

Ir-rekwiżiti għall-interfaċċa bejn il-funzjonalità tal-ATO abbord u l-funzjonalità tat-ETCS abbord huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 h.

4.2.6.5.   Interfaċċi Interni oħrajn tas-CCS Abbord

4.2.6.5.1.    Saffi ta’ komunikazzjoni tan-network tal-Consist tas-CCS

L-interfaċċa bejn l-apparati finali (eż. l-ETCS abbord, l-ATO abbord u l-FRMCS abbord) u l-Ethernet Consist Network għandha tikkonforma mal-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 i sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-interfaċċa hija applikabbli biss fuq disinji ta’ vetturi li jkunu għadhom kif ġew żviluppati u li jeħtieġu l-ewwel awtorizzazzjoni kif definit fl-Artikolu 14(1), il-punt (a), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545.

4.2.7.   Interfaċċi ta’ Maġenb il-Binarji Interni għall-Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni

Dan il-Parametru Bażiku jikkonsisti f’ħames partijiet.

4.2.7.1.   Interfaċċa funzjonali bejn l-RBCs

Din l-interfaċċa tiddefinixxi d-data li għandha tiġi skambjata bejn l-RBCs ġirien sabiex tippermetti l-moviment sikur ta’ ferrovija minn żona waħda ta’ RBC għal dik li jkun imiss:

(1)

Informazzjoni mill-RBC “Konsenjatur” lill-RBC “Riċeventi”.

(2)

Informazzjoni mill-RBC “Riċeventi” lill-RBC “Konsenjatur”.

(3)

Ir-rekwiżiti huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.7 a.

4.2.7.2.   RBC/RBC

Din hija l-interfaċċa teknika bejn żewġ RBCs. Ir-rekwiżiti huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.7 b.

4.2.7.3.   RMR/ETCS ta’ maġenb il-binarji u RMR/ATO ta’ maġenb il-binarji

4.2.7.3.1.    RMR/ETCS ta’ maġenb il-binarji

4.2.7.3.1.1.   GSM-R/ETCS ta’ maġenb il-binarji

Ir-rekwiżiti għall-interfaċċa bejn il-GSM-R u l-funzjonalità tal-ETCS ta’ maġenb il-binarji huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.7 c.

4.2.7.3.1.2.   FRMCS/ETCS ta’ maġenb il-binarji

Ir-rekwiżiti għall-interfaċċa bejn l-FRMCS u l-funzjonalità tal-ETCS ta’ maġenb il-binarji huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.7 f.

4.2.7.3.2.    RMR/ATO ta’ maġenb il-binarji

4.2.7.3.2.1.   GSM-R/ATO ta’ maġenb il-binarji

Ir-rekwiżiti għall-interfaċċa bejn il-GSM-R u l-funzjonalità tal-ATO ta’ maġenb il-binarji huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.7 g.

4.2.7.3.2.2.   FRMCS/ATO ta’ maġenb il-binarji

Ir-rekwiżiti għall-interfaċċa bejn l-FRMCS u l-funzjonalità tal-ATO ta’ maġenb il-binarji huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.7 h.

4.2.7.4.   Eurobalise/LEU

Din hija l-interfaċċa bejn il-Eurobalise u l-LEU. Ir-rekwiżiti huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.7 d.

Din l-interfaċċa tikkontribwixxi għal dan il-parametru bażiku biss meta l-Eurobalise u l-LEU jiġu fornuti bħala kostitwenti tal-interoperabbiltà separati (ara l-punt 5.2.2, Raggruppar ta’ kostitwenti tal-interoperabbiltà).

4.2.7.5.   Euroloop/LEU

Din hija l-interfaċċa bejn il-Euroloop u l-LEU. Ir-rekwiżiti huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.7 e.

Din l-interfaċċa tikkontribwixxi għal dan il-Parametru Bażiku biss meta l-Euroloop u l-LEU jiġu fornuti bħala kostitwenti tal-interoperabbiltà separati (ara l-punt 5.2.2, Raggruppar ta’ kostitwenti tal-interoperabbiltà).

4.2.8.   Ġestjoni tal-kjavi

Dan il-parametru bażiku jispeċifika r-rekwiżiti għall-ġestjoni ta’ kjavi kriptografiċi użati għall-protezzjoni tad-data trażmessa permezz tar-radju.

Ir-rekwiżiti huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.8 a. Huma biss ir-rekwiżiti relatati mal-interfaċċi tat-tagħmir ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni li jaqgħu fl-ambitu ta’ din it-TSI.

4.2.9.   Ġestjoni tal-ETCS-IDs

Dan il-parametru bażiku jikkonċerna l-identitajiet tal-ETCS (ETCS-IDs) għat-tagħmir fis-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji u Abbord.

Ir-rekwiżiti huma speċifikati fl-Appendiċi A 4.2.9 a.

4.2.10.   Sistemi ta’ Detezzjoni tal-Ferroviji ta’ Maġenb il-Binarji

Dan il-parametru bażiku jispeċifika r-rekwiżiti tal-interfaċċa bejn is-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji ta’ maġenb il-binarji u l-vetturi ferrovjarji, relatati mad-disinn u t-tħaddim tal-vettura.

Ir-rekwiżiti tal-interfaċċa li għandhom jiġu rrispettati mis-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.10 a.

4.2.11.   Kompatibbiltà Elettromanjetika bejn il-vetturi ferrovjarji u t-tagħmir ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji

Dan il-parametru bażiku jispeċifika r-rekwiżiti tal-interfaċċa għall-kompatibbiltà elettromanjetika bejn il-vetturi ferrovjarji u t-tagħmir ta’ detezzjoni tal-ferroviji ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji.

Ir-rekwiżiti tal-interfaċċa li għandhom jiġu rrispettati mis-sistema ta’ detezzjoni tal-ferroviji huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.11 a.

4.2.12.   ETCS DMI (Interfaċċa Sewwieq-Magna)

Dan il-parametru bażiku jiddeskrivi l-informazzjoni pprovduta mill-ETCS u mill-ATO lis-sewwieq u mdaħħla abbord mis-sewwieq. Ara l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.12 a.

Din tinkludi:

(1)

l-ergonomija (inkluża l-viżibbiltà);

(2)

il-funzjonijiet tal-ETCS u tal-ATO li għandhom jintwerew;

(3)

il-funzjonijiet tal-ETCS u tal-ATO riżultanti mill-input tas-sewwieq.

4.2.13.   RMR DMI (Interfaċċa Sewwieq-Magna)

Dan il-parametru bażiku jiddeskrivi l-informazzjoni pprovduta mill-RMR lis-sewwieq u mdaħħla fl-RMR abbord mis-sewwieq.

Din tinkludi:

(1)

l-ergonomija (inkluża l-viżibbiltà);

(2)

il-funzjonijiet tal-RMR li għandhom jintwerew;

(3)

l-informazzjoni relatata mas-sejħiet li tkun ħierġa;

(4)

l-informazzjoni relatata mas-sejħiet li tkun dieħla.

4.2.13.1.   GSM-R DMI (Interfaċċa Sewwieq-Magna)

Ara l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.13 a għall-GSM-R.

4.2.13.2.   FRMCS DMI (Interfaċċa Sewwieq-Magna)

Ara l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.13 b għall-FRMCS.

4.2.14.   Interfaċċa għar-Reġistrazzjoni tad-Data għal Finijiet Regolatorji

Dan il-parametru bażiku jiddeskrivi l-iskambju ta’ data bejn l-ECTS abbord u l-apparat ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi ferrovjarji.

Ara l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.14 a.

4.2.15.   Oġġetti ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji

Dan il-parametru bażiku jiddeskrivi:

(1)

il-karatteristiċi ta’ sinjali retroriflettivi sabiex tkun żgurata viżibbiltà tajba;

(2)

il-karatteristiċi tat-tabelli ta’ indikazzjoni interoperabbli;

(3)

il-pożizzjonament ta’ tabelli ta’ indikazzjoni interoperabbli sabiex jissodisfaw l-iskop operazzjonali maħsub tagħhom.

Għal (1) u (2) ara l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.15 a.

Għal (3) ara l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.15 b.

Barra minn hekk, l-installazzjoni ta’ oġġetti ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni maġenb il-binarji għandha tkun kompatibbli mal-kamp viżiv tas-sewwieq u mar-rekwiżiti tal-infrastruttura.

4.2.16.   Il-kostruzzjoni tat-tagħmir użat fis-subsistemi ta’ CCS

Il-kundizzjonijiet ambjentali speċifikati fid-dokumenti elenkati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 2 ta’ din it-TSI għandhom jiġu rrispettati.

Ir-rekwiżiti għall-materjali msemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 (9) (LOC&PAS TSI) (eż. relatati mal-protezzjoni kontra n-nirien) għandhom jiġu rrispettati mill-Kostitwenti tal-Interoperabbiltà u mis-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord.

4.2.17.   Kompatibbiltà tal-ETCS u tas-Sistema tar-Radju

Minħabba l-implimentazzjonijiet differenti possibbli u l-istatus tal-migrazzjoni għal Subsistemi ta’ CCS kompletament konformi, għandhom jitwettqu kontrolli sabiex tintwera l-kompatibbiltà teknika bejn is-Subsistemi ta’ CCS abbord u ta’ maġenb il-binarji. Il-ħtieġa ta’ dawn il-kontrolli għandha titqies bħala miżura sabiex tiżdied il-fiduċja fil-kompatibbiltà teknika bejn is-subsistemi ta’ CCS. Huwa mistenni li dawn il-kontrolli jitnaqqsu sakemm jintlaħaq il-prinċipju ddikjarat fil-punt 6.1.2.1.

4.2.17.1.   Kompatibbiltà tas-Sistema ETCS

Il-Kompatibbiltà tas-Sistema ETCS (ESC) hija r-reġistrazzjoni tal-kompatibbiltà teknika bejn l-ETCS abbord u l-ETCS tal-komponenti ta’ maġenb il-binarji tas-subsistemi ta’ CCS f’żona ta’ użu.

Kull Tip ta’ ESC jidentifika s-sett ta’ kontrolli tal-ESC (eż. il-kontroll tad-dokumenti, test fil-laboratorju jew tal-binarji, …) applikabbli għal sezzjoni jew grupp ta’ sezzjonijiet f’żona ta’ użu. Jista’ jintuża l-istess tip ta’ ESC għall-infrastruttura transfruntiera u għal infrastrutturi nazzjonali differenti.

Ir-riżultati tal-kontrolli tal-ESC għal unità abbord fil-livell tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà jew fil-livell tas-subsistema, inklużi s-sejbiet u l-kundizzjonijiet li jinħolqu, jiġu rreġistrati fir-Rapport ta’ Kontroll tal-ESC.

“Konfigurazzjoni rappreżentattiva” tfisser konfigurazzjoni li abbażi tagħha jistgħu jinkisbu r-riżultati tat-test, li jkunu validi għal diversi konfigurazzjonijiet tal-istess kostitwent tal-interoperabbiltà abbord tal-ETCS iċċertifikat jew ta’ subsistema abbord iċċertifikata. Dawn ir-riżultati għandhom ikunu ekwivalenti wkoll għal diversi konfigurazzjonijiet ta’ subsistema ta’ ETCS iċċertifikata ta’ maġenb il-binarji.

Għall-kontrolli tal-ESC fil-livell tal-Kostitwenti tal-Interoperabbiltà abbord tal-ETCS, għandu jiġi osservat dan li ġej:

(1)

Id-Dikjarazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ESC tirreġistra r-riżultati tal-ESC tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà Abbord tal-ETCS għat-Tip(i) tal-ESC li jkun validu irrispettivament mill-konfigurazzjoni speċifika tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà abbord tal-ETCS. Dan id-dokument għandu jiġi prodott mill-fornitur abbord. Għandu jintuża l-mudell ipprovdut fl-Appendiċi C.2 jew C.6.

(2)

Id-Dikjarazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ESC għandha tinkludi s-sejbiet u l-kundizzjonijiet fil-qosor tar-Rapport(i) ta’ Kontroll tal-ESC dwar ir-riżultati tal-kontrolli tal-ESC li jkunu saru b’suċċess (definiti f’Tip wieħed jew aktar ta’ ESC), li jkunu validi indipendentement mill-parametri speċifiċi tal-konfigurazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà abbord u għalhekk jistgħu jintużaw f’kull livell speċifiku applikabbli ta’ subsistema ta’ CCS abbord.

(3)

Id-Dikjarazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ESC għandha tinkludi l-lista ta’ kontrolli tal-ESC imwettqa għat-Tip(i) tal-ESC.

(4)

Id-Dikjarazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ESC għandha tinkludi r-referenza għar-Rapport ta’ valutazzjoni tal-Korp Notifikat skont 6.2.4.3 (Kontrolli tal-kompatibbiltà tal-ETCS u tas-sistema tar-radju għall-Kostitwent tal-Interoperabbiltà).

L-ESC tas-subsistema speċifika ta’ CCS abbord fir-rigward ta’ Tip wieħed jew aktar ta’ ESC hija stabbilita fid-Dikjarazzjoni tal-ESC. Għandu jintuża l-mudell ipprovdut fl-Appendiċi C.1 jew C.5.

Fil-livell tas-subsistema, id-Dikjarazzjoni tal-ESC għandha tinkludi wkoll is-sommarju tar-Rapport ta’ Kontroll tal-ESC u għandha turi l-issodisfar tal-kontrolli tal-ESC meħtieġa (għal kull Tip ta’ ESC inkluż fid-Dikjarazzjoni) ippubblikati fid-dokument tekniku tal-ESC/RSC tal-Aġenzija flimkien mad-dikjarazzjonijiet tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ESC diġà pprovduti.

Id-Dikjarazzjoni tal-ESC għandha tinkludi wkoll il-lista sħiħa tad-dikjarazzjonijiet tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ESC meqjusa fil-valutazzjoni (jekk ikun hemm), il-kundizzjonijiet (jekk ikun hemm) fir-rigward tat-Tipi differenti ta’ ESC u r-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Korp Notifikat skont 6.3.3.1 (Kontrolli ta’ kompatibbiltà tal-ETCS u tas-sistema tar-radju).

4.2.17.2.   Rekwiżiti għall-Kompatibbiltà tas-Sistema ETCS

Il-Maniġer tal-Infrastruttura huwa responsabbli għad-definizzjoni tat-tip(i) tal-ESC. Is-sezzjonijiet kollha tan-network tal-Unjoni li jeħtieġu l-istess sett ta’ kontrolli għad-dimostrazzjoni tal-ESC għandu jkollhom l-istess tip ta’ ESC.

Il-lista tat-Tipi tal-ESC hija ppubblikata u miżmuma mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji fid-dokument tekniku “Dokument tekniku tal-ESC/RSC, TD/011REC1028”. Ara l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.17 a. L-Aġenzija għandha tivvaluta l-kontrolli sakemm ma jkunux ġew ivvalutati minn Korp Notifikat kif meħtieġ fit-Tabella 6.3 ir-ringiela 10. Il-valutazzjoni mill-Aġenzija għandha ssir fi żmien xahrejn minn meta tirċevihom, sakemm ma jiġix miftiehem perjodu itwal bejn l-Aġenzija u l-Maniġer tal-Infrastruttura iżda li ma jaqbiżx l-erba’ xhur b’kollox. Id-dokument tekniku jiġi aġġornat fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol wara valutazzjoni pożittiva.

It-Tipi tal-ESC għandhom jintużaw biss meta jiġu ppubblikati bi status “Validu” fid-Dokument tekniku tal-Aġenzija msemmi hawn fuq.

Il-Maniġers tal-Infrastruttura, bl-appoġġ tal-fornituri tal-ETCS għan-network tagħhom, għandhom jippreżentaw lill-Aġenzija d-definizzjoni tal-kontrolli neċessarji għal kull tip ta’ ESC fuq in-network tagħhom. L-informazzjoni minima li għandha tiġi inkluża:

(1)

Definizzjoni ta’ kull kontroll li għandu jitwettaq.

(2)

Kriterji sabiex kull kontroll jitwettaq b’suċċess.

(3)

Jekk hux meħtieġ kontroll biss għall-ferroviji kompatibbli ma’ funzjonalità M_VERSION speċifika u ħarġa partikolari tat-TSI.

(4)

Jekk il-kontrolli għandhomx isiru f’laboratorji jew fuq il-binarji. F’każ ta’ binarji, għandu jiġi indikat jekk hux meħtieġ post speċifiku.

(5)

Id-dettalji ta’ kuntatt sabiex jintalab it-twettiq ta’ kull kontroll.

(6)

Deskrizzjoni tal-konfigurazzjoni rappreżentattiva ta’ kontroll kull meta l-IM rilevanti jistabbilixxi li dan għandu jsir f’laboratorju.

(7)

Proposta tal-perjodu ta’ tranżizzjoni bejn il-verżjoni l-ġdida tad-definizzjoni tat-Tipi tal-ESC u l-verżjoni preċedenti, jew il-proċedura nazzjonali. Għandha tiġi indikata wkoll il-validità tat-Tipi preċedenti tal-ESC. Il-perjodu ta’ tranżizzjoni finali għandu jiġi miftiehem mal-Aġenzija. Fin-nuqqas ta’ ftehim dan għandu jkun ta’ 6 xhur.

Il-Maniġers tal-Infrastruttura għandhom jikklassifikaw il-linji tal-ETCS skont it-Tipi tal-ESC u jirreġistraw it-Tipi tal-ESC f’RINF. Jekk l-ebda definizzjoni tal-ESC ma tiġi ppubblikata fid-Dokument Tekniku tal-ESC/RSC jew ma tasal għand l-Aġenzija, għal linji eżistenti mgħammra b’ETCS, għandu jitqies li ma huwa meħtieġ l-ebda kontroll tal-ESC għal-linji kkonċernati.

Il-Maniġer tal-Infrastruttura għandu jipprovdi l-mezzi meħtieġa, il-laboratorju jew l-aċċess għall-infrastruttura, sabiex isiru l-kontrolli, kif meħtieġ mill-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545.

Il-Maniġers tal-Infrastruttura għandhom jippreżentaw lill-Aġenzija kwalunkwe bidla tal-kontrolli msemmija għan-network tagħhom.

It-tipi tal-ESC huma validi b’mod indefinit sakemm ma jiġux immodifikati jew irtirati mill-Maniġer tal-Infrastruttura. F’każ ta’ bidliet, għandhom jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet ta’ 7.2.3.4 (Impatt fuq il-kompatibbiltà teknika bejn il-partijiet abbord u ta’ maġenb il-binarji tas-subsistemi ta’ CCS). Jekk ikun meħtieġ li jsir kontroll mill-ġdid abbord, iridu jsiru biss il-kontrolli tal-ESC ġodda/aġġornati, waqt li jiġi applikat il-prinċipju li l-kontrolli li diġà jkunu twettqu b’suċċess jibqgħu validi, jekk il-vettura ma tiġix immodifikata.

Meta l-kontrolli tal-ESC jiġu ppubblikati jew aġġornati mill-Aġenzija fid-dokument tekniku “Dokument tekniku tal-ESC/RSC, TD/011REC1028”, ir-Regoli Nazzjonali eżistenti korrispondenti għall-ittestjar tal-kompatibbiltà tal-ETCS għandhom jiġu rtirati u għandhom jitwettqu biss kontrolli tal-ESC sabiex tintwera l-kompatibbiltà teknika bejn is-subsistemi. L-IM għandu jindika l-ekwivalenza (ebda, parzjali jew sħiħa) tal-ESC mal-proċedura nazzjonali preċedenti, jekk teżisti. F’każ bħal dan, il-Kostitwent tal-Interoperabbiltà jew is-subsistemi li jkunu wrew kompatibbiltà teknika mal-proċedura nazzjonali preċedenti, jistgħu jerġgħu jużaw dik bħala evidenza għad-dimostrazzjoni tal-konformità mal-parti ekwivalenti tal-ESC il-ġdida mingħajr il-ħtieġa li jerġgħu jwettqu l-kontrolli. Jekk ma tkunx kompletament ekwivalenti, l-IM għandu jindika perjodu ta’ tranżizzjoni kif imsemmi fil-punt (7) ta’ hawn fuq.

L-Entità inkarigata mid-dimostrazzjoni tal-ESC għandha tiddefinixxi konfigurazzjoni rappreżentattiva tas-subsistema abbord tal-ETCS.

Id-Dikjarazzjoni tal-ESC għandha tiġi prodotta mill-Entità li tapplika għad-Dimostrazzjoni tal-ESC.

L-Entità li tapplika għad-Dimostrazzjoni tal-ESC għandu jkollha r-rapport ta’ kontroll tal-ESC għall-Kostitwent tal-Interoperabbiltà jew għas-Subsistema vvalutat minn Korp Notifikat skont il-punti 6.2.4.3 (Kontrolli tal-kompatibbiltà tal-ETCS u tas-sistema tar-radju għall-Kostitwent tal-Interoperabbiltà) jew 6.3.3.1 (Kontrolli ta’ kompatibbiltà tal-ETCS u tas-sistema tar-radju).

Jekk Rapport ta’ Kontroll jew Dikjarazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ESC imsemmija fid-Dikjarazzjoni tal-ESC ikun fiha Kundizzjonijiet, għandhom jiġu rreġistrati l-Kundizzjonijiet kollha, l-istatus tagħhom u, jekk ikun hemm qbil, kif jiġu ġestiti mill-parti affettwata (eż. l-RU lesta li turi l-kompatibbiltà ma’ rotta), u din ir-responsabbiltà għandha tiġi rreġistrata fid-Dikjarazzjoni tal-ESC.

4.2.17.3.   Kompatibbiltà tas-Sistema tar-Radju

Il-Kompatibbiltà tas-Sistema tar-Radju (RSC) hija r-reġistrazzjoni tal-kompatibbiltà teknika bejn ir-radju bil-vuċi jew tad-data abbord u l-partijiet tal-RMR ta’ maġenb il-binarji tas-subsistemi ta’ CCS f’żona ta’ użu.

Kull Tip ta’ RSC jidentifika s-sett ta’ kontrolli tal-RSC (eż. il-kontroll tad-dokumenti, test fil-laboratorju jew tal-binarji) applikabbli għal sezzjoni jew grupp ta’ sezzjonijiet f’żona ta’ użu. Jista’ jintuża l-istess tip ta’ RSC għall-infrastruttura transfruntiera u għal infrastrutturi nazzjonali differenti.

Ir-riżultati tal-kontrolli tal-RSC għal parti abbord tar-radju bil-vuċi jew tad-data fil-livell tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà jew fil-livell tas-subsistema, inklużi s-sejbiet u l-kundizzjonijiet li jinħolqu, jiġu rreġistrati fir-Rapport ta’ Kontroll tal-RSC.

Konfigurazzjoni Rappreżentattiva tfisser konfigurazzjoni li abbażi tagħha jistgħu jinkisbu r-riżultati tat-test, li jkunu validi għal diversi konfigurazzjonijiet tal-istess Kostitwent tal-Interoperabbiltà ċċertifikat jew ta’ subsistema abbord iċċertifikata. Dawn ir-riżultati għandhom ikunu ekwivalenti wkoll għal diversi konfigurazzjonijiet ta’ subsistema ta’ RMR iċċertifikata ta’ maġenb il-binarji.

Għall-kontrolli tal-RSC fil-livell tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà, għandu jiġi osservat dan li ġej:

(1)

Id-Dikjarazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-RSC tirreġistra r-riżultati tal-RSC tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà (eż. ir-Radju tal-Kabina jew EDOR) għat-Tip(i) ta’ RSC li jkun validu irrispettivament mill-konfigurazzjoni speċifika tal-Kostitwenti tal-Interoperabbiltà. Dan id-dokument għandu jiġi prodott mill-fornitur. Għandu jintuża l-mudell ipprovdut fl-Appendiċi C.4 jew C.6.

(2)

Id-Dikjarazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-RSC għandha tinkludi s-sejbiet u l-kundizzjonijiet fil-qosor tar-Rapport(i) ta’ Kontroll tal-RSC dwar ir-riżultati tal-kontrolli tal-RSC li jkunu saru b’suċċess (definiti f’Tip wieħed jew aktar ta’ RSC), li jkunu validi indipendentement mill-parametri speċifiċi tal-konfigurazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà abbord u għalhekk jistgħu jintużaw f’kull livell applikabbli ta’ subsistema ta’ CCS abbord.

(3)

Id-Dikjarazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-RSC għandha tinkludi l-lista ta’ kontrolli tal-RSC imwettqa għat-Tip(i) tal-RSC.

(4)

Id-Dikjarazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-RSC għandha tinkludi r-referenza għar-Rapport ta’ valutazzjoni tal-Korp Notifikat skont 6.2.4.3 (Kontrolli tal-kompatibbiltà tal-ETCS u tas-sistema tar-radju għall-Kostitwent tal-Interoperabbiltà).

L-RSC tas-subsistema speċifika ta’ CCS abbord fir-rigward ta’ Tip wieħed jew aktar ta’ RSC hija stabbilita fid-Dikjarazzjoni tal-RSC. Għandu jintuża l-mudell ipprovdut fl-Appendiċi C.3 jew C.5.

Fil-livell tas-subsistema, id-Dikjarazzjoni tal-RSC għandha tinkludi wkoll is-sommarju tar-Rapport ta’ Kontroll u għandha turi l-issodisfar tal-kontrolli tal-RSC meħtieġa (għal kull Tip ta’ RSC inkluż fid-Dikjarazzjoni) ippubblikati fid-dokument tekniku tal-ESC/RSC tal-Aġenzija flimkien mad-dikjarazzjonijiet tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-RSC diġà pprovduti.

Id-Dikjarazzjoni tal-RSC għandha tinkludi wkoll il-lista sħiħa ta’ dikjarazzjonijiet tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-RSC meqjusa fil-valutazzjoni (jekk ikun hemm), il-kundizzjonijiet (jekk ikun hemm) fir-rigward tat-Tipi differenti ta’ RSC u r-Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Korp Notifikat skont 6.3.3.1 (Kontrolli ta’ kompatibbiltà tal-ETCS u tas-sistema tar-radju).

4.2.17.4.   Rekwiżiti għall-Kompatibbiltà tas-Sistema tar-Radju

Il-Maniġer tal-Infrastruttura huwa responsabbli għad-definizzjoni tat-tip(i) tal-RSC. Is-sezzjonijiet kollha tan-network tal-Unjoni li jirrikjedu l-istess sett ta’ kontrolli għad-dimostrazzjoni tal-RSC għandu jkollhom l-istess tip ta’ RSC.

Il-lista tat-Tipi ta’ RSC hija ppubblikata u miżmuma mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji fid-dokument tekniku “Dokument tekniku tal-ESC/RSC, TD/011REC1028”. Ara l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.17 a. L-Aġenzija għandha tivvaluta l-kontrolli sakemm ma jkunux ġew ivvalutati minn Korp Notifikat kif meħtieġ fit-Tabella 6.3 ir-ringiela 10. Il-valutazzjoni mill-Aġenzija għandha ssir fi żmien xahrejn minn meta tirċevihom, sakemm ma jiġix miftiehem perjodu itwal bejn l-Aġenzija u l-Maniġer tal-Infrastruttura iżda li ma jaqbiżx l-erba’ xhur b’kollox. Id-dokument tekniku jiġi aġġornat fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol wara valutazzjoni pożittiva.

It-Tipi tal-RSC għandhom jintużaw biss meta jiġu ppubblikati bi status “Validu” fid-Dokument tekniku tal-Aġenzija msemmi hawn fuq.

Il-Maniġers tal-Infrastruttura, bl-appoġġ tal-fornituri tal-RMR għan-network tagħhom, għandhom jippreżentaw lill-Aġenzija d-definizzjoni tal-kontrolli neċessarji għal kull tip ta’ RSC fuq in-network tagħhom. L-informazzjoni minima li għandha tiġi inkluża:

(1)

Definizzjoni ta’ kull kontroll li għandu jitwettaq.

(2)

Kriterji sabiex kull kontroll jitwettaq b’suċċess.

(3)

Jekk hux meħtieġ kontroll biss għal ferroviji mgħammra b’linja bażi speċifika tal-RMR GSM-R/FRMCS u ħarġa partikolari tat-TSI.

(4)

Jekk il-kontrolli għandhomx isiru f’laboratorji jew fuq il-binarji. F’każ ta’ binarji, għandu jiġi indikat jekk hux meħtieġ post speċifiku.

(5)

Id-dettalji ta’ kuntatt sabiex jintalab it-twettiq ta’ kull kontroll.

(6)

Deskrizzjoni tal-konfigurazzjoni rappreżentattiva ta’ kontroll kull meta l-IM rilevanti jistabbilixxi li dan għandu jsir f’laboratorju.

(7)

Proposta tal-perjodu ta’ tranżizzjoni bejn il-verżjoni l-ġdida tad-definizzjoni tat-Tipi tal-RSC u l-verżjoni preċedenti, jew il-proċedura nazzjonali. Għandha tiġi indikata wkoll il-validità tat-Tipi preċedenti tal-RSC. Il-perjodu ta’ tranżizzjoni finali għandu jiġi miftiehem mal-Aġenzija. Fin-nuqqas ta’ ftehim dan għandu jkun ta’ 6 xhur.

Il-Maniġers tal-Infrastruttura għandhom jikklassifikaw il-linji tagħhom skont it-Tipi ta’ RSC għall-vuċi u, jekk ikun applikabbli, għad-data tal-ETCS. Din il-klassifikazzjoni tat-tip tal-RSC għandha tiġi rreġistrata fl-RINF. Jekk l-ebda definizzjoni tal-RSC ma tiġi ppubblikata fid-Dokument Tekniku tal-ESC/RSC jew ma tasal għand l-Aġenzija, għal linji eżistenti mgħammra b’RMR GSM-R, għandu jitqies li ma huwa meħtieġ l-ebda kontroll tal-RSC għal-linji kkonċernati.

Il-Maniġer tal-Infrastruttura għandu jipprovdi l-mezzi meħtieġa, il-laboratorju jew l-aċċess għall-infrastruttura, sabiex jitwettqu l-kontrolli, kif meħtieġ mill-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545.

Il-Maniġers tal-Infrastruttura għandhom jippreżentaw lill-Aġenzija kwalunkwe bidla tal-kontrolli msemmija għan-network tagħhom.

It-tipi tal-RSC huma validi b’mod indefinit sakemm ma jiġux immodifikati jew irtirati mill-Maniġer tal-Infrastruttura. F’każ ta’ bidliet, għandhom jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet f’7.2.3.4 (Impatt fuq il-kompatibbiltà teknika bejn il-partijiet abbord u ta’ maġenb il-binarji tas-subsistemi ta’ CCS). Jekk ikun meħtieġ li jsir kontroll mill-ġdid abbord, iridu jsiru biss il-kontrolli tal-RSC ġodda/aġġornati, waqt li jiġi applikat il-prinċipju li l-kontrolli li diġà jkunu twettqu b’suċċess jibqgħu validi, jekk il-vettura ma tiġix immodifikata.

Meta l-kontrolli tal-RSC jiġu ppubblikati jew aġġornati mill-Aġenzija fid-dokument tekniku “Dokument tekniku tal-ESC/RSC, TD/011REC1028”, ir-Regoli Nazzjonali eżistenti korrispondenti għall-ittestjar tal-kompatibbiltà tar-Radju għandhom jiġu rtirati u għandhom jitwettqu biss kontrolli tal-RSC sabiex tintwera l-kompatibbiltà teknika bejn is-subsistemi. L-IM għandu jindika l-ekwivalenza (ebda, parzjali jew sħiħa) tal-RSC mal-proċedura nazzjonali preċedenti, jekk teżisti. F’każ bħal dan, il-Kostitwent tal-Interoperabbiltà jew is-subsistemi li jkunu wrew kompatibbiltà teknika mal-proċedura nazzjonali preċedenti, jistgħu jerġgħu jużaw dik bħala evidenza għall-RSC mingħajr il-ħtieġa li jerġgħu jwettqu l-kontrolli.

L-Entità inkarigata mid-dimostrazzjoni tal-RSC għandha tiddefinixxi konfigurazzjoni rappreżentattiva tas-subsistema ta’ abbord tar-Radju.

Id-Dikjarazzjoni tal-RSC għandha tiġi prodotta mill-Entità li tapplika għad-Dimostrazzjoni tal-RSC.

L-Entità li tapplika għad-Dimostrazzjoni tal-RSC għandu jkollha r-rapport ta’ kontroll għall-Kostitwent tal-Interoperabbiltà jew għas-Subsistema vvalutat minn Korp Notifikat skont il-punti 6.2.4.3 (Kontrolli tal-kompatibbiltà tal-ETCS u tas-sistema tar-radju għall-Kostitwent tal-Interoperabbiltà) jew 6.3.3.1 (Kontrolli ta’ kompatibbiltà tal-ETCS u tas-sistema tar-radju).

Jekk Rapport ta’ Kontroll jew Dikjarazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-RSC imsemmija fid-Dikjarazzjoni tal-RSC ikun fiha Kundizzjonijiet, għandhom jiġu rreġistrati l-Kundizzjonijiet kollha, l-istatus tagħhom u, jekk ikun hemm qbil, kif jiġu ġestiti mill-parti affettwata (eż. l-RU lesta li turi l-kompatibbiltà ma’ rotta), u din ir-responsabbiltà għandha tiġi rreġistrata fid-Dikjarazzjoni tal-RSC.

4.2.18.   Funzjonalità tal-ATO abbord

Dan il-parametru bażiku jiddeskrivi l-funzjonalità tal-ATO abbord meħtieġa sabiex titħaddem ferrovija sal-Grad ta’ Awtomatizzazzjoni 2 bl-ETCS li tipprovdi l-funzjonalità tal-protezzjoni tal-ferrovija awtomatika sabiex tiffaċilitaha. Il-funzjonijiet għandhom jiġu implimentati skont l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.18 a minbarra dawk meħtieġa fil-punt 4.2.2 (Funzjonalità tal-ETCS abbord).

Il-funzjonalità tal-ATO hija appoġġata mill-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali indikati hawn taħt:

(1)

Komunikazzjoni mas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji għat-trażmissjoni tad-data bir-radju. Ara l-punt 4.2.5.1 (Interfaċċa tal-air gap (iżolata) tal-RMR), il-punt 4.2.6.2 (Interfaċċa bejn il-Komunikazzjoni tad-Data tal-RMR u l-applikazzjonijiet tal-ETCS/ATO).

(2)

Komunikazzjoni mas-sewwieq. Ara l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.2 e u 4.2.12 a (ETCS DMI).

(3)

It-trażmissjoni ta’ informazzjoni/ordnijiet u r-riċezzjoni ta’ informazzjoni dwar l-istatus mil-vetturi ferrovjarji. Ara l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.18 c.

(4)

It-trażmissjoni ta’ informazzjoni/ordnijiet u r-riċezzjoni ta’ informazzjoni dwar l-istatus mill-ETCS abbord. Ara l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.18 d.

Ir-rekwiżiti għat-testijiet huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.18 b.

4.2.19.   Funzjonalità tal-ATO ta’ maġenb il-binarji

Dan il-parametru bażiku jiddeskrivi l-funzjonalità tal-ATO ta’ maġenb il-binarji meħtieġa sabiex titħaddem ferrovija sal-Grad ta’ Awtomatizzazzjoni 2 bl-ETCS tipprovdi l-funzjonalità tal-protezzjoni tal-ferrovija awtomatika sabiex tiffaċilitaha.

Minbarra dawk meħtieġa fil-punt 4.2.3 (Funzjonalità tal-ETCS ta’ maġenb il-binarji), il-funzjonijiet għandhom jiġu implimentati skont l-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.19 a.

Il-funzjonalità tal-ATO hija appoġġata bl-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali għall-komunikazzjoni mas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord abbażi tat-trażmissjoni tad-data bir-radju. Ara l-Appendiċi A, il-punt 4.2.5.1 (Interfaċċa tal-air gap (iżolata) tal-RMR) u l-punt 4.2.7.3 (RMR/ETCS ta’ maġenb il-binarji u RMR/ATO ta’ maġenb il-binarji).

Ir-rekwiżiti għat-testijiet huma speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.19 b.

4.2.20.   Dokumentazzjoni teknika għall-Manutenzjoni

Dan il-parametru bażiku jiddeskrivi r-rekwiżiti meħtieġa b’rabta mad-dokumentazzjoni teknika għall-manutenzjoni li għandhom jiġu ssodisfati mill-manifatturi tat-tagħmir u mill-applikant għall-verifika tas-subsistema.

4.2.20.1.   Responsabbiltà tal-manifattur għat-tagħmir

Il-manifattur tat-tagħmir inkorporat fis-subsistema għandu jispeċifika:

(1)

ir-rekwiżiti u l-proċeduri kollha tal-manutenzjoni (inklużi l-monitoraġġ tas-saħħa, id-dijanjożi tal-avvenimenti, il-metodi u l-għodod tal-ittestjar kif ukoll il-kompetenza professjonali meħtieġa) meħtieġa għall-kisba ta’ rekwiżiti u valuri essenzjali kkwotati fir-rekwiżiti obbligatorji ta’ din it-TSI matul iċ-ċiklu tal-ħajja tat-tagħmir (it-trasport u l-ħżin qabel l-installazzjoni, it-tħaddim normali, il-ħsara u l-effetti tal-ħsara, ix-xogħol ta’ tiswija, il-kontroll u l-manutenzjoni, id-dekummissjonar, eċċ.). Għal aktar dettalji dwar il-korrezzjonijiet tal-iżbalji ara l-punti 6.5 (Immaniġġjar tal-iżbalji) u 7.2.10 (Manutenzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet (korrezzjonijiet tal-iżbalji));

(2)

ir-rekwiżiti u l-proċeduri kollha (il-metodi u l-għodod tal-ittestjar, il-kompetenza professjonali meħtieġa u l-evalwazzjoni tal-impatt tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà aġġornat fuq is-subsistema) meħtieġa sabiex jiġu implimentati Kostitwenti tal-Interoperabbiltà aġġornati minħabba korrezzjonijiet tal-iżbalji fl-ispeċifikazzjoni matul iċ-ċiklu tal-ħajja tat-tagħmir (manutenzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet). Dan jinkludi d-definizzjoni tal-proċeduri meħtieġa għall-aġġornamenti ta’ moduli u proċessi tas-sistema approvati, matul il-fażijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja, meta jkun hemm korrezzjonijiet ta’ żbalji skont l-Artikolu 9 ta’ dan ir-regolament applikabbli għas-subsistemi;

(3)

ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza li jistgħu jaffettwaw lill-pubbliku u lill-persunal tal-manutenzjoni;

(4)

il-kundizzjonijiet għall-manutenzjoni tal-ewwel linja (jiġifieri d-definizzjoni ta’ Unitajiet Sostitwibbli tal-Linja (LRUs), id-definizzjoni ta’ verżjonijiet kompatibbli ta’ hardware u software approvati, il-proċeduri għas-sostituzzjoni ta’ LRUs li ma jaħdmux, il-kundizzjonijiet għall-ħażna ta’ LRUs u għat-tiswija ta’ LRUs li ma jaħdmux;

(5)

il-kontrolli li għandhom jitwettqu jekk it-tagħmir ikun soġġett għal stress eċċezzjonali (eż. kundizzjonijiet ambjentali ħżiena jew xokkijiet anormali);

(6)

il-kontrolli li għandhom jitwettqu meta ssir manutenzjoni ta’ tagħmir għajr tagħmir ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni u li jaffettwa s-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni (eż. it-tibdil tad-dijametru tar-rota).

4.2.20.2.   Ir-responsabbiltà tal-applikant għall-verifika tas-subsistema

L-applikant għandu:

(1)

jiżgura li r-rekwiżiti tal-manutenzjoni kif deskritti fil-punt 4.2.20.1 (Responsabbiltà tal-manifattur għat-tagħmir) jiġu ddefiniti għall-komponenti kollha fl-ambitu ta’ din it-TSI irrispettivament minn jekk humiex kostitwenti tal-interoperabbiltà jew le;

(2)

jissodisfa r-rekwiżiti ta’ hawn fuq fil-punt 4.2.20.1 filwaqt li jqis ir-riskji li jinħolqu mill-interazzjonijiet bejn il-komponenti differenti tas-subsistema u interfaċċi għal subsistemi oħrajn;

(3)

jiddefinixxi proċeduri għall-introduzzjoni ta’ kostitwenti tal-interoperabbiltà aġġornati minħabba korrezzjonijiet tal-iżbalji fl-ispeċifikazzjoni (manutenzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet) skont id-dokumentazzjoni rilevanti tal-komponent tal-interoperabbiltà, fejn applikabbli. L-applikant għandu jipprovdi sistema ta’ ġestjoni tal-konfigurazzjoni sabiex jidentifika l-impatt fuq is-subsistema. L-applikant għandu jiżgura d-disponibbiltà tad-dokumentazzjoni rigward il-verżjoni tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà inklużi fis-subsistemi tiegħu.

4.2.20.3.   Identifikatur tas-sistema

Il-funzjonalità tal-ERTMS (ETCS, RMR, ATO) ta’ Kostitwent tal-Interoperabbiltà jew ta’ subsistema għandha tiġi deskritta b’“identifikatur tas-sistema”, li hija skema ta’ numerazzjoni sabiex tiġi identifikata l-verżjoni tas-sistema u ssir distinzjoni bejn identifikatur funzjonali u identifikatur tar-realizzazzjoni. L-“identifikatur funzjonali” huwa parti mill-identifikatur tas-sistema u jfisser ċifra jew numru ta’ ċifri definiti mill-ġestjoni tal-konfigurazzjoni individwali, li jirrappreżentaw referenza tal-funzjonalità għal CCS implimentata f’subsistema jew f’Kostitwent tal-Interoperabbiltà tas-CCS. L-“Identifikatur tar-Realizzazzjoni” huwa parti mill-identifikatur tas-sistema u jfisser ċifra jew numru ta’ ċifri definiti mill-ġestjoni tal-konfigurazzjoni individwali ta’ fornitur, li jirrappreżentaw konfigurazzjoni speċifika (eż. HW u SW) ta’ subsistema jew ta’ Kostitwent tal-Interoperabbiltà tas-CCS. L-“identifikatur tas-sistema”, l-“identifikatur funzjonali” u l-“identifikatur tar-realizzazzjoni” għandhom jiġu ddefiniti minn kull fornitur.

4.3.   Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-interfaċċi għal Subsistemi oħrajn

4.3.1.   Interfaċċa għas-Subsistema tal-Operat u l-Immaniġġjar tat-Traffiku

Interfaċċa mat-TSI tal-Operat u l-Immaniġġjar tat-Traffiku

CCS TSI ta’ referenza

 

TSI tal-Operat u l-Immaniġġjar tat-Traffiku ta’ Referenza  (10)

 

Parametru

Punt

Parametru

Punt

Regoli ta’ tħaddim

Lista tal-indikazzjonijiet u tal-messaġġi testwali armonizzati murija fuq l-Interfaċċa bejn is-Sewwieq u l-Magna tal-ETCS

4.4

Appendiċi E

Ktieb tar-Regoli tas-Sewwieqa

Regoli ta’ tħaddim

Informazzjoni dwar l-inġinerija tal-ERTMS ta’ maġenb il-binarji rilevanti għat-tħaddim

4.2.1.2.1

4.4

Appendiċi D3

Oġġetti ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji

4.2.15

Rekwiżiti għall-ilmiħ tas-sinjali u tal-markaturi mal-ġenb tal-binarji

4.2.2.8

Il-karatteristiċi u l-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tal-ferrovija

4.2.2

L-ibbrejkjar tal-ferrovija

4.2.2.6

L-użu ta’ tagħmir tat-trammil

Lubrifikazzjoni tal-flanġ abbord

Użu ta’ blokok tal-brejkijiet komposti

4.2.10

Ktieb tar-Regoli tas-Sewwieqa

4.2.1.2.1

Interfaċċa għar-Reġistrazzjoni tad-Data għal Finijiet Regolatorji

4.2.14

Reġistrazzjoni tad-data

4.2.3.5

ETCS DMI (Interfaċċa Sewwieq-Magna)

4.2.12

Il-format tan-numru tat-tħaddim tal-ferrovija

4.2.3.2.1

RMR DMI (Interfaċċa Sewwieq-Magna)

4.2.13

Il-format tan-numru tat-tħaddim tal-ferrovija

4.2.3.2.1

Ġestjoni tal-kjavi

4.2.8

L-iżgurar li l-ferrovija qiegħda taħdem sewwa

4.2.2.7

Verifiki tal-kompatibbiltà tar-rotta qabel l-użu ta’ vetturi awtorizzati

4.9

Il-parametri għall-kompatibbiltà tal-vetturi u tal-ferrovija fuq ir-rotta intiża għat-tħaddim

Appendiċi D1

4.3.2.   Interfaċċa għas-Subsistema tal-Vetturi Ferrovjarji

Interfaċċa mat-TSIs tal-Vetturi Ferrovjarji

CCS TSI ta’ referenza

TSIs tal-Vetturi Ferrovjarji ta’ Referenza

Parametru

Punt

Parametru

 

Punt

Kompatibbiltà mas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji ta’ maġenb il-binarji: id-disinn tal-vettura

4.2.10

Il-karatteristiċi tal-vetturi ferrovjarji jridu jkunu kompatibbli mas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji bbażati fuq iċ-ċirkwiti tal-binarji

LOC & PAS TSI

4.2.3.3.1.1

TSI tal-Vaguni  (11)

4.2.3.2

Il-karatteristiċi tal-vetturi ferrovjarji jridu jkunu kompatibbli mas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji bbażati fuq il-kuntjaturi tal-fusien

LOC & PAS TSI

4.2.3.3.1.2

TSI tal-Vaguni

4.2.3.3

Il-karatteristiċi tal-vetturi ferrovjarji jridu jkunu kompatibbli mat-tagħmir tal-loops

LOC & PAS TSI

4.2.3.3.1.3

TSI tal-Vaguni

4.2.3.3

Kompatibbiltà Elettromanjetika bejn il-vetturi ferrovjarji u t-tagħmir ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji

4.2.11

Il-karatteristiċi tal-vetturi ferrovjarji jridu jkunu kompatibbli mas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji bbażati fuq iċ-ċirkwiti tal-binarji

LOC & PAS TSI

4.2.3.3.1.1

TSI tal-Vaguni

4.2.3.3

Il-karatteristiċi tal-vetturi ferrovjarji jridu jkunu kompatibbli mas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji bbażati fuq il-kuntjaturi tal-fusien

LOC & PAS TSI

4.2.3.3.1.2

TSI tal-Vaguni

4.2.3.3

Il-karatteristiċi u l-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tal-ferrovija

4.2.2

4.2.18

Il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar

LOC & PAS TSI

Ibbrejkjar ta’ emerġenza

4.2.4.5.2

LOC & PAS TSI

Ibbrejkjar ta’ servizz

4.2.4.5.3

TSI tal-Vaguni

4.2.4.1.2

Il-pożizzjoni tal-antenni abbord ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni

4.2.2

Gauge kinematiku

LOC & PAS TSI

4.2.3.1

TSI tal-Vaguni

Ebda

Iżolament tal-funzjonalità tal-ETCS abbord

4.2.2

Regoli ta’ tħaddim

LOC & PAS TSI

4.2.12.3

TSI tal-Vaguni

Ebda

Oġġetti ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji

4.2.15

Viżibbiltà esterna

Fanali ta’ quddiem

LOC & PAS TSI

4.2.7.1.1

TSI tal-Vaguni

Ebda

Kamp ta’ viżjoni ta’ barra tas-sewwieq

LOC & PAS TSI

Linja ta’ viżjoni

4.2.9.1.3.1

LOC & PAS TSI

Windscreen

4.2.9.2

TSI tal-Vaguni

Ebda

Interfaċċa għar-Reġistrazzjoni tad-Data għal Finijiet Regolatorji

4.2.14

Apparat tar-reġistrazzjoni

LOC & PAS TSI

4.2.9.6

TSI tal-Vaguni

Ebda

ETCS abbord: It-trażmissjoni ta’ informazzjoni/ordnijiet u r-riċezzjoni ta’ informazzjoni dwar l-istatus mil-vetturi ferrovjarji

4.2.2

Sezzjonijiet ta’ separazzjoni

LOC & PAS TSI

4.2.8.2.9.8

TSI tal-Vaguni

Ebda

Kmand ta’ bbrejkjar dinamiku

LOC&PAS TSI

4.2.4.4.4

TSI tal-Vaguni

Ebda

Brejk manjetiku tal-binarji

LOC&PAS TSI

4.2.4.8.2

TSI tal-Vaguni

Ebda

Brejk tal-binarji tal-eddy current

LOC&PAS TSI

4.2.4.8.3

TSI tal-Vaguni

Ebda

Potenza u kurrent massimi mil-linja ta’ kuntatt sospiża

LOC&PAS TSI

4.2.8.2.4

TSI tal-Vaguni

Ebda

Ftuħ tal-bieba

LOC&PAS TSI

4.2.5.5.6

TSI tal-Vaguni

Ebda

Rekwiżiti dwar il-prestazzjoni

LOC&PAS TSI

4.2.8.1.2

TSI tal-Vaguni

Ebda

Kontroll tad-duħħan

LOC&PAS TSI

4.2.10.4.2

TSI tal-Vaguni

Ebda

Funzjoni tal-kontroll mill-bogħod bir-radju mill-persunal għall-operazzjoni ta’ shunting

LOC&PAS TSI

4.2.9.3.6

TSI tal-Vaguni

Ebda

Il-konsol tas-sewwieq – Ergonomija

LOC&PAS TSI

4.2.9.1.6

TSI tal-Vaguni

Ebda

Rekwiżiti għall-ġestjoni tal-modalitajiet tal-ETCS: modalità rieqda

LOC&PAS TSI

4.2.9.3.7.1

TSI tal-Vaguni

Ebda

Rekwiżiti għall-ġestjoni tal-modalitajiet tal-ETCS: shunting passiv

LOC&PAS TSI

4.2.9.3.7.2

TSI tal-Vaguni

Ebda

Rekwiżiti għall-ġestjoni tal-modalitajiet tal-ETCS: mhux ta’ quddiem

LOC&PAS TSI

4.2.9.3.7.3

TSI tal-Vaguni

Ebda

Tip ta’ sistema ta’ brejkijiet

LOC&PAS TSI

4.2.4.3

TSI tal-Vaguni

Ebda

Status tat-Trazzjoni

LOC&PAS TSI

4.2.9.3.8

TSI tal-Vaguni

Ebda

Imġiba dinamika waqt it-tħaddim

LOC&PAS TSI

4.2.3.4.2

TSI tal-Vaguni

Ebda

ATO abbord: It-trażmissjoni ta’ informazzjoni/ordnijiet u r-riċezzjoni ta’ informazzjoni dwar l-istatus mil-vetturi ferrovjarji

4.2.18

Rekwiżiti tal-interfaċċa mat-Tħaddim Awtomatizzat tal-Ferroviji abbord

LOC & PAS TSI

4.2.13

TSI tal-Vaguni

Ebda

Kmand ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza

4.2.2

Kmand ta’ bbrejkjar ta’ emerġenza

LOC & PAS TSI

4.2.4.4.1

TSI tal-Vaguni

Ebda

Il-kostruzzjoni tat-tagħmir użat fis-subsistemi ta’ CCS

4.2.16

Rekwiżiti materjali

LOC&PAS TSI

4.2.10.2.1

TSI tal-Vaguni

Ebda

Kmand ta’ bbrejkjar ta’ servizz

4.2.2

Kmand ta’ bbrejkjar ta’ servizz

LOC & PAS TSI

4.2.4.4.2

TSI tal-Vaguni

Ebda

4.3.3.   Interfaċċi għas-Subsistema tal-Infrastruttura

Interfaċċa mat-TSI tal-Infrastruttura

CCS TSI ta’ referenza

 

TSI tal-Infrastruttura ta’ referenza

 

Parametru

Punt

Parametru

 

Punt

Komunikazzjoni Eurobalise (spazju għall-installazzjoni)

4.2.5.2

Gauge tal-istruttura

INF TSI  (12)

4.2.3.1

Komunikazzjoni Euroloop (spazju għall-installazzjoni)

4.2.5.3

Gauge tal-istruttura

INF TSI

4.2.3.1

Oġġetti ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji

4.2.15

Gauge tal-istruttura

INF TSI

4.2.3.1

4.3.4.   Interfaċċi għas-Subsistema tal-Enerġija

Interfaċċa mat-TSI tal-Enerġija

CCS TSI ta’ referenza

 

TSI tal-Enerġija ta’ referenza

 

Parametru

Punt

Parametru

 

Punt

Kmandi lit-tagħmir tal-vetturi ferrovjarji

4.2.2

4.2.3

Sezzjonijiet tas-separazzjoni tal-fażijiet

Sezzjonijiet tas-separazzjoni tas-sistemi

ENE TSI (13)

4.2.15

4.2.16

4.4.   Regoli ta’ tħaddim

Ir-regoli għat-tħaddim ta’ servizz ferrovjarju b’ETCS, b’ATO u b’RMR huma speċifikati fit-TSI għall-Operat u l-Immaniġġjar tat-Traffiku.

L-indikazzjonijiet u l-messaġġi tat-test armonizzati murija fuq l-Interfaċċa Sewwieq-Magna tal-ETCS huma elenkati taħt l-Appendiċi E.

4.5.   Regoli ta’ manutenzjoni

Ir-regoli ta’ manutenzjoni tas-subsistemi koperti minn din it-TSI għandhom jiżguraw li l-valuri msemmija fil-parametri bażiċi indikati fil-Kapitolu 4 jinżammu fil-limiti meħtieġa matul it-tul ta’ ħajja tas-subsistemi. Madankollu, waqt il-manutenzjoni preventiva jew korrettiva, is-subsistema tista’ ma tkunx tista’ tikseb il-valuri kkwotati fil-parametri bażiċi; ir-regoli ta’ manutenzjoni għandhom jiżguraw li s-sikurezza ma tkunx preġudikata waqt dawn l-attivitajiet.

L-entità responsabbli mis-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni għandha tistabbilixxi regoli ta’ manutenzjoni sabiex tilħaq l-objettivi ta’ hawn fuq. It-tħejjija ta’ dawn ir-regoli għandha ssir bl-assistenza tar-rekwiżiti f’4.2.20 (Dokumentazzjoni teknika għall-Manutenzjoni).

4.6.   Kompetenzi professjonali

Il-manifatturi tat-tagħmir u tas-subsistema għandhom jipprovdu informazzjoni suffiċjenti sabiex jiddefinixxu l-kompetenzi professjonali meħtieġa għall-installazzjoni, għall-ispezzjoni finali u għall-manutenzjoni tas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni. Ara l-punt 4.5 (Regoli ta’ manutenzjoni).

4.7.   Kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza

Għandha tingħata attenzjoni sabiex jiġu żgurati s-saħħa u s-sikurezza għall-persunal tal-manutenzjoni u tal-operazzjonijiet, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali li hija kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Il-manifatturi għandhom jindikaw ir-riskji għas-saħħa u s-sikurezza li jirriżultaw mill-użu u mill-manutenzjoni tat-tagħmir u tas-subsistemi tagħhom. Ara l-punt 4.4 (Regoli ta’ tħaddim) u l-punt 4.5 (Regoli ta’ manutenzjoni).

4.8.   Reġistri

Id-data li għandha tiġi pprovduta għar-reġistri previsti fl-Artikoli 48 u 49 tad-Direttiva (UE) 2016/797 hija dik indikata fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/665/UE (14) u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/777 (15).

4.9.   Verifiki tal-kompatibbiltà tar-rotta qabel l-użu ta’ vetturi awtorizzati

Il-parametri tas-subsistema ta’ CCS abbord li jridu jintużaw mill-impriża ferrovjarja għall-finijiet tal-kontroll tal-kompatibbiltà tar-rotta, huma deskritti fl-Appendiċi D1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/773.

5.   KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABBILTÀ

5.1.   Definizzjoni

F’konformità mal-Artikolu 2(7) tad-Direttiva (UE) 2016/797, il-kostitwenti tal-interoperabbiltà tfisser kwalunkwe komponent elementari, grupp ta’ komponenti, binja parzjali jew binja sħiħa ta’ tagħmir inkorporat jew intiż sabiex jiġi inkorporat fis-subsistema li fuqha l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tiddependi direttament jew indirettament, inkluż kemm oġġetti tanġibbli kif ukoll oġġetti intanġibbli.

5.2.   Lista ta’ kostitwenti tal-interoperabbiltà

5.2.1.   Kostitwenti bażiċi tal-interoperabbiltà

Il-kostitwenti bażiċi tal-interoperabbiltà fis-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni huma ddefiniti:

(1)

fit-Tabella 5.1. għas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord;

(2)

fit-Tabella 5.2. għas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji.

5.2.2.   Raggruppar ta’ kostitwenti tal-interoperabbiltà

5.2.2.1.

Il-funzjonijiet tal-kostitwenti bażiċi tal-interoperabbiltà jistgħu jiġu kkombinati sabiex jifformaw grupp. Dan il-grupp imbagħad jiġi ddefinit minn dawk il-funzjonijiet u mill-interfaċċi esterni li jifdal tiegħu. Jekk grupp jiġi fformat b’dan il-mod, għandu jkun ikkunsidrat bħala kostitwent tal-interoperabbiltà.

Ma hemmx għalfejn tiġi vverifikata l-konformità tal-interfaċċi interni tal-grupp ta’ Kostitwenti tal-Interoperabbiltà, mal-parametri bażiċi tal-Kapitolu 4. Il-konformità tal-interfaċċi li huma esterni għall-grupp ta’ Kostitwenti tal-Interoperabbiltà trid tiġi vverifikata sabiex tintwera l-konformità mal-parametri bażiċi relatati mar-rekwiżiti ta’ dawn l-interfaċċi esterni.

5.2.2.2.

Meta l-kostitwenti tal-interoperabbiltà jiġu rraggruppati, il-funzjonijiet raggruppati u l-indirizzar tagħhom iridu jkunu konfigurabbli b’tali mod li l-funzjonijiet raggruppati tal-Kostitwenti tal-Interoperabbiltà tal-ATO, tal-ETCS u tar-radju jkunu jistgħu jiġu ssostitwiti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-subsistema ta’ CCS minn Kostitwenti tal-Interoperabbiltà tal-ATO, tal-ETCS jew tar-Radju esterni. Għalhekk, l-interfaċċi li ġejjin f’Kostitwent tal-Interoperabbiltà raggruppat għandhom isiru aċċessibbli esternament fuq is-saffi tal-komunikazzjoni tan-network tal-Consist tas-CCS kif speċifikat fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 i:

(1)

Interfaċċa bejn l-ATO Abbord u l-ETCS Abbord kif speċifikat fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 h;

(2)

Interfaċċa bejn l-ATO Abbord u r-radju tad-data tal-GSM-R Abbord kif speċifikat fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 j;

(3)

Interfaċċa bejn l-FRMCS Abbord u l-applikazzjonijiet tas-CCS (l-ETCS fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 g u l-ATO fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1, 4.2.6 k);

5.3.   Il-prestazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-kostitwenti

Għal kull kostitwent bażiku tal-interoperabbiltà jew grupp ta’ kostitwenti tal-interoperabbiltà, it-tabelli fil-Kapitolu 5 jiddeskrivu:

(1)

fil-kolonna 3, il-funzjonijiet u l-interfaċċi. Innota li xi kostitwenti tal-interoperabbiltà għandhom funzjonijiet u/jew interfaċċi li huma fakultattivi;

(2)

fil-kolonna 4, l-ispeċifikazzjonijiet obbligatorji għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ kull funzjoni jew interfaċċa (fejn applikabbli) permezz ta’ referenza għat-taqsima rilevanti tal-Kapitolu 4.

Tabella 5.1.

Kostitwenti bażiċi tal-interoperabbiltà fis-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord

Nru

Kostitwent tal-interoperabbiltà (IC)

Karatteristiċi

Rekwiżiti speċifiċi li jridu jiġu vvalutati b’referenza għall-Kapitolu 4

1

ETCS abbord

Affidabbiltà, Disponibbiltà, Possibbiltà ta’ manutenzjoni, Sikurezza (RAMS):

 

Sikurezza

 

Disponibbiltà/Affidabbiltà

 

Possibbiltà ta’ manutenzjoni

4.2.1.1

4.2.1.2

4.2.20.1

Funzjonalità tal-ETCS abbord (għajr l-odometrija)

Identifikatur tas-sistema

4.2.2

4.2.20.3

Interfaċċi tal-air gap (iżolati) tal-ETCS

 

RBC (Trażmissjoni tad-data bir-radju fakultattiva)

 

Unità ta’ infill bir-radju (funzjonalità fakultattiva)

 

Air gap tal-Eurobalise

 

Air gap tal-Euroloop (funzjonalità fakultattiva)

4.2.5

4.2.5.1.2

4.2.5.1.2.1

4.2.5.2

4.2.5.3

Interfaċċi

 

STM (implimentazzjoni tal-interfaċċa K fakultattiva)

 

Radju tad-data tal-GSM-R

 

FRMCS Abbord

 

Ġestjoni tal-kjavi

 

Ġestjoni tal-ETCS-IDs

 

Interfaċċa Sewwieq-Magna tal-ETCS

 

Interfaċċa tal-ferrovija (ara n-nota ta’ hawn taħt)

 

Apparat ta’ reġistrazzjoni abbord

 

Interfaċċa tal-ATO

 

Saffi ta’ komunikazzjoni tan-network tal-Consist tas-CCS.

Nota għall-interfaċċa tal-ferrovija:

L-implimentazzjoni tal-funzjonijiet kollha deskritti fid-dokument tal-Appendiċi A l-Indiċi 7 hija obbligatorja fil-livell tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà.

4.2.6.1

4.2.6.2.1.1

4.2.6.2.1.2

4.2.8

4.2.9

4.2.12

4.2.2

4.2.14

4.2.6.4

4.2.6.5.1

Kostruzzjoni tat-tagħmir

4.2.16

Kompatibbiltà tas-Sistema tal-ETCS (ESC) (fakultattiva)

4.2.17.1

4.2.17.2

2

Tagħmir tal-odometrija

Affidabbiltà, Disponibbiltà, Possibbiltà ta’ manutenzjoni, Sikurezza (RAMS):

 

Sikurezza

 

Disponibbiltà/Affidabbiltà

 

Possibbiltà ta’ manutenzjoni

4.2.1.1

4.2.1.2

4.2.20.1

Funzjonalità tal-ETCS abbord: Odometrija biss

4.2.2

Kostruzzjoni tat-tagħmir

4.2.16

3

STM tal-Interfaċċa standardizzata

Interfaċċi

 

ETCS abbord

4.2.6.1

4

Radju tal-kabina bil-vuċi tal-GSM-R

Nota:

Is-SIM card, l-antenna, il-kejbils ta’ konnessjoni u l-filtri ma jagħmlux parti minn dan il-kostitwent tal-interoperabbiltà

Affidabbiltà, Disponibbiltà, Possibbiltà ta’ manutenzjoni (RAM):

 

Disponibbiltà/Affidabbiltà

 

Possibbiltà ta’ manutenzjoni

4.2.1.2

4.2.20.1

Funzjonijiet bażiċi ta’ komunikazzjoni

4.2.4.1.1

Applikazzjonijiet ta’ komunikazzjoni bil-vuċi u operazzjonali

Identifikatur tas-sistema

4.2.4.2.1

4.2.20.3

Interfaċċi

 

Air gap tal-GSM-R

 

Interfaċċa Sewwieq-Magna tal-GSM-R

4.2.5.1.1.1

4.2.13.1

Kostruzzjoni tat-tagħmir

4.2.16

Kompatibbiltà tas-Sistema tar-Radju (RSC) (fakultattiva)

4.2.17.3

4.2.17.4

5

Radju tad-data tal-GSM-R

Nota:

Is-SIM card, l-antenna, il-kejbils ta’ konnessjoni u l-filtri ma jagħmlux parti minn dan il-kostitwent tal-interoperabbiltà

Affidabbiltà, Disponibbiltà, Possibbiltà ta’ manutenzjoni (RAM):

 

Disponibbiltà/Affidabbiltà

 

Possibbiltà ta’ manutenzjoni

4.2.1.2

4.2.20.1

Funzjonijiet bażiċi ta’ komunikazzjoni

4.2.4.1.1

Applikazzjonijiet ta’ komunikazzjoni tad-data tal-ETCS

Identifikatur tas-sistema

4.2.4.3.1.1

4.2.20.3

Interfaċċi

 

ETCS abbord

 

ATO abbord

 

Air gap tal-GSM-R

 

Air gap tal-GSM-R għall-ETCS

 

Air gap tal-GSM-R għall-ATO

4.2.6.2.1.1

4.2.6.2.2.1

4.2.5.1.1.1

4.2.5.1.2.1

4.2.5.1.3.1

Kostruzzjoni tat-tagħmir

4.2.16

Kompatibbiltà tas-Sistema tar-Radju (RSC) (fakultattiva)

4.2.17.3

4.2.17.4

6

SIM card tal-GSM-R

Nota:

Hija r-responsabbiltà tal-operatur tan-network tal-GSM-R li jforni lill-impriżi ferrovjarji bis-SIM cards li jridu jiddaħħlu fit-tagħmir tat-terminal tal-GSM-R

Funzjonijiet bażiċi ta’ komunikazzjoni

Identifikatur tas-sistema

4.2.4.1.1

4.2.20.3

Kostruzzjoni tat-tagħmir

4.2.16

Kompatibbiltà tas-Sistema tar-Radju (RSC) (fakultattiva)

4.2.17.3

4.2.17.4

7

ATO Abbord

Affidabbiltà, Disponibbiltà, Possibbiltà ta’ manutenzjoni (RAM):

 

Disponibbiltà/Affidabbiltà

 

Possibbiltà ta’ manutenzjoni

4.2.1.2

4.2.20.1

Funzjonalità tal-ATO abbord (eskluża l-komunikazzjoni)

Identifikatur tas-sistema

4.2.18

4.2.20.3

Interfaċċi tal-air gap (iżolati) tal-ATO

4.2.5.1.3

Interfaċċi

 

Radju tad-data tal-GSM-R

 

FRMCS Abbord

 

Interfaċċa tal-ferrovija

 

Interfaċċa tal-ETCS

 

Saffi ta’ komunikazzjoni tan-network tal-Consist tas-CCS

4.2.6.2.2.1

4.2.6.2.2.2

4.2.18

4.2.6.4

4.2.6.5.1

Kostruzzjoni tat-tagħmir

4.2.16

8

Applikazzjoni bil-vuċi tal-FRMCS Abbord

Affidabbiltà, Disponibbiltà, Possibbiltà ta’ manutenzjoni (RAM):

 

Disponibbiltà/Affidabbiltà

 

Possibbiltà ta’ manutenzjoni

4.2.1.2

4.2.20.1

Funzjonijiet bażiċi ta’ komunikazzjoni

4.2.4.1.2

Applikazzjonijiet ta’ komunikazzjoni bil-vuċi u operazzjonali

Identifikatur tas-sistema

4.2.4.2.2

4.2.20.3

Interfaċċi

 

FRMCS abbord

 

Interfaċċa bejn is-Sewwieq u l-Magna tal-FRMCS

4.2.6.2.3

4.2.13.2

Kostruzzjoni tat-tagħmir

4.2.16

Kompatibbiltà tas-Sistema tar-Radju (RSC) (fakultattiva)

4.2.17.3

4.2.17.4

9

FRMCS abbord

Affidabbiltà, Disponibbiltà, Possibbiltà ta’ manutenzjoni (RAM):

 

Disponibbiltà/Affidabbiltà

 

Possibbiltà ta’ manutenzjoni

4.2.1.2

4.2.20.1

Funzjonijiet bażiċi ta’ komunikazzjoni

Identifikatur tas-sistema

4.2.4.1.2

4.2.20.3

Interfaċċi

 

Applikazzjoni bil-vuċi tal-FRMCS abbord

 

Air gap tal-FRMCS

 

Air gap tal-FRMCS għall-applikazzjoni tal-ETCS

 

Air gap tal-FRMCS għall-applikazzjoni tal-ATO

 

ETCS abbord

 

ATO abbord

 

Saffi ta’ komunikazzjoni tan-network tal-Consist tas-CCS

4.2.6.2.3

4.2.5.1.1.2

4.2.5.1.2.2

4.2.5.1.3.2

4.2.6.2.1.2

4.2.6.2.2.2

4.2.6.5.1

Kostruzzjoni tat-tagħmir

4.2.16

Kompatibbiltà tas-Sistema tar-Radju (RSC) (fakultattiva)

4.2.17.3

4.2.17.4

10

Profil tal-FRMCS

Nota:

Hija r-responsabbiltà tal-operatur tan-network tal-FRMCS li jiżgura li l-profil tal-FRMCS ikun disponibbli għall-abbonati

Funzjonijiet bażiċi ta’ komunikazzjoni

Identifikatur tas-sistema

4.2.4.1.2

4.2.20.3

Kostruzzjoni tat-tagħmir

4.2.16

Kompatibbiltà tas-Sistema tar-Radju (RSC) (fakultattiva)

4.2.17.3

4.2.17.4

Tabella 5.2.

Kostitwenti bażiċi tal-interoperabbiltà fis-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji

1

2

3

4

Nru

Kostitwent tal-Interoperabbiltà (IC)

Karatteristiċi

Rekwiżiti speċifiċi li jridu jiġu vvalutati b’referenza għall-Kapitolu 4

1

RBC

Affidabbiltà, Disponibbiltà, Possibbiltà ta’ manutenzjoni, Sikurezza (RAMS):

 

Sikurezza

 

Disponibbiltà/Affidabbiltà

 

Possibbiltà ta’ manutenzjoni

4.2.1.1

4.2.1.2

4.2.20.1

Funzjonalità tal-ETCS ta’ maġenb il-binarji (għajr il-komunikazzjoni permezz tal-Eurobalises, l-infill bir-radju u l-Euroloop)

Identifikatur tas-sistema

4.2.3

4.2.20.3

Interfaċċi tal-air gap tal-RMR, tal-ETCS u tal-ATO: komunikazzjoni bir-radju mal-ferrovija biss

 

Interfaċċa tal-air gap tal-GSM-R għall-ETCS

 

Interfaċċa tal-air gap tal-FRMCS għall-ETCS

4.2.5.1.2.1

4.2.5.1.2.2

Interfaċċi

 

RBC ġar

 

Komunikazzjoni bir-radju tad-Data tal-GSM-R

 

FRMCS ta’ Maġenb il-Binarji

 

Ġestjoni tal-kjavi

 

Ġestjoni tal-ETCS-IDs

4.2.7.1, 4.2.7.2

4.2.7.3.1.1

4.2.7.3.1.2

4.2.8

4.2.9

Kostruzzjoni tat-tagħmir

4.2.16

2

Unità tal-infill bir-radju

Affidabbiltà, Disponibbiltà, Possibbiltà ta’ manutenzjoni, Sikurezza (RAMS):

 

Sikurezza

 

Disponibbiltà/Affidabbiltà

 

Possibbiltà ta’ manutenzjoni

4.2.1.1

4.2.1.2

4.2.20.1

Funzjonalità tal-ETCS ta’ maġenb il-binarji (għajr il-komunikazzjoni permezz tal-Eurobalises, il-Euroloop u l-funzjonalità tal-livell 2)

Identifikatur tas-sistema

4.2.3

4.2.20.3

Interfaċċi tal-air gap tal-RMR, tal-ETCS u tal-ATO: komunikazzjoni bir-radju mal-ferrovija biss

 

Interfaċċa tal-air gap tal-GSM-R għall-ETCS

4.2.5.1.2.1

Interfaċċi

 

Komunikazzjoni bir-radju tad-Data tal-GSM-R

 

Ġestjoni tal-kjavi

 

Ġestjoni tal-ETCS-IDs

 

Interlokkjar u LEU

4.2.7.3

4.2.8

4.2.9

4.2.3

Kostruzzjoni tat-tagħmir

4.2.16

3

Eurobalise

Affidabbiltà, Disponibbiltà, Possibbiltà ta’ manutenzjoni, Sikurezza (RAMS):

 

Sikurezza

 

Disponibbiltà/Affidabbiltà

 

Possibbiltà ta’ manutenzjoni

4.2.1.1

4.2.1.2

4.2.20.1

Interfaċċi tal-air gap tal-ETCS u tal-RMR: komunikazzjoni tal-Eurobalise mal-ferrovija biss

Identifikatur tas-sistema

4.2.5.2

4.2.20.3

Interfaċċi

 

LEU – Eurobalise

4.2.7.4

Kostruzzjoni tat-tagħmir

4.2.16

4

Euroloop

Affidabbiltà, Disponibbiltà, Possibbiltà ta’ manutenzjoni, Sikurezza (RAMS):

 

Sikurezza

 

Disponibbiltà/Affidabbiltà

 

Possibbiltà ta’ manutenzjoni

4.2.1.1

4.2.1.2

4.2.20.1

Interfaċċi tal-air gap tal-ETCS u tal-RMR: komunikazzjoni tal-Euroloop mal-ferrovija biss

Identifikatur tas-sistema

4.2.5.3

4.2.20.3

Interfaċċi

 

LEU – Euroloop

4.2.7.5

Kostruzzjoni tat-tagħmir

4.2.16

5

Eurobalise tal-LEU

Affidabbiltà, Disponibbiltà, Possibbiltà ta’ manutenzjoni, Sikurezza (RAMS):

 

Sikurezza

 

Disponibbiltà/Affidabbiltà

 

Possibbiltà ta’ manutenzjoni

4.2.1.1

4.2.1.2

4.2.20.1

Funzjonalità tal-ETCS ta’ maġenb il-binarji (għajr il-komunikazzjoni permezz tal-infill tar-radju, il-Euroloop u l-funzjonalità tal-livell 2)

Identifikatur tas-sistema

4.2.3

4.2.20.3

Interfaċċi

 

LEU – Eurobalise

4.2.7.4

Kostruzzjoni tat-tagħmir

4.2.16

6

Euroloop tal-LEU

Affidabbiltà, Disponibbiltà, Possibbiltà ta’ manutenzjoni, Sikurezza (RAMS):

 

Sikurezza

 

Disponibbiltà/Affidabbiltà

 

Possibbiltà ta’ manutenzjoni

4.2.1.1

4.2.1.2

4.2.20.1

Funzjonalità tal-ETCS ta’ maġenb il-binarji (għajr il-komunikazzjoni permezz tal-infill tar-radju, il-Eurobalise u l-funzjonalità tal-livell 2)

Identifikatur tas-sistema

4.2.3

4.2.20.3

Interfaċċi

 

LEU – Euroloop

4.2.7.5

Kostruzzjoni tat-tagħmir

4.2.16

7

Kuntjatur tal-Fusien

Sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji ta’ maġenb il-binarji (parametri rilevanti għall-kuntjaturi tal-fusien biss)

4.2.10

Kompatibbiltà elettromanjetika (parametri rilevanti għall-kuntjaturi tal-fusien biss)

4.2.11

8

Tabella ta’ Indikazzjoni

Oġġetti ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji (il-punti 1 u 2 biss)

4.2.15

Kostruzzjoni tat-tagħmir

4.2.16

9

ATO ta’ Maġenb il-Binarji

Affidabbiltà, Disponibbiltà, Possibbiltà ta’ manutenzjoni (RAM):

 

Disponibbiltà/Affidabbiltà

 

Possibbiltà ta’ manutenzjoni

4.2.1.2

4.2.20.1

Funzjonalità tal-ATO ta’ maġenb il-binarji

Identifikatur tas-sistema

4.2.19

4.2.20.3

Interfaċċi tal-air gap tal-RMR, tal-ETCS u tal-ATO: komunikazzjoni bir-radju mal-ferrovija biss

 

Interfaċċa tal-air gap tal-GSM-R għall-ATO

 

Interfaċċa tal-air gap tal-FRMCS għall-ATO

4.2.5.1.3.1

4.2.5.1.3.2

Interfaċċi:

 

Komunikazzjoni bir-radju tad-Data tal-GSM-R

 

FRMCS ta’ Maġenb il-Binarji

4.2.7.3.2.1

4.2.7.3.2.2

Kostruzzjoni tat-tagħmir

4.2.16

6.   IL-VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ U/JEW L-IDONEITÀ GĦALL-UŻU TAL-KOSTITWENTI U L-VERIFIKA TAS-SUBSISTEMI

6.1.   Introduzzjoni

6.1.1.   Prinċipji ġenerali

6.1.1.1.   Konformità mal-parametri bażiċi

L-issodisfar tar-rekwiżiti essenzjali stipulati fil-Kapitolu 3 ta’ din it-TSI għandu jiġi żgurat permezz tal-konformità mal-parametri bażiċi speċifikati fil-Kapitolu 4.

Din il-konformità għandha tintwera permezz:

(1)

tal-valutazzjoni tal-konformità tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà speċifikati fil-Kapitolu 5 (ara l-punti 6.2.1, 6.2.2, 6.2.3, 6.2.4);

(2)

tal-verifika tas-subsistemi (ara l-punt 6.3 u l-punt 6.4).

Fil-każ ta’ bidliet fis-subsistemi eżistenti, ir-rekwiżiti f’7.2.2 għas-subsistemi abbord u f’7.2.3 għas-subsistemi ta’ maġenb il-binarji għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni.

6.1.1.2.   Issodisfar parzjali tar-rekwiżiti tat-TSI

Subsistema abbord tista’, jekk tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet ta’ hawn taħt, ma timplimentax il-funzjonalitajiet obbligatorji kollha speċifikati f’din it-TSI:

(1)

il-funzjonalitajiet huma elenkati fl-Appendiċi G;

(2)

il-Maniġer tal-Infrastruttura (bl-appoġġ tal-Istat Membru) ikun indika fir-RINF li l-issodisfar parzjali tar-rekwiżit elenkat ma jipprevjenix it-tħaddim ottimali u sikur fuq in-network tiegħu;

Meta kostitwent tal-interoperabbiltà jew subsistema ta’ kontroll-kmand u sinjalazzjoni ma timplimentax il-funzjonalitajiet kollha speċifikati f’din it-TSI, il-kundizzjonijiet rilevanti għall-użu għandhom jirriflettu dan f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punti 6.5.1 u 6.5.2.

6.1.2.   Prinċipji għall-ittestjar tal-ETCS, tal-ATO u tal-RMR

6.1.2.1.   Prinċipju

Il-prinċipju huwa li Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord koperta minn dikjarazzjoni ta’ verifika tal-“KE” tkun tista’ taħdem fuq kull Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji koperta minn Dikjarazzjoni ta’ verifika tal-“KE”, taħt il-kundizzjonijiet speċifikati f’din it-TSI, mingħajr ebda verifika addizzjonali.

Dan il-prinċipju jista’ jintlaħaq permezz ta’:

(1)

regoli għad-disinn u l-installazzjoni tas-subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord u ta’ Maġenb il-Binarji;

(2)

speċifikazzjonijiet tat-test sabiex tingħata prova li s-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord u ta’ Maġenb il-Binarji jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din it-TSI u li huma reċiprokament kompatibbli.

6.1.2.2.   Xenarji tat-test operazzjonali

Għall-finijiet ta’ din it-TSI, “xenarju tat-test operazzjonali” tfisser sekwenza ta’ avvenimenti maġenb il-binarji u abbord relatati mas-subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni jew li jaffettwawhom (eż. it-trażmissjoni/il-wasla ta’ messaġġi, il-qbiż ta’ limitu tal-veloċità, azzjonijiet tal-operaturi) u l-ħin speċifikat bejniethom, sabiex jiġi ttestjat it-tħaddim intenzjonat tas-sistema ferrovjarja f’sitwazzjonijiet li huma rilevanti għall-ETCS, l-ATO u l-RMR (eż. id-dħul ta’ ferrovija f’żona mgħammra, ix-xegħil ta’ ferrovija, l-injorar ta’ sinjal f’punt ta’ waqfien).

Ix-xenarji tat-testijiet operazzjonali huma bbażati fuq ir-regoli tal-inġinerija adottati għall-proġett.

Kontroll tal-konformità ta’ implimentazzjoni reali b’xenarju ta’ test operazzjonali għandu jkun possibbli billi tinġabar informazzjoni permezz ta’ interfaċċi faċilment aċċessibbli (preferibbilment l-interfaċċi standard speċifikati f’din it-TSI).

6.1.2.3.   Rekwiżiti għax-Xenarji tat-test operazzjonali

Is-sett ta’ regoli tal-inġinerija għall-partijiet ta’ maġenb il-binarji tal-ETCS, l-ATO u l-RMR u x-xenarji tat-test operazzjonali relatati għas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji għandhom ikunu suffiċjenti sabiex jiddeskrivi l-operazzjonijiet intenzjonati kollha tas-sistema li huma rilevanti għas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji f’sitwazzjonijiet normali u degradati identifikati, u:

(1)

għandhom ikunu konsistenti mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija f’din it-TSI;

(2)

għandhom jassumu li l-funzjonijiet, l-interfaċċi u l-prestazzjoni tas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord li jinteraġixxu mas-Subsistema ta’ Maġenb il-Binarji jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ din it-TSI;

(3)

għandhom ikunu dawk użati fil-Verifika tal-KE tas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji, sabiex jiġi ċċekkjat li l-funzjonijiet, l-interfaċċi u l-prestazzjoni implimentati jkunu jistgħu jiżguraw li jiġi rrispettat it-tħaddim intenzjonat tas-sistema flimkien mal-modalitajiet u t-tranżizzjonijiet rilevanti bejn il-livelli u l-modalitajiet tas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord.

6.2.   Kostitwenti tal-interoperabbiltà

6.2.1.   Proċeduri ta’ valutazzjoni għall-Kostitwenti tal-Interoperabbiltà ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni

Qabel ma jqiegħed fis-suq kostitwent tal-interoperabbiltà u/jew gruppi ta’ kostitwenti tal-interoperabbiltà, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fl-Unjoni Ewropea għandu jfassal dikjarazzjoni ta’ konformità tal-“KE” f’konformità mal-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

Il-proċedura ta’ valutazzjoni għandha titwettaq bl-użu ta’ wieħed mill-moduli speċifikati fil-punt 6.2.2 (Moduli għall-Kostitwenti tal-Interoperabbiltà ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni).

Dikjarazzjoni tal-“KE” ta’ idoneità għall-użu ma hijiex meħtieġa għall-kostitwenti tal-interoperabbiltà ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni. Il-konformità mal-parametri bażiċi rilevanti, kif muri mid-Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-“KE”, hija biżżejjed sabiex il-kostitwenti tal-interoperabbiltà jitqiegħdu fis-suq (16).

6.2.2.   Moduli għall-Kostitwenti tal-Interoperabbiltà ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni

Għall-valutazzjoni tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà fis-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fl-Unjoni Ewropea, jista’ jagħżel:

(1)

jew il-proċedura tal-eżami tat-tip (il-Modulu CB) għall-fażi tad-disinn u l-iżvilupp flimkien mal-proċedura tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità tal-produzzjoni (il-Modulu CD) għall-fażi tal-produzzjoni; jew

(2)

il-proċedura tal-eżami tat-tip (il-Modulu CB) għall-fażi tad-disinn u l-iżvilupp flimkien mal-proċedura tal-verifika tal-prodott (il-Modulu CF); jew

(3)

il-proċedura sħiħa tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità mal-eżami tad-disinn (il-Modulu CH1).

Barra minn hekk, il-manifattur jew ir-rappreżentant tiegħu jista’ jagħżel il-Modulu CA għall-verifika tas-SIM card u tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tat-Tabelli ta’ Indikazzjoni.

Il-moduli huma deskritti fid-dettall fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE (17).

Il-kjarifiki addizzjonali li ġejjin japplikaw għall-użu ta’ wħud mill-moduli:

(1)

b’referenza għall-Kapitolu 2 tal-“Modulu CB”, l-eżami tal-“KE” tat-tip għandu jitwettaq permezz ta’ kombinament ta’ tip ta’ produzzjoni u tip ta’ disinn;

(2)

b’referenza għall-Kapitolu 3 tal-“Modulu CF” (verifika tal-prodott) il-verifika statistika ma hijiex permessa, jiġifieri l-kostitwenti kollha tal-interoperabbiltà għandhom jiġu eżaminati individwalment.

6.2.3.   Rekwiżiti għall-valutazzjoni

Irrispettivament mill-modulu magħżul:

(1)

ir-rekwiżiti ddikjarati fil-punt 6.2.4.1 ta’ din it-TSI għandhom jiġu rrispettati għall-kostitwent tal-interoperabbiltà “ETCS Abbord”,

(2)

l-attivitajiet murija fit-Tabella 6.1.1 għandhom jitwettqu meta tiġi vvalutata l-konformità ta’ kostitwent tal-interoperabbiltà jew ta’ grupp ta’ kostitwenti tal-interoperabbiltà kif definit fil-Kapitolu 5 ta’ din it-TSI. Il-verifiki kollha għandhom jitwettqu b’referenza għat-tabella applikabbli fil-Kapitolu 5 u l-parametri bażiċi indikati hemmhekk.

(3)

Il-manifattur tat-tagħmir għandu jinforma lil Korp Notifikat dwar il-bidliet kollha li jaffettwaw il-konformità tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà minħabba r-rekwiżiti tal-ħruġ applikabbli tat-TSI. Il-manifattur għandu juri wkoll jekk dawn l-ispeċifikazzjonijiet ta’ korrezzjonijiet tal-iżbalji jeħtiġux kontrolli ġodda, f’konformità mat-Tabella 6.1.1 u bl-applikazzjoni ta’ moduli għall-Konformità tal-KE skont 6.2.2. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-manifattur b’referenzi korrispondenti għad-dokumentazzjoni teknika relatata maċ-ċertifikat eżistenti tal-KE. Il-manifattur għandu jiġġustifika u jiddokumenta li r-rekwiżiti applikabbli jkunu ssodisfati fil-livell ta’ kostitwent tal-interoperabbiltà, li għandu jiġi vvalutat minn Korp Notifikat.

Il-manifattur għandu jinforma lill-entitajiet affettwati dwar il-bidliet, eż. fir-rigward tat-tħaddim u l-manutenzjoni, jekk dawn jaffettwaw prodotti/komponenti eżistenti u diġà implimentati.

Tabella 6.1.1.

Rekwiżiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ta’ kostitwent tal-interoperabbiltà jew ta’ grupp ta’ kostitwenti tal-interoperabbiltà

Nru

Aspett

X’għandu jiġi vvalutat

Evidenza ta’ sostenn

1a

Funzjonijiet, interfaċċi u prestazzjonijiet

Iċċekkja li l-funzjonijiet, l-interfaċċi u l-prestazzjonijiet obbligatorji kollha deskritti fil-parametri bażiċi msemmija fit-tabella rilevanti tal-Kapitolu 5 huma implimentati u li dawn huma konformi mar-rekwiżiti ta’ din it-TSI

Id-dokumentazzjoni tad-disinn u t-tħaddim tal-każijiet tat-test u tas-sekwenzi tat-test, kif deskritti fil-parametri bażiċi msemmija fit-tabella rilevanti tal-Kapitolu 5

1b

Iċċekkja liema funzjonijiet u interfaċċi fakultattivi deskritti fil-parametri bażiċi msemmija fit-tabella rilevanti tal-Kapitolu 5 huma implimentati u li dawn huma konformi mar-rekwiżiti ta’ din it-TSI

Id-dokumentazzjoni tad-disinn u t-tħaddim tal-każijiet tat-test u tas-sekwenzi tat-test, kif deskritti fil-parametri bażiċi msemmija fit-tabella rilevanti tal-Kapitolu 5

1c

Iċċekkja liema funzjonijiet u interfaċċi addizzjonali (mhux speċifikati f’din it-TSI) huma implimentati u li dawn ma jwasslux għal kunflitti mal-funzjonijiet implimentati speċifikati f’din it-TSI

Analiżi tal-impatt

2 a

Kostruzzjoni tat-tagħmir

Iċċekkja l-konformità mal-kundizzjonijiet obbligatorji, fejn speċifikat fil-parametri bażiċi msemmija fit-tabella rilevanti tal-Kapitolu 5

Dokumentazzjoni dwar il-materjal użat u, fejn meħtieġ, testijiet sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-parametri bażiċi msemmija fit-tabella rilevanti tal-Kapitolu 5 huma ssodisfati

2b

Barra minn hekk, iċċekkja li l-kostitwent tal-interoperabbiltà jiffunzjona kif suppost fil-kundizzjonijiet ambjentali li huwa ddisinjat għalihom

Testijiet skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-applikant

3

Affidabbiltà, Disponibbiltà, Possibbiltà ta’ manutenzjoni, Sikurezza (RAMS)

Iċċekkja l-konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza meta jkunu speċifikati fil-parametri bażiċi msemmija fit-tabella rilevanti tal-Kapitolu 5, jiġifieri

1.

l-osservanza tar-Rati ta’ Periklu Tollerabbli (THRs) ikkawżati minn ħsarat aleatorji

2.

il-proċess ta’ żvilupp huwa kapaċi jidentifika u jelimina ħsarat sistematiċi

1.

Kalkoli għat-THRs ikkawżati minn ħsarat aleatorji, appoġġati minn data dwar l-affidabbiltà.

2.1.

Il-ġestjoni tal-kwalità u tas-sikurezza tal-manifattur waqt id-disinn, il-manifattura u l-ittestjar tikkonforma ma’ standard rikonoxxut (ara n-Nota).

2.2.

Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-iżvilupp tas-software, iċ-ċiklu tal-ħajja tal-iżvilupp tal-hardware u l-integrazzjoni tal-hardware u tas-software kollha twettqu f’konformità ma’ standard rikonoxxut (ara n-Nota).

2.3.

Il-proċess ta’ verifika u ta’ validazzjoni tas-sikurezza twettaq f’konformità ma’ standard rikonoxxut (ara n-Nota) u jirrispetta r-rekwiżiti tas-sikurezza deskritti fil-parametri bażiċi msemmija fit-tabella rilevanti tal-Kapitolu 5.

2.4.

Ir-rekwiżiti tas-sikurezza funzjonali u teknika (it-tħaddim korrett f’kundizzjonijiet mingħajr ħsara, l-effetti tal-ħsarat u tal-influwenzi esterni) jiġu vverifikati f’konformità ma’ standard rikonoxxut (ara n-Nota).

Nota:

L-istandard għandu jissodisfa mill-anqas ir-rekwiżiti li ġejjin:

(1)

ikun konformi mar-rekwiżiti għall-kodiċi ta’ prattika, kif iddikjarat fl-Anness I, il-punt 2.3.2, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 402/2013;

(2)

ikun rrikonoxxut b’mod wiesa’ fil-qasam ferrovjarju. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-istandard ikun irid jiġi ġġustifikat u jkun aċċettabbli għall-Korp Notifikat;

(3)

ikun rilevanti għall-kontroll tal-perikli meqjusa fis-sistema li tkun qiegħda tiġi vvalutata;

(4)

ikun disponibbli għall-atturi kollha li jkunu jridu jagħmlu użu minnu.

4

Iċċekkja li l-mira tal-affidabbiltà kwantitattiva (relatata ma’ ħsarat aleatorji) indikata mill-applikant tintlaħaq

Kalkoli

5

L-eliminazzjoni ta’ ħsarat sistematiċi

Testijiet tat-tagħmir (tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà kollu jew separatament għal subassemblaġġi) f’kundizzjonijiet operazzjonali, b’tiswija meta jiġu identifikati xi difetti.

Dokumentazzjoni li takkumpanja ċ-ċertifikat li tindika liema tip ta’ verifiki twettqu, liema standards ġew applikati u liema kriterji ġew adottati sabiex dawn it-testijiet jitqiesu kompluti (skont id-deċiżjonijiet tal-applikant).

6

Dokumentazzjoni teknika għall-manutenzjoni

Iċċekkja l-konformità mar-rekwiżiti ta’ manutenzjoni – il-punt 4.2.20.1.

Kontroll tad-dokumenti

6.2.4.   Kwistjonijiet speċjali

6.2.4.1.   Testijiet obbligatorji għall-ETCS abbord

Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-valutazzjoni tal-konformità tal-kostitwent tal-interoperabbiltà tal-ETCS abbord, peress li dan huwa kumpless u għandu rwol ewlieni fil-kisba tal-interoperabbiltà.

Irrispettivament minn jekk jintgħażilx il-modulu CB jew CH1, il-Korp Notifikat għandu jiċċekkja li

(1)

kampjun rappreżentattiv tal-kostitwent tal-interoperabbiltà jkun ġie ppreżentat għal sett sħiħ ta’ sekwenzi tat-test inklużi l-każijiet kollha tat-test meħtieġa sabiex jiġu vverifikati l-funzjonijiet imsemmija fil-punt 4.2.2 (Funzjonalità tal-ETCS abbord). L-applikant huwa responsabbli sabiex jiddefinixxi l-każijiet tat-test u l-organizzazzjoni tagħhom f’sekwenzi, jekk dan ma jkunx inkluż fl-ispeċifikazzjonijiet imsemmija f’din it-TSI;

(2)

dawn it-testijiet saru f’laboratorju akkreditat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) u l-istandards imsemmija fl-Appendiċi A, it-Tabella A 4 sabiex jitwettqu testijiet bl-użu tal-arkitettura tat-test u l-proċeduri speċifikati fl-Appendiċi A, it-Tabella A 1:

(a)

Għall-ETCS abbord li tappoġġa sal-verżjoni 2.1 tas-sistema: 4.2.2 c.

(b)

Għall-ETCS abbord li tappoġġa sal-verżjoni 2.2 u 3.0 tas-sistema: mhux inkluża, ara l-punt preċedenti (1).

Il-laboratorju għandu jipprovdi rapport sħiħ li jindika b’mod ċar ir-riżultati tal-każijiet tat-testijiet u s-sekwenzi użati. Il-Korp Notifikat huwa responsabbli sabiex jivvaluta l-adegwatezza tal-każijiet u tas-sekwenzi tat-test sabiex jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti rilevanti kollha u sabiex jevalwa r-riżultati tat-testijiet fid-dawl taċ-ċertifikazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà.

6.2.4.2.   Interfaċċi tal-Klassi B

Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli sabiex jivverifika li s-sistemi tal-Klassi B u l-interfaċċi tagħhom għall-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ECTS abbord ikunu konformi mar-rekwiżiti nazzjonali tiegħu.

Il-verifika tal-interfaċċa standardizzata tal-STM għall-ECTS abbord tirrikjedi valutazzjoni tal-konformità mwettqa minn Korp Notifikat.

6.2.4.3.   Kontrolli tal-kompatibbiltà tal-ETCS u tas-sistema tar-radju għall-Kostitwent tal-Interoperabbiltà

Peress li l-kontrolli tal-ESC/RSC ma humiex meħtieġa fit-Tabella 6.1.1, dawn ma humiex meħtieġa għall-ħruġ ta’ ċertifikat tal-kostitwent tal-interoperabbiltà.

Jekk il-kontrolli tal-ESC/RSC jiġu eżegwiti fil-livell tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà, il-kompitu tal-Korp Notifikat fir-rigward tad-dikjarazzjoni(jiet) tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ESC/RSC u r-rapport assoċjat huwa li jivverifika l-korrettezza u l-kompletezza tar-rapport ta’ kontroll tal-ESC/RSC għall-Kostitwent tal-Interoperabbiltà, skont ir-rekwiżiti f’dan il-punt.

F’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/797 il-Korp Notifikat li jwettaq din il-valutazzjoni jista’ jkun wieħed differenti mill-Korp Notifikat li jwettaq il-proċedura ta’ konformità jew idoneità tal-KE għall-kostitwent tal-interoperabbiltà.

Tabella 6.1.2.

Valutazzjoni tal-Korp Notifikat tal-Kontroll tal-Kompatibbiltà tal-ETCS jew tas-Sistema tar-Radju għall-Kostitwenti tal-Interoperabbiltà.

Nru

Aspett

X’għandu jiġi vvalutat

Evidenza ta’ sostenn

1

Disponibbiltà tar-riżultati

Ivvaluta li r-rapport ta’ kontroll jirreferi għall-kontrolli skont id-definizzjoni tat-tipi tal-ESC/RSC fid-dokument tekniku ppubblikat mill-ERA (19).

Ivvaluta li r-rapport ta’ kontroll tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà jindika b’mod ċar liema kontrolli ġew ivverifikati għat-Tip tal-ESC/RSC.

Evalwazzjoni tar-Rapport ta’ Kontroll tal-ESC/RSC.

2

Disponibbiltà tar-riżultati

Ivvaluta li r-riżultati tal-ESC/RSC jindikaw għal kull Kontroll tal-ESC/RSC jekk il-Kontroll tal-ESC/RSC irnexxiex kif speċifikat jew le;

Evalwazzjoni tar-Rapport ta’ Kontroll tal-ESC/RSC.

3

Inkompatibbiltajiet u żbalji rrapportati

Ivvaluta li għal kull Kontroll tal-ESC/RSC li ma jkunx irnexxa kif speċifikat, l-inkompatibbiltajiet u l-iżbalji rrapportati waqt il-Kontrolli tal-ESC/RSC huma ddikjarati;

Evalwazzjoni tar-Rapport ta’ Kontroll tal-ESC/RSC.

4

Analiżi tal-impatt

Ivvaluta jekk għal kull Kontroll tal-ESC/RSC li ma jkunx irnexxa kif speċifikat, twettqitx u ġietx irreġistrata analiżi tal-impatt tal-effetti fuq l-ESC/RSC bl-użu tal-mudell ipprovdut fl-Appendiċi D.

Evalwazzjoni tar-Rapport ta’ Kontroll tal-ESC/RSC.

6.3.   Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni

6.3.1.   Proċeduri ta’ valutazzjoni għas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni

Dan il-Kapitolu jittratta d-dikjarazzjoni ta’ verifika tal-“KE” għas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord u d-dikjarazzjoni ta’ verifika tal-“KE” għas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji.

Fuq talba tal-applikant, il-Korp Notifikat għandu jwettaq verifika tal-“KE” ta’ Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord jew ta’ Maġenb il-Binarji f’konformità mal-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2016/797.

L-applikant għandu jfassal id-dikjarazzjoni tal-verifika tal-“KE” għas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord jew ta’ Maġenb il-Binarji f’konformità mal-Artikolu 15(1) u (9) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

Il-kontenut tad-dikjarazzjoni tal-verifika tal-“KE” għandu jikkonforma mal-Artikolu 15(9) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

Il-proċedura ta’ valutazzjoni għandha titwettaq bl-użu tal-moduli speċifikati fil-punt 6.3.2 (Moduli għas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni).

Id-dikjarazzjonijiet tal-verifika tal-“KE” għal Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord u ta’ Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji, flimkien maċ-ċertifikati ta’ konformità, għandhom jitqiesu suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li s-subsistemi jkunu kompatibbli taħt il-kundizzjonijiet speċifikati f’din it-TSI.

6.3.2.   Moduli għas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni

Il-moduli kollha indikati hawn taħt huma speċifikati fid-Deċiżjoni 2010/713/UE.

6.3.2.1.   Subsistema Abbord

Għall-verifika tas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord, l-applikant jista’ jagħżel jew:

(1)

il-proċedura tal-eżami tat-tip (il-Modulu SB) għall-fażi tad-disinn u l-iżvilupp flimkien mal-proċedura tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità tal-produzzjoni (il-Modulu SD) għall-fażi tal-produzzjoni; jew

(2)

il-proċedura tal-eżami tat-tip (il-Modulu SB) għall-fażi tad-disinn u l-iżvilupp flimkien mal-proċedura tal-verifika tal-prodott (il-Modulu SF); jew

(3)

is-sistema sħiħa tal-ġestjoni tal-kwalità mal-proċedura tal-eżami tad-disinn (il-Modulu SH1).

6.3.2.2.   Subsistema ta’ Maġenb il-Binarji

Għall-verifika tas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji, l-applikant jista’ jagħżel jew:

(1)

il-proċedura tal-verifika tal-unità (il-Modulu SG); jew

(2)

il-proċedura tal-eżami tat-tip (il-Modulu SB) għall-fażi tad-disinn u l-iżvilupp flimkien mal-proċedura tas-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità tal-produzzjoni (il-Modulu SD) għall-fażi tal-produzzjoni; jew

(3)

il-proċedura tal-eżami tat-tip (il-Modulu SB) għall-fażi tad-disinn u l-iżvilupp flimkien mal-proċedura tal-verifika tal-prodott (il-Modulu SF); jew

(4)

is-sistema sħiħa tal-ġestjoni tal-kwalità mal-proċedura tal-eżami tad-disinn (il-Modulu SH1).

6.3.2.3.   Kundizzjonijiet għall-użu ta’ moduli għas-Subsistemi Abbord u ta’ Maġenb il-Binarji

B’referenza għall-punt 4.2 tal-Modulu SB (eżami tat-tip), huwa mitlub rieżami tad-disinn.

B’referenza għall-punt 4.2 tal-Modulu SH1 (sistema sħiħa ta’ ġestjoni tal-kwalità b’eżami tad-disinn), huwa meħtieġ test tat-tip addizzjonali.

6.3.3.   Rekwiżiti ta’ valutazzjoni għal Subsistema Abbord

It-Tabella 6.2.1 turi l-kontrolli li jridu jitwettqu meta tiġi vverifikata Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord u l-parametri bażiċi li jridu jiġu rrispettati.

Indipendentement mill-modulu magħżul:

(1)

il-verifika għandha turi li s-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord tikkonforma ma’ parametri bażiċi meta tiġi integrata fil-vettura;

(2)

il-funzjonalità u l-prestazzjonijiet tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà diġà koperti mid-Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE tagħhom ma jeħtiġux verifiki addizzjonali,

(3)

l-aġġornament minħabba l-manutenzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ Kostitwent tal-Interoperabbiltà diġà integrat ma jkunx jirrikjedi verifika addizzjonali minn Korp Notifikat tas-subsistema jekk il-Korp Notifikat tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà jikkonferma li l-impatt tal-aġġornament li jrid jiġi vvalutat huwa limitat għall-Kostitwent tal-Interoperabbiltà u jekk ma jiġi identifikat l-ebda impatt fil-livell tas-subsistema mill-korp tal-valutazzjoni tas-CSM li jivvaluta l-integrazzjoni tal-aġġornament fis-subsistema.

Tabella 6.2.1.

Rekwiżiti ta’ valutazzjoni tal-konformità għal Subsistema Abbord jew għal gruppi ta’ Partijiet

Nru

Aspett

X’għandu jiġi vvalutat

Evidenza ta’ sostenn

1a

L-użu ta’ kostitwenti tal-interoperabbiltà

Iċċekkja jekk il-kostitwenti tal-interoperabbiltà li jridu jiġu integrati fis-subsistema humiex kollha koperti minn Dikjarazzjoni tal-konformità tal-“KE” u ċertifikat korrispondenti.

Is-Subsistema trid tiġi ċċekkjata b’SIM card li tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ din it-TSI. It-tibdil tas-SIM card ma’ oħra li tkun konformi mat-TSI ma hijiex modifika tas-Subsistema.

L-eżistenza tad-dokumenti u l-kontenut tagħhom.

1b

Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu fuq l-użu tal-Kostitwenti tal-Interoperabbiltà skont il-karatteristiċi tas-subsistema u tal-ambjent.

Analiżi permezz ta’ kontroll tad-dokumenti.

1c

Għall-kostitwenti tal-interoperabbiltà li jkunu ġew iċċertifikati skont verżjoni tas-CCS TSI li tkun differenti mill-verżjoni applikata għall-Verifika tal-“KE” tas-subsistema u/jew skont sett ta’ speċifikazzjonijiet li jkun differenti mis-sett ta’ speċifikazzjonijiet applikati għall-Verifika tal-“KE” tas-subsistema, iċċekkja li ċ-ċertifikat xorta waħda jiżgura l-konformità tas-subsistema mar-rekwiżiti tat-TSI attwalment fis-seħħ.

Analiżi tal-impatt permezz ta’ kontrolli tad-dokumenti.

2a

L-integrazzjoni tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà fis-subsistema

Iċċekkja l-installazzjoni u l-funzjonament korretti tal-interfaċċi interni tas-subsistema – Parametru bażiku 4.2.6.

Kontrolli skont l-ispeċifikazzjonijiet.

2b

Iċċekkja li l-funzjonijiet addizzjonali (mhux speċifikati f’din it-TSI) ma jkollhomx impatt fuq dawk obbligatorji.

Analiżi tal-impatt.

2c

Iċċekkja li l-valuri tal-IDs tal-ETCS ikunu jinsabu fil-medda permessa u, jekk meħtieġ minn din it-TSI, li jkollhom valuri uniċi – Parametru Bażiku 4.2.9.

Kontroll tal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn.

2d

Iċċekkja li hemm identifikatur tas-sistema għall-parti tal-ETCS tas-subsistema.

F’każ ta’ modifika tal-parti funzjonali jew ta’ realizzazzjoni tal-identifikatur tas-sistema, li l-modifika tikkorrispondi għad-definizzjoni – Parametru Bażiku 4.2.20.3.

Kontroll tad-dokumenti.

3

L-integrazzjoni ta’ partijiet fis-subsistema

Iċċekkja l-interfaċċi u l-integrazzjoni bejn il-partijiet differenti tas-subsistema – Tabella 4.1 u l-parametru Bażiku 4.2.6.

Analiżi tal-impatt permezz ta’ kontrolli tad-dokumenti.

4 a

Integrazzjoni mal-vetturi ferrovjarji

Iċċekkja l-installazzjoni korretta tat-tagħmir – Parametri bażiċi 4.2.2, 4.2.4, 4.2.14, 4.2.18 u l-kundizzjonijiet għall-installazzjoni tat-tagħmir, kif speċifikat mill-manifattur.

Ir-riżultati tal-kontrolli (skont l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-Parametri Bażiċi u r-regoli ta’ installazzjoni tal-manifattur).

4b

Iċċekkja li s-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord hija kompatibbli mal-ambjent tal-vetturi ferrovjarji – Parametru bażiku 4.2.16.

Kontroll tad-dokumenti (iċ-ċertifikati tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà u l-metodi ta’ integrazzjoni possibbli ċċekkjati skont il-karatteristiċi tal-vetturi ferrovjarji).

4c

Iċċekkja li l-parametri (eż. il-parametri tal-ibbrejkjar) huma kkonfigurati b’mod korrett u li jinsabu fil-medda permessa.

Kontroll tad-dokumenti (il-valuri tal-parametri ċċekkjati skont il-karatteristiċi tal-vetturi ferrovjarji).

5a

Integrazzjoni mal-Klassi B, skont l-ETCS abbord u l-interfaċċa tal-Klassi B

Iċċekkja li l-STM tal-interfaċċa standardizzata huwa konness mal-ETCS abbord b’interfaċċi konformi mat-TSI.

Xejn x’jiġi ttestjat: hemm interfaċċa standard diġà ttestjata fil-livell tal-kostitwent tal-interoperabbiltà. Il-funzjonament tagħha diġà ġie ttestjat meta ġiet ittestjata l-integrazzjoni tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà fis-subsistema.

5b

Iċċekkja li l-funzjonijiet tal-Klassi B implimentati fl-ETCS abbord – Parametru bażiku 4.2.6.1 – ma joħolqu l-ebda rekwiżit addizzjonali għas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji minħabba xi tranżizzjonijiet.

Xejn x’jiġi ttestjat: diġà ġie ttestjat kollox fil-livell tal-kostitwent tal-interoperabbiltà.

5c

Iċċekkja li tagħmir separat tal-Klassi B li ma jkunx konness mal-ETCS abbord – Parametru Bażiku 4.2.6.1 – ma joħloq l-ebda rekwiżit addizzjonali għas-subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji minħabba xi tranżizzjonijiet.

Xejn x’jiġi ttestjat: l-ebda interfaċċa. (20)

5d

Iċċekkja li t-tagħmir separat tal-Klassi B li jkun konness mal-ETCS abbord bl-użu ta’ interfaċċi (parzjalment) mhux konformi mat-TSI – parametru bażiku 4.2.6.1 – ma joħloq l-ebda rekwiżit addizzjonali għas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji minħabba xi tranżizzjonijiet. Iċċekkja wkoll li l-funzjonijiet tal-ETCS ma jiġux affettwati.

Analiżi tal-impatt permezz ta’ kontroll tad-dokumenti u rapport tat-testijiet tal-integrazzjoni.

6 a

Integrazzjoni mas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji

Iċċekkja li t-telegrammi tal-Eurobalise jistgħu jinqraw (l-ambitu ta’ dan it-test huwa limitat għall-iċċekkjar li l-antenna ġiet installata kif xieraq. It-testijiet diġà mwettqa fil-livell tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà ma għandhomx jiġu ripetuti) – Parametru Bażiku 4.2.5.

Test bl-użu ta’ Eurobalise iċċertifikat: il-kapaċità tas-sistema li taqra t-telegramma b’mod korrett hija l-evidenza ta’ sostenn.

6b

Iċċekkja li t-telegrammi tal-Euroloop (jekk applikabbli) jistgħu jinqraw – Parametru Bażiku 4.2.5.

Test bl-użu ta’ Euroloop iċċertifikata: il-kapaċità tas-sistema li taqra t-telegramma b’mod korrett hija l-evidenza ta’ sostenn.

6c

Iċċekkja li t-tagħmir jista’ jimmaniġġja telefonata RMR għall-vuċi u d-data (jekk applikabbli) – Parametru Bażiku 4.2.5.

Ittestja b’network tal-RMR iċċertifikat. Il-kapaċità tas-sistema li tistabbilixxi, iżżomm u taqta’ konnessjoni hija l-evidenza ta’ sostenn.

7 a

Affidabbiltà, Disponibbiltà, Possibbiltà ta’ manutenzjoni, Sikurezza (RAMS)

Iċċekkja li t-tagħmir jikkonforma mar-rekwiżiti tas-sikurezza – Parametru Bażiku 4.2.1.

Applikazzjoni tal-proċeduri speċifikati fil-Metodu Komuni ta’ Sikurezza għall-Evalwazzjoni u l-Valutazzjoni tar-Riskju.

7b

Iċċekkja li l-mira kwantitattiva tal-affidabbiltà hija ssodisfata – Parametru Bażiku 4.2.1.

Kalkoli.

7c

Iċċekkja l-konformità mar-rekwiżiti dwar il-manutenzjoni – il-punt 4.2.20.2.

Kontroll tad-dokumenti.

8

Integrazzjoni mas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji u ma’ subsistemi oħrajn:

testijiet taħt kundizzjonijiet li jirrappreżentaw it-tħaddim intenzjonat.

Ittestja l-imġiba tas-subsistema f’kemm jista’ jkun kundizzjonijiet differenti li jirrappreżentaw it-tħaddim maħsub (eż. il-gradjent tal-linja, il-veloċità tal-ferrovija, il-vibrazzjonijiet, il-potenza tat-trazzjoni, il-kundizzjonijiet tat-temp, id-disinn tal-funzjonalità ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji). It-test irid ikun jista’ jivverifika:

(1)

li l-funzjonijiet tal-odometrija jitwettqu sew – parametru bażiku 4.2.2;

(2)

li s-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni abbord hija kompatibbli mal-ambjent tal-vetturi ferrovjarji – parametru bażiku 4.2.16.

Dawn it-testijiet iridu jsiru b’tali mod li jżidu l-fiduċja li ma hi se sseħħ ebda ħsara sistematika.

L-ambitu ta’ dawn it-testijiet jeskludi testijiet diġà mwettqa fi stadji differenti: għandhom jitqiesu t-testijiet imwettqa fuq il-kostitwenti tal-interoperabbiltà u t-testijiet imwettqa fuq is-subsistema f’ambjent simulat.

Testijiet taħt kundizzjonijiet ambjentali ma humiex neċessarji għat-tagħmir bil-vuċi tal-RMR abbord.

Nota: Fiċ-ċertifikat indika liema kundizzjonijiet ġew ittestjati u liema standards ġew applikati.

Rapporti ta’ sessjonijiet ta’ ttestjar.

6.3.3.1.   Kontrolli ta’ kompatibbiltà tal-ETCS u tas-sistema tar-radju

Il-kompitu tal-Korp Notifikat fir-rigward tar-rapport ta’ kontroll tal-ESC/RSC huwa li jivverifika l-korrettezza u l-kompletezza tar-rapport ta’ kontroll tal-ESC/RSC għas-subsistema, skont ir-rekwiżiti f’dan il-punt.

Peress li l-kontrolli tal-ESC/RSC ma humiex meħtieġa fit-Tabella 6.2.1, dawn ma humiex meħtieġa għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ subsistema abbord. Għalhekk, subsistema abbord bħal din titqies kompatibbli biss mal-infrastrutturi tal-Klassi A meta ma jkun meħtieġ l-ebda kontroll speċifiku tal-ESC/RSC sabiex tintwera l-kompatibbiltà teknika (jiġifieri identifikata mill-IM bħala ESC-EU-0 jew RSC-EU-0 f’RINF).

Tabella 6.2.2.

Valutazzjoni tal-Korp Notifikat tal-Kontroll tal-Kompatibbiltà tal-ETCS jew tas-Sistema tar-Radju għas-Subsistemi Abbord

Nru

Aspett

X’għandu jiġi vvalutat

Evidenza ta’ sostenn

1

Disponibbiltà tar-riżultati

Ivvaluta li r-rapport ta’ kontroll jirreferi għall-kontrolli skont id-definizzjoni tat-tipi tal-ESC/RSC fid-dokument tekniku ppubblikat mill-ERA (21).

Ivvaluta li l-kontrolli kollha meħtieġa tal-ESC/RSC ta’ dak it-tip ta’ ESC/RSC ġew evalwati.

Evalwazzjoni tar-Rapport ta’ Kontroll tal-ESC/RSC.

2

Disponibbiltà tar-riżultati

Ivvaluta li r-riżultati tal-ESC/RSC jindikaw għal kull Kontroll tal-ESC/RSC jekk il-Kontroll tal-ESC/RSC irnexxiex kif speċifikat jew le.

Evalwazzjoni tar-Rapport ta’ Kontroll tal-ESC/RSC.

3

Inkompatibbiltajiet u żbalji rrapportati

Ivvaluta li għal kull Kontroll tal-ESC/RSC li ma jkunx irnexxa kif speċifikat, l-inkompatibbiltajiet u l-iżbalji rrapportati waqt il-Kontrolli tal-ESC/RSC huma ddikjarati.

Evalwazzjoni tar-Rapport ta’ Kontroll tal-ESC/RSC.

4

Analiżi tal-impatt

Ivvaluta jekk għal kull Kontroll tal-ESC/RSC li ma jkunx irnexxa kif speċifikat, twettqitx u ġietx irreġistrata analiżi tal-impatt tal-effetti fuq l-ESC/RSC bl-użu tal-mudell ipprovdut fl-Appendiċi D.

Evalwazzjoni tar-Rapport ta’ Kontroll tal-ESC/RSC.

5

Kundizzjonijiet

Ivvaluta li l-kundizzjonijiet kollha huma msemmija fir-rapport ta’ kontroll.

Evalwazzjoni tar-Rapport ta’ Kontroll tal-ESC/RSC.

6

L-integrazzjoni tad-Dikjarazzjonijiet tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ESC/RSC

Ivvaluta li jekk id-dikjarazzjoni tal-ESC/RSC hija bbażata fuq dikjarazzjonijiet tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ESC/RSC, ir-riżultati mid-Dikjarazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ESC/RSC huma applikabbli għas-subsistema kkonċernata.

Evalwazzjoni tar-Rapport ta’ Kontroll tal-ESC/RSC.

Il-Korp Notifikat ma għandux jerġa’ jivverifika xi aspett kopert matul il-proċedura ta’ Verifika tal-KE li tkun diġà twettqet għas-subsistema abbord jew li jkun diġà kopert fid-Dikjarazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ESC/RSC.

F’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/797, il-Korp Notifikat li jwettaq din il-valutazzjoni jista’ jkun wieħed differenti mill-Korp Notifikat li jwettaq il-proċedura ta’ Verifika tal-KE għas-subsistema abbord jew mill-Korp Notifikat li jwettaq il-valutazzjoni fuq ir-rapport ta’ kontroll tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà tal-ESC/RSC.

6.3.4.   Rekwiżiti ta’ valutazzjoni għal Subsistema ta’ Maġenb il-Binarji

L-għan tal-valutazzjonijiet imwettqa fl-ambitu ta’ din it-TSI huwa li jivverifikaw li t-tagħmir ikun konformi mar-rekwiżiti ddikjarati fil-Kapitolu 4.

Madankollu, għad-disinn tal-parti tal-ETCS tas-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji, hija meħtieġa informazzjoni speċifika għall-applikazzjoni. Din għandha tinkludi:

(1)

karatteristiċi tal-linja bħall-gradjenti, id-distanzi, il-pożizzjonijiet tal-elementi tar-rotot u tal-Eurobalises/Euroloops, il-postijiet li għandhom jiġu protetti, eċċ.;

(2)

id-data u r-regoli tas-sinjalazzjoni li għandhom jiġu mmaniġġjati mis-sistema tal-ETCS.

Din it-TSI ma tkoprix kontrolli sabiex jiġi vvalutat jekk l-informazzjoni speċifika għall-applikazzjoni hijiex korretta.

Irrispettivament mill-modulu magħżul:

(1)

it-Tabella 6.3 turi l-kontrolli li għandhom jitwettqu sabiex tiġi vverifikata Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji u l-parametri bażiċi li għandhom jiġu rrispettati;

(2)

il-funzjonalità u l-prestazzjoni li diġà ġew ivverifikati fil-livell tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà ma jirrikjedux verifika addizzjonali;

(3)

l-aġġornament minħabba l-manutenzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ Kostitwent tal-Interoperabbiltà diġà integrat ma jkunx jirrikjedi verifika addizzjonali minn Korp Notifikat tas-subsistema jekk il-Korp Notifikat tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà jikkonferma li l-impatt tal-aġġornament li jrid jiġi vvalutat huwa limitat għall-Kostitwent tal-Interoperabbiltà u jekk ma jiġi identifikat l-ebda impatt fil-livell tas-subsistema mill-korp tal-valutazzjoni tas-CSM li jivvaluta l-integrazzjoni tal-aġġornament fis-subsistema.

Tabella 6.3.

Rekwiżiti ta’ valutazzjoni tal-konformità għal Subsistema ta’ Maġenb il-Binarji

Nru

Aspett

X’għandu jiġi vvalutat

Evidenza ta’ sostenn

1a

L-użu ta’ kostitwenti tal-interoperabbiltà

Iċċekkja li l-kostitwenti tal-interoperabbiltà kollha li jridu jiġu integrati fis-subsistema huma koperti minn dikjarazzjoni tal-konformità tal-KE u ċ-ċertifikat korrispondenti.

L-eżistenza tad-dokumenti u l-kontenut tagħhom.

1b

Iċċekkja l-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu fuq l-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà skont il-karatteristiċi tas-subsistema u tal-ambjent.

Analiżi tal-impatt permezz ta’ kontroll tad-dokumenti.

1c

Għall-kostitwenti tal-interoperabbiltà li jkunu ġew iċċertifikati skont verżjoni tat-TSI ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni li tkun differenti mill-verżjoni applikata għall-Verifika tal-“KE” tas-subsistema u/jew skont sett ta’ speċifikazzjonijiet li jkun differenti mis-sett ta’ speċifikazzjonijiet applikati għall-Verifika tal-“KE” tas-subsistema, iċċekkja li ċ-ċertifikat xorta waħda jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti tat-TSI attwalment fis-seħħ.

Analiżi tal-impatt bi tqabbil tal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fit-TSI u fiċ-ċertifikati tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà.

2 a

L-integrazzjoni tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà fis-subsistema

Nota:

Dawk biss b’valutazzjoni speċifika fil-livell tas-subsistema.

Iċċekkja li l-interfaċċi interni tas-subsistema ġew installati sew u li jiffunzjonaw sew – Parametri bażiċi 4.2.5, 4.2.7 u l-kundizzjonijiet speċifikati mill-manifattur

(Mhux applikabbli għall-kuntjatur tal-fusien u t-Tabelli ta’ Indikazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà).

Kontrolli skont l-ispeċifikazzjonijiet.

2b

Iċċekkja li l-funzjonijiet addizzjonali (mhux speċifikati f’din it-TSI) ma jkollhomx impatt fuq dawk obbligatorji

(Mhux applikabbli għall-kuntjatur tal-fusien u t-Tabelli ta’ Indikazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà).

Analiżi tal-impatt.

2c

Iċċekkja li l-valuri tal-IDs tal-ETCS ikunu jinsabu fil-medda permessa u, jekk meħtieġ minn din it-TSI, li jkollhom valuri uniċi – Parametru Bażiku4.2.9

(Mhux applikabbli għall-kuntjatur tal-fusien u t-Tabelli ta’ Indikazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà).

Kontroll tal-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn.

2d

Għall-kuntjaturi tal-fusien tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà (biss):

L-integrazzjoni tal-Kostitwent tal-Interoperabbiltà fis-subsistema trid tiġi vverifikata:

Iċċekkja il-Kapitolu 4 tad-dokument fl-indiċi 77, tabella 16 “valutazzjoni tal-konformità”.

Iċċekkja li t-tagħmir huwa installat kif suppost u l-kundizzjonijiet speċifikati mill-manifattur u/jew mill-maniġer tal-infrastruttura.

Kontroll tad-dokumenti.

2e

Iċċekkja li hemm identifikatur tas-sistema għall-parti tal-ETCS tas-subsistema.

F’każ ta’ modifika tal-parti funzjonali jew ta’ realizzazzjoni tal-identifikatur tas-sistema, li l-modifika tikkorrispondi għad-definizzjoni – Parametru Bażiku 4.2.20.3.

Kontroll tad-dokumenti.

3

Oġġetti ta’ Kontroll-Kmand ta’ Maġenb il-Binarji

Iċċekkja li r-rekwiżiti għat-tabelli ta’ indikazzjoni speċifikati f’din it-TSI huma ssodisfati (il-karatteristiċi, il-kompatibbiltà mar-rekwiżiti tal-infrastruttura (gauge, …), il-kompatibbiltà mal-kamp ta’ viżjoni tas-sewwieq, il-pożizzjonament ta’ tabelli ta’ indikazzjoni interoperabbli sabiex jissodisfaw l-iskop operazzjonali maħsub tagħhom) – Parametru bażiku 4.2.15.

Id-dokumentazzjoni tad-disinn, ir-riżultati tat-testijiet jew tas-sessjonijiet ta’ ttestjar b’vetturi ferrovjarji konformi mat-TSI.

4 a

Integrazzjoni mal-infrastruttura

Iċċekkja li t-tagħmir tal-ETCS, tal-RMR u tal-ATO ġie installat kif suppost – Parametri bażiċi 4.2.3, 4.2.4 4.2.19 u l-kundizzjonijiet tal-installazzjoni speċifikati mill-manifattur.

Ir-riżultati tal-kontrolli (skont l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-parametri bażiċi u r-regoli ta’ installazzjoni tal-manifattur).

4b

Iċċekkja li t-tagħmir tas-subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji huwa kompatibbli mal-ambjent maġenb il-binarji – Parametru bażiku 4.2.16.

Kontroll tad-dokumenti (iċ-ċertifikati tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà u l-metodi possibbli ta’ integrazzjoni vverifikati skont il-karatteristiċi ta’ maġenb il-binarji).

5 a

Integrazzjoni mas-sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji

(mhux applikabbli għall-parti ta’ detezzjoni tal-ferroviji)

Iċċekkja li l-funzjonijiet kollha meħtieġa mill-applikazzjoni huma implimentati f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija f’din it-TSI – Parametru bażiku 4.2.3.

Kontroll tad-dokumenti (l-ispeċifikazzjoni tad-disinn tal-applikant u ċ-ċertifikati tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà).

5b

Iċċekkja l-konfigurazzjoni korretta tal-parametri (telegrammi tal-Eurobalise, messaġġi tal-RBC, pożizzjonijiet tat-tabelli ta’ indikazzjoni, eċċ.).

Kontroll tad-dokumenti (il-valuri tal-parametri ċċekkjati skont il-karatteristiċi ta’ maġenb il-binarji u ta’ sinjalazzjoni).

5c

Iċċekkja li l-interfaċċi jkunu installati b’mod korrett u li jiffunzjonaw kif suppost.

Verifika tad-disinn u tat-testijiet skont l-informazzjoni pprovduta mill-applikant.

5d

Iċċekkja li s-Subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji taħdem b’mod korrett skont l-informazzjoni fl-interfaċċi mas-sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji (eż. telegrammi tal-Eurobalise minn LEU jew messaġġ mill-RBC iġġenerati kif xieraq).

Verifika tad-disinn u tat-testijiet skont l-informazzjoni pprovduta mill-applikant.

6 a

Integrazzjoni mas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord

Iċċekkja l-kopertura tal-RMR – Parametru Bażiku 4.2.4.

Kejl fuq il-post.

6b

Iċċekkja li l-funzjonijiet kollha meħtieġa mill-applikazzjoni huma implimentati f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet imsemmija f’din it-TSI – parametri bażiċi 4.2.3, 4.2.4 u 4.2.5.

Rapporti tax-xenarji tat-test operazzjonali speċifikati fil-punt 6.1.2 b’mill-anqas żewġ Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord iċċertifikati minn fornituri differenti. Ir-rapport għandu jindika liema xenarji tat-test operazzjonali ġew ittestjati, liema tagħmir abbord intuża u jekk sarux testijiet fil-laboratorji, fuq linji tat-test jew fl-implimentazzjoni reali.

7

Kompatibbiltà tas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji

(Għajr il-kuntjaturi tal-fusien)

Iċċekkja li s-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji huma konformi mar-rekwiżiti ta’ din it-TSI – Parametri bażiċi 4.2.10 u 4.2.11. Iċċekkja d-dokument tal-indiċi 77, il-Kapitolu 4.

Iċċekkja li t-tagħmir huwa installat kif suppost u l-kundizzjonijiet speċifikati mill-manifattur u/jew mill-maniġer tal-infrastruttura.

Evidenza tal-kompatibbiltà tat-tagħmir minn installazzjonijiet eżistenti (għal sistemi li diġà jintużaw); wettaq testijiet skont l-istandards għat-tipi l-ġodda.

Kejl fuq il-post sabiex tintwera l-korrettezza tal-installazzjoni.

Kontroll tad-dokumenti tal-installazzjoni korretta tat-tagħmir.

8 a

Affidabbiltà, Disponibbiltà, Possibbiltà ta’ manutenzjoni, Sikurezza (RAMS)

(eskluża d-detezzjoni tal-ferroviji)

Iċċekkja l-konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza – Parametru Bażiku 4.2.1.1.

Applikazzjoni tal-proċeduri speċifikati fil-Metodu Komuni ta’ Sikurezza għall-Evalwazzjoni u l-Valutazzjoni tar-Riskju.

8b

Iċċekkja li l-miri kwantitattivi ta’ affidabbiltà huma rrispettati – Parametru Bażiku 4.2.1.2.

Kalkoli.

8c

Iċċekkja l-konformità mar-rekwiżiti dwar il-manutenzjoni – il-punt 4.2.20.2.

Kontroll tad-dokumenti.

9

Integrazzjoni mas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni Abbord u l-vetturi ferrovjarji: testijiet taħt kundizzjonijiet li jirrappreżentaw it-tħaddim intenzjonat.

Ittestja l-imġiba tas-subsistema taħt kemm jista’ jkun kundizzjonijiet differenti raġonevolment fattibbli li jirrappreżentaw it-tħaddim intenzjonat (eż. il-veloċità tal-ferrovija, in-numru ta’ ferroviji fuq il-linja, il-kundizzjonijiet tat-temp). It-test irid ikun jista’ jivverifika:

(1)

il-prestazzjoni tas-sistemi ta’ detezzjoni tal-ferroviji – Parametri bażiċi 4.2.10, 4.2.11.

(2)

li s-subsistema ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni ta’ Maġenb il-Binarji hija kompatibbli mal-ambjent ta’ maġenb il-binarji – Parametru bażiku 4.2.16.

Dawn it-testijiet se jżidu wkoll il-fiduċja li ma jseħħux ħsarat sistematiċi.

L-ambitu ta’ dawn it-testijiet jeskludi t-testijiet li jkunu diġà saru fi stadji differenti: għandhom jitqiesu t-testijiet imwettqa fil-livell tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà u testijiet imwettqa fuq is-subsistema f’ambjent simulat.

Nota:

Fiċ-ċertifikat indika liema kundizzjonijiet ġew ittestjati u liema standards ġew applikati.

Rapporti ta’ sessjonijiet ta’ ttestjar.

10

Kompatibbiltà tal-ETCS u tas-Sistema tar-Radju

Il-kontrolli proposti tal-ESC u tal-RSC ikopru biss ir-rekwiżiti tat-TSI u huma konformi mal-ispeċifikazzjonijiet – Parametru Bażiku 4.2.17.

Verifika tad-dokumenti tat-tipi ta’ ESC/RSC previsti f’każ li jkunu ġodda jew modifikati.

JEW

Il-kontrolli tal-kompatibbiltà teknika għat-Tip(i) tal-ESC u tal-RSC huma ppubblikati bħala “Validi” fid-dokument tekniku tal-ESC/RSC tal-Aġenzija, jekk jibqgħu l-istess.

6.4.   Dispożizzjonijiet fil-każ tal-valutazzjoni parzjali tar-rekwiżiti tat-TSI

6.4.1.   Valutazzjoni ta’ partijiet ta’ subsistemi ta’ kontroll-kmand u sinjalazzjoni

Skont l-Artikolu 15(7) tad-Direttiva (UE) 2016/797, il-Korp Notifikat jista’ joħroġ ċertifikati tal-KE ta’ verifika għal ċerti partijiet ta’ subsistema, jekk ikun jista’ jagħmel dan skont it-TSI rilevanti.

Kif indikat fil-punt 2.2 (L-ambitu) ta’ din it-TSI, is-subsistemi ta’ kontroll-kmand u sinjalazzjoni ta’ maġenb il-binarji u abbord fihom partijiet, kif speċifikat fil-punt 4.1 (Introduzzjoni), u din it-taqsima tikkonċerna biss dawk il-partijiet definiti.

Jista’ jinħareġ ċertifikat tal-KE ta’ verifika għal kull parti jew għal kombinament ta’ partijiet speċifikati f’din it-TSI;

Irrispettivament minn liema modulu jintgħażel, il-Korp Notifikat għandu jivverifika li r-rekwiżiti (ir-rekwiżiti rilevanti kollha kif speċifikat fit-Tabella 6.2.1) huma ssodisfati:

(1)

għall-parti inkwistjoni; u

(2)

għall-interfaċċi tagħha għall-partijiet mhux mibdula tas-subsistema; u

(3)

għall-integrazzjoni bil-partijiet mhux mibdula tas-subsistema.

Għas-subsistema ta’ CCS abbord: Fi kwalunkwe każ ta’ valutazzjoni tal-partijiet, iċ-ċertifikat(i) tal-KE ta’ verifika maħruġa mill-Korp(i) Notifikat(i) għandhom jikkunsidraw waħda mill-opzjonijiet li ġejjin:

(1)

Ċertifikat tal-KE ta’ verifika tas-subsistema ta’ CCS abbord li jkopri l-partijiet kollha, jew

(2)

Ċertifikat tal-KE ta’ verifika għal kull wieħed mill-gruppi ta’ partijiet li ġejjin:

(a)

Il-protezzjoni tal-ferroviji, il-komunikazzjoni tad-data bir-radju u l-partijiet tat-tħaddim awtomatizzat tal-ferroviji, u

(b)

Il-parti tal-komunikazzjoni tar-radju bil-vuċi.

Iċ-ċertifikat tal-KE ta’ verifika għandu jiddikjara u jipprovdi evidenza dwar l-issodisfar tar-rekwiżiti kollha fit-Tabella 6.2.1, u dwar l-interfaċċi possibbli bejn il-partijiet jew l-assenza tagħhom, f’wieħed mill-modi li ġejjin:

(1)

in-nuqqas ta’ interfaċċi mal-parti/mal-grupp ta’ partijiet l-oħra; jew

(2)

fil-każ ta’ interfaċċi mal-parti/mal-grupp ta’ partijiet l-oħra, in-nuqqas tal-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu tal-parti/il-grupp ta’ partijiet l-oħra.

Fil-każ ta’ interfaċċi li jeħtieġu kundizzjonijiet u limiti ta’ użu f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati fit-Tabella 6.2.1 ta’ din it-TSI u jittrasferixxu restrizzjonijiet lejn dik il-parti/il-grupp ta’ partijiet l-oħra, għandu jkun hemm ċertifikat tal-KE tas-subsistema; jew

(3)

fil-każ li s-subsistema tikkonsisti minn parti waħda biss/grupp ta’ partijiet wieħed biss, ma tkun meħtieġa l-ebda valutazzjoni addizzjonali fuq il-livell tas-subsistema jekk il-valutazzjoni tal-parti/tal-grupp ta’ partijiet tkopri r-rekwiżiti kollha tat-TSI għal dik il-parti/il-grupp ta’ partijiet. F’dan il-każ iċ-ċertifikat tal-KE ta’ verifika għall-parti jissostitwixxi ċ-ċertifikat ta’ verifika tal-KE tas-subsistema.

6.4.2.   Dikjarazzjoni Intermedja ta’ Verifika

Jekk il-konformità tiġi vvalutata għas-subsistemi speċifikati mill-applikant u differenti mill-partijiet permessi fit-Tabella 4.1 u l-proċess ta’ valutazzjoni jkun differenti mill-proċess deskritt fil-punt 6.4.1 (Valutazzjoni ta’ partijiet ta’ subsistemi ta’ kontroll-kmand u sinjalazzjoni) ta’ din it-TSI, jew jekk ikunu twettqu biss ċerti stadji tal-proċedura ta’ verifika, tista’ tinħareġ biss dikjarazzjoni intermedja ta’ verifika.

6.5.   Immaniġġjar tal-iżbalji

Meta jiġu identifikati devjazzjonijiet mill-funzjonijiet u/jew mill-prestazzjoni maħsuba waqt it-testijiet jew waqt il-ħajja operazzjonali ta’ subsistema, l-applikanti u/jew l-operaturi għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-Aġenzija u lill-entità awtorizzanti li tkun ħarġet l-awtorizzazzjonijiet għas-subsistemi ta’ maġenb il-binarji jew għall-vetturi kkonċernati, sabiex jinbdew il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2016/797. B’riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikolu 16(3) ta’ dik id-Direttiva:

(1)

jekk id-devjazzjoni tkun dovuta għall-applikazzjoni żbaljata ta’ din it-TSI jew għal żbalji fid-disinn jew fl-installazzjoni tat-tagħmir, l-applikant għaċ-ċertifikati rilevanti għandu jieħu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa u ċ-ċertifikati affettwati u/jew il-fajls tekniċi korrispondenti (għall-kostitwenti tal-interoperabbiltà u/jew għas-subsistemi) flimkien mad-Dikjarazzjonijiet tal-KE korrispondenti, għandhom jiġu aġġornati;

(2)

jekk id-devjazzjoni tkun dovuta għal żbalji f’din it-TSI jew fl-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fiha, għandu jingħata bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/797.

L-applikanti u/jew il-fornituri jistgħu jkunu qed japplikaw is-soluzzjoni tagħhom stess għall-iżball identifikat ladarba t-talba għal bidla relatata mal-iżball tkun ġiet ivvalidata mill-proċedura tal-Ġestjoni tal-Kontroll tat-Tibdil (CCM) f’konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (UE) 2016/796. Din il-validazzjoni għandha ssir fi żmien tliet xhur wara li tkun ġiet sottomessa l-informazzjoni kompluta.

Kwalunkwe soluzzjoni temporanja bħal din għall-iżball identifikat, li ma jiġux mgħoddija restrizzjonijiet għas-subsistema l-oħra, tista’ tiġi applikata sakemm tiġi adottata l-korrezzjoni tal-iżball miftiehma f’verżjoni ġdida tas-CCS TSI. Ladarba soluzzjoni għall-iżball identifikat tiġi adottata f’verżjoni ġdida tat-TSI, l-applikanti u/jew il-fornituri għandhom japplikaw is-soluzzjoni adottata għall-vetturi eżistenti skont l-ewwel kundizzjoni li sseħħ minn dawn li ġejjin:

(a)

jekk l-implimentazzjoni tal-korrezzjoni tal-iżbalji ma tkunx teħtieġ awtorizzazzjoni: fl-okkażjoni li jmiss meta l-korrezzjoni tal-iżbalji tkun obbligatorja bis-saħħa tat-tabella B1.1, ringiela 1 u fi kwalunkwe każ mhux qabel l-1.1.2026.

(b)

jekk l-implimentazzjoni tal-korrezzjoni tal-iżbalji teħtieġ awtorizzazzjoni: fl-awtorizzazzjoni mill-ġdid li jmiss li tirriżulta minn bidla oħra fis-sistema ta’ protezzjoni tal-ferroviji tal-vettura (ETCS)

(c)

fit-titjib li jmiss għal verżjoni ogħla tas-sistema tal-parti tal-protezzjoni tal-ferroviji tal-vettura.

Nota:

Għall-kostitwenti tal-interoperabbiltà li għalihom ir-riżultat tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta kif deskritt fil-punt 7.2.10.1 jindika li ma hemm l-ebda impatt fir-rigward tas-sikurezza, tat-tħaddim u tal-interoperabbiltà, mhuwiex meħtieġ aġġornament.

Il-korrezzjonijiet tal-iżbalji jistgħu jaffettwaw is-subsistemi ta’ CCS abbord u ta’ maġenb il-binarji. L-Aġenzija għandha torganizza pproċessar effiċjenti tal-informazzjoni kollha li tirċievi sabiex tiffaċilita l-proċess ta’ Ġestjoni tal-Kontroll tat-Tibdil għat-titjib u l-iżvilupp ulterjuri tal-ispeċifikazzjonijiet, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tat-test.

6.5.1.   Kontenut taċ-ċertifikati tal-KE

Skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/250 (22) il-korpi notifikati għandhom jiddeskrivu r-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà u tas-subsistemi fiċ-ċertifikati rilevanti tal-KE.

Il-korpi notifikati għandhom jikkoordinaw mal-Aġenzija l-mod li bih l-iżbalji, ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà u tas-subsistemi jiġu mmaniġġjati fiċ-ċertifikati tal-verifika rilevanti tal-KE u fil-fajls tekniċi ta’ akkumpanjament tagħhom fil-grupp ta’ ħidma stabbilit skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/796.

Fil-fajl tekniku ta’ akkumpanjament maħruġ mill-Korp Notifikat għandu jintuża l-mudell tal-Appendiċi D.

6.5.2.   Kontenut tad-dikjarazzjonijiet tal-KE

Skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/250 il-manifattur tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà jew l-applikant tas-subsistema għandu jiddeskrivi r-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet għall-użu fid-dikjarazzjoni ta’ konformità jew tal-verifika tal-KE.

Fil-fajls tekniċi ta’ akkumpanjament għandu jintuża l-mudell tal-Appendiċi D.

7.   L-IMPLIMENTAZZJONI TAT-TSI TA’ KONTROLL-KMAND U SINJALAZZJONI

7.1.   Introduzzjoni

Dan il-Kapitolu jiddeskrivi l-miżuri tekniċi għall-implimentazzjoni tat-TSI, u b’mod partikolari l-kundizzjonijiet għall-migrazzjoni lejn sistemi tal-Klassi A.

Irid jitqies il-fatt li l-implimentazzjoni ta’ TSI xi kultant trid tiġi kkoordinata mal-implimentazzjoni ta’ TSIs oħrajn.

7.2.   Regoli applikabbli b’mod ġenerali

7.2.1.   It-titjib jew it-tiġdid tas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand jew ta’ partijiet minnhom

It-titjib jew it-tiġdid tas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni jista’ jikkonċerna kwalunkwe parti li tikkomponihom jew il-partijiet kollha tagħhom, kif speċifikat fil-punt 2.2 (L-ambitu).

Għalhekk, il-partijiet differenti tas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni jistgħu jiġu mtejba jew imġedda separatament, jekk l-interoperabbiltà ma tiġix kompromessa.

Ara l-punt 4.1 (Introduzzjoni) għad-definizzjoni tal-parametri bażiċi għal kull parti.

7.2.2.   Bidliet f’Subsistema abbord eżistenti

Dan il-punt jiddefinixxi l-prinċipji li jridu jiġu applikati mill-entitajiet li jimmaniġġjaw it-tibdil u mill-entitajiet awtorizzanti, f’konformità mal-proċedura ta’ verifika tal-KE deskritta fl-Artikoli 15(9) u 21(12) u fl-Anness IV tad-Direttiva (UE) 2016/797. Din il-proċedura hija żviluppata aktar fl-Artikoli 13, 15 u 16 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545 u fid-Deċiżjoni 2010/713/UE.

Dan il-punt japplika f’każ ta’ kwalunkwe bidla/bidliet, inkluż it-tiġdid jew it-titjib, f’subsistema abbord jew tip ta’ subsistema abbord eżistenti. Ma japplikax f’każ ta’ bidliet koperti mill-Artikolu 15(1), il-punt (a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545.

7.2.2.1.   Regoli sabiex jiġu mmaniġġjati l-bidliet fis-subsistemi ta’ CCS abbord

(1)

Il-partijiet, kif definiti fit-Tabella 4.1 ta’ din it-TSI, u l-parametri bażiċi tas-subsistema ta’ abbord li ma jkunux affettwati mill-bidla/bidliet huma eżentati mill-valutazzjoni tal-konformità skont id-dispożizzjonijiet f’din it-TSI. Il-lista ta’ partijiet u parametri bażiċi affettwati mill-bidla trid tiġi pprovduta mill-entità li timmaniġġja l-bidla.

(2)

L-entità li timmaniġġja l-bidla għandha tinforma lil Korp Notifikat dwar il-bidliet kollha li jaffettwaw il-konformità tas-subsistema mar-rekwiżiti tat-TSI(s) rilevanti u li jkunu jeħtieġu kontrolli ġodda, f’konformità mal-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545 u d-Deċiżjoni 2010/713/UE u bl-applikazzjoni tal-moduli SB, SD/SF jew SH1 għall-verifika KE, u jekk rilevanti, l-Artikolu 15(5) tad-Direttiva (UE) 2016/797. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-entità li timmaniġġja l-bidla, b’referenzi korrispondenti għad-dokumentazzjoni teknika relatata maċ-ċertifikat tal-KE eżistenti.

(3)

L-entità li timmaniġġja l-bidla trid tiġġustifika u tiddokumenta li r-rekwiżiti applikabbli jibqgħu konsistenti fil-livell tas-subsistema, u dan irid jiġi vvalutat minn Korp Notifikat.

(4)

Il-bidliet li jaffettwaw il-Karatteristiċi Bażiċi tad-Disinn tas-subsistema abbord huma ddefiniti fit-Tabella 7.1 (Karatteristiċi Bażiċi tad-Disinn) u għandhom jiġu kklassifikati skont l-Artikolu 15(1), il-punti (c) jew (d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545, u f’konformità mat-Tabella 7.1 (Karatteristiċi Bażiċi tad-Disinn) il-bidliet li ma jaffettwawx il-Karatteristiċi Bażiċi tad-Disinn iżda huma relatati magħhom għandhom jiġu kklassifikati mill-entità li timmaniġġja l-bidla skont l-Artikolu 15(1), il-punt (b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545.

(5)

Il-bidliet mhux koperti mill-punt 7.2.2.1(4) ta’ hawn fuq jitqiesu li ma għandhom l-ebda impatt fuq il-karatteristiċi bażiċi tad-disinn. Dawn jiġu kklassifikati mill-entità li timmaniġġja t-tibdil skont l-Artikolu 15(1), il-punti (a) jew (b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545.

Nota:

Il-klassifikazzjoni tal-bidliet stabbiliti fil-punti 7.2.2.1(4) u f’dan il-punt ta’ hawn fuq issir mill-entità li timmaniġġja l-bidla mingħajr preġudizzju għall-ġudizzju dwar is-sikurezza mogħti skont l-Artikolu 21(12), il-punt (b) tad-Direttiva (UE) 2016/797.

(6)

Il-bidliet kollha għandhom jibqgħu konformi mat-TSIs applikabbli (23) irrispettivament mill-klassifikazzjoni tagħhom.

Tabella 7.1.

Karatteristiċi Bażiċi tad-Disinn

1.

Punt tat-TSI

2.

Karatteristika/Karatteristiċi bażika/bażiċi tad-disinn relatata/i

3.

Bidliet li ma jaffettwawx il-karatteristiċi bażiċi tad-disinn skont 15(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545

4.

Bidliet li jaffettwaw il-karatteristiċi bażiċi tad-disinn iżda li jkunu fil-medda aċċettabbli tal-parametri u għalhekk għandhom jiġu kklassifikati skont l-Artikolu 15.1(c) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545

5.

Bidliet li jaffettwaw il-karatteristiċi bażiċi tad-disinn iżda li jkunu barra l-medda aċċettabbli tal-parametri u għalhekk għandhom jiġu kklassifikati skont l-Artikolu 15.1(d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545

4.2.2

Funzjonalità tal-ETCS abbord

Tagħmir tal-ETCS abbord u s-sett ta’ speċifikazzjonijiet tal-Appendiċi A tas-CCS TSI

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Uża sett ieħor ta’ speċifikazzjonijiet tal-Appendiċi A.

 

Pakkett ta’ verżjonijiet tas-sistema tal-ETCS imħaddma legalment

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

Installazzjoni jew ibda l-użu operazzjonali tal-ETCS;

Modifika tal-pakkett ta’ verżjonijiet tas-sistema tal-ETCS imħaddma legalment minn sett ta’ speċifikazzjonijiet fl-Appendiċi A.

 

Implimentazzjoni tal-ETCS Abbord

Tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.2 (bidla fl-identifikatur tar-realizzazzjoni)

Mhux applikabbli

Ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.2 (bidla fl-identifikatur funzjonali)

 

L-immaniġġjar tal-informazzjoni dwar il-kompletezza tal-ferrovija (mhux mis-sewwieq)

Mhux applikabbli

Iż-żieda jew it-tneħħija tas-superviżjoni tal-integrità tal-ferrovija

Mhux applikabbli

 

Informazzjoni dwar it-tul sikur tal-kompożizzjoni tal-ferrovija minn abbord meħtieġa għall-aċċess għal-linja u għas-SIL

Mhux applikabbli

Iż-żieda jew it-tneħħija tal-informazzjoni dwar it-tul sikur tal-kompożizzjoni tal-ferrovija

Mhux applikabbli

4.2.17.1.

Kompatibbiltà tas-Sistema ETCS

Kompatibbiltà tas-Sistema ETCS

Mhux applikabbli

Iż-żieda jew it-tneħħija ta’ dikjarazzjoni tal-ESC li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.4.

Iż-żieda jew it-tneħħija ta’ dikjarazzjoni tal-ESC li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.4.

4.2.4

Funzjonijiet ta’ komunikazzjoni mobbli għall-RMR tal-ferroviji

4.2.4.2.1

Applikazzjonijiet ta’ komunikazzjoni bil-vuċi u operazzjonali tal-GSM-R

Radju GSM-R bil-vuċi abbord u l-Linja bażi tiegħu

L-użu ta’ Linja bażi oħra li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.3

Mhux applikabbli

Installazzjoni jew ibda l-użu operazzjonali tar-radju tal-kabina GSM-R;

Użu ta’ Linja bażi oħra li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.3.

L-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni tal-GSM-R bil-vuċi u operazzjonali

Tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.3 (bidla fl-identifikatur tar-realizzazzjoni)

Mhux applikabbli

Ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.3 (bidla fl-identifikatur funzjonali)

Mezz tas-SIM Card tal-GSM-R bil-vuċi tal-ID tal-Grupp 555

Mhux applikabbli

Ibdel il-mezz tas-SIM Card tal-ID tal-Grupp 555

Mhux applikabbli

4.2.17.3

Kompatibbiltà tal-ETCS u tas-Sistema tar-Radju

Kompatibbiltà tas-Sistema tar-Radju tal-Vuċi

Mhux applikabbli

Iż-żieda jew it-tneħħija ta’ dikjarazzjoni tal-RSC li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.4.

Iż-żieda jew it-tneħħija ta’ dikjarazzjoni tal-RSC li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.4.

4.2.4

Funzjonijiet ta’ komunikazzjoni mobbli għall-RMR tal-ferroviji

4.2.4.3.1.1

Komunikazzjoni tad-data tal-GSM-R għall-ETCS

4.2.4.3.2.1

Komunikazzjoni tad-data tal-GSM-R għall-ATO

Komunikazzjoni tad-Data bir-Radju GSM-R abbord u l-Linja Bażi tagħha

Użu ta’ Linja bażi oħra li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.3.

Mhux applikabbli

Installazzjoni jew ibda l-użu operazzjonali tal-GSM-R EDOR;

Użu ta’ Linja bażi oħra li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.3.

Komunikazzjoni tad-Data tal-GSM-R għall-implimentazzjoni tal-ETCS u tal-ATO

Tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.3 (bidla fl-identifikatur tar-realizzazzjoni)

Mhux applikabbli

Ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.3 (bidla fl-identifikatur funzjonali)

4.2.17.3

Kompatibbiltà tal-ETCS u tas-Sistema tar-Radju

Kompatibbiltà tas-Sistema tad-Data bir-Radju

Mhux applikabbli

Iż-żieda jew it-tneħħija ta’ dikjarazzjoni tal-RSC li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.4.

Iż-żieda jew it-tneħħija ta’ dikjarazzjoni tal-RSC li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.4.

4.2.4

Funzjonijiet ta’ komunikazzjoni mobbli għall-RMR tal-ferroviji

4.2.4.1.1

Funzjoni ta’ komunikazzjoni bażika tal-GSM-R

SIM Card tal-GSM-R bil-vuċi tan-Network tal-Pajjiż ta’ Oriġini

Mhux applikabbli

Sostituzzjoni tas-SIM Card tal-GSM-R konformi mat-TSI b’SIM Card tal-GSM-R oħra konformi mat-TSI b’Network tal-Pajjiż ta’ Oriġini tal-GSM-R differenti

Mhux applikabbli

SIM Card tad-Data tal-GSM-R tan-Network tal-Pajjiż ta’ Oriġini

Mhux applikabbli

Sostituzzjoni tas-SIM Card tal-GSM-R konformi mat-TSI b’SIM Card tal-GSM-R oħra konformi mat-TSI b’Network tal-Pajjiż ta’ Oriġini tal-GSM-R differenti

Mhux applikabbli

4.2.18

Funzjonalità tal-ATO abbord

Verżjoni tas-sistema tal-ATO abbord

Mhux applikabbli

Bidla fil-verżjoni tas-sistema tal-ATO li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.3.

Żid jew neħħi l-parti tal-ATO tas-subsistema ta’ CCS abbord; Ibda l-użu operazzjonali tal-ATO.

Jew bidla fil-verżjoni tas-sistema tal-ATO li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.3.

Implimentazzjoni tal-ATO abbord

Tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.3 (bidla fl-identifikatur tar-realizzazzjoni)

Mhux applikabbli

Ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.2.3 (bidla fl-identifikatur funzjonali)

7.2.5.

Sistemi diġà eżistenti

Sistemi diġà eżistenti ta’ protezzjoni tal-ferrovija, kontroll u twissija tal-Klassi B jew oħrajn installati (is-sistema u, jekk applikabbli, il-verżjoni)

Ir-rekwiżiti għas-sistema tal-Klassi B jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru rilevanti.

Ir-rekwiżiti għas-sistema tal-Klassi B jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru rilevanti.

Żid jew neħħi sistemi ta’ protezzjoni tal-ferroviji tal-Klassi B.

Ir-rekwiżiti għas-sistema tal-Klassi B jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru rilevanti.

Sistemi tal-Klassi B jew sistemi diġà eżistenti oħrajn tar-radju installati (is-sistema u, jekk applikabbli, il-verżjoni)

Ir-rekwiżiti għas-sistema tal-Klassi B jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru rilevanti.

Ir-rekwiżiti għas-sistema tal-Klassi B jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru rilevanti.

Żid jew neħħi sistemi diġà eżistenti tar-radju tal-Klassi B.

Ir-rekwiżiti għas-sistema tal-Klassi B jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istat Membru rilevanti.

(7)

Sabiex jistabbilixxi ċ-ċertifikat ta’ verifika tal-KE, il-Korp Notifikat jista’ jirreferi għal:

(a)

iċ-ċertifikat oriġinali ta’ verifika tal-KE għal partijiet tad-disinn li ma nbidlux jew dawk li nbidlu iżda li ma jaffettwawx il-konformità tas-subsistema, sakemm dan ikun għadu validu.

(b)

emendi għaċ-ċertifikat oriġinali ta’ verifika tal-KE għal partijiet modifikati tad-disinn li jaffettwaw il-konformità tas-subsistema mal-verżjoni tat-TSI applikabbli użata għall-verifika tal-KE.

(8)

Fi kwalunkwe każ, l-entità li timmaniġġja l-bidla għandha tiżgura li d-dokumentazzjoni teknika li tkun relatata maċ-ċertifikat tal-KE tiġi aġġornata kif meħtieġ.

(9)

Id-dokumentazzjoni teknika aġġornata relatata maċ-ċertifikat tal-KE tissemma fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni tal-verifika tal-KE maħruġa mill-entità li timmaniġġja l-bidla għas-subsistema abbord iddikjarata bħala konformi mat-tip immodifikat.

7.2.2.2.   Kundizzjonijiet għal bidla fil-funzjonalità tal-ETCS Abbord li ma taffettwax il-karatteristiċi bażiċi tad-disinn

(1)

Il-funzjonalità fil-mira (24) tibqa’ l-istess jew tiġi ssettjata għall-istat diġà previst matul iċ-ċertifikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni oriġinali. Il-funzjonalità fil-mira titqies li ma nbidlitx meta jiġi applikat il-proċess ta’ manutenzjoni (korrezzjoni tal-iżbalji) tal-ispeċifikazzjoni deskritt fil-punt 7.2.10 li jinkludi l-implimentazzjoni ta’ korrezzjonijiet tal-iżbalji jew l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni.

(2)

L-interfaċċi rilevanti għas-sikurezza u l-kompatibbiltà teknika jibqgħu l-istess jew jiġu ssettjati għall-istat diġà previst waqt iċ-ċertifikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni oriġinali.

(3)

Ir-riżultat tal-ġudizzju dwar is-sikurezza (eż. każ ta’ sikurezza skont EN 50126) jibqa’ l-istess.

(4)

Ma żdiedet l-ebda kundizzjoni ġdida ta’ applikazzjoni relatata mas-sikurezza (SRAC) jew restrizzjoni ġdida fuq l-interoperabbiltà minħabba l-bidla.

(5)

Korp ta’ Valutazzjoni tas-CSM (CSM RA) kif speċifikat fil-punt 4.2.1 wettaq b’mod indipendenti l-valutazzjoni tar-riskju tal-applikant u fiha ntwera li l-bidla ma taffettwax lis-sikurezza b’mod negattiv. Id-dimostrazzjoni tal-applikant għandha tinkludi l-evidenza li l-bidla fil-fatt tikkoreġi l-kawżi tad-devjazzjoni inizjali tal-funzjonalità.

(6)

Skont it-tip ta’ bidla:

(a)

Fil-każ fejn il-bidla ssir minħabba żball fil-prodott: Il-bidla ssir skont sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità approvata minn korp notifikat. Għal moduli oħrajn għandu jiġi ġġustifikat il-fatt li l-verifika mwettqa tibqa’ valida (25).

(b)

Fil-każ fejn it-tibdil isir minħabba l-proċess ta’ manutenzjoni tal-ispeċifikazzjoni (fl-Appendiċi A it-Tabella A 2 hemm speċifikazzjonijiet aġġornati bid-deskrizzjonijiet tal-korrezzjoni tal-iżbalji): huwa meħtieġ eżami aġġornat tal-KE tad-disinn jew ċertifikat tal-eżami tal-KE tat-tip għall-Kostitwenti tal-Interoperabbiltà jew għas-Subsistema bl-implimentazzjoni tal-korrezzjonijiet tal-iżbalji. F’dan il-każ japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.3.3 (3).

(7)

Il-ġestjoni tal-konfigurazzjoni individwali tiddefinixxi “identifikatur tas-sistema” (kif definit f’4.2.20.3) u l-“identifikatur funzjonali” tal-“identifikatur tas-sistema” ma jkunx inbidel wara l-bidla.

(8)

Il-bidla għandha tkun parti mill-ġestjoni tal-konfigurazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545.

7.2.2.3.   Kundizzjonijiet għal bidla fil-funzjonijiet ta’ komunikazzjoni mobbli abbord għal ferroviji jew fil-funzjonalità tal-ATO abbord li ma taffettwax il-karatteristiċi bażiċi tad-disinn

(1)

Il-funzjonalità fil-mira (26) tibqa’ l-istess jew tiġi ssettjata għall-istat diġà previst matul iċ-ċertifikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni oriġinali. Il-funzjonalità fil-mira titqies li ma nbidlitx meta jiġi applikat il-proċess ta’ manutenzjoni (korrezzjoni tal-iżbalji) tal-ispeċifikazzjoni deskritt fil-punt 7.2.10 li jinkludi jew l-implimentazzjoni ta’ korrezzjonijiet tal-iżbalji jew l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni.

(2)

L-interfaċċi rilevanti għall-kompatibbiltà teknika ma jinbidlux jew jiġu ssettjati għall-istat diġà previst waqt iċ-ċertifikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni oriġinali.

(3)

Skont it-tip ta’ bidla:

(a)

Fil-każ fejn il-bidla ssir minħabba żball fil-prodott: Il-bidla ssir skont sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità approvata minn korp notifikat. Għal moduli oħrajn għandu jiġi ġġustifikat il-fatt li l-verifika mwettqa tibqa’ valida (27).

(b)

Fil-każ fejn it-tibdil isir minħabba l-proċess ta’ manutenzjoni tal-ispeċifikazzjoni (fl-Appendiċi A it-Tabella A 2 hemm speċifikazzjonijiet aġġornati bid-deskrizzjonijiet tal-korrezzjoni tal-iżbalji): huwa meħtieġ eżami aġġornat tal-KE tad-disinn jew ċertifikat tal-eżami tal-KE tat-tip għall-Kostitwenti tal-Interoperabbiltà jew għas-Subsistema bl-implimentazzjoni tal-korrezzjonijiet tal-iżbalji. F’dan il-każ japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-punt 6.3.3(3).

(4)

Il-bidla għandha tkun parti mill-ġestjoni tal-konfigurazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/545.

7.2.2.4.   Kundizzjonijiet għal bidla fis-subsistema abbord rigward il-kompatibbiltà tal-ETCS jew tas-sistema tar-Radju li ma taffettwax il-karatteristiċi bażiċi tad-disinn

(1)

Ma żdiedet jew tneħħiet l-ebda kundizzjoni ta’ applikazzjoni relatata mas-sikurezza (SRAC) jew restrizzjoni fuq l-interoperabbiltà relatata mal-kompatibbiltà teknika man-network minħabba ż-żieda jew it-tneħħija ta’ dikjarazzjoni tal-ESC jew tal-RSC.

(2)

Ma żdiedet jew tneħħiet l-ebda restrizzjoni fuq l-interoperabbiltà (restrizzjonijiet jew kundizzjonijiet għall-użu) relatata mal-kompatibbiltà teknika man-network minħabba d-dikjarazzjoni tal-ESC jew tal-RSC.

7.2.3.   Titjib jew tiġdid ta’ subsistema eżistenti ta’ maġenb il-binarji

Dan il-punt jiddefinixxi l-prinċipji li jridu jiġu applikati mill-entitajiet li jimmaniġġjaw il-bidla u mill-entitajiet awtorizzanti, f’konformità mal-proċedura ta’ verifika tal-KE deskritta fl-Artikoli 15(9) u 18(6) tad-Direttiva (UE) 2016/797 u fid-Deċiżjoni 2010/713/UE.

7.2.3.1.   Regoli għall-immaniġġjar tat-titjib jew tat-tiġdid tas-subsistemi eżistenti ta’ CCS ta’ maġenb il-binarji

F’każ ta’ titjib jew tiġdid tas-Subsistemi ta’ Kontroll-Kmand u Sinjalazzjoni li jkollhom ċertifikat ta’ verifika tal-KE, japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(1)

Il-bidliet jeħtieġu awtorizzazzjoni ġdida jekk jaffettwaw il-parametri bażiċi kif definiti fit-Tabella 7.2.

Tabella 7.2.

Modifiki tal-parametri bażiċi ta’ maġenb il-binarji li jirrikjedu awtorizzazzjoni ġdida

Parametru Bażiku

Modifika li tirrikjedi awtorizzazzjoni ġdida

4.2.3

Funzjonalità tal-ETCS ta’ maġenb il-binarji

Ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.3.2

4.2.4

4.2.4.2

Funzjonijiet ta’ komunikazzjoni mobbli għall-RMR tal-ferroviji

Applikazzjonijiet ta’ komunikazzjoni bil-vuċi u operazzjonali

Ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.3.3

4.2.4

4.2.4.3

Funzjonijiet ta’ komunikazzjoni mobbli għall-RMR tal-ferroviji

Applikazzjonijiet għall-komunikazzjoni tad-data għall-ETCS u għall-ATO

Ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.3.3

4.2.19

Funzjonalità tal-ATO ta’ maġenb il-binarji

Ma tissodisfax il-kundizzjonijiet kollha fil-punt 7.2.3.3

(2)

Il-bidliet ikunu jistgħu jiġu ttrattati biss permezz ta’ valutazzjoni mill-ġdid ta’ dawk il-modifiki li jaffettwaw il-konformità tas-subsistema mal-verżjoni applikabbli tat-TSIs użata għall-verifika tal-KE. L-entità li timmaniġġja l-bidla trid tiġġustifika u tiddokumenta li r-rekwiżiti applikabbli jibqgħu konsistenti fil-livell tas-subsistema, u dan irid jiġi vvalutat minn Korp Notifikat.

(3)

L-entità li timmaniġġja l-bidla għandha tinforma lill-Korp Notifikat dwar il-bidliet kollha li jistgħu jaffettwaw il-konformità tas-subsistema mar-rekwiżiti tat-TSI(s) rilevanti jew il-kundizzjonijiet għall-validità taċ-ċertifikat.

Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-entità li timmaniġġja l-bidla, b’referenzi korrispondenti għad-dokumentazzjoni teknika relatata maċ-ċertifikat tal-KE eżistenti.

(4)

Korp Notifikat għandu jistabbilixxi ċertifikat tal-KE li jirrifletti l-bidliet li jaffettwaw il-konformità mat-TSI. Sabiex jistabbilixxi ċ-ċertifikat tal-KE, il-Korp Notifikat jista’ jirreferi għal:

(a)

iċ-ċertifikat oriġinali tal-KE għall-partijiet tad-disinn li ma nbidlux jew dawk li nbidlu iżda li ma jaffettwawx il-konformità tas-subsistema, sakemm dan ikun għadu validu.

(b)

ċertifikat tal-KE addizzjonali (li jemenda ċ-ċertifikat oriġinali) għall-partijiet tad-disinn modifikati li jaffettwaw il-konformità tas-subsistema mal-verżjoni applikabbli tat-TSI użata għall-verifika tal-KE.

(5)

Fi kwalunkwe każ, l-entità li timmaniġġja l-bidla għandha tiżgura li d-dokumentazzjoni teknika li tkun relatata maċ-ċertifikat tal-KE tiġi aġġornata kif meħtieġ.

(6)

“Ġestjoni tal-konfigurazzjoni” tfisser proċess sistematiku organizzazzjonali, tekniku u amministrattiv stabbilit matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ subsistema ta’ CCS sabiex jiġi żgurat li jkun hemm u jinżammu l-konsistenza tad-dokumentazzjoni u t-traċċabbiltà tal-bidliet sabiex:

(a)

jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni u tar-regoli nazzjonali rilevanti;

(b)

il-bidliet jiġu kkontrollati u ddokumentati fil-fajls tekniċi jew fil-fajl li jakkumpanja l-awtorizzazzjoni maħruġa;

(c)

l-informazzjoni u d-data jibqgħu aġġornati u akkurati;

(d)

il-partijiet rilevanti jiġu informati dwar il-bidliet, kif meħtieġ.

7.2.3.2.   Kundizzjonijiet għal titjib jew tiġdid fil-funzjonalità tal-ETCS ta’ maġenb il-binarji li, jekk ma jiġux issodisfati, jeħtieġu awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz

(1)

Il-funzjonalità fil-mira (28) tal-parametru bażiku 4.2.3 tibqa’ l-istess jew tiġi stabbilita għall-istat diġà previst matul iċ-ċertifikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni oriġinali. Il-funzjonalità fil-mira titqies li ma nbidlitx meta jiġi applikat il-proċess ta’ manutenzjoni (korrezzjoni tal-iżbalji) tal-ispeċifikazzjoni deskritt fil-punt 7.2.10, li jinkludi l-implimentazzjoni ta’ korrezzjonijiet tal-iżbalji jew l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni.

(2)

L-interfaċċi tal-parametru bażiku 4.2.3 rilevanti għas-sikurezza u l-kompatibbiltà teknika ma jinbidlux jew jiġu ssettjati għall-istat diġà previst waqt iċ-ċertifikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni oriġinali.