Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1678

Regolament (UE) 2023/1678 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Awwissu 2023 li temenda r-Regolament (UE) 2015/534 dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni finanzjarja superviżorja (BĊE/2015/13) (BĊE/2023/20)

ECB/2023/20

ĠU L 216, 1.9.2023, p. 93–95 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1678/oj

1.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 216/93


REGOLAMENT (UE) 2023/1678 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-17 ta’ Awwissu 2023 li temenda r-Regolament (UE) 2015/534 dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni finanzjarja superviżorja (BĊE/2015/13)

(BĊE/2023/20)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) u (3), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 6(5)(d) u l-Artikolu 10 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 140 u l-Artikolu 141(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-eżerċizzju tal-kompiti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fir-rigward tar-rapportar superviżorju, id-Deċiżjoni BĊE/2014/29 tal-Bank Ċentrali Ewropew (3) tispeċifika l-mod li bih l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ANK) jissottomettu lill-BĊE ċerta informazzjoni li jirċievu minn entitajiet taħt superviżjoni u ż-żmien ta’ tali sottomissjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni BĊE/2014/29 titħassar u tiġi ssostitwita bid-Deċiżjoni (UE) 2023/1681 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2023/18) (4).

(3)

Sabiex is-sottomissjoni ta’ informazzjoni finanzjarja superviżorja lill-BĊE mill-ANK tiġi allinjata mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni (UE) 2023/1681 (BĊE/2023/18), ir-Regolament (UE) 2015/534 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/13) (5) għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi

Ir-Regolament (UE) 2015/534 (BĊE/2015/13) huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 8, il-paragrafi 4 u 5 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“4.   L-ANK għandhom, malli jirċievu mingħand istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti u friegħi sinifikanti l-informazzjoni speċifikata fl-Artikoli 6 u 7 u wara li jiżguraw li l-informazzjoni tkun fil-format korrett tal-fajl skont l-Artikolu 17, jissottomettu dik l-informazzjoni lill-BĊE mingħajr dewmien żejjed.

5.   Istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti u friegħi sinifikanti għandhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja lill-ANK sad-dati tar-rimessa msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 jew sa skadenza aktar bikrija deċiża mill-ANK.”

;

(2)

fl-Artikolu 10, il-paragrafi 2 u 3 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“2.   L-ANK għandhom, malli jirċievu informazzjoni minn istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti dwar sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru mhux parteċipanti jew pajjiż terz kif speċifikat fl-Artikolu 9 u wara li jiżguraw li l-informazzjoni tkun fil-format korrett tal-fajl skont l-Artikolu 17, jissottomettu dik l-informazzjoni lill-BĊE mingħajr dewmien żejjed.

3.   L-ANK għandhom jiddeċiedu d-data sa meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jirrapportaw informazzjoni finanzjarja superviżorja kif imsemmi fl-Artikolu 9. Dik id-data ma għandhiex tkun aktar tard mill-25 jum tax-xogħol wara d-dati tar-rimessa rilevanti msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451.”

;

(3)

fl-Artikolu 12, il-paragrafu 4 huwa mibdul b’li ġej:

“4.   L-ANK għandhom jissottomettu lill-BĊE l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 11 sal-ħin tal-għeluq fil-25 jum tax-xogħol wara d-dati tar-rimessa msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 għall-istituzzjonijiet li ġejjin:

(a)

istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti u li jirrapportaw fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni;

(b)

istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti li jirrapportaw fuq bażi kkonsolidata, minbarra dawk imsemmija fil-punt (a).”;

(4)

fl-Artikolu 15, il-paragrafu 4 huwa mibdul b’li ġej:

“4.   L-ANK għandhom jissottomettu lill-BĊE l-informazzjoni finanzjarja superviżorja speċifikata fl-Artikoli 13 u 14 dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti u friegħi inqas sinifikanti sal-ħin tal-għeluq fil-25 jum tax-xogħol wara d-dati tar-rimessa rilevanti speċifikati fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451:

(a)

għal istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti li mhumiex parti minn grupp taħt superviżjoni u għal friegħi inqas sinifikanti;

(b)

għal istituzzjonijiet ta’ kreditu inqas sinifikanti li huma parti minn grupp inqas sinifikanti taħt superviżjoni.”;

(5)

L-Artikolu 16 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 16

Kontrolli tal-kwalità tad-data

L-ANK għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw il-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni ppreżentata lill-BĊE. Għal dawn il-finijiet, il-ANK għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet rigward il-kontrolli tal-kwalità tad-data u l-informazzjoni kwalitattiva stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni (UE) 2023/1681 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2023/18) (*1).

(*1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2023/1681 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Awwissu 2023 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta’ data superviżorja rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni (BĊE/2023/18) (ĠU L 216, 1.9.2023, p. 105).”;"

(6)

L-Artikolu 17 huwa mibdul b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Lingwa tal-IT għat-trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti lill-BĊE

L-ANK għandhom jibagħtu l-informazzjoni speċifikata f’dan ir-Regolament skont it-tassonomija rilevanti tal-eXtensible Business Reporting Language sabiex jiġi pprovdut format tekniku uniformi għall-iskambju ta’ data. Għal dawn il-finijiet, l-ANK għandhom isegwu l-ispeċifikazzjonijiet imfissra fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (UE) 2023/1681 (BĊE/2023/18).”.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet finali

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta’ Awwissu 2023.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)   ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)   ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni BĊE/2014/29 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Lulju 2014 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta’ dejta superviżorja rrapporata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni (ĠU L 214, 19.7.2014, p. 34).

(4)  Id-Deċiżjoni (UE) 2023/1681 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Awwissu 2023 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta’ data superviżorja rrapportata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni (BĊE/2023/18) (ara l-paġna 105 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Regolament (UE) 2015/534 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Marzu 2015 dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni finanzjarja superviżorja (BĊE/2015/13) (ĠU L 86, 31.3.2015, p. 13).


Top