Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1226

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1226 tat-22 ta’ Ġunju 2023 li jemenda l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għaċ-Ċilì u għar-Renju Unit fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2023/4334

ĠU L 160, 26.6.2023, pp. 19–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1226/oj

26.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/19


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/...

tat-22 ta’ Ġunju 2023

li jemenda l-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada, għaċ-Ċilì u għar-Renju Unit fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1) u 232(1) u (3) tiegħu.

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jipprevedi li biex jidħlu fl-Unjoni, il-konsenji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali jridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew minn żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li l-konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura, iridu jkunu konformi magħhom għad-dħul fl-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi tal-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(4)

B’mod iktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi tal-pajjiżi terzi, jew tat-territorji jew taż-żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, tal-konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Iċ-Ċilì nnotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam fir-reġjun ta’ Metropolitana , li ġiet ikkonfermata fl-4 ta’ Ġunju 2023 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Wara din it-tifqigħa riċenti tal-HPAI, l-awtoritajiet veterinarji taċ-Ċilì stabbilew żona ristretta ta’ mill-anqas 10 km madwar l-istabbiliment affettwat u implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw il-preżenza tal-HPAI u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(7)

Iċ-Ċilì ssottometta informazzjoni lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu u l-miżuri li ħa biex jipprevjeni t-tixrid ulterjuri tal-HPAI.

(8)

Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tqis li, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fiż-żona taħt restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji taċ-Ċilì, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, kif ukoll tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa minn dik iż-żona jenħtieġ li jiġi sospiż, sabiex jiġi protett l-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-Unjoni.

(9)

Il-Kanada u r-Renju Unit ipprovdew informazzjoni aġġornata b’rabta ma’ sitwazzjonijiet li wasslu għas-sospensjoni tad-dħul ta’ xi prodotti fl-Unjoni.

(10)

B’mod partikolari, il-Kanada ssottomettiet informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tagħha b’rabta ma’ żewġ tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fil-provinċji ta’ Ontario u Quebec, li ġew ikkonfermati bejn il-5 ta’ April 2023 u t-18 ta’ April 2023.

(11)

Barra minn hekk, ir-Renju Unit ippreżenta informazzjoni aġġornata dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fit-territorju tiegħu fir-rigward ta’ erba’ tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam fil-kontej ta’ Powys f’Wales (3) u ta’ South Yorkshire fl-Ingilterra (1), ir-Renju Unit, li ġew ikkonfermati bejn it-13 ta’ April 2023 u d-29 ta’ April 2023.

(12)

Il-Kanada u r-Renju Unit issottomettew ukoll informazzjoni dwar il-miżuri li ħadu biex jevitaw aktar tixrid tal-HPAI. B’mod partikolari, wara dawk it-tifqigħat ta’ dik il-marda, il-Kanada u r-Renju Unit implimentaw politika ta’ qerda biex jikkontrollaw u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda, u lestew ukoll ir-rekwiżit tat-tindif u tad-diżinfezzjoni wara l-implimentazzjoni tal-politika ta’ qerda fl-istabbilimenti tal-pollam infettati fit-territorji tagħhom.

(13)

Il-Kummissjoni evalwat l-informazzjoni sottomessa mill-Kanada u mir-Renju Unit. Il-Kummissjoni tqis li l-Kanada u r-Renju Unit ipprovdew garanziji xierqa li s-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali li wasslet għas-sospensjonijiet, ma għadhiex tirrappreżenta theddida għas-saħħa tal-annimali jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni, u li, għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat mill-ġdid id-dħul fl-Unjoni tal-prodotti tal-pollam miż-żoni ta’ dawk il-pajjiżi li minnhom kien ġie sospiż id-dħul fl-Unjoni.

(14)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati biex titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-HPAI fil-Kanada, fiċ-Ċilì u fir-Renju Unit.

(15)

Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/215 (4) emenda l-Anness V u l-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 billi żied iż-żona CA-2.1 fl-entrati għall-Kanada fl-Anness V u fl-Anness XIV. Peress li nstab żball wieħed, ir-ringiela għaż-żona CA-2 fil-Parti 2 tal-Anness V jenħtieġ li tiġi kkoreġuta kif xieraq.

(16)

Barra minn hekk, l-entrati fil-Parti 1, it-Taqsima A tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 ġew emendati ta’ spiss. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, din it-taqsima fl-Anness XV jenħtieġ li tiġi sostitwita kollha kemm hi.

(17)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fil-Kanada, fiċ-Ċilì u fir-Renju Unit fir-rigward tal-HPAI u r-riskju serju tal-introduzzjoni tagħha fl-Unjoni, l-emendi li għandhom isiru b’dan ir-Regolament, fl-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(18)

Il-korrezzjoni għall-entrata għall-Kanada fir-ringiela għaż-żona CA-2 fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jenħtieġ li tapplika mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/215.

(19)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

L-Annessi V, XIV u XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Korrezzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404

Fl-Anness V, il-Parti 2 fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għad-deskrizzjoni taż-żona CA-2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“Il-Kanada

CA-2

It-territorju tal-Kanada li jikkorrispondi għal:”;

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikabbiltà

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mid-19 ta’ Frar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ġunju 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/215 tas-17 ta’ Frar 2022 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għall-Kanada u l-Istati Uniti fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (ĠU L 37, 18.2.2022, p. 28)


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.181 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

il-Kanada

CA-2.181

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

5.4.2023

14.6.2023”;

(ii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringiela għaż-żona CA-2.187 hija sostitwita b’dan li ġej:

CA

il-Kanada

CA-2.187

87BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

18.4.2023

14.6.2023”;

(iii)

fl-entrata għaċ-Ċilì, tiżdied ir-ringiela li ġejja għaż-żona CL-2.11 wara r-ringiela għaż-żona CL-2.10:

CL

Iċ-Ċilì

Cl-2.11

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

4.6.2023”;

 

(iv)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringiela għaż-żona GB-2.298 hija sostitwita b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.298

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

13.4.2023

7.6.2023”;

(v)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.300, GB-2.301 u GB-2.302 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.300

BPP, BPR, DOC, DOR, SP, SR, POU-LT20, HEP, HER, HE-LT20

N, P1

 

23.4.2023

7.6.2023

GB-2.301

N, P1

 

27.4.2023

7.6.2023

GB-2.302

N, P1

 

29.4.2023

7.6.2023”;

(b)

fil-Parti 2, fl-entrata għaċ-Ċilì, tiżdied id-deskrizzjoni li ġejja taż-żona CL-2.11 wara d-deskrizzjoni taż-żona CL-2.10:

“Iċ-Ċilì

CL-2.11

Metropolitana Region, Province of Melipilla, Commune of San Pedro

Latitude -33.9728 Longitude -71.2964

PZ: Communities: Santa Rosa de la Sierra, Lo Chacón and Las Palmas

SZ: Communities: Santa Rosa de la Sierra, El Membrillo, El Ajial, San Vicente, El Peumo and Longovilo”

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

(i)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.181 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

il-Kanada

CA-2.181

POU, RAT

N, P1

 

5.4.2023

14.6.2023

GBM

P1

 

5.4.2023

14.6.2023”;

(ii)

fl-entrata għall-Kanada, ir-ringieli għaż-żona CA-2.187 huma sostitwiti b’dan li ġej:

CA

il-Kanada

CA-2.187

POU, RAT

N, P1

 

18.4.2023

14.6.2023

GBM

P1

 

18.4.2023

14.6.2023”;

(iii)

fl-entrata għaċ-Ċilì, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin għaż-żona CL-2.11 wara r-ringieli għaż-żona CL-2.10:

CL

Iċ-Ċilì

CL-2.11

POU, RAT

N, P1

 

4.6.2023

 

GBM

P1

 

4.6.2023”;

 

(iv)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żona GB-2.298 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.298

POU, RAT

N, P1

 

13.4.2023

7.6.2023

GBM

P1

 

13.4.2023

7.6.2023”;

(v)

fl-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli għaż-żoni GB-2.300, GB-2.301 u GB-2.302 huma sostitwiti b’dan li ġej:

GB

Ir-Renju Unit

GB-2.300

POU, RAT

N, P1

 

23.4.2023

7.6.2023

GBM

P1

 

23.4.2023

7.6.2023

GB-2.301

POU, RAT

N, P1

 

27.4.2023

7.6.2023

GBM

P1

 

27.4.2023

7.6.2023

GB-2.302

POU, RAT

N, P1

 

29.4.2023

7.6.2023

GBM

P1

 

29.4.2023

7.6.2023”;

(3)

fil-Parti 1 tal-Anness XV, it-Taqsima A hija sostitwita b’dan li ġej:

Taqsima A: Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ prodotti tal-laħam ipproċessat li għaddew mit-trattament mhux speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju A  ((*)) jew mit-trattamenti B, C jew D għall-prodotti tal-laħam (f’konformità mal-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692) meħtieġa għal kull speċi ta’ oriġini tal-laħam

Kodiċi ISO u isem

tal-pajjiż terz jew tat-territorju

Żona

kif stabbilit fil-Parti 2

Speċi ta’ oriġini tal-laħam ipproċessat, ara d-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2

Annimali bovini

Annimali ovini u kaprini

Annimali porċini

Ungulati tal-kaċċa mrobbija (ħlief annimali porċini)

Annimali porċini tal-kaċċa mrobbija (ħlief razez domestiċi ta’ annimali porċini)

Ungulati tal-kaċċa selvaġġi (ħlief annimali porċini)

Annimali porċini tal-kaċċa selvaġġi (ħlief razez domestiċi ta’ annimali porċini)

Pollam għajr ir-ratiti

Ratiti

Għasafar tal-kaċċa selvaġġi

Ċertifikati tas-saħħa tal-annimali

Kundizzjonijiet speċifiċi

kif stabbilit fil-Parti 3

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

AR

L-Arġentina

AR-0

C

C

C

C

C

C

C

D

D

D

MPST

 

AR-1

C

C

C

C

C

C

C

D

D

D

MPST

 

AR-2

A

A

C

A

A

C

C

D

D

D

MPNT  ((**))

MPST

 

AU

L-Awstralja

AU-0

A

A

A

A

A

A

A

D

D

D

MPNT  ((**))

MPST

 

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

BA-0

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

A

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPNT  ((**))

MPST

 

BH

Il-Bahrain

BH-0

B

B

B

B

B

C

C

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST

 

BR

Il-Brażil

BR-0

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

D

D

D

MPST

 

BR-1

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

D

A

A

MPNT  ((**))

MPST

 

BR-2

C

C

C

C

C

C

Mhux awtorizzati

D

D

D

MPST

 

BR-3

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

A

D

D

MPNT  ((**))

MPST

 

BR-4

B

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

B

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

D

D

D

MPST

 

BW

Il-Botswana

BW-0

B

B

B

B

B

B

B

Mhux awtorizzati

D

Mhux awtorizzati

MPST

 

BY

Il-Belarussja

BY-0

C

C

C

C

C

C

C

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST

 

CA

Il-Kanada

CA-0

A

A

A

A

A

A

A

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPNT  ((**))

MPST

 

CA-1

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

MPNT  ((**))

MPST

 

CA-2

A

A

A

A

A

A

A

D

D

D

MPNT  ((**))

MPST

 

CH

L-Iżvizzera

CH-0

Soġġetti għall-Ftehim imsemmi fil-punt 7 tal-Anness I

 

CL

Iċ-Ċilì

CL-0

A

A

A

A

A

B

B

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPNT  ((**))

MPST

 

CL-1

A

A

A

A

A

B

B

A

A

A

MPNT  ((**))

MPST

 

CL-2

A

A

A

A

A

B

B

D

D

D

MPNT  ((**))

MPST

 

CN

Iċ-Ċina

CN-0

B

B

B

B

B

B

B

B

B

B

MPST

 

CN-1

B

B

B

B

B

B

B

D

B

B

MPST

 

CO

Il-Kolombja

CO-0

B

B

B

B

B

B

B

Mhux awtorizzati

A

Mhux awtorizzati

MPNT  ((**))

MPST

 

ET

L-Etjopja

ET-0

B

B

B

B

B

B

B

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST

 

GB

Ir-Renju Unit

GB-0

A

A

A

A

A

A

A

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPNT  ((**))

MPST

 

GB-1

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

MPNT  ((**))

MPST

 

GB-2

A

A

A

A

A

A

A

D

D

D

MPNT  ((**))

MPST

 

GG

Guernsey

GG-0

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

 

 

GL

Greenland

GL-0

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

A

MPNT  ((**))

MPST

 

HK

Hong Kong

HK-0

B

B

B

B

B

B

B

D

D

Mhux awtorizzati

MPST

 

IL

Iżrael

IL-0

B

B

B

B

B

B

B

D

D

D

MPST

 

IM

Isle of Man

IM-0

Mhux awtorizzati

A

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPNT  ((**))

MPST

 

IN

L-Indja

IN-0

B

B

B

B

B

B

B

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST

 

JE

Jersey

JE-0

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

 

 

JP

Il-Ġappun

JP-0

A

Mhux awtorizzati

B

A

B

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

D

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPNT  ((**))

MPST

 

KE

Il-Kenja

KE-0

B

B

B

B

B

B

B

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST

 

KR

Il-Korea t’Isfel

KR-0

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

D

D

D

MPST

 

MA

Il-Marokk

MA-0

B

B

B

B

B

B

B

D

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST

 

MD

Il-Moldova

MD-0

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

D

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST

 

ME

Il-Montenegro

ME-0

A

A

D

A

D

D

D

D

D

Mhux awtorizzati

MPNT  ((**))

MPST

 

MG

Madagascar

MG-0

B

B

B

B

B

B

B

D

D

D

MPST

 

MK

Ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq

MK-0

A

A

B

A

B

B

B

A

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPNT  ((**))

MPST

 

MU

Mauritius

MU-0

B

B

B

B

B

B

B

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST

 

MX

Il-Messiku

MX-0

A

D

D

A

D

D

D

D

D

D

MPNT  ((**))

MPST

 

MY

Il-Malażja

MY-0

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

 

 

MY-1

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

D

D

D

MPST

 

NA

In-Namibja

NA-0

B

B

B

B

B

B

B

D

A

D

MPNT  ((**))

MPST

 

NC

New Caledonia

NC-0

A

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

A

Mhux awtorizzati

A

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPNT  ((**))

MPST

 

NZ

New Zealand

NZ-0

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

MPNT  ((**))

MPST

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

PM-0

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

D

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST

 

PY

Il-Paragwaj

PY-0

C

C

C

C

C

C

C

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST

 

RS

Is-Serbja

RS-0

A

A

B jew C

A

D

D

D

D

D

Mhux awtorizzati

MPNT  ((**))

MPST

 

RU

Ir-Russja

RU-0

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

C

C

D

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST

 

RU-2

C jew D1

C jew D1

C jew D1

C jew D1

C jew D1

C

C

D

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST

 

SG

Singapore

SG-0

B

B

B

B

B

B

B

D

D

Mhux awtorizzati

MPST

 

SZ

L-Eswatini

SZ-0

B

B

B

B

B

B

B

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST

 

TH

It-Tajlandja

TH-0

B

B

B

B

B

B

B

A

A

D

MPNT  ((**))

MPST

 

TN

It-Tuneżija

TN-0

C

C

B

C

B

B

B

A

A

D

MPNT  ((**))

MPST

 

TR

It-Turkija

TR-0

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

D

D

D

MPST

 

UA

L-Ukrajna

UA-0

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

 

 

UA-1

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

A

A

A

MPNT  ((**))

MPST

 

UA-2

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

D

D

D

MPST

 

US

L-Istati Uniti

US-0

A

A

A

A

A

A

A

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPNT  ((**))

MPST

 

US-1

A

A

A

A

A

A

A

A

A

A

MPNT  ((**))

MPST

 

US-2

A

A

A

A

A

A

A

D

D

D

MPNT  ((**))

MPST

 

UY

L-Urugwaj

UY-0

C

C

B

C

B

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

D

A

D

MPNT  ((**))

MPST

 

XK

Il-Kosovo

XK-0

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

C jew D

Mhux awtorizzati

Mhux awtorizzati

MPST

1

ZA

L-Afrika t’Isfel

ZA-0

C

C

C

C

C

C

C

D

D

D

MPST

 

ZW

Iż-Żimbabwe

ZW-0

C

C

B

C

B

B

B

D

D

D

MPST

 


((*))   ‘A’ tfisser li l-ebda wieħed mit-trattamenti għall-mitigazzjoni tar-riskju B, C jew D (f’konformità mal-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692) ma huwa meħtieġ.

((**))  Biss għal dawk il-komoditajiet bi trattament ‘A’ assenjat.”


Top